text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Anzjana ta' 92 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Dan għadu kif tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa. L-anzjana mietet matul illejl li għadda u kienet instabet pożittiva għall-virus fil-15 ta' Settembru li għadda. Kellha wkoll kundizzjonijiet tas-saħħa ulterjuri. Il-Ministeru tas-saħħa wassal il-kondoljanzi lill-familjari u appella lill-poplu biex jibqa' jsewgi d-direttivi maħruġa fosthom tal-ħasil tal-idejn spiss, id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri. | [
6
] |
Lejlet il-maratona DAR Bjorn Ġbir ta' Fondi li se ssir għada l-Ħadd, 27 ta' Settembru, għamilna kuntatt ma' Bjorn Formosa… -Għaliex huma importanti li l-poplu jwieġeb għas-sejħa tiegħek peremezz ta' din il-maratona? Hemm numru konsiderevoli ta' pazjenti bl-ALS, MS, Huntingtons u mard newroloġiku ieħor li qed jistennew f' waiting list u li għandhom bżonn kura speċjalizzata. DAR BJORN f' Ħal Qormi hija mimlija u għalhekk għandna bżonn dar ikbar biex tilqa' lil dawn in-nies. -Għaliex persuna li jkollha l-kundizzjoni tal-ALS għandha bżonn daqstant sapport, tant li kont inti l-ewwel persuna li qajjimt kuxjenza dwarha f'pajjiżna anke permezz tal- ice bucket challenge ? Persuna bl-ALS tipparalizza kompletament ruħha u għalhekk ikollna bżonn assistenza medika intensiva bħal ma toffri biss Dar Bjorn. -Qed tistenna rispons sabiħ mill-poplu? Diġà kellna rispons ferm sabiħ dawn l-aħħar ġimgħat u ċerti li l-poplu Malti jirrispondi għal din is-sejħa u jerġa' jkun ġeneruż. Ma tantx fadal ħin, hemm bżonn li din id-dar tinfetaħ malajr kemm jista' jkun. Nirringrazzjakhom bil-quddiem tal – għajnuna li ser ittuna. It-tim ta' stradarjali.com jappella lill-poplu kollu biex bħal ma għamel dejjem, jerġa' jkun ġeneruż. Għada l-Ħadd 27 ta' Settembru inti tista' tagħti qalbek għal din il-kawża ġusta billi ċċempel: Ċempel 51002017 €20 Ċempel 51902075 €50 Ċempel 51302010 €100 ġbir ta fondi Ħal Qormi | [
6
] |
Is-Sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb tenniet li tħossha kburija li hi, kunsilliera Laburisti u kunsillier tal-PN fil-Mosta ma approvawx li Fr. David Muscat ikun onorat b'xi forma ta' ġieħ fil-Mosta. "Illum inhossni kburija li kont jiena flimkien mall-kunsilliera Laburisti u kunsillier wieħed tal-Partit Nazzjonalista li m'approvajniex li Fr David Muscat jiġi onorat b'titlu ta' Ġieħ Jew Rikonoxximent!!!", kitbet Romilda filwaqt li uriet dispjaċir għal kummenti inaċettabli "meta nħares lejn il-pożizzjoni tiegħek." ġieħ | [
6
] |
F' Via dei Cappellari fl-akkwata ta' Campo de' Fiori li huwa ċentru storiku f'Ruma, instabet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija li ma kinitx ħadet. Is-sejba saret illum qrib nofsinhar. Fuq il-post issejħet l-iskwadra ta' kontra l-bombi li bdew jinvestigaw din is-sejba li nstabet madwar metru taħt l-art. Is-sejba saret minn ħaddiema tal-kostruzzjoni waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet. Ġew evakwati r-residenti tal-akkwata għal raġunijiet ta' sigurtà. ċentru storiku tieni gwerra dinjija | [
6
] |
Ikompli jikber in-numri ta' persuni mfejqa mill- Covid-19 fir-Residenza San Ġużepp fil-Fgura fejn issa t-total ta' dawk li fiequ tela' għal 55 persuna. Illum kienu rreġistrat 22 persuna oħra. Awguri għal aktar fejqan… Residenza San Ġużepp | [
6
] |
"L-Invictus daqshekk! Kemm hu kbir Alla u ommu Marija Santissima", kiteb Fr. David Muscat fuq facebook tiegħu. Kompla jgħid: "Min fil-Vitorja 2019 żeblaħha għax ħaseb li hu aqwa mis-Sinjur, issa jintemm fix-xahar, anzi, fil-ġimgħa tar-Rużarju Mqaddes. Niżżu ħajr lil Alla, Te Deum Laudamus u nitolbok Ġesù Kristu kompli uri sebbħek!" Dan il-kliem urta lil bosta nies tant li kien hemm ħafna persuni li għamlu kuntatt magħna biex juruna dan id-dispjaċir. L-argument tagħhom kien li bi kliemu qed ibiegħed lin-nies mill-Knisja. Intom x'taħsbu dwar dan? | [
6
] |
Qatt inzertajtu għaddejtu minn ħdejn Chikos pizzera li jinsab fil-pjazza tan-Naxxar, fil-bidu għat-triq ta' Santa Luċija u xammejtu riħa ta' ħaxixa taqsam? Staqsejna lin-nies li jkunu barra filgħaxijiet fil-viċinanzi, uħud minnhom saħansitra bi tfal żgħar magħhom u qalulna li hemm dar partikolari b'barranin fiha li jikkunsmaw il-ħaxixa. Veru li qed nimxu għal diskussjoni fuq legalizzazzjoni, imma għandek għalfejn iddejjaq lil ħaddieħor b'xi ħaġa li tħobb int? ħaxixa Santa Luċija | [
6
] |
Bħal-lum 15 -il sena ilu, il-poplu kien tbikkem meta sema' bl-aħbar ta' 5 żgħażagħ li tilfu ħajjithom f'wieħed mill-agħar jekk mhux l-agħar inċident tat-traffiku li qatt seħħ fil-gżejjer. Il-5 żgħażagħ kienu kollha mill-Qrendi u kienu sejrin lura darhom għall-ħabta tas-12.45 ta' filgħodu, meta l-vann li kienu fih, tilef il-kontroll u baqa' dieħel f'ħajt fit-triq li mir-Rabat tagħti għal Ħaż-Żebbuġ. Iż-żewġ passiġġieri l-oħra wkoll ġarrbu ġrieħi; passiġġier minnhom gravi. Huma kienu qed jirritornaw minn attività bejn il-ħbieb fir-Rabat. kienu dilettanti tal-festa u membri tal-Kumitat taż-Żgħażagħ tal-Klabb tal-Banda ta' Santa Marija. Xtaqna permez zta' dan l-artiklu, insellmu l-memorja ta' dawn l-għeżież li tilfu ħajjithom f'età daqshekk żgħira. inċident santa marija żebbuġ | [
6
] |
Dan huwa biss ħsieb u opinjoni… imma meta taħsbu ftit u tħarsu ftit lejn dak li naraw jinkiteb, taħsbu li llum sirna nattakkaw wisq iżjed lil xulxin minn qabel? Sirna iżjed infajru kliem bl-addoċċ mingħajr ma naħsbu basta nidhru, forsi ħelwin? Mingħalina. Taħsbu li hawn min sar jagħmel hekk biex jiġbed iżjed l-attenzjoni jew ikun jidher li ma jibża' minn ħadd? Jew forsi hu xi politiku li jaħseb li billi jattakka ħa jivvutawlu iżjed nies? Tgħid dan hu riżultat tal-bidla fis-soċjetà, tal- facebook , tal-mument li għaddejjin minnu? Jew kollox huwa marbut katina ma' xulxin? X'taħsbu dwar dan il-fenomenu? Kellmuna… irridu nisimgħukom! opinjoni | [
6
] |
Bla dubju ta' xejn il-pandemija globali ta' Covid-19 m'hijiex problema fuq is-saħħa biss, pero hija problema kbira għan-negożji u l-ekonomija ta' kull Pajjiż. Kull Gvern, mill-bidu tal-2020, kellu jagħmel restriżjonijiet serji u maġġuri. Fost ħafna direttivi li ħareġ bihom kull Gvern, kienet dik tad-distanża soċjali. Din id-direttiva affetwat bi kbir lir-restoranti fejn qabel kellek 50 persuna fuq ġewwa illum forsi għandek 12-il persuna. Ovjament dan iwassal, li restorant, każin, bottega, etċ ikollu naqasslek l-okupazzjoni. Is-Sindku tal-Mtarfa Daniel Attard, f'post li għamel fuq f acebook issuġerixxa soluzzjoni fejn saħaq li għandu jkun hemm perspex b'qies stabillit bejn l-imwejjed. Huwa qal illi f'ċertu uffiċini diġà bdew jużaw dan il-pjan. Is-Sindku sostna ukoll li l-pandemija hija daqa kbira kif ukoll f'xifer falliment. "Dan qed jikkawza problemi serji fis-saħħa mentali u fil-ħajja b'mod ġenerali, b'tensjonijiet kbar bejn koppji u familji li se jispiċċaw jitkissru", kiteb Attard. It-tim ta' Strada Rjali għamel riċerka u sab li f'Mejju li għadda f'Ruma u Milan, l-awtoritajiet Taljani diġà kienu qed jaħsbu fuq dan il-pjan sabiex jiġi implimentat wara l- lockdown li kellhom. Iżda jekk ħasbu li t-Taljani kienu minn tal-ewwel fuq din il-loġisitika innovativa ma' damux wisq. Id-disinjatur mondjali Sean Dix, f'April 2020 permezz ta' tweeà huwa ħareġ pjanti ta' restorant partikulari fuq dan l-istil. Saħansitra anke Starbucks f'Tapei, qiegħed juża dan il-pjan. Mal-Maltin din niżlet tajba ħafna, fost ħafna kummenti li fil-post Daniel irċieva kienu ta' tifħir lejh. | [
6
] |
Fuq il-programm televiżiv Popolin fuq TVM li jixxandar ta' kuljum fis-19.00 ippreżentat minn Quinton Scerri, anzjana fetħet qalbha dwar dak li tħoss meta ġiet imċahhda milli tara n-neputija li llum se tagħlaq 4 snin. Dan wara li kien hemm xi diżgwit fil-familja imma sfortunatament affettwa lilha wkoll. Hi tisħaq li meta jkun hemm il-problemi bejn il-koppja, m'għandux għalfejn jeħlu n-nanniet "qisna ma nibqgħux neħistu". Tenniet li damet tieħu ħsieb it-tifla, toħodha d-dar u f'daqqa waħda l-omm qaltilha li se toħodha d- day care . Kien hemm mument ukoll meta ratha fil-viċin, l-omm talbet biex jinġiebu l-pulizija. "Ġib il-pulizija, jien x'għamilt?", qalet imbikkma n-nanna. Kemm hi reali din is-sitwazzjoni f'pajjiżna? Temmnu li l-koppji għandhom ikunu maturi biżejjed li meta jispiċċa kollox bejniethom, ma jħallux il-problemi tagħhom iweġġgħu lill-oħrajn? F'dan il-każ, lin-nanniet?! Isimgħu r-rakkont hawn taħt: Ritratt: Depositphotos (ir-ritratt ma jurix il-persuna reali. Intuża biss biex jispjega) | [
2,
6
] |
Ir-Rumani qed jikkritikaw bil-bosta lis-Sindku tagħhom Virginia Raggi. Dan hekk kif bdew il-kampanji għall-elezzjonijiet muniċipali fir-Rebbiegħa li jmiss. Raggi għandha sfida kbira quddiemha biex tikkonvinċi lill-elettorat jerġa' jiteha l-fiduċja għat-tieni leġislatura tagħha. Hi qed issostni li l-prijorità fit-tmexxija tagħha kienet it-trasparenza u t-tneħħija tal-korruzzjoni. Madanakollu, il-pubbliku jidher li qed kważi jitkarrab lis-Sindku, għal indafa aħjar, trasport pubbliku iktar diċenti u toroq aħjar li jinsabu fi stat diżastruż. Jidher li l-poplu Ruman iqis li l-livell u l-kwalità ta' ħajja f'Ruma bħalissa, hija agħar minn 5 snin ilu. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar f'Awwissu li għadda minn istituzzjoni privata. | [
6
] |
Minn din is-sena, l-Uffiċċju tal-President flimkien mal-Istazzjon Nazzjonali TVM ser jniehdi sensiela kulturali ġdida bl-isem ta' Mill-Palazz . Din is-sensiela kulturali ġdida hi mnebbħa mill-istorja tal-palazz ta' San Anton iżda mhux biss. L-għan tagħha hu li twassal aspetti tal-kultura Maltija b'mod speċjali t-talent mużikali u l-letteratura Maltija. Il-format hu pjuttost innovattiv – kollox jseħħ bejn il-ħitan tal-palazz ta' San Anton hekk kif l-palazz jirrakkonta ġrajjietu, dawk li żaruh u l-wirt kulturali tiegħu. Jippreżenta wkoll lit-talent mużikali Malti u s-siltiet tal-letteratura Maltija. Il-mużika hi ppreżentata minn talent Malti żagħżugħ li bħalissa għaddej bl-istudji tiegħu barra minn Malta jew għadu kemm temmhom. Kienet okkkazjoni unika biex dan kollu jseħħ għaliex bosta minnhom kienu Malta waqt il-pandemija tal- Covid-19. Is-siltiet tal-letteratura Maltija li ser jinqraw huma taħlita ta' awturi klassici u oħrajn aktar moderni. L-għażla saret bil-ħsieb li jinqraw siltiet inqas magħrufa jew awturi li forsi ntesew xi ftit maż-żmien. Din is-sensiela ta' 39 episodju hi maħsuba biex tressaq udjenza Maltija lejn għarfien dwar l-istorja ta' Malta permezz tal-palazz ta' San Anton, tiċċelebra l-identità Maltija u tixpruna apprezzament dwar dan il-palazz storiku li hu wkoll ir-residenza uffiċċjali tal-President ta' Malta. Dan huwa proġett tal-Uffiċċju tal-President ta' Malta bil-kunċett żviluppat minn Sandro Debono. Mill-Palazz | [
6
] |
Diġà hawn bosta ħwienet li bdew jarmaw il-vetrini tagħhom. Minn Ottubru diġà għaddew kważi jumejn… iż-żmien itir u bħal donnu bħalissa, ħafna jixtiequ li jgħaddi iżjed malajr forsi xi darba neħilsu minn din il-pandemija. Is-soltu, għalkemm għadu ftit iż-żmien, ikun hemm min diġà beda jippjana x-xahar ta' Diċembru. festini, ikliet, safar u mitt elf ħaġa oħra. Imma din is-sena kif se rikun il-Milied? X'inhu x-xenraju li wieħed ibassar? Kollox jiddependi kif ser tinbidel is-sitwazzjoni tal-pandemija Covid-19; kemm f'pajjiżna u anke barra minn xtutna. Li niltaqgħu fi gruppi kbar kif aħna mdorrijin irridu ninsewha. L-għidut tan-nies anke minn ġo Strada Rjali ivarja; hemm min huwa tal-fehma li din is-sena ser iqattgħu l-aktar Milied kwiet u seren għaliex ser jinġabru fid-djar tagħhom imdawrin mal-familji għeżież. Oħrajn qed jgħidu li se jarmaw iżjed ħalli jgħaddu l-ħin. Hemm min qed iħossu Milied stramb għax mhux ser igawdi l-ikliet u x-xalar tas-soltu. Inti kif ser tqattgħu dan il-Milied? Diġà qed taħseb jew ser timxi jum b'jum? | [
6
] |
L-Istatistiku u Riċerkatur Vincent Marmara ftit ilu kien staqsa lill-pubbliku biex itieħ l-opinjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal- Covid-19 f'pajjiżna. Hu qal li rċieva mijiet ta' messaġġi u qrahom kollha. Fl-istess waqt għamel stħarriġ xjentifiku fost il-poplu u ppreżentah pubblikament… Il-mistoqsija prinċipali kienet: Jekk il-Covid-19 ser tibqa' magħna għal xhur sħaħ, u jekk vaċċin ġdid ma jkunx tajjeb biżżejjed biex persuna tkun kompletament protetta mill- Covid-19 , x'taħseb li għandu jagħmel il-Gvern? 85.5% wieġbu li rridu nitgħallmu ngħixu bil- Covid-19 u dan isir in-normalità l-ġdida imma b'restrizzjonijiet li mhux lockdown . 10.8% wieġbu li rridu nitgħallmu ngħixu bil- Covid-19 u dan isir in-normalità l-ġdida mingħajr ma l-gvern jagħmel restrizzjonijiet fuq il-poplu. Filwaqt li 3.6% wieġbu li l-Gvern għandu jżomm il-poplu maqful f'daru għal żmien twil. Madanakollu, meta marmara staqsa: "X'restrizzjonijiet taħseb li għandu jagħmel il-Gvern minħabba l- Covid-19 biex inti tgħix komdu? Ara kif wieġbu n-nies… stħarriġ xjentifiku | [
6
] |
Ifiequ l-ewwel 7 persuni li ttestjaw pożittivi għall- Covid-19 fir- Residenza San Ġużepp . Dawn huma mill-113 il-pazjent/residenti li ttestjaw pożittivi f'din ir-residenza fil-Fgura. Bħalissa qed issir operazzjoni biex ir-residenti jkunu sseparati minn xulxin permezz ta' hekk imsejħa bubble clusters . Ħadd minn dawk li huma pożittivi, dawk negattivi u dawk fi kwarantina ma għandhom kuntatt ma' xulxin. 7 tobba qed jagħtu s-sapport kontinwu tagħhom li 4 minnhom huma konsulenti mediċi. Il-membri tal-istaff qed ikunu ttestjati kull 3 ijiem. Hemm kuntatt kontinwu wkoll bejn il-qrabat u r-residenti li ttestjaw fin-negattiv. Tajjeb jingħad li ħafna mill-pazjenti/residenti li ġew pożittivi għall-iswab test, ma kellhom l-ebda sintomu. Nawguraw fejqan ta' malajr lill-anzjani kollha u nfakkru lilkom qarrejja biex tkomplu tobda d-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa! Residenza San Ġużepp | [
6
] |
Sena ilu bata minn uġigħ inspjegabbli… Victor Scerri qasam l-esperjenza tiegħu magħna dwar dak li huwa magħruf bħala l- Ħruq ta' Sant' Antnin (Shingles) li kellu sena ilu. Staqsejnieh jekk qabdux għallarrieda. "Kont għamilt jumejn steward f' wirja tal-għasafar u l-għada bdejt inħoss bħal ħruq f' dahari u kont ħsibt li kienet għejja. Imbagħad wara jumejn bdew ħerġin il-fosos żgħar ħomor", tenna Victor. Meta staqsejnieh ukoll jekk kellux riperkussjonijiet, Victor qalilna li dam iħossu madwar 6 xhur u issa wara sena kultant iħoss naqra tingiż. "Meta kien fl-aqwa tiegħu għamilt 12 -il ġurnata ma nistax nimtedd u kont noqgħod ftit li xejn bilqiegħda". Il-ħruq ta' Sant' Antnin huwa infezzjoni li joħloq raxx madwar il-ġisem kollu. Għalkemm jista' jaffettaw u jidher fi kwalunkwè parti, ġeneralment jinħoloq fi strixxa waħda li tkun mimlija bżieżaq madwar iż-żaqq u l-qadd. Dan hu kkawżat minn dak li xjentifikament jissejjaħ varicella-zoster virus , l-istess virus li jikkawża l-ġidri. Tajjeb li meta tħoss ħruq stramb u mhux tas-soltu, tkellem lit-tabib tiegħek għall-kura professjonali. Tags: ġidri ħruq ta' sant' antnin | [
6
] |
Fuq il-paġna ta' facebook tar- Residenza San Ġużepp ġie mħabbar li fiequ 26 persuna oħra biex it-total ta' pazjenti mfejqa issa żdied għal 33. Fir-residenza b'kollox hemm 278 resident li huma sseparati minn xulxin permezz ta' hekk imsejħa bubble clusters . Ħadd minn dawk li huma pożittivi, dawk negattivi u dawk fi kwarantina ma għandhom kuntatt ma' xulxin. Nawguraw aktar aħbarijiet pożittivi f'din ir-residenza. Ritratt: Facebook/ Residenza San Ġużepp Residenza San Ġużepp | [
6
] |
Id-Dama Carmen Bellamy, Fundatriċi u Ċerperson tal-Gozo CCU Foundation, ilbieraħ tat donazzjoni ta' Automated External Defibrillator (AED) lill-14-il Kunsill Lokali f'Għawdex, sabiex dan jitwaħħal f'post li l-aktar ikun iffrekwentat min-nies fil-lokalitajiet. B'hekk, f'każ ta' emerġenza, dan l-apparat jintuża bl-għan li jiġu salvati aktar ħajjiet tan-nies. Din kienet inizjattiva tas-Sindku ta' Kerċem Mario Azzopardi flimkien ma' Dr. Samuel Azzopardi, President tar-Reġjun t'Għawdex. Dan l-apparat mediku, huwa ta' għajnuna vitali kbira f'każ ta'attakki jew kumplikazzjonijiet kardijaċi. | [
2,
6
] |
Grupp ta' persuni żifnu ż-żifna Jerusarema fil-Belt Valletta (by Master KG), żifna u kanzunetta popolari mmens mis-sajf lil hawn. Din iż-żifna hija popolari u pprattikata min-nies Zezuru Shona li jgżixu fil-Lvant taż-Żimbabwe speċjalment fid-distretti bl-isem ta' Murewa u Uzumba-Maramba-Pfungwe . Fil-verità, Ġerusalemm hija l-belt sagra għal reliġjonijiet differenti fosthom l-insara, il-Lhud u l-Musulmani. Inizjattiva bħal din tberred ftit l-istress fin-nies li malli jarawh, jitbissmu u jħossuhom tajjeb. Prosit lilkom! | [
6
] |
Charmaine Zahra oħt Christopher, li tilef ħajtu traġikament ilbieraħ ftit wara l-17.00 meta għal xi raġuni kontejner waqa' fuq il-kabina tal-lifter tiegħu, esprimiet id-dieqa tagħha fuq il-midja soċjali filwaqt li talbet lil ħuha jgħinha f'dan il-mument iebes. F'isem il-familja kollha, oħtu rringrazzjat lil kull min għamel din it-tifkira tal-għażiż ħuha u talbet lill-pubbliku biex jitlob għaliha u għall-familja biex isibu l-faraġ u l-Mulej isabbarhom biex forsi jqumu fuq saqajhom. Spjegat kemm kien raġel bieżel u li dan kien destin kiefer li żgur li ħadd ma jixraqlu. "Għażiż ħija ħu ħsiebna minn hemm fuq u għinni nqum fuq saqajja biex inkompli ngħin lill-ġenituri, lil martek u ż-żewġ teżori li ħallejt warajk. Taf li jfissru kollox għalija. Inħobbok Christopher", kitbet oħtu Charmaine. Christ kif kien aktar magħruf, huwa missier ta' żewġt itfal żgħar u kellu 36 sena. Kondoljanzi lill-familja kollha. inċident fatali | [
6
] |
Chanel Monseigneur ikklassifikat fl-ewwel post fil- Malta Junior Eurovision Song Contest 2020 bil-kanzunetta Chasing Sunsets . Dan ifisser li ser tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fid-29 ta' Novembru li ġej f'Varsavja fil-Polonja. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-parteċipanti se jkunu qed qed jieħdu sehem billi jipparteċipaw minn pajjiżhom stess. Fit-tieni post ikklassifikat Leah Mifsud bil-kanzunetta Anwyhere u fit-tielet post ġie Mychael Bartolo Chirchop bil-kanzunetta The Child From Inside. Nawguraw lir-rebbieħa kollha speċjalment lil Chanel Monseigneur li tiġi bint il-kollega; parti mit-tim ta' stradarjali.com Antvin Monseigneur. | [
6
] |
Illum hawn bosta torrijiet, uħud diġà preżenti filwaqt li oħrajn telgħin, speċjalment fl-akkwata ta' San Ġiljan, Pacevillu u l-Gżira. Iżda donnu lejn dawk in-naħat kellu jkun iddestinat għalhekk għaliex propju l-ogħla binja (mingħajr ma nsemmu knejjes) li kien hawn f'pajjiżna ta' dari, kienet il-binja tal-Balluta. Din inbniet fl-1928 mill-Markż Naxxari John Scicluna fuq stil art nouveau biswit il-bajja tal-Balluta f'San Ġiljan. Id-disinn kien ta' Giuseppe Psaila. Hija binja bi stil fin u waħda mill-ftit li baqa' ta' dan l-istil f'Malta. OLYMPUS DIGITAL CAMERA Minn dakinhar 'il quddiem, din il-binja dejjem baqgħet hi bħala l-itwal binja fil-gżejjer tagħna sakemm imbagħad inbniet il-Preluna Hotel fl-1969. Kienet inbniet meta t-turiżmu f'Malta kien għadu fil-bidu tiegħu u kienet tattira ħafna turisti Ingliżi. Kos hux kemm jinbidel iż-żmien… Ritratt Prinċipali: Preluna Hotel/ Trip Advisor Markiż John Scicluna | [
6
] |
"Tal-Mistħija… tal-biki wkoll", hekk kitbet is-Sindku tan-Naxxar Annemarie Muscat Fenech Adami fuq facebook b'riferenza għat-talba li l-Kunsill Naxxari għamel lill-Gvern biex tingħatalu biċċa art żgħira madwar il-Mitħna tal-Għaqba u li din it-talba ġiet miċħuda. Is-Sindku tan-Naxxar ikkomparat dan il-każ mal-għotja tal-Miżieb li saret ilbieraħ, fejn tenniet li l-art li l-Kunsill tan-Naxxar talab, hija 500 darba iżgħar. Sostniet li din l-art li ntalbet kien hemm bżonnha biex tinbidel f'post għall-kwiet u r-rilassament mill-pubbliku fejn bħalissa qed tiġi rrestawrata l-mtiħna storika magħrufa bħala tal-Għaqba b'mijiet ta' eluf ta' ewro. "Minflok, meta l-kuntratt kien fadallu aktar minn tliet xhur biex jiskadi, hekk kif il-Kunsill talab li tkun mgħoddija lilu, il-Gver,n mingħajr l-ebda forma ta' risposta lill-Kunsill, u minn wara dahrna reġa' ġedded il-kuntratt lill-privat għal 16-il SENA OĦRA! TAL-MISTĦIJA!!!", kitbet Annemarie. Staqsiet: "Għaliex il-Gvern webbes rasu, għamilna talba ħafna inqas; tlabna madwar 100m kwadrati kemm il-mitħna jkollha buffer zone ta' 4m biex tkun protetta…u baqa' ma jridx jgħaddilna l-art!! TAL-MISTĦIJA!!" , filwaqt li tenniet li tixtieq spjegazzjoni minn ministru tal-gvern. tal-għaqba | [
6
] |
Fuq is-sit ta' Net News inkiteb li "Ċifri mhux uffiċjali li għandu f'idejh Net News jindikaw li l-avukat Bernard Grech għandu vantaġġ fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista." Intqal li dawn huma projections li kiseb is-sit. Il-votazzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista għalqet għall-ħabta tal-16.00 fejn imbagħad, madwar siegħa u nofs wara bdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti li ġew impoġġija wiċċhom l'isfel. Jidher li aktar minn 3,220 tesserat tal-PN ma vvutawx f' din l-elezzjoni. It-total ta' voti mitfgħuha f'din l-elezzjoni kien ta' 18,362. B'kollox, kien hemm turnout ta' 85%. Ċensu Galea qal li dan kien l-akbar numru ta' persuni li ħadu sehem f'elezzjoni t'għażla ta' kap. elezzjoni kap tal-partit nazzjonalista Fuq is-sit ta' Net News inkiteb li "Ċifri mhux uffiċjali li għandu f'idejh Net News jindikaw li l-avukat Bernard Grech għandu vantaġġ fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista." Intqal li dawn huma projections li kiseb is-sit. Il-votazzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista għalqet għall-ħabta tal-16.00 fejn imbagħad, madwar siegħa u nofs wara bdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti li ġew impoġġija wiċċhom l'isfel. | [
6
] |
Franza u l-Ġermanja ħabbru t-tieni lockdowns nazzjonali biex jippruvaw irażżnu żieda qawwija f'każijiet u mwiet ta' coronavirus . Il-President Emmanuel Macron ikkonferma l-miżuri li kien mistennija ħafna minn pajjiżu, li se jibdew nhar il-Ġimgħa u jdumu sal-1 ta 'Diċembru. Il-miżuri ta' xahar se jinkludu: Ordni li n-nies jibqgħu d-dar 'ħlief li teżerċita għal siegħa kuljum', Biex tmur għal kura medika jew tixtri oġġetti essenzjali l-għeluq ta 'ristoranti u bars Ħwienet mhux essenzjali jridu jagħlqu Projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar bejn ir-reġjuni Għeluq ta' xi fruntieri esterni Universitajiet iridu jaqilbu għat-tagħlim onlajn Kull min ikun barra d-dar tiegħu jrid iġorr dokument li jiġġustifika l-eskursjoni tiegħu, li jista' jiġi kkontrollat mill-pulizija. Il-ġurnal Le Parisien qal li l-uffiċċju tal-Prim Ministru Franċiż ikkonferma li n-nies jitħallew sa kilometru biss l'bogħod minn darhom. Min-naħa l-oħra, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li l-Ġermanja ser tibda lockdown ta' 4 ġimgħat mit-2 ta' Novembru li ġej. Madanakolu tenniet li l-iskejjel u day care centres ser jibqgħu miftuħin. germanja | [
6
] |
Tliet persuna nqatlu f'attakk ieħor fil-belt ta' Nizza fi Franza fejn is-Sindku Christian Estrosi qal li l-persuna li wettaq dan l-att beda jgħajjat "Allahu Akbar bosta drabi". Il-każ ġara għall-ħabta tad-9.00 fil-Bażilika ta' Notre Dame fil-belt. Il-pulizija sparaw lill-agressur li ttieħed l-isptar. Dan il-każ ġara ftit jiem biss wara li l-għalliem Samuel Paty safa b'rasu maqtugħha wkoll minħabba li wera stampi mill-ġurnal Charlie Hebdo li juru lil Muhammad għarwien. nizza | [
6
] |
L-awtoritajiet Franċiżi qalu li jemmnu li r-raġel li ried iwettaq attakk fil-mużew Louvre fil-kapitali Franċiża Pariġi huwa Eġizzjan ta' 29 sena. Dan aktarx vjaġġa lejn Pariġi minn Dubai b'visa turistika x-xahar li għadda. Il-Pulizija issa qed tipprova tifhem jekk kienx qed jaġixxi waħdu, jew kienx parti minn grupp u kien qed jieħu l-ordnijiet minn xi ħadd ieħor. B'machette f'idu, huwa ndarab serjament wara li qala tiri minn suldati Franċiżi li pprovaw iwaqqfuh milli jwettaq l-attakk li kellu f'moħħu fil-mużew tal-arti. Fir-ritratt jidher mal-art wara li twaqqaf mill-Pulizija. | [
10
] |
48 persuna tilfu ħajjithom kawża ta' karozza bomba f'Baghdad. Karozza li kienet ipparkkjata bi splussiv splodiet qrib negozant tal-karozzi fejn filwaqt li mietu 48 persuna sfaw midruba ukoll 50 persuna oħra. Din hija t-tielet splużjoni fi tlett ijiem fejn minn tal-inqas 18-il persuna oħra tilfu ħajjithom f'attakk ieħor li seħħ l-Erbgħa u erba' persuni oħra tilfu ħajjithom il-jum ta' qabel. L-Istat Iżlamiku ħa t-responsabbiltà għal dawn l-attakki. | [
10
] |
Il-Pulizija fl-Iżvezja arrestaw żewġ irġiel wara li trakk baqa' dieħel f'stabbiliment fi Stokkolma lbieraħ. Dan l-attakk terroristiku ħalla erbà persuni mejta u għexierien midruba. L-ewwel raġel arrestat huwa suspettat li wettaq attakk terroristiku. Huwa ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija wara li l-Pulizija ippublikat filmat CCTV tal-persuna li kienet qed tfittex. It-tieni arrest sar wara li r-raġel mfittex instab mill-Pulizija. Il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Lofven, sejjaħ dan l-att kriminali bħala wieħed terroristiku. Tmien adulti u tifel qed jingħataw il-kura fl-isptar. Wara dan l-attakk il-Prim Ministru ħareġ ordni biex is-sigurtà mal-fruntiera tal-pajjiż tiżdied b'mod immedjat. It-trakk daħal fid-daħla tal-istabbiliment wara nofsinhar il-Ġimgħa, għall-ħabta tat-15.00, li jinsab fi Queen Street, waħda mill-aktar żoni mfittxija fil-Belt. It-trakk li ntuża kien ta' kumpanija tal-birra li qalet li t-trakk tagħha ġie maħtuf ftit qabel, hekk kif it-trakk kienet qed twassal konsenja lil restorant fil-viċinanzi ta' fejn seħħ l-attakk. Il-Pulizija l-Ġimgħa filgħaxija ippubblikat ritratt ta' raġel liebes ġakketta. Ftit wara r-raġel instab f'Marsta, 40km fi Tramuntana ta' Stokkolma. | [
10
] |
Pulizija tilef ħajtu u tlieta oħra indarbu wara sparaturi li seħħew f'ibliet differenti fl-Istati Uniti. Dak li tilef ħajtu kellu 50 sena u kien stazzjon f'San Antonio f'Texas. Kien ilu 20 sena jagħmel dan ix-xogħol. Sparatura oħra seħħet f'St Louis meta Pulizija kien fil-karozza tax-xogħol. Hawn is-suspettat spara żewġ tiri, u wieħed minnhom laqat lill-pulizija f'rasu. Il-konsegwenzi huma serji tant li jinsab f'kundizzjoni kritika. L-inċidenti l-oħra saru fi Florida u Missouri. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każi biex tidentifika l-moħħ wara dawn l-isparaturi. Qalet iżda li anke issa, jistgħu ikunu perikolużi. | [
10
] |
L-ajruplan li ġġarraf fil-Kolombja u li ħalla mejta numru ta' plejers mit-tim tal-futbol Brażiljan spiċċa mingħajr fjuwil. Dan l-iżvillupp ħareġ minn recording tal-komunikazzjoni bejn il-pilota u l- control tower . F'dan ir-recording jinstema' l-pilota jitlob permes rippetutament biex jagħmel inżul ta' emerġenza minħabba problemi elettriċi u nuqqas ta' fjuwil. Kienu biss sitt persuni li salvaw minn 77 passiġġier abbord. It-tim Chapecoense li kien fuq l-ajruplan kellu jilgħab l-ewwel leg tal-finali tal-Copa Sudamericana f'Medellin l-Erbgħa filgħaxija. Il-partitarji spiċċaw imbikkma isellmu l-memorja tal-istess plejers f'dak li kellhu jkun lejl ta' għajjat u ferħ li dan it-tim irnexxielu jasal s'hawn. Kienu eluf ta' nies li bix-xemgħat u lebsin l-abjad inġabru fil-grawnd li fih Chapecoense kellhom jilgħabu kontra Atletico Nacional. Fl-istess waqt, partitarji ta' Chapecoense għamlu lejla ta' talb fil-grawnd tagħhom fil-Brażil, li kien imdawwar b'żigarelli suwed. | [
10
] |
Splużjoni ta' magna ta' ajruplan kellha konsegwenzi traġiċi hekk kif kawża tal-inċident mara tilfet ħajjitha wara li kważi nġibdet mit-tieqa tal-ajruplan. Xhieda li raw l-inċident stqarrew li raw il-magna fuq ix-xellug tal-ajruplan tisplodi u b'kawża t'hekk infaqgħet tieqa u kkawżat nuqqas ta' pressa ġewwa l-ajruplan li wassal biex Jennifer Riordan, omm ta' żewġt itfal, nġibdet kważi għal kollox 'l barra mill-ajruplan. Hija ddaħħlet lura ġo l-ajruplan minn passiġġieri oħra. It-titjira 1380 ta' Southwest Airlines kellha tagħmel inżul ta' emerġenza peress li t-tieqa, il-ġwienaħ u l-qafas tal-ajruplan ġarrbu xi ħsarat. Minbarra l-mewt tal-mara, sebgħa min-nies oħra weġġgħu f'dan l-inċident. Minn l-ewwel stħarriġ sar magħruf li parti mill-fann tal-magna kien nieqes. L-aħħar mewt fuq ajruplan kummerċjali Amerikan seħħet fl-2009. L-ajruplan Boeing 737-700 kien fuq titjira bejn l-ajruport ta' La Guardia fi New York u dak ta' Dallas f'Texas, b'143 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ abbord. L-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (FAA) qiegħda tinvestiga l-inċident. | [
10
] |
Il-President Niġerjan Muhmmadu Buhari għandu nkwiet serju, hekk kif martu Aisha Buhari stqarret apertamenet li jista' jkun m ttiħx l-appoġġ tagħha fl-elezzjoni li jmiss, jekk ma jieħux passi sejri u jirriforma l-Gvern li qed imexxi. Tant hu hekk li f'intervista mal-BBC, Aisha Buhari qalet li l-President 'ma jafx min huma' l-aktar uffiċjai għolja il laħħaq huwa stess. Tat x'tifhem li l-Gvern jinsab ostaġġ, bi 'ftit nies' jiddeċiedu min jiġi appuntat. Buhari kien elett bl-għajta li se jiġġieled il-korruzzjoni s-sena li għaddiet. | [
10
] |
Meta Ryan Jessen, raġel ta' 33 sena, ħalla d-dinja x-xahar li għadda wara emorraġija fil-moħħ, l-istaff tal-isptar fi Florida fl-Istati Uniti aċċettaw xewqa mhux tas-soltu tal-familjari ta' Ryan. "L-isptar aċċetta li nieħdu lill-kelba ta' ħijja tarah għall-aħħar darba biex tagħtih l-aħħar tislima, dan biex tkun taf għalfejn sidha qatt ma rritorna lura d-dar. Jekk tafu lil ħijja, tafu sew kemm kien iħobbha," qalet oħt Ryan, Michelle, fuq il-profil tagħha tas-sit soċjali Facebook. Filwaqt li Michelle poġġiet il-filmat fuq Facebook biex il-familjari jkunu jistgħu jsegwu, dan il-filmat ġibed l-attenzjoni ta' miljuni ta' persuni. Il-filmat kellu madwar 253 elf reazzjoni u rawh madwar 18-il miljun darba fuq Facebook. Michelle fl-istess messaġġ fuq Facebook aċċertat lil kulħadd li Molly, il-kelba ta' ħuha, tinsab f'idejn tajba u li m'għandhom l-ebda ħsieb biex isibulha sid ġdid għax Molly hi parti mill-familja tagħhom. Oħt Ryan temmet tgħid li bis-saħħa li ħuha kien donatur tal-organi, ġuvni ta' 17-il sena se jkun qed jirċievi qalb ġdida biex igawdi l-Milied mal-familja tiegħu. | [
10
] |
Miet John Heard fl-età ta' 72, l-attur ta' Hollywood li ħadem f'diversi programmi televizivi fosthom 'The Sopranos' u l-films 'Big' u 'Gladiator'. L-istilla amerikana, iktar magħruf għall-irwol ta' Peter McAllister fil-film Home Alone li għamel suċċess kbir fl-1990, kien ikkonfermat mejjet mill-mediku legali ta' Santa Clara f'California nhar is-Sibt. Skond il-website TMZ, il-missier ta' tnejn insab mejjet mis-seftura tal-hotel fejn kien qed jirkupra minn intervent kirurġiku f'dahru. Heard kien miżżewweġ tliet darbiet. Infatti fl-1979, iż-żwieġ tiegħu mal-attriċi Margot Kidder dam ftit inqas minn ġimgħa. Kellu ukoll tifel mal-attriċi Melissa Leo. Il-kawża tal-mewt għadha qed tiġi investigata. | [
10
] |
Il-Pulizija qed tfittex raġel b'konnessjoni mal-qtil ta' żewġ tfajliet li kellhom 14 u 13-il sena minn Indiana. It-tfajliet instabu t-Tlieta li għadda wara li marru mixja flimkien. Raġel, li fuq kamera tas-sigurtà deher miexi l-istess passaġġ ftit tal-ħin wara qed jiġi mfittex, bil-Pulizija toħroġ ritratt uffiċjali tas-suspettat. Il-Pulizija li mal-ewwel qalet li dan hu każ ta' omiċidju qed jinvestigaw biex forsi jsolvu dan il-każ tant sfortunat, li ħalla żewġ tfajliet mejtin. Kienu voluntiera li bdew jgħinu waqt it-tfittxija li sabu lil Liberty German u Abigail Williams ftit 'il bod minn fejn l-aħħar intlemħu. Il-Pulizija sostniet li s'issa m'huma qed iżommu lil ħadd b'konnessjoni ma' dan il-każ iżda qed jittamaw li xi ħadd mill-pubbliku jidnetifika lir-raġel fir-ritratt jew li jmur hu stess l-għassa sabiex jgħin fl-investigazzjoni. | [
10
] |
Qattus ċkejken ġie salvat mix-xmara Hillsborough fi Florida wara li waqa' għax kien qed jibża. Kienet propju mara li kienet qed taqdaf fix-xmara li ndunat x'kien qed jiġri u baqgħet sakemm qabżett fix-xmara u salvatlu ħajtu. Il-qattus u kif ukoll dik li salvatu ttellgħu bl-għajnuna ta' dgħajsa li kienet fil-qrib fejn saħansitra ġie addottat propju dak il-ħin stess. Hu ngħata l-isem ta' 'Lucky' għax kien veru xortih tajba. | [
10
] |
Meta kellu biss ħames snin, Julian Hernandez sparixxa. Ommi marret dritt għand il-Pulizija u għamlet rapport li t-tifel tagħha kien nieqes. Dan kien lura f'Awwissu tas-sena 2002, f'Alabama, fejn kien suspettat li missieru, Bobby Hernandez, li sparixxa fl-istess żmien, ħataf lil ibnu waqt battalja għall-kustodja tat-tifel. Għal snin twal l-investigaturi pprovaw isibu xi ħjiel ta' fejn seta' kien, iżda l-investigazzjoni ma ħalliet ebda frott. Tant kienu għaddew snin, li l-każ tiegħu twaddab ma każijiet li ma ġewx solvuta, iżda 13-il sena wara l-każ reġa' nfetaħ u ssolva fl-istess waqt hekk kif il-Pulizija rċevew telefonata li l-ġuvnott instab f'saħħa tajba fi Cleveland, f'Ohio. Julian Hernandez, li issa għandu 18-il sena, kien qed jipprova japplika għal post-sekondarja meta sar jaf li n-numru tas-sigurtà soċjali li kellu ma kienx jaqbel ma ismu. Bl-għajnuna ta' għalliem, iż-żagħżugħ ħa aħbar xokkanti meta sar jaf li hu kien fuq il-lista ta' tfal li ġew maħtufin. Il-Pulizija kif semgħu dan reġgħu fetħu l-każ, ikkonfermaw l-informazzjoni li rċevew u minn hemm bdew it-tħejjijiet biex isiru jafu x'ġara. Ftit wara missier it-tifel, Bobby, ġie arrestat u akkużat li biddel dettalji mingħajr awtorità u qabad u ħa r-riedna f'idejh u seraq lil ibnu. Akkużi li jistgħu iħalluh għaxar snin f'ċella. | [
10
] |
L-Olimpjadi ta' Rio ġew fi tmiemhom b'ċerimonja spettakolari ispirata mill-karnival li l-Brażil huwa magħruf għalih. Fl-istess waqt saret il- handover uffiċjali lill-belt Ġappuniża Tokjo, li se tospita l-Olimpjadi fl-2020. Fost l-iktar mumenti speċjali, kien hemm dak meta l-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tfaċċa liebes kostum ta' Super Mario. Iċ-ċerimonja kulurita, li damet tliet sigħat, iċċelebrat l-arti tal-Brażil u saret fl-istadium Maracana. Il-kap tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach, qal li l-Olimpjadi kienu 'meraviljużi' u saru f'belt meraviljuża. Bach għalaq uffiċjalment il-logħob tal-31 edizzjoni wara 16-il jum ta' kompetizzjoni, li ra 11,303 atleti minn 206 pajjiż flimkien ma' team tar-refuġjati. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, huwa mistenni li jiddikjara stat ta' emerġenza fi sforz biex iwaqqaf il-Coronavirus milli jkompli jinfirex madwar il-pajjiż. Il-Gvern kellu pressjoni biex jaġixxi hekk kif l-infezzjonijiet żdiedu b'ritmu mgħaġġel, partikolarment fil-kapitali Tokjo, u dan minkejja li fil-Ġappun il-każijiet huma ferm inqas meta mqabbel mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u diversi pajjiżi Ewropew. Id-dikjarazzjoni ta' emerġenza tagħti lill-gvernaturi fir-reġjuni l-aktar affetwati, l-awtorità biex jitolbu lin-nies jibqgħu fi djarhom u n-negozji biex jagħlqu. Aktar minn 3,500 persuna ttestjaw pożittiv għall-coronavirs u 85 persuna mietu b'konsegwenza tal-istess virus fil-Ġappun. | [
10
] |
Madwar ħames mitt persuna tressqu l-qorti akkużati li kienu nvoluti wara l-attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija s-sena li għaddiet. Uħud mill-akkużi jinkludu l-attentat ta' qtil tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan. Hekk kif uħud minnhom waslu l-qorti, intlaqgħu min-numru ta' protestanti jgħajtu li jriedu l-piena kapitali. | [
10
] |
Studenti mir-Royal Central School of Speech and Drama tal-Università ta' Londra, b'kollaborazzjoni mal-Prison Education and Re-entry Programme fl-Università ta' Malta u ċ-Ċentru tal-Edukazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, ħolqu żewġ preżentazzjonijiet mar-residenti nisa u rġiel tal-Faċilità. Ir-residenti nisa tellgħu preżentazzjoni dwar it-tema tal-familja imsejħa 'By my side'. Ir-residenti rġiel għażlu t-teatru tat-tfal bħala mezz ta' kif itellgħu l-preżentazzjoni tagħhom imsejħa 'Nino', fejn it-tema kienet il-preġudizzju. It-teatru f'kuntest ta' Faċilità Korrettiva jgħin biex jiġu żviluppati l-ħiliet soċjali, l-impenn u t-teamwork fost ir-residenti. | [
2
] |
Tlettax-il suldat abbord xarabank inqatlu u 56 persuna sfaw midruba wara attakk b'bomba suwiċida f'karozza fiċ-ċentru tat-Turkija. Fil-ħin tal-attakk is-suldati kienu fi triqthom biex iżuru suq lokali fil-belt ta' Kayseri. S'issa għadu ħadd ma refa' r-responsabilità għall-attakk madankollu uffiċjali Torok qed jgħidu li l-moħħ wara l-attakki huwa l-Partit tal-Ħaddiema Kurdi. Dan l-attakk seħħ ġimgħa wara li nqatlu 44 persuna f'Istanbul. Il-Gvernatur tar-Reġjun fejn seħħ l-attakk qal li l-bomba kienet biswit xarabank viċin id-daħla ta' Università. Id-deputat Prim Ministru Tork qal li l-materjali li ntużaw fl-attakk huma simili għal dawk li ntużaw fl-attakk f'Istanbul. Żied jgħid li s-swaba' qed jippuntaw lejn il-Partit għall-Ħaddiema Kurdi. | [
10
] |
Carter Blanchard hu tifel ta' tmien snin minn Arkansas li għandu l-vitiligo, kundizzjoni fil-ġilda. Minħabba din il-kundizzjoni, Carter ma riedx jaċċetta dak li kien qed jiġrilu, dan sakemm iltaqa' ma' ħabib speċjali li għalkemm kien differenti ferm minnu kellhom ħaġa waħda komuni. Dan il-ħabib speċjali hu Rowdy, kelb tar-razza Labrador li għandu 13-il sena, u li anke hu għandu l-istess kundizzjoni. Stephanie Adcock, omm it-tifel, qalet "Wara li ngħata din l-aħbar kien vera mdejjaq u saħansitra kien jgħid li wiċċu ikrah, iżda kif sirt naf b'Rowdy, u li għandu l-istess kundizzjoni, it-tifel mal-ewwel ħa grazzja miegħu u kien eċitat dwar il-fatt li dan il-kelb sar famuż minħabba t-tbajja li kellu f'wiċċu." Kien propju ftit tal-ġimgħat ilu meta Carter u Rowdy iltaqgħu għall-ewwel darba. Omm Carter qalet "mal-ewwel kif iltaqgħu qablu flimkien. Minn dakinhar 'l hawn Carter sar ħabib kbir ma' Rowdy u issa sar ferm aktar kunfidenti milli kien." | [
10
] |
Il-baruni tad-drogi Messikan, Joaquin "El Chapo" Guzman ilmenta fil-qorti dwar il-kundizzjonijiet ta' kustodja fil-ħabs tal-Istati Uniti. Guzman qed jinżamm taħt sigurtà massima fil-ħabs fi New York wara li x-xahar li għadda kien estradit. Huwa ħarab darbtejn mill-ħabs fil-Messiku, darba f'basket tal-ħwejjeġ u riċentament permezz ta' mina fiċ-ċella tiegħu. Fil-Qorti, huwa wieġeb li ma kienx ħati għat-tmexxija tal-akbar organizzazzjoni tat-traffikar tad-drogi fid-dinja għal karriera twila ta' snin. Jekk jinsab ħati, huwa jaffaċċja ħajja fil-ħabs. | [
10
] |
Waqt dawn iż-żminijiet ta' festi, b'mod partikolari fix-xahar ta' Diċembru, bosta jixtru kalendarju tal-avvent fejn ġurnata b'ġurnata jiftħu t-twieqi, u jieklu dik il-biċċa cikkulatina li jkollhom wara l-'bibien'. Kemm jekk għandek it-tfal u kemm jekk int adult, il-kalendarju tal-avvent huwa popolari fost kulħadd u llum il-ġurnata t-tradizzjoni taċ-ċikkulatini wara l-'biebien' tat-twieqi, qed tiġi mmodernizzata għaż-żminijiet tal-lum. Entużjasta tal-ġobon mil-Londra, Annem Hobson, ħolqot kalendarju tal-avvent ġdid. Kalendarju b'differenza u li jiffoka fuq dak li tħobb hi, il-ġobon. Annem tikteb ta' spiss fuq is-sit tagħha fejn wara li ħolqot dan il-kalendarju s-sena l-oħra ddeċidiet li taqsam l-idea mal-qarrejja tagħha b'instruzzjonijiet ta' kif dan il-kalendarju jinħoloq. Wara d-domanda kbira għal dan il-kalendarju Annem Hobson iddeċidiet li għas-sena d-dieħla hi se tkun qed taċċetta ordnijiet sabiex kull min irid wieħed, ikun jista' jordnah minn fuq is-sit tagħha. | [
10
] |
Suldat Franċiż fetaħ in-nar fuq suspettat agressur fil-Louvre f'Pariġi. Qed ikun irrapurtat li s-suldat kien attakkat b'sikkina u li l-agressur prova jidħol fil-mużew. Operazzjoni kbira ta' sigurta qed tkun irrapurtata li qed iseħħ f'Louvre u stabbiliment kummerċjali fil-qrib. Sors kwotat mill-aġenzija tal-aħbarijiet,Reuters qal li r-raġel ipprova jidħol fil-ħanut taħt l-art tal-mużew, b'bagalja f'idejh. Il-ministru tal-intern Franċiż ddeskriva dan il-każ bħala serju. | [
10
] |
Suldat Franċiż li kien qed jgħasses il-Louvre f'Pariġi spara lejn raġel li prova jwettaq attakk b'sikkina kbira filwaqt li għajjat il-kliem "Allahu Akbar". Ir-raġel, li prova jidħol fiċ-ċentru tax-xiri tal-Louvre, intlaqat viċin żaqqu u weġġa serjament. Dan filwaqt li suldat sofra ġrieħi ħfief f'rasu. Il-Prim Ministru Franċiż qal li l-attakk kien terroristiku min-natura tiegħu. Fil-Louvre hemm diversi xogħolijiet artistiċi famużi, fosthom il-Mona Lisa. Il-każ seħħ fl-għaxar ta' filgħodu fiċ-ċentru tax-xiri Carrousel du Louvre, propju fit-taraġ li jwassal għall-entratura tal-mużew innifsu. | [
10
] |
Venezja, għal ħafna, jfisser post ta' xeni sbieħ u romantiċiżmu. Iżda jaf jibda jfisser post fil-periklu. Il-Unesco qed jikkonsidra li jpoġġi l-belt Taljana f'lista ta' postijiet f'riskju sas-sena d-dieħla, minħabba l-preżenza qawwija ta' cruiseliners. Kumitat responsabbli mill-patrimonju esprima tħassib li sejjaħlu 'estrem' għall-istat tal-kanali tal-ilma, u approva reżoluzzjoni li titlob li jkunu projbiti vapuri u tankers sa Frar li ġej. Qalu wkoll li l-iżvilupp qed jikkaġuna ħsara irriversibbli lill-ekosistema delikata ta' Venezja, b'nuqqas ta' pjanar arkitettoniku u konsistenza fl-iżvilupp. Ta' kull sena, Venezja tara aktar minn 25 miljun turist, fosthom ħafna Maltin. Dan qed iqanqal ħafna dibattitu bejn ambjentalisti u l-industrija tat-turiżmu. Il-Uneso qed iħeġġeġ lill-Gvern Taljan jimplimenta pjan strateġiku sabiex iwaqqaf il-cruis liners, inkella jkun hemm problemi. Bħalissa l-pont Rialto għaddej minn restawr ta' €5 miljun, iffinanzjati minn Renzo Ross, sid id-ditta famuża Diesel. Dan huwa wieħed minn sensiela ta' proġetti pjanati madwar il-pajjiż, inkluż ir-restawrt tal-Kolossew f'Ruma. Illum-il ġurnata, minkejja l-influss qawwi ta' turisti, Venezja jgħixu madwar 50,000 ruh – terz biss mill-popolazzjoni li kienet tgħix fis-seklu 18. | [
10
] |
Ċertu David Carey minn North Tyneside fl-Ingilterra wieġeb ħati li kellu fil-pussess tiegħu aktar minn 9,000 ritratti u filmati 'estremament offensivi' ta' tfal. Uffiċjali tal-Pulizija qed jgħidu li huma fost l-iktar materjal gravi li qatt ġie f'idejhom. Minbarra li ammetta li kellu din il-librerija fil-pussess tiegħu, ammetta wkoll li ddistribwixxa materjal ta' dan it-tip lil ħaddieħor. Ir-raġel ta' 33 sena kellu wkoll 73 ritratt u 91 filmat ta' pornografija estrema fejn in-nies jagħmlu s-sess mal-annimali. Carey, li jgħix ma' ommu anzjana, ammetta 13-il offiża miġjuba kontrih bejn l-2012 u l-2016. Il-każ tiegħu se jkompli jinstema' lejn l-aħħar ta' Marzu u sadanittant tqabbad jara psikjatra. Huwa tqabbad jiffirma f'reġistru ta' persuni li għamlu offiżi sesswali u kien rilaxxat fuq libertà proviżorja. | [
10
] |
Raġel li kien salvat mill-muntanji tal-Pirinej wara li pprova jimxi minn Franza lejn Spanja biex jixtri sigaretti għal prezz irħas, kien immultat €135 talli kiser kundizzjonijiet ta' lockdown. Is-servizzi lokali ta' salvataġġ fil-muntanji qalu li r-raġel instab bla saħħa, iterter u mitluf meta eventwalment instab. Minkejja l-esperjenza trawmatika li għadda minnha, ir-raġel xorta waħda kien immultat talli kiser il-kundizzjonijiet li bħalissa hemm imposti. Ir-raġel beda l-vjaġġ tiegħu b'karozza iżda kien imwaqqaf mill-awtoritajiet mal-fruntiera. Ir-raġel ma qatax qalbu u kompla l-vjaġġ bil-mixi. Tul il-vjaġġ ir-raġel waqa' fi xmara u ntilef. Hu nstab fi ftit ħin u ttella' b'ħelikopter u ttieħed f'faċilità tas-sigurtà. | [
10
] |
Raġel li kien fuq titjira tal-linja tal-ajru, American Airlines, li telqet minn Los Angeles lejn Honolulu l-Ġimgħa ħoloq paniku abbord it-titjira. Ir-raġel qam mis-seat tiegħu u beda jdur fuq l-ajruplan b'kutra fuq rasu biex wiċċu ma jidhirx u f'idejh beda jżomm laptop. Membru tal-ekwipaġġ ordnatlu li jpoġġi, iżda minkejja dan il-passiġġier baqa' miexi lejn il-passiġġieri li kienu fis-sezzjoni tal-ewwel klassi. Meta l-passiġġier wasal f'din is-sezzjoni, membru tal-ekwipaġġ ieħor talbu jieqaf u biex ipoġġi. Il-passiġġieri għenu lill-membru tal-ekwipaġġ biex il-passiġġier jittieħed lura fuq is-seat tiegħu u minkejja li beda jagħmilha diffiċli, huwa ma użax il-forza fil-konfront tal-passiġġieri jew tal-membri tal-ekwipaġġ. Mal-wasla f'Hanolulu r-raġel ġie arrestat mill-FBI iżda għadu mhux ċar x'wassal għal dan l-għaġir. | [
10
] |
Terremot fil-baħar, fil-provinċja ta' Ache fit-Tramuntana tal-Indoneżja ħalla 54 persuna mejta. It-terremot li kejjel 6.5 fuq l-iskala Richter laqat il-belt ta' Sigli, fejn għexieren ta' binjiet iġġarrfu u għad hemm il-biża' li hemm persuni maqbuda taħt it-tiġrif. L-aġenzija meterjoloġika tal-Indonesja qalet li minkejja li ġew reġistrati ħames theżżiżiet oħra, ma' hemm l-ebda riskju ta' tsunami. Kien propju fl-2004, li l-istess żona ntlaqtgħet minn tsunami li kien ħalla 120,000 persuna mejta. | [
10
] |
Dgħajsa li kienet qiegħda ġġorr 251 persuna tinqeleb kawża ta' maltempata fil-kosta tal-Filippini tal-Lvant. Huwa mifhum li iktar minn 3 persuni mietu f'din it-traġedja. Mewġ qawwi kien irrapurtat iżda dgħajjes lokali sfidaw il-maltemp xorta waħda taw l-ewwel għajnuna tagħhom u pruvaw isalvaw xi individwi li kienu fid-dgħajsa ħdejn l-iżola ta' Polillo. Servizzi tal-emerġenza lokali stqarru li d-dgħajsa ġarrbet toqba kbira b'riżultat li d-dgħajsa nqelbet. Numru ta' individwi għadhom ifittxu l-ilmijiet bit-tama li jsibu n-nies mitlufin. | [
10
] |
Sitt persuni inqatlu filwaqt li sa' issa sitta, sfaw midruba waqt attakk li sar f'' lukanda lussuża f' Kabul fl-Afghanistan. L-attakk damm għall-aktar minn tnax il-siegħa hekk kif diversi resident fil-lukanda nżammu ostaġġi, meta tlett irġiel fetħu n-nirien permezz ta' armi tan-nar u 'hand grenades' f' din il-lukanda. Eventwalment dawn l-aggressuri nqatlu wkoll. Fost is-sitt innoċenti maqtula hemm ħames persuni ta' nazzjonalità Afgana u turist. L-attakk seħħ wara li tlett irġiel fetħu n-nirien permezz ta' arma f' din il-lukanda u li mbagħad l-istess irġiel inqatlu mill-Pulizija. Sa' issa diġ aġew salvati mal-mija u sittin persuna minn din il-lukanda ta' ħames stilel Intercontinental . L-isparaturi seħħew ilbieraħ fil-għaxija. Sa' issa l-ebda grupp militanti għadu ma' ħa r-responsabilita ta' dan l-attakk madankollu fl-elfejn u ħdax grupp Taliban kien attakka lil din il-lukanda. | [
10
] |
Ilbieraħ truppi Torok u ribelli Sirjani nvadew iż-żona tal-Kurdi. Dan l-attakk ġie wara li lbieraħ l-armata Torka attakkat din iż-żona mill-ajru. Fi stqarrija l-Ministeru għad-Difiża Torka qal li l-armati ta' Turkija u dik Sirjana bdew ħidma bħala parti mill-Operazzjoni Rebbiegħa ta' Paċi. Rapporti fil-midja Torka qed jgħidu l-forzi Torok infiltraw minn erba' żoni differenti. Fi ittra li bagħat lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-gvern Tork assigura li l-azzjonijiet militari li se jieħu se jkunu meqjusa, proporzjonati u responsabbli. | [
10
] |
Mara ta' nazzjonalità Spanjola tilfet ħajjitha wara li nqabdet taħt lift ta' sptar. Rocío Cortés Núñez ta' 25 sena kienet għadha kif twelled permezz ta' ċesarja fl-isptar, Seville's Our Lady of Valme, meta seħħ l-inċident l-Ħadd li għadda. L-istretcher li kienet fuqu l-isptar kien qed jinġarr minn ġol-lift meta l-lift beda jgħola bl-entratura miftuħa bil-konsegwenza li nofs ġisimha spiċċa barra. Ħaddiema tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post biex jassistuha, iżda sfortunatament kien tard wisq. | [
10
] |
Ajruplan li kien għadu kemm niżel f'Toronto fil-Kanada ġie evakwat wara li ntlaqat minn ajruplan ieħor. Ajruplan tal-linja tal-ajru WestJet b'mija, tmienja u sittin passiġier u sitt membri ta' ekwipaġġ kien qed jistenna struzzjonijiet mit-torri tal-kontroll meta intlaqat minn ajruplan tal-linja Sunwing. Dan tal-aħħar ma kien qed iġorr l-ebda passiġġier. Fl-ajruport deher ħiereġ xi nar fuq wara tal-ajruplan tas-Sunwing filwaqt li n-nies abbord l-ajruplan tal-WestJet dehru joħorġu miż-żrieżaq tal-emerġenza. Kelliem għall-kumpanija tal-ajru WestJet spjega kif ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident. | [
10
] |
Il-pulizija Svediża qalet li tifel ta' tmien snin inqatel wara li ntefgħet bomba f'appartament f'Gothenburg. Yuusuf Warsame, minn Birmingham, kien rieqed fis-salott hekk kif kien qed iżur lil qrabatu. Dan l-attakk aktarx kellu x'jaqsam ma' xi ġlied antik. Il-pulizija qalet li raġel li nstab ħati fuq sparatura fatali fl-istess żona is-sena l-oħra kien reġistrat li jgħix fl-istess indirizz. Fil-flat li fih sar dan l-attakk kien hemm ħamest itfal u numru ta' adulti. It-tifel qas biss irnexxielu jasal l-isptar għall-kura, riżultat tal-ġrieħi gravi li kien qed isofri. Omm it-tifel, oħtu u ħuħ kienu fl-istess kamra meta seħħ l-attakk iżda fortunatament sofrew biss minn ġrieħi ħfif. | [
10
] |
Il-Pulizja Franċiża bħalissa qed tinvestiga attakk li seħħ f'Pariġi fuq żewġt aħwa Lhudija, fejn qed jingħad li l-aggressur beda jgħajjat kliem abbużiv. L-ikbar mill-aħwa li għandu 29 sena u ħuh ta' 17-il sena, sostnew li wieħed mill-aggressuri kien armat b'arma perikoluża u taqta' u li t-tnejn li huma ndarbu waqt l-attakk. Huma qalu li l-attakk seħħ waqt li kienu qed isuqu libsin kippahs, tip ta' kappell li jilbsu l-Lhud. S'issa l-Pulizija m'hi qed iżżomm lill-ħadd arrestat b'rabta ma' da nil-każ. | [
10
] |
'X'ħin kiltu ħassni kuntenta.' 'Differenti – sħabi bdew jgħiru naqra xħin għedtilhom.' Din kienet ir-reazzjoni ta' wħud li kielu towst partikolari f'Hong Kong u li ġibdet l-attenzjoni ta' bosta. Towst tal-qawsalla – hekk qed isejħulu! Dan għax huwa ikkulurit permezz tal-ġobon li jintuża – ġobon togħma ta' ħabaq, tadam u saħansitra lavanda, li jtiħ lewn differenti. Dak li ħoloq din it-towst ma basarx li ħa jiġbed tant attenzjoni u wisq inqas l-interess tal-klijenti. Għalkemm bosta kkummentaw li t-togħma mhix daqshekk eċċezzjonali, żgur li t-towst tidher tajba fir-ritratti. | [
10
] |
Kummentatur u preżentatur Franċiż jinsab f'nofs kontroversja, wara episodju li ġara live fuq it-televiżjoni. Jean-Michel Maire prova jbus mara żagħżugħa waqt li bdew taparsi jimmitaw dak li ġralha Kim Kardashian f'Pariġi. Il-mara rrifjutat li tbusu waqt din ir-reċta. Mingħajr ma ħasibha darbtejn, biesilha sidirha minflok. Hawn skattat kritika fenomenali, bl-agrumenti jżeffnu fin-nofs lil Donald Trump. Għax jekk Trump għamel ħażin li ftaħar dwar l-avvanzi sesswali tiegħu fuq in-nisa, aħseb u ara dan il-Franċiż kemm aġixxa b'mod skorrett! "Nistgħu nirrabjaw għal Trump u nittolleraw dan? Dan il-mara qaltlu 'le' b'mod ċar, iżda sforza ruħu fuqha. Din is-sitwazzjoni trid tinbidel." "Anke bħala parti minn programm tad-divertiment, meta mara tgħid le, tfisser le. Avżajt lir-regolatur dwar dan l-attakk sesswali" – Ministru għad-Drittijiet tan-Nisa. Daħlu aktar minn 250 rapport mar-regolatur Franċis tal-mezzi tax-xandir. Intant il-preżentatur qal li ra l-episodju mill-ġdid u qal li daħak meta rah. Cyril Hanouna, il-moħħ wara l-programm kollu, qal li ma ħasibx li l-episodju kien daqshekk serju. Il-mara, żeffiena ta' 21 sena bl-isem ta' Soraya, qalet li tinsab ixxokjata u fakkret li hija bniedma umana u mhux oġġett. | [
10
] |
Fl-età ta' 92 sena, tilfet ħajjitha Greta Friedman – il-mara protagonista fir-ritratt famuż ta' Alfred Eisenstaedt. Ritratt li juri lill-mara – dak iż-żmien tfajla – taqla' bewsa passjonanti mingħand il-baħri Amerikan George Mendonsa, f'nofs il-pjazza famuża Times Square fi New York. Dan ir-ritratt dar id-dinja; ħafna jarawh bħala simbolu ta' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Lura għall-1945elf disa' mija ħamsa u erbgħin: it-tfajla ta' wieħed u għoxrin sena kienet assistenta ta' dentist, u wara l-aħbar li l-Ġappun ċeda l-armi ħarġet biex tisma' l-aħħar żviluppi, meta l-baħri ħatafha u biesha – mument ikoniku li saħansitra baqa' mnaqqax fl-istorja tas-seklu għoxrin. | [
10
] |
L-istudent Ingliż Matthew Hedges qed jaffaċċja akkużi ta' spjunaġġ għal "Stat barrani" fl-Emirati Għarab Magħquda. Huwa kien arrestat f'Mejju li għadda waqt li kien qed jipprova jaqbad titjira minn Dubaj wara mawra fil-pajjiż biex jagħmel riċerka marbuta mad-Dottorat tiegħu. Għal dawn l-aħħar ħames xhur, huwa kien qed jinżamm f'kamra waħdu f'ħabs u ma ngħatax informazzjoni jekk hux se jinħeles jew le. Stqarrija mill-Avukat Ġenerali tal-UAE qal li Hedges, ta' 31 sena, qed jaffaċċja akkużi ta' spjunaġġ f'isem Stat barrani, u li pperikola l-ekonomija u l-politika tal-UAE. Żied jgħid li l-vjaġġ tiegħu fil-pajjiż biex jistudja kienet biss skuża biex jgħatti dak li veru kien qed jagħmel. Dan il-każ se jkompli jinstema' fil-Qorti fl-24 ta' Ottubru. | [
10
] |
Ta' kull sena jiġi dak il-mument meta raġel li joqgħod il-Brażil ikollu żjara unika u speċjali. Din iż-żjara jagħmilha l-pingwin Dindim, żjara li x-xjentisti jemmni li hija ġest ta' lealtá lejn dan ir-raġel li kien salvah minn ħalq il-mewt. Joao Periera de Souza salva lil dan il-pingwin wara li rah mitluq mal-art, jiġġieled għal ħajtu, miksi żejt u ma jistax jiċaqlaq. Kien propju minn dakinhar, li dan ir-raġel b'qalb kbira ta' kuljum kien jikkura lil dan il-pingwin. Fil-kummenti tiegħu ma' CNN dan ir-raġel stqarr li meta dan il-pingwin ħa saħħtu lura, huwa reġa ħadu lura fl-ilma, fl-ambjent tiegħu. Iżda minkejja dan, dan il-pingwin ta' kull sena jirritorna lura lejn id-dar ta' Joao biex bħal donnu jirringrazzjah. L-ebda xjentist ma seta' jemmen din l-istorja u kien propju għalhekk li f'Marzu poġġew tag fuq dan il-Pingwin biex jaċċertaw ruħhom li dan il-fenomenu kien reali, u kien propju permezz ta' din it- tag li x-xjentisti ikkonfermaw li kien propju l-istess pingwin li ta' kull sena jiġi jsellem lill-eroj tiegħu. | [
10
] |
L-urugan Harvey wasal f'Texas b'irwiefen qawwija li laħqu l-mitejn u ħmistax-il kilometru fis-siegħa b'konsegwenzi fuq iż-żoni kostali. Il-maltempata qed tkun meqjusa bħala l-agħar waħda f'Texas fl-aħħar tnax-il sena hekk kif mistennija tinżel mal-metru ta' xita. Il-President tal-Istati Uniti, Trump iffirma proklamazzjoni tal-istat dwar id-diżastri, li ser tillibera għajnuna federali għaż-żoni l-iktar milquta. Il-gvernatur ta' Texas, Greg Abbott wissa dwar għargħar record f'għadd ta' reġjuni. L-urugan ta' kategorija erbgħa diġa wassal biex waqgħu numru ta' siġar f'Corpus Christi b'eluf ta' residenti telqu minn djarhom u ħarbu. Is-sindku ta' Rockport fil-qrib, Patrick Rios ħeġġeġ lil madwar għaxart elef persuna li għadhom ma evakwawx biex jagħmlu dan immedjatament. | [
10
] |
L-istat Amerikan Hawaii qed jipprepara ruħu għal urugan perikoluż ta' kategorija erbgħa li jaf jolqot il-gżejjer l-Erbgħa filgħaxija ħin tal-post. Il-maltempata Lane tniżżlet għal maltempata f'kategorija erbgħa, b'irjiħat li jleħqu l-250km fis-siegħa, iżda l-uffiċjali qed jgħidu li xorta għadha viċin is-saħħa ta' kategorija ħamsa. It-tbassir tat-temp qed jgħid li l-gżejjer se jaffaċċjaw irjiħat b'saħħithom u mewġ kbir, anke jekk il-maltempata ma tmissx mal-art. L-aħħar maltempata ta' kategorija ħamsa li ġiet daqshekk viċin tal-Hawaii kienet John fl-1994. Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp ippulika twissija ta' urugan għal Big Island u twissija għall-għassa ta' urugan għal gżejjer Oahu, Maui, Molokai u Lanai. Il-flotta navali ħabbret li vapuri u sottomarini li huma bbażati f'Pearl Harbour se jinħarġu 'l barra fil-baħar fejn se jkunu 'l bogħod mill-passaġġ tal-maltempata. | [
10
] |
Domandi kbar u ta' qsim il-qalb qed iqumu dwar il-mewt tal-kantanta Christina Grimmie f'Orlando.Fl-2014 Grimmie ġiet it-tielet f' The Voice , u minn hemm baqgħat tikseb suċċess. Ta' 22 sena, inqatlet bla ħniena meta raġel minn Florida resaq lejha wara kunċert u sparalha tliet tiri. Ħu l-kantanta, Marcus Grimmie, li għandu 23 sena, ġġieled miegħu għal ftit mumenti. Eżatt wara, il-qattiel ta' Christina spara tir lejħ innifsu u tilef ħajtu hu wkoll. Jidher li l-kantanta qatt ma kellha biża' minħabba s-sigurtà tagħha, u l-episodju ma kien mistenni xejn. Il-Pulizija temmen li r-raġel attenda l-avveniment li fih kantat Christina speċifikament biex joqtolha. Il-kantanta żagħżugħa kienet magħrufa għar-relazzjoni tajba li kellha mas-segwaċi tagħha, tant li spiss kienet issemmihom b'isimhom qabel jew wara li tkanta. Il-qattiel kien identifikat bħala Kevin James Liobl ta' 26 sena. | [
10
] |
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li m'hemm ebda raġuni għaliex wieħed jistenna sa' Ottubru, meta jinstab Prim Minsitru Ingliż ieħor minflok David Cameron, biex jibdew in-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Juncker kien qed jitkellem mal-istazzjon televiżiv Ġermaniż ARD meta qal li jixtieq li jibdew in-negozjati b'mod immedjat. Il-membri li oriġinarjament bdew l-Unjoni Ewropea: il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Italja u l-Belġju, jiltaqgħu llum biex jiddiskutu l-futur tal-Ewropa mingħajr ir-Renju Unit. Juncker insista li kwalunkwe dewmien se jkompli jżir l-inċertezza. "Għandna regoli biex naġixxu b'mod strutturat f'każijiet bħal dawn" insista Juncker. Qal ukoll li l-Unjoni mhix se tkun ostaġġ sakemm it-Tories Ingliżi joqdu jiddeċiedu fuq min se jkun il-mexxej il-ġdid. | [
10
] |
Raġel li jgħix fit-toroq ta' Edinburgh irrakkonta kif żewġ Żvediżi wettqu ġest nobbli wara li invitawh fid-dar tagħhom għall-jum tal-Milied. Jimmy Fraser kien qed jittallab fi triq George meta żewġ turisti, Annis Lindkvist u oħtha Emma, staqsewh għad-direzzjoni. Minn hemm saru ħbieb u taw n-numru tal-mowbajl lil xulxin qabel ma marru lura lejn Samyra. Fraser tkellem ma' sit barrani fejn qal li "ma tantx għadda żmien u kont fuq ajruplan lejn l-Iżvezja." Ir-raġel li għandu 54 sena qal li Lindkvist għamlitlu l-passaport u saħansitra ħallsitlu t-titjira sabiex ikun jista' jqatta' l-ġimgħa tal-Milied mal-familja tagħha. Fraser spjega kif għall-ewwel vera beda jibża' għax opportunità bħal din żgir ma tiġix kuljum, iżda kif iltaqa' magħhom u mal-familja tagħhom induna li kienet esperjenza mill-isbaħ. "Fejn qatt kont nobsor li wara tant snin nittallab fit-triq kont se nkun fi triqti lejn l-Iżvezja biex niltaqa' ma' familja bħal din!," temm jgħid Fraser. | [
10
] |
It-tifla Sirjana, Bana Alabed, li ġibdet ħarset id-dinja fuq is-sitwazzjoni f'Aleppo bit-tweets tagħha qalet li kienet tagħmel dan f'isem it-tfal kollha f'Aleppo. Qalet dan meta ltaqgħet mal-President Tork Erdogan. Spjegat kif kollox beda meta saqsiet lil missierha biex jiġbed filmat tagħha biswit l-iskola. Wara saqsietu jekk tistax itella' l-filmat fuq Twitter u aċċetta. Użajna twitter biex nwasslu l-vuċi tat-tfal f'Aleppo lid-dinja. Għan li tassew kien milħuq tant li s-segwaċi tagħha fuq Twitter żdiedu. Filfatt minn wara it-Tweets beda l-proċess ta' evakwazzjoni. Anke jekk issa qegħda 'l bogħod mill-ġlied fis-Sirja, it-tifla stqarret li tħoss in-nuqqas ta' darha. Il-memorji li kellha fid-dar u fl-iskola se jibqgħu magħha bit-tama li xi darba jkun assigurat li tista' tirritorna lura fis-Sirja. | [
10
] |
Wara t-traġedja li għaddha minnha t-tim Chapecoense, għall-ewwel darba reġa' rritorna fil-grawnd. Ritorn differenti hekk kif il-maġġoranza tal-plejers ta' dan it-tim tilfu ħajjithom fid-29 ta' Novembru f'traġedja bl-ajruplan u għalhekk qed naraw ritorn b'uċuħ ġodda. Kienu propju 71 persuna li mietu f'din it-traġedja, b'dsatax minnhom ikunu l-plejers tat-tim Brażiljan u l-istaff. L-ajruplan kien fi triqtu lejn il-Kolombja biex jilgħab il-finali tal-Copa Sudamericana. It-tim irnexxielu jgħaqqad 22 plejer ġdid u ospitaw liċ-champions tal-kampjonat Brażiljan Palmeiras f'logħba ta' ħbiberija fil-jum tas-Sibt. Tliet plejers li salvaw mit-traġedja rċivew il-Copa Sudamericana qabel il-logħba fil-grawnd Arena Conda. Il-gowler Jackson Follmann u d-difensuri Neto u Alan Ruschel kienu fost dawk li salvaw. Huma rċivew it-trofew u medalji flimkien mal-familji tal-vittmi quddiem għoxrin elf spetattur fil-grawnd ta' Chapecoense, filwaqt li persuna oħra li salva, il-korrispondent tar-radju Rafael henzel, kien il-kummentatur tal-logħba. Il-logħba waqfet fil-71 minuta hekk kif iż-żewġ timijiet u l-partitarji qamu bil-wieqfa u ċapċpu f'turija ta' rispett lill-vittmi. Il-logħba spiċċat fi draw ta' tnejn bi tnejn, b'Douglas Grolli u Amaral jiskurjaw il-gowls ta' Chapecoense. | [
10
] |
Id-Direttur għall-midja tal-Vatikan ċaħad li l-Vatikan se jieħu responsabbiltà diretta ta' Medjugorje, post fil-Kroazja popolari ħafna wkoll mal-Maltin, tant li eluf fis-sena jżuruh minħabba d-dehriet li jingħad li għamlet il-Madonna. Jidher li hemm kunflitt bejn il-Franġiskani li jmexxu l-Knisja tal-post u l-Isqfijiet tal-post, li mhux darba u tnejn wissew kontra l-fenomenu ta' Medjugorje. Iżda Lombardi qal li l-ħsieb li quddiem dan il-kunflitt jaħtru amministratur mill-Vatikan hija waħda minn diversi għażliet. Dan għax ikun ifisser li l-Vatikan ikun ta l-barka tiegħu għad-dehriet li jingħad li jkun hemm. Iktar minn sena ilu Kummissjoni Speċjali tqabdet mill-Vatikan biex tinvestiga l-każ u r-rapport għadda lill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Minkejja dan, ma tħabbarx ir-riżultat tiegħu, anke jekk kien ingħad li dan kellu jieħu "ftit xhur" biex jitlesta. | [
10
] |
Sa fl-aħħat it-Tajwan qed tipprojbixxi l-konsum ta' laħam ta' klieb u qtates, dan hekk kif il-ġimgħa l-oħra saret bidla fil-leġiżlatura tal-pajjiż fis-sezzjoni tad-drittijiet tal-annimali. Din il-projbizzjoni saret sabiex it-Tajwan turi li hi kontra l-moħqrija tal-annimali li sfortunatament jispiċċaw ma jkollhomx l-aħħar jiem ta' ħajjithom feliċi hekk kif il-kundizzjonijiet fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam mhix ħanina. Il-liġi fit-Tajwan qabel kienet tgħid li hi tipprojbixxi li kelb jew qattus jiġi maqtul bil-għan li l-laħam tiegħu jintuża għal konsum, iżda issa din il-bidla tgħid ukoll li se tkun qed tipprojbixxi l-konsum tal-laħam ta' dawn l-annimali. Persuni li jinstabu ħatja li kkonsmaw jew biegħu laħam tal-klieb jew qtates issa jistgħu jeħlu multa li titla bejn $1,640 u $8,200. | [
10
] |
Ferrovija internazzjonali li kienet qiegħda ġġorr 85 persuna fl-Olanda ġiet evakwata wara li tim tal-emerġenza rrisponda għal dik li qed titqies bħala 'sitwazzjoni suspettuża'. Pulizija Olandiża stqarret li fuq din l-investigazzjoni kellhom jittieħdu numru ta' klieb sabiex ikunu jistgħu jfittxu għal oġġetti suspettużi iżda il-pulizija qed tirrifjuta li tagħti iktar informazzjoni. The Royal Netherlands Marechaussee li jagħmlu monitoraġġ fuq sigurtá nazzjonali, ġew imsejħa sabiex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Il-pulizija Olandiża rrifjutat li tagħti kumment fuq rapporti li din is-sitwazzjoni rriżultat minn theddida ta' ittra bomba. | [
10
] |
Lanqas għaddiet ġurnata minn meta ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern Amerikan u dak Russu biex jieqaf il-ġlied fis-Sirja, li ma reġgħux intilfu l-ħajjiet kawża t'attakki mill-ajru fl-istess pajjiż. Madwar mitt persuna tilfu ħajjithom sigħat biss wara li ntlaħaq l-imsemmi ftehim. Attakki mill-ajru fuq suq fil-belt ta' Idib ħallew sittin persuna mejta, filwaqt li minn tal-inqas ħamsa u erbgħin oħra mietu f'attakki fil-provinċja t'Aleppo. Il-ftehim għandu jara waqfa mill-vjolenza f'partijiet fis-Sirja għal għaxart'ijiem jibdew minn inżul ix-xemx tat-Tnejn. Ftehim li ntlaqa' tajjeb mit-Turkija u mill-Unjoni Ewropea, li wissew dwar iktar bżonn t'azzjoni. | [
10
] |
Wirt iż-Żejtun ilbieraħ nediet ktieb ieħor minn sensiela Għamlulna Ġieħ; din id-darba dwar l-iskultur Żejtuni Alessandro Farrugia kif ukoll ibnu Ġanni. Alessandro Farrugia jew kif kien magħruf, Xandru Farrugia, għamel bosta opri artistiċi f'pajjiżna fosthom l-istatwa titulari tal-Lunzjata f'Ħal Tarxien, San Pawl ta' Ħal Safi u Santa Marija tal-Imqabba fost bosta oħra. Kien magħruf ukoll għall-Bambini bil-wieqfa kif ukoll artifatti li forsi ma tantx jissemmew bħal gandlieri u anke xogħol ieħor fil-ġebel. Ix-xogħol fuq il-ktieb sar mir-riċerkatur u storiku Clifford Galea, ir-riċerkatur Michael Buhagiar u Valentina Lupo, direttrici tal-Atelier del Restauro li għamlet restawr fuq l-istatwa ta' San Pawl ta' Ħal Safi. Riċerka oħra saret minn Ruben Abela fi ħdan Wirt iż-Żejtun fejn anke ġew dokumentati permezz ta' ritratti, diversi niċeċ li saru minnu. S'issa diġà ħarġu żewġ kotba oħra mill-istess kullana Għamlulna Ġieħ : Michele Cachica (1760-1939) u Carlo Diacono (1876-1942) Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.facebook.com/Wirt-I%C5%BC-%C5%BBejtun-Page-1334916986596081/ lunzjata lunzjata | [
2
] |
Tkompli tikber il-biza tal-isfreġju kbir li jista' jagħmel l-urugan Matthew fil-Haiti hekk kif dan l-urugan qed joqrob aktar viċin l-art. Persuna diġa tilfet ħajjitha kawża ta' dan l-urugan, li huwa mistenni jolqot partijiet tal-Atlantiku. It-tbassir tat-temp juri kif l-urugan Matthew huwa mistenni jolqot il-Punent tal-Haiti dalgħodu, bil-previżjonijiet jindikaw li r-riħ se jkun akkumpanjat minn xita qawwija. Il-Haiti mhuwiex ippreparat għal dawn il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp hekk kif huwa wieħed mill-aktar pajjiżi fqar madwar id-dinja. | [
10
] |
Il-Korea ta' Fuq sparat tliet missili fil-baħar, dan skont il-militar tal-Istati Uniti. Dawn ġew sparati fil-provinċja ta' Gangwon fil-Korea ta' Fuq u taru għal madwar 250km, skont uffiċjali mill-Korea t'Isfel. Minn meta ġiet sparata missila interkontinentali x-xahar li għadda, Pyongyang bdiet thedded li se tkun qed tispira l-missili fid-direzzjoni tat-teritorju ta' Guam. Iżda din il-prova ma kienet ta' ebda theddida, la għall-Istati Uniti u lanqas għal Guam. Il-missili li jiġu sparati mill-Korea ta' Fuq normalment ikunu bħala risposta għall-provi militari li jinvolvu lill-Istati Uniti. | [
10
] |
L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku ppublika messaġġ bl-awdjo li jidher li ġej mill-mexxej tagħhom Abu Bakr al-Baghdadi. Fil-messaġġ, l-ewwel wiħed minn Settembu tas-sena l-oħra, il-vuċi tindirizza lill-partitarji tal-Istat Iżlamiku. Għalkemm l-awdjo m'għandux data, jidher li qed jagħmel referenza lejn ġrajjiet riċenti, fosthom id-ditenzjoni ta' qassis Amerikan fit-Turkija. L-Istat Iżlamiku tilef ħafna mit-territorju li kellu fil-passat fis-Sirja u l-Iraq. Is-sena l-oħra, il-grupp kien sfurzat 'il barra minn Raqqa u Mosul, minn fejn Baghdadi ħabbar il-bidu tal-kalifat tal-Istat Iżlamiku fl-2014. Skont Reuters, fl-awdjo Baghdadi jgħid li l-iskala tar-rebħa jew telfa ma tiddependix minn belt jew raħal li jinsterqu, u lanqas hi soġġetta għas-superjorita fl-ajru, missili interkontinetali jew bombi kkontrollati | [
10
] |
Instabet il-kaxxa s-sewda tal-ajruplan militari Russu li waqa' fil-baħar l-Iswed. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali Russi. Din hija l-ewwel kaxxa sewda li nstabet, tal-ajruplan li abbord tiegħu kien hemm 92 passiġġier u l-ekwipaġġ. L-ajruplan iġġarraf ftit wara it-tluq tiegħu minn ajruport qribt il-belt ta' Sochi. Abbord kien hemm għadd ta' artisti li kienu se jieħdu sehem f'kunċert imtella għat-truppi Russi li bħalissa huma allokati fis-Sirja. Dawn kienu akkumpanjati minn ġurnalisti u membri tal-militar. L-artisti kienu se jieħdu f'kunċert imtella' għall-ewwel tas-sena. | [
10
] |
Geena, kelba tar-razza Golden Retriever, takkumpanja lil sidha, tfajla bl-isem ta' Ioana Catalina mir-Rumanija, fuq kull ġita li tmur madwar il-pajjiż. "Kullimkien tiġi miegħi. Morna kunċerti flimkien, festini u anke ċelebrazzjonijiet taż-żwiġijiet! Kulħadd jaf min hi," qalet Ioana. Ioana kompliet billi qalet "Apparti li hi l-akbar ħabiba tiegħi, il-kumpanija ewlenija għal waqt il-ġiti li mmur, hi ukoll parteċipanta f'diversi kompetizzjonijiet tal-klieb. Rebħet diversi unuri minn madwar id-dinja." | [
10
] |
Il-kumpanija Marks & Spencer ħabbret li se tagħlaq madwar 60 ħanut matul il-ħames snin li ġejjin, fi sforz biex in-negozju jirpilja. Il-kap Steve Rowe, li beda l-karriera tiegħu bħala ħaddiem ta' nhar ta' Sibt f'maħżen tal-istess ditta fis-snin tmenin, kien diġa' wissa li kien se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsa. Il-bidliet ifissru li 30 ħanut se jagħlaq kompletament fir-Renju Unit u 45 ħanut ieħor se jiċkien jew jinbidel fl-istruttura tiegħu. Fost oħrajn il-kumpanija qed tipprova tagħmel qliegħ mid-ditta tal-ikel "Simply". Hemm ukoll pjanijiet biex jingħalqu 53 ħanut madwar għaxar swieq internazzjonali – li jinkludu 10 fiċ-Ċina u sebgħa fi Franza, filwaqt li fil-Belġju, l-Estonja, l-Ungerija u l-Litwanja hemm madwar 2100 impjieg f'riskju. Malta s'issa ma tissemmiex. Jirriżulta li d-ditta saret wisq kumplessa u ineffiċjenti, u għalhekk f'Mejju stabilixxiet numru ta' mistoqsijiet li se jkunu qed jindirizzaw bħala parti minn reviżjoni strateġika. "Dawn huma deċiżjonijiet iebsa, iżda vitali għall-futur ta' M&S" sostna Rowe. | [
10
] |
Il-pagun jgħidu li għasfur kburi, tant li l-Ingliżi għandhom "proud as a peacock" bħala espressjoni. Ma tantx kellu biex ikun kburi dan il-pagun partikolari, li f'ħanut tax-xorb f'California ħoloq diżastru bla preċedent. Naturlament bla ħtija, u aktarx li l-pagun kien fi stat xi ftit beżgħan wara li sabu ruħu fil-ħanut. Ħaddiema favur il-protezzjoni tal-annimali kellhom biċċa xogħol kbira biex jikkontrollaw lil dan il-pagun, u ma kull pass li beda jagħmel, beda jikkaġuna aktar ħsara. Segwi l-filmat! | [
10
] |
Il-poplu Franċiż qiegħed jivvota biex jeleġġi l-Parlament. Dan wara li ftit tal-jiem ilu ivvutaw biex jagħżlu min se jkun il-President ta' pajjiżhom, elezzjoni li ntrebħet minn Emmanuel Macron. Il-President attwali Franċiż qiegħed jittama li b'din l-elezzjoni parlamentari isaħħaħ is-saħħa tiegħu biex ikun jista' jwettaq il-wegħdiet ekonomiċi u soċjali. Jekk jirnexxielu jikseb maġġoranza sew fil-Parlament, dan ikun ifisser daqqa ta' ħarta oħra għall-partiti politiċi tradizzjoni li fl-elezzjoni presidenzjali ta' din is-sena ma kellhomx kandidat. "Irridu maġġoranza b'saħħitha biex fis-snin li ġejjin inkunu kapaċi nwettqu r-riformi li Franza tant għandha bżonn" qal kelliem mill-partit ta' Macron. | [
10
] |
Qassis minn New York ġie arrestat wara li l-Pulziija sabulu pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tiegħu, kif ukoll droga kemm fl-uffiċċju tal-Knisja u kif ukoll fil-kamra tas-sodda. Christopher King, ta' 51 sena, kellu ħames filmati ta' pornografija fuq il-kompjuter tiegħu, fejn fihom kien hemm attività sesswali ma' subien tal-età sentejn jew tlieta. King, li jgħix f'New York, instab li kien fil-pussess ta' tnax-il grammi crystal meth. Il-Pulzija rċivew twissija dwar King, u minn hem bdew l-investigazzjoni tagħhom fejn b'hekk għamlu s-sejba. | [
10
] |
Għalliema minn Dallas Texas bħalissa tinsab fi ġlieda biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha wara li instab li kienet taħdem fil-porn kważi għoxrin sena ilu. Resa Woodward, li kienet tgħallem ix-xjenza f'skola tat-tfajliet, tpoġġiet fuq leave amministrattiv wara li film tal-adulti li kienet ħadet sehem fih ħareġ fil-beraħ. Persuna anonima għaddiet l-informazzjoni lill-iskola lura f'Marzu tal-2016, fejn l-istess persuna sostna li l-għalliema kienet ħadet sehem f'sittax-il film tal-adulti taħt l-isem ta' Robyn Forster. Robyn Forster kienet fl-industrija tal-porn bejn l-2001 u l-2004. Għall-ewwel hi ċaħdet l-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha iżda eventwalment ammettiet li fil-filmat li nkisbu kienet verament hi. Il-persuna li għaddiet l-informazzjoni sostniet li kienet imħassba għax ma riditx lit-tfal ikunu esposti għal dawn l-affarijiet. L-akkużi twaqqaw wara li ntqal li l-għalliema ma kienet qed tikser l-ebda regola, dan hekk kif l-episodju kien wieħed li seħħ fil-passat. Minn hemm reġgħet bdiet tgħallem. Ġara li wara li ħadet filmat u poġġietu fuq is-sit soċjali ta' sewwieq li kien taħt l-effett tal-alkoħol, hu pattijielha billi żvela l-passat tagħha fuq il-midja soċjali. Hi infurmat lill-uffiċjali tal-iskola fejn qaltilhom li dawn qed jippruvaw jitterminawla l-karriera tagħha bħala għalliema. Sostniet ukoll li l-parteċipazzjoni tagħha fl-industrija tal-porn ma kinitx għażla tagħha iżda li ġiet iffaċilitata minn raġel li kienet tgħix miegħu minħabba problemi finanzjarji. | [
10
] |
Il-Partit Konservattiv ta' Theresa May se jkun l-ikbar partit fil-Parlament Ingliż wara li rebaħ l-elezzjoni fir-Renju Unit. Peró May mhux se jkollha l-maġġoranza assoluta meħtieġa biex il-Partit Konservattiv imexxi l-parlament waħdu u dan nissel diżappunt fil-Partit Konservattiv, b'mod partikolari għaliex hi sejjħet l-elezzjoni għax riedet mandat b'saħħtu biex anke tinnegozja Brexit. Il-Konservattivi jidher li se jkunu kisbu 318 –il siġġu biex hekk ikunu tilfu 13-il siġġu fil-parlament. Il-Partit Laburista ta' Jeremy Corbyn mistenni jikseb 30 siġġu iktar u għalhekk ikollhom 262 siġġu. Wara dan ir-riżultat Jeremy Corbyn qal li May kellha tirriżenja, iżda hi qalet li huwa biss il-Partit Konservattiv li jista' jwassal għal stabbiltà. "Bħalissa iktar minn kull mument ieħor dan il-pajjiż irid perjodu ta' stabbiltà," qalet May li żiedet din hija responsabbiltá tal-partit tagħha għax kiseb l-iktar voti u l-iktar siġġijiet. Corbyn ħasibha differenti: "Jekk hemm messaġġ mill-elezzjoni tal-lejla hu li l-Prim Ministru sejħet din l-elezzjoni għax riedet mandat. Il-mandat li kisbet huwa inqas voti u inqas appoġġ. Naħseb huwa biżżejjed biex titlaq," qal Corbyn. Biex ikollu maġġoranza assoluta partit irid ikollu 326 siġġu. | [
10
] |
Trabi li twieldu b'ċesarja għandhom probabiltà ogħla li jkunu obeżi aktar tard f'ħajjithom, speċjalment meta mqabbla ma trabi oħra li ma twieldux b'ċesarja. Permezz ta' kitba fil-JAMA Pediatrics, publikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Medika Amerikana, riċerkaturi kkonkludew li trabi li jitwieldu b'mod naturali jkunu esposti għal ċertu batterji fl-imsaren, li għandhom rwol importanti fil-mod kif il-ġisem jirregola dak li jiekol. L-istudju segwa aktar minn 22,000 tarbija hekk kif dawn kibru u saru adulti. Minkejja r-rabta bejn ċesarji u obeżità, esperti qalu li hemm diversi fatturi li jikkontribwixxu għall-ħxuna sa mill-bidu nett. Dawn jinkludu d-dieta tal-omm, jekk l-omm kellhiex diabete fit-tqala u jekk it-tarbija ngħatatx ħalib tal-omm. Sintendi, d-dieta tat-trabi fl-ewwel snin tagħhom kienu fatturi determinanti wkoll. Trabi li jitwieldu b'ċesarja għandhom inqas probabiltà li jieħdu l-ħalib tal-omm, u dan minnu nnifsu ma jgħinx fil-ġlieda kontra l-obeżità. | [
10
] |
Il-Pulizija Ingliża qed tappella għall-għajnuna u informazzjoni, wara allegazzjoni li f'belt bl-isem ta' Redcar, omm sfat attakkata sesswalment minn żewt'irġiel. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, żewġt'irġiel kienu ħdejn il-baħar, meta għaddiet l-omm b'tarbija magħha. Allegatament ħatfuha, daħħluha fis-seat ta' wara tal-istess karozza, u stuprawha fil-preżenza tat-tarbija. L-irġiel kienu fil-karozza, iżda meta raw lill-mara, ħarġu minnha u sforzawha tidħol. Wara l-istupru, kemm l-omm u kemm it-tarbija twaddbu 'l barra mill-karozza. L-irġiel qed ikunu deskritti bħala t-tnejn ta' karnaġġjon bajda, wieħed minnhom jqarreb it-tletin sena u l-ieħor jidher li għadu bilkemm għalaq l-għoxrin. Wieħed minnhom għandu l-kelma 'love' miktuba b'tattoo fuq is-swaba. Il-Pulizija ta' Cleveland qalet li l-mara u t-tarbija għaddew minn trawma enormi, u kull għajnuna għandha tingħata lill-Pulizija. | [
10
] |
Fil-Polonja għaddejja kontroversja dwar il-qtigħ ta' siġar mill-foresta Białowieża, hekk kif l-awtoritajiet qed jimmiraw li jneħħu siġar infettati minn parassiti biex isalvaw siġar oħrajn. Il-Foresta fiha 600 metru kwadru u huwa rikonoxxut mill-UNESCO bħala sit ta' wirt dinji. Għaqdiet fil-Polonja favur l-ambjent jinsabu rrabbjati minħabba l-fatt li qed jaħsnu li jaqtgħu it-triplu tal-ammont ta' siġar li normalment jinqatgħu, bħala l-uniku mezz biex siġar li m'humiex qed jiġu attakkati mill-parasiti ikunu protetti. Nies tal-inħawi huma ta' opnijoni varjata, min jaqbel mal-ambjentalisti li qed jitolbu li tinstab soluzzjoni oħra, u min jaqbel mal-awtoritajiet li l-unika mezz kif tippreveni l-firxa ta' iktar parassiti hija li telimna ħafna mill-ambjent. Intant, uffiċċjali mill-UNESCO mistennija jżuru l-foresta fil-ġimgħat li ġejjin biex jinvestigaw l-pjan ta' azzjoni tal-Gvern Pollakk. | [
10
] |
Raġel li jmexxi ħanut tal-kafè fil-binja li tilqa' lil ġurnal tal-oppożizzjoni Torka inżamm arrestat wara li qal li kieku jirrifjuta li jservi t-tè lill-President Recep Tayyip Erdogan. Senol Buran, li jmexxi l-ħanut fil-binja tal-ġurnal Cumhuriyet, it-Turkija, inżamm akkużat li insulta lill-President. Iżda hu qed jinsisti li dak li qal ma kienx insult. L-awtoritajiet Torok qed ikunu ħarxa kontra min imerihom, minn meta seħħ kolp ta' stat f'Lulju li għadda. Il-ħaddiema tal-ġurnal kienu fost l-eluf arrestati, sospiżi jew imkeċċija mix-xogħol. Il-ġurnal huwa fost il-ftit li azzarda jippublika affarijiet kontra Erdogan. Buran stqarr ċar mal-Pulizija: "kieku ma nservix it-tè lill-Erdogan". | [
10
] |
Attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet tal-annimali fil-Mumbai raw xena mhux tas-soltu, hekk kif bosta klieb li jiġru fit-toroq inbidlilhom l-kulur tal-pil u saru bluni. Kien proprju wara ftit tfittxija fiż-żona industrijali, post fejn fiha wieħed isib diversi fabbriki, fosthom chemical plants, li x'aktarx sabu r-raġuni wara dan il-misteru. Filfatt hekk kif fittxu qrib iż-żona, f'postijiet li huma limitati għall-bnedmin iżda li fihom il-klieb jidħlu, sabu tip ta' kimika li kienet ħierġa mill-fabbriki bil-konsegwenza li tniġġes l-ixmara tal-lokal, Kasadi. X'aktarx din il-kimika għandha xi tip ta' żebgħa blu, li meta l-klieb jinżlu fl-ilma minħabba s-sħana li jħossu, huma qed jispiċċaw b'kulur differenti tal-pil, bħal meta wieħed imur għand stilist tax-xagħar u jbiddillu l-kulur ta' xagħru. Il-Bord għat-Tniġġis tal-lokal se jkun qed jinvestiga l-każ fejn se tkun qed tittieħed azzjoni kontra dawk li kkawżaw it-tniġġis. | [
10
] |
Żgħażagħ f'diversi ibliet madwar Franza ipprotestaw kontra ż-żewġ kandidati Presidenzjali Marine Le Pen u Emmanuel Macron. Fil-kampanja żagħżugħa deheru diversi sinjali jgħidu li il-poplu Franċiż ħaqqu aħjar, u nstemgħet l-għajta f'diversi ibliet 'neither Macron nor Le Pen'. Issa il-qiegħa tkompli tisħon hekk kif il-poplu mistenni jerġa jivvota fis-sebgħa ta' Mejju li ġej. Għalkemm Macron huwa l-kandidat favorit ta' diversi ħadd ma nħeba wara l-fatt li Le Pen qed tisraq l-attenzjoni ukoll, bi strateġiji sottili bħal dik ta' din il-ġimgħa, fejn żaret fabbrika f'Amiens fl-istess ħin li kien skedat li jżurha hu. | [
10
] |
Emmanuel Macron, il-kandidat Franċiz favorit fl-elezzjoni Presidenzjali ornda riforma sħiħa fl-Unjoni Ewropea sakemm ma tridx taffaċċja 'Frexit'. Macron li huwa pro-EU għadda dan il-kumment lill-BBC fl-eqqel tal-kampanja missieleta kontra Marine Le Pen. Din hija l-aħħar ġimgħa qabel mal-poplu Franċiż jiddeċiedi min se jkompli jmexxi l-Istat wara Francious Hollande. Le Pen hija magħrufa għal kummenti u intenzjonijiet kontra l-Unjoni Ewropea, tant li wegħdet li jekk hi tieħu t-tmun ta' Franza, issejjaħ referendum dwar is-sħubija ta' Franza mal-Unjoni Ewropea. Le Pen qed tkompli tirbaħ l-appoġġ f'żoni rurali tal-pajjiż wara li wegħdet kontrol assolut fuq il-fruntieri Franċiżi u tiġġieled il-kriżi tal-migrazzjoni. | [
10
] |
Skont stħarriġ li sar fost it-telespettaturi Franċiżi, il-kandidat Presidenzjali Franċiż Emmanuel Macron kien iktar impressjonanti mir-rivali tiegħu Marine Le Pen waqt l-aħħar dibattitu televiżiv. Il-kandidati tefgħu insulti lejn xulxin għal iktar minn sagħtejn, u argumentaw fuq it-terroriżmu, l-ekonomija u l-Ewropa. L-istazzjon BFMTV sab li l-votanti kellhom opinjoni iktar favoreveoli ta' Macron milli ta' Le Pen fil-maġġoranza tal-kategoriji. Kienu tlieta u sittin fil-mija tat-telespettaturi li qalu li huwa kien l-iktar wieħed konvinċenti mit-tnejn li huma. | [
10
] |
Kummenti tal-President Elett Donald Trump dwar in-NATO wasslu għal tħassib serju mill-istess forza tan-NATO. Trump qal li n-NATO hija forza skaduta u bi tweġiba għal dan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż saħaq li dawn il-kummenti huma ta' għajb minn dak li se jkun qed imexxi l-aktar pajjiż b'saħħtu fid-dinja. Fil-ġimgħa li Trump se jkun qed jinħatar bħala President tal-Istati Uniti l-kontroversji madwaru komplew jiżdiedu. Huwa anki kritika lill-Kanċillier Angela Merkel li għamlet żball fil-politika li ħaddnet dwar l-immigrazzjoni u hedded li jimponi taxxi ferm għola fuq karozzi manifatturati fil-Ġermanja. | [
10
] |
F'New South Wales, fl-Awstralja, raġel ta' 48 sena ġie arrestat fuq suspett li qed jikollabora mal-Istat Iżlamiku fuq terroriżmu. Il-Prim Ministru tal-pajjiż Malcolm Turnbull qal li r-raġel jinsab mixli li ta pariri lill-grupp fundamentalista dwar missili. Il-Prim Ministru qal li ma kien hemm l-ebda theddida imminenti iżda l-awtoritajiet ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ir-raġel li kien jaħdem fil-qasam tal-elettriku huwa mifhum li kien qed jaħdem għal rasu u ma kellu l-ebda esperjenza fil-qasam ballistiku u dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjonijiet tal-missili. | [
10
] |
Uffiċjali Sirjani qed iwissu li huwa fl-interess tar-Renju Unit u pajjiżi Ewropej oħra biex iħeġġu lit-Turkija ma tmexxix attakki fuq in-Naħa ta' Fuq tas-Sirja. L-istess kelliema mis-Sirja qalu li l-pjan għal attakk mit-Turkija fuq il-fruntiera Sirjana setgħet wasslet għal gwerra kbira u kriżi umanitarja. Dan anke fid-dawl li bħalissa militanti mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qed jinżammu bħala priġunieri fl-inħawi. Il-Kmandant Reġjonali għall-Forzi Demokratiċi Sirjani temm jgħid li tul dan kollu, il-Gvern Tork m'għandux ikun fdat b'kull ma jgħid. Qal li d-dinja kollha tefgħet ħarsitha fuq l-istat tad-demokrazija bħalissa fit-Turkija, u għalhekk ma jistgħux jippretendu azzjoni aħjar fis-Sirja stess minn militanti Torok. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.