text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Kim Kardashian sofriet minn xokk qawwi wara li żewġt'irġiel liebsin ta' uffiċjali tal-Pulizija żammweha b'pistoli ppuntati lejha, f'kamra ta' lukanda. Minkejja li li tinsab ixxukjata bi kbira, ma sofriet ebda ġrieħi. L-inċident seħħ f'Pariġi, fejn ir-reality star ta' 35 sena qiegħda tattendi ġimgħa dedikata għall-moda. Żewġha, ir-rapper Kanye West, telaq ħesrem minn kuċert fi New York wara li sar jaf bl-aħbar. | [
10
] |
Fdalijiet tal-bniedem li nstabu fi proprjetà fil-Vatikan, jistgħu jsolvu misteru ta' 35 sena ilu. L-għadam instab f'sit ta' kostruzzjoni fl-ambaxxata tal-Vatikan għall-Italja biswit il-mużew famuż ta' Villa Borghese f'Ruma. Fi stqarrija tal-Vatikan ingħad li l-esperti qed jaħdmu biex jiddeterminaw l-età u s-sess tal-persuna li nstab l-għadam tagħha, u l-ġurnata li fiha miet jew mietet. Il-midja Taljana qed tispekula li l-fdalijiet jistgħu jkunu taż-żagħżugħa Emanuela Orlandi – bint impjegat tal-Vatikan li kienet sparixxiet fl-1983. Il-każ tal-għibien tat-tfajla ta' 15-il sena huwa marbut ma' kriminalità organizzata jew m'attentat biex jinħeles mill-ħabs it-Tork li pprova joqtol lill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fl-1981. | [
10
] |
L-Isvizzera irtirat l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb membru fl-Unjoni Ewropea, gimgħa biss qabel ir-Renju Unit jivota fir-referendum dwar is-sħubija tagħhom. Dan il-vot ittieħed mill-Gvern Svizzeru wara li l-Ministru għall-affarijiet barranin Didier Burkhalter qal li l-applikazzjoni ta' sħubija tista tiġi meqjusa bħala irtirata. Burkhalter spjega li l-mozzjoni mhux meħtieġa, dan għaliex l-Isvizzera ma għandha l-ebda skop li tissieħeb mal-Unjoni Ewropea u għandha tiġi ikunsidrata bħala stat indipendenti. Membru Parlamentari indipendenti Thomas Minder qal li huwa ried li d-dibatitu jkun qasir u ma jwassal għal-ebda problemi hekk kif l-Isvizzera irtirat l-istess applikazzjoni wara 24 sena. L-Isvizzera qatt ma kienet membru tal-Unjoni Ewropea iżda għandha qbil dwar is-suq ħieles u l-moviment liberu tal-persuni bħala membru taż-żona Schengen. Sentejn ilu ċ-ċittadini Svizzeri ivutaw f'referendum sabiex jkun hemm kwota fuq l-imigrazzjoni, iżda Brussel irifjuta din it-talba. | [
10
] |
Mhux l-ewwel darba li fuq il-midja soċjali, kemm fuq Facebook u Twitter, naraw tazzi tal-kaffetterija popolari STARBUCKS b'isem miktub ħażin fuqhom. Li ma kontx taf, meta poġġejt dak ir-ritratt fuq il-midja soċjali, kien li ismek kien spellut ħażin, biex inti propju tpoġġi dan ir-ritratt. Il-problema mhux li l-istaff ma jafx jikteb, iżda dan huwa metodu użat mill-kumpanija biex il-klijenti tagħhom ipoġġu r-ritratt tal-isem miktub ħażin u fl-istess waqt jagħmlu riklam lil STARBUCKS bla ħlas. | [
10
] |
Nirien f'kumpless f'Mumbai fl-Indja qatlu minn tal-inqas 15 -il persuna. In-nirien bdew f'ristorant popolari fuq nett tal-kumpless. Bosta persuni pruvaw jevitaw il-qilla tan-nirien billi daħlu f'kamra tal-banju iżda mbagħad inqabdu hemm. Mara ta' 28 sena li kienet qed tiċċelebra għeluq sninha fl-istabbiliment tal-ikel kienet waħda mill-vittmi. Il-President Indjan bagħat il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi. | [
10
] |
Jekk sejjer l-Ingilterra tieħux qatgħa meta tara numru sinifikanti ta' pulizija fit-toroq. Dan għaliex il-Kummisarju tal-pulizija Metropolitana, Bernard Hogan-Howe, ħabbar li se jkunu qed jiżdiedu n-numru ta' pulizija armati fit-toroq ta' Londra. Huwa qal li dawn se jkunu stazzjonati f'postijiet popolari u li l-iktar iżuruhom nies, dan wara l-attakki terroristiċi li saru fl-Ewropa. Il-Pulizija spjegat li n-numru ta' pulizija armati se jiżdied b'600, dan ifisser li se nkunu qegħdin naraw 2,800 pulizija fit-toroq ta' Londra. Din l-aħbar ħarġet wara 84 persuna sfaw maqtula f'Nizza. | [
10
] |
In-nisa fis-Sirja kienu sfruttati sesswalment minn irġiel li kienu qed jagħtu l-għajnuna f'isem in-Nazzjonijiet Magħquda u għaqdiet ta' karita internazzjonali. Qed ikun irrapurtat li l-ħaddiema qalu li l-irġiel kienu qed jinnegozjaw l-ikel u liftijiet għal favuri sesswali. Minkejja li tliet snin ilu saru twissijiet dwar l-abbuż, rapport ġdid qed juri li l-esplojtazzjoni qed tkompli fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Min-naħa tagħhom, in-Nazzjonijiet Magħquda u l-għaqdiet ta' karita qalu li huma kellhom tolleranza żero għall-esplojtazzjoni u ma kinux konxji ta' każijiet ta' abbuż minn organizazzjonijiet imsieħba fir-reġjun. | [
10
] |
Forzi Militari Amerikani qalu li niżllu 'the mother of all bombs', litterlament l-omm ta' kull bomba li qatt tniżżlet qabel, fl-Afganistan. Hija bomba ta' 9,800 kilogramma li tniżżlet fuq mina li tintuża minn militanti tal-Istat Iżlamiku. L-isem tekniku tagħha huwa GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomb, jew aħjar MOAB. Skont il-Pentagon, tniżżlet minn ajruplan Amerikan fil-provinċja Nangarhar. Din l-aħbar tasal sigħat biss wara li l-Pentagon ammettew attak fl-ajru fis-Sirja qatel 18-il ribell bi żball. Il-forza li ntużat fis-Sirja suppost kellha tkun fuq post partikolari tal-IS, iżda minflok inqatlu fibelli mil-Forzi Demokratiċi Sirjani, li għandhom appoġġ minn Washington. | [
10
] |
Meta wieħed jilgħab bil-frażi ta' Star Wars may the force be with you , faċilment tinbidel f' may the fourth be with you . Minħabba f'hekk ir-raba' jum ta' Mejju sar magħruf bħala Star Wars Day . Jum li fih ammiraturi ta' Star Wars jiċċelebraw is-sensiela Star Wars. Din is-sena ngħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle, li flimkien ma' żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2, żifnu mad-diska Uptown Funk. Star Wars Day saret tant popolari li l-ħamsa ta' Mejju beda jissejjaħ Revenge of the Fifth , ibbażat fuq it-tielet episodju tal-istess sensiela Revenge of the Sith . F'dan il-jum, l-ammiraturi ta' Star Wars jingħaqdu mad-Dark Side u jiċċelebraw is-Sith Lords tal-istess sensiela. | [
10
] |
U issa tista' anke saħansitra ssegwi fejn s'issa żar Father Christmas fil-ġita tiegħu madwar id-dinja biex iwassal ir-rigali f'kull dar madwar id-dinja. Dan hekk kif Google ħoloq mappa b'tip ta' GPS li turi lil Father Christmas 'jaqbeż' minn pajjiż għal ieħor. S'issa jidher li Father Christmas għadu ma żars lil Malta hekk kif qiegħed 'il fuq minn 12-il elf kilometru 'il bogħod minnha. Bħalissa jinsab l-Indoneżja iżda mhux se jkun qed idum u jaf tarah għaddej x'imkien ieħor hekk kif diġà wassal 'il fuq minn żewġ miljun rigal. Segwi aktar hawn ... | [
10
] |
In-numru tal-mejtin fuq Facebook qed jogħla b'mod allarmanti. Dan hekk kif sas-sena 2012, tmien snin biss wara li tnediet din il-pjattaforma, madwar 30 miljun persuna li kellha profil fuq Facebook b'xi mod jew ieħor kienet mietet. Dak in-numru kiber ferm iktar minn dak iż-żmien 'l hawn, hekk kif estimi juru li madwar 8,000 persuna li tagħmel użu minn Facebook tmut kull ġurnata. Meta wieħed joqgħod jaħseb dwar dan il-fenomenu mhux tant mitkellem, xi ġurnata minn dawn, jaf ikun hemm ferm iktar profili ta' nies li mietu milli ta' dawk li għadhom ħajjin. Facebook qed isir ċimiterju diġitali li jum wara jum qed jikber. Hekk intqal fi storja rebbieħa li ġiet ippubblikata fuq is-sit tal-BBC. Illum il-ġurnata meta persuna li jkollha profil fuq Facebook tmut, il-familjari tagħha għandhom iċ-ċans li jbidluh f'post ta' memorja fejn tiżdied il-kelma "Niftakru" fuq l-isem tal-persuna sabiex ħbieb u viżitaturi jkunu jafu li din il-persuna m'għadiex magħna. Dan hekk kif mbad il-profil jinbidel f'tip ta' obitwarju diġitali, b'ritratti, messaġġi u mumenti li jibqgħu turija tal-ħajja li darba kienet. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban iddikjara rebħa f'referendum dwar il-kwoti migranti obbligatorji tal-UE, minkejja li l-parteċipazzjoni baxxa li kien maħsub kienu jirrenduh invalidu. Il-pjan kontroversjali Unjoni Ewropea biex ikunu rilokati 160,000 immigrant madwar id-blokk ifisser li l-Ungerija tirċievi 1,294 persuna li qed ifittxu l-ażil. Kważi 98% ta 'dawk li ħadu sehem appoġġjaw t-talba tal-gvern li tirrifjuta l-pjan tal-Unjoni Ewropa. Iżda 43% tal-elettorat ivvot, inqas mill-50% meħtieġ biex ir-referenudm ikun validu. Madankollu, kelliem għall-Gvern qal li r-riżultat jgħodd kemm politikament u anke legalment. L-oppożizzjoni qed tgħid li l-Gvern ma kellux l-appoġġ li hemm bżonn. Ferenc Gyurcsány, mexxej tal-Koalizzjoni Demokratika fl-oppożizzjoni, qal li l-parteċipazzjoni baxxa wera li ħafna nies ma tappoġġjax il-Gvern. | [
10
] |
L-avversarji tal-President tal-Venezwela Nicolas Maduro poġġew ostakli fit-toroq u tellgħu dimostrazzjoni jitolbu li jsiru l-elezzjonijiet. Dan hekk kif is-sitwazzjoni politika u ekonomika qed issir iktar serja. Huma sfidawh wara li qal li se jkun qed jagħmel kostituzzjoni ġdida biex jitwaqqaf dan l-inkwiet li minħabba fih mietu madwar 28 persuna. Maduro qal li l-pass tiegħu hu wieħed neċessarju dan sabiex jiġġieled pjan imħejji mill-barranin li qed isir kontrih. L-Istati Uniti qalet li din m'hi xejn ħlief sitwazzjoni li l-President qed ikompli jiggranfa mal-poter, filwaqt li l-Brażil sejħet din is-sitwazzjoni bħala "kolp ta' stat". L-avversarji tal-President iridu li jingħataw iċ-ċans li jivvotaw sabiex ineħħuh mill-poter. | [
10
] |
Fis-sittax-il ġimgħa ta'tqala, Margaret Boemer marret tagħmel ultrasound l-isptar, tat-tielet wild tagħha. Iżda kellha tkun aħbar ħażina li ebda omm ma tkun trid tisma', hekk kif it-tobba sabu tumur li kien qed jikber f'parti tad-dahar tat-tarbija. Kull siegħa, kull ġurnata d-diffikultajiet żdiedu u s-saħħa tat-tarbija bdiet sejra lura, dan għaliex id-demm li bih kienet qed tgħix it-tarbija beda jittieħed mit-tumur. Lil din l-omm it-tobba qalula biex twaqqaf it-tqala. Iżda tobba minn sptar f'Texas issuġġerew li ssir operazzjoni fuq il-fetu. L-omm li diġa' kienet tħobb it-tarbija li kienet qed tgħix f'ġufha, iddeċidiet li fit-tlieta u għoxrin ġimgħa ta' tqala, tagħmel din l-operazzjoni b'emerġenza. It-tobba fetħu l-ġuf tal-omm biex ikunu jistgħu jneħħu t-tumur, li kien akbar mit-tarbija, u wara ħames sigħat ta' operazzjoni rnexxilhom. Tnax-il ġimgħa wara din l-omm bkiet bikja ta' ferħ hekk kif it-tarbija twieldet b'saħħitha. | [
10
] |
Dan il-filmat juri l-mument li raġel prova jaħtaf tifla minn ħanut fil-preżenza ta' ommha. Dan juri kif anke meta t-tfal ikunu mal-ġenituri xorta waħda jibqa' r-riskju li t-tfal jinħatfu minn xi stranġier. F'dan il-każ, l-omm ħalliet it-tifla tagħha ftit 'il bogħod minnha biswit il-bieb tal-entratura u fi ftit sekondi kienet se tiġi maħtufa. Dawn il-każijiet jiġru kuljum madwar id-dinja u mhux dejjem il-ġenituri jew dak li jieħdu ħsieb it-tfal jirnexxilhom jintebħu b'dak li kien ġara fi ftit sekondi u jsalvaw it-tfal tagħhom, b'ħafna mill-każijiet, it-tfal ma jinstabux. Filfatt kull sena fl-UE jiġu rrappurtati neqsin 250,000 tifel u tifla. F'76% tal-każijiet ta' tfal li jinħatfu u jinqatlu, il-qtil iseħħ f'temp ta' tliet sigħat minn mindu jsir il-ħtif. Fl-ewwel nofs tal-2017 Malta se tibda tuża s-sistema AMBER Alert li se tippermetti lill-Pulizija tagħmel użu minn arranġament strutturat u effiċjenti biex tgħarraf lill-pubbliku meta jkun hemm il-biża' li tfal maħtufin jew neqsin ikunu f'periklu imminenti. B'hekk, in-nies se tkun f'pożizzjoni aħjar biex tgħin lill-Pulizija sabiex tfal neqsin li jkunu f'riskju serju u imminenti jinstabu malajr kemm jista' jkun. | [
10
] |
L-Indja inawgurat l-itwal statwa fid-dinja, li swiet $430 miljun biex tinbena. L-istruttura tal-bronż hija twila 188 metru u ġiet disinjata minn skultur Indjan, tinsab fl-istat ta' Gujarat. Hija tfakkar il-memorja tal-mexxej indipendenti Sardar Vallabhbhai Patel. Il-Prim Ministru Narendra Modi qal li l-"istatwa ta' unità" se sservi ta' attrazzjoni turistika. L-istatwa fl-Indja qabżet it-tul tal-iSpring Temple Buddha fiċ-Ċina li kienet l-itwal struttura fid-dinja, u hija twila kważi d-doppju tal-iStatue of Liberty fi New York. | [
10
] |
Il-Gowlkeeper magħruf Gabor Kiraly illum se jikser ir-rekord bħala l-ikbar plejer li ser ikun qed jilgħab fil- Kampjonat Ewropej fil-logħba kontra l-Awstrija. Fl-eta' ta' 40 sena u xahrejn, huwa ser jikser ir-rekord tal-Ġermaniż Lothar Matthaeus fis-sena 2000. Dan il-gowlkeeper huwa magħruf għal qalżit sportiv li jilbes, li huwa kien libes l-ewwel darba sabiex jipproteġi saqajh. Minkejja li kien mitlub jibdel il-kulur ta' dan il-qalżiet bosta drabi, huwa żamm il-kulur oriġinali minħabba li jemmen fis-superstizzjoni. Il-fatt li ser ikun qed jilgħab kontra l-ikbar rivali ta' pajjiżu, ser ikun bla dubju qed iġedded il-memorji sbieħ tiegħu. Propju 18 il-sena ilu għamel id-debut internazzjonali tiegħu f'logħba kontra l-Awstrijaċi li matula salva penalty ta' Toni Polster wara 4 minuti biss. Matul il-karriera tiegħu huwa lagħab ma tlett klabbs Germaniżi u ħamsa Ingliżi qabel ma irritorna jilgħab mal-ewwel tim tiegħu Haladas fl-Ungerija. | [
10
] |
Grupp li jissalvagwardja d-drittijiet umani fl-Awstralja, qed jallega li numru ta' immigranti li qed jgħixu f'kamp ta' detenzjoni qed jiġu abbużati. Huma qed jallegaw li dan qed isir bl-għan biex immigranti li qed ifittxu l-ażil ma jagħżlux dawn l-ibħra. Vjolenza, tfal morda jitħallew bla mediċina u numru ta' immigranti ta' kuljum jippruvaw jagħmlu suwiċidju. Dawn huma ftit mill-allegazzjonijiet li qed tagħmel Amnesty International and Human Rights wara li marru f'dan il-kamp li jinsab fuq il-gżira Nauru. Micahel Bochenek, li huwa wieħed mill-persuni li jaħdem favur id-drittijiet umani, spjega li huma ma avżawx lill-awtoritajiet b'din iż-żjara biex ikunu jistgħu jaraw is-sitwazzjoni reali ta' dan il-kamp. | [
10
] |
Grupp ta' ħbieb ħolqu invenzjoni ġdida, bl-isem ta' Build18, fejn tagħti l-possibiltà lil ħuta tinnaviga fejn trid 'tgħum'. Il-ħuta tista' tinnaviga billi tgħum fit-tank tagħha u skond 'l fejn tmur, it-tank jimxi. L-istudenti tal-Università Carnegie Mellon f'Pennsylvania, ħolqu makkinarju biex Walter, il-ħuta, ikun jista' jsegwihom kull fejn imorru. Student minnhom qal li huma bnew dan it-tip ta' robot fi tlett ijiem u jinsabu ferm kuntenti b'dak li rnexxielhom jiksbu. | [
10
] |
Il-forzi tas-sigurta Tuneżini arrestaw lin-neputi tal-qattiel fis-suq tal-Milied f'Berlin flimkien ma' żewġ suspettati oħra. Il-ministeru tal-intern Tuneżin qal li t-tliet persuni li għandhom bejn 18 u 27 sena kienu membri ta' xibka ta' terroristi u kienu arrestati l-Ġimgħa li għadda. Il-Ministeru ddikjara li n-neputi tal-qattiel stqarr li kkomunika ma' zijuh permezz ta' Telegram. In-neputi żied jgħid ukoll li huwa kien jappoġġja lill-grupp tal-Istat Islamiku. Intant, il-Ġimgħa, l-Istat Islamiku ħareġ vidjow li juri lill-qattiel, Amri juri lealtà lill-mexxej tiegħu Abu Bakr al-Baghdadi. | [
10
] |
Kien strumentali biex ir-Renju Unit daħal f'dik li dak iż-żmien kienu jsejħulha l-Komunità Ekonomika Ewropea tant li nnegozja biex ir-Renju Unit daħal fiha fil-bidu tas-sebgħinijiet. Issa qed iħoss weġgħa kbira hekk kif ir-Renju Unit qed iqatta' l-karti minn mal-Unjoni Ewropea. Dan huwa Lord David Hannay li waqt li konna Londra aċċetta li nintervistawh u qalilna kif f'din is-sitwazzjoni qed jipprova jħalli barra l-emozzjonijiet personali tiegħu. Lord Hannay li anki serva bħala ambaxxatur u rappreżentant permanenti għall-Komunità Ekonomika Ewropea u għall-Ġnus Magħquda saħaq fuq kemm intqal gideb fil-kampanja biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea. Spjega kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi solvuta b'referendum ieħor fejn il-poplu Brittaniku jingħata ċ-ċans jerġa' jaħsibha sew. Mistoqsi dwar x'furur iqum kemm-il darba jsir referendum ieħor huwa fakkar li dak li sar f'Ġunju ta' tliet snin ilu kien wieħed konsultattiv u issa jista' jsir wieħed mandatorju li ċertament jaqta' ras din il-kwistjoni li qed tifni lir-Renju Unit u lill-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
Żgur li mhux l-ewwel darba li tkun fuq titjira u ta' ħdejk ikollha tarbija li jew ma tkunx trid tieqaf tibki jew tibda tħossha skomda fuq ommha. Iżda, dan rari kien ikun il-każ fl-1953, hekk kif ritratti jixdhu kif linja tal-ajru kienet qed tagħmel ħilitiha biex tipprovdi l-aqwa esperjenza, kemm għat-trabi kif ukoll għall-passiġġieri oħra li jkunu fuq l-istess titjira. Ir-ritratti juru kif il-British Overseas Airways Corporation (BOAC), il-predeċessur tal-British Airways, kienu ħolqu tip ta' sodod tat-trabi li jiddendlu fuq is- seats tal-aruplan. Filwaqt li t-tarbija seta' jorqod f'din is-'sodda', il-ġenituri riedu jżommu lit-tarbija fuqhom, kemm meta jitla' l-ajruplan u kif ukoll meta jinżel (l-istess regola tapplika llum il-ġurnata). | [
10
] |
Mijiet ta' persuni pprotestaw kontra l-preżenza tal-President Amerikan Donald Trump f'Pittsburgh, biex ifakkar il-memorja tal-11-il persuna li nqatlu fis-sinagoga Tree of Life fil-jiem li għaddew. Id-dimostranti ġarrew kartelluni b'messaġġi kontra dak li ddeskrivew bħala "diskors li qed iqanqal il-mibgħeda razzjali". Iż-żjara ta' Trump ġiet fl-isfond li bdew jindifnu l-ewwel vittmi ta' dan il-massakru. Intant, fil-Qorti f'Pittsburgh tressqu mhux anqas minn 29 akkuża federali kontra Robert Bowers, li qed ikun akkużat li ppjana u saħansitra wettaq dan l-attakk. | [
10
] |
L-artist Charlon Bonello qed itella' wirja li tikonsisti f'pitturi relatati mal-Madonna speċjalment il-Lunzjata li turi l-misteru tat-Tħabbira tal-Mulej. F' din il-wirja hemm ukoll esebit bust tal-Lunzjata li ħadem Bonello stess, inkwadru ġdid u xogħol li jinsab fi djar privati kif ukoll pavaljuni li jintramaw fil-festa. Il-wirja qed issir fil-kappella ta' Santa Marija tar-Rokna f'Ħal Tarxien bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien. | [
2
] |
Tliet irġiel kienu arrestati wara li żewġ ġurnalisti nqatlu waqt li kienu qed ixandru b'mod dirett fuq ir-radju. Il-każ seħħ fid-Repubblika Dominikana, u wieħed mill-ġurnalisti kien qed jiffilmja x-xandira fuq Facebook Live meta nqatel. Fil-filmat jidher ix-xandira mwaqqfa ħesrem u mara twerżaq li kienu sparati tiri. Il-vittmi kieu Luis Manuel Medina u Leo Martinez. Hawn jidher wieħed minnhom jitkellem waqt li nqatel sieħbu, lejn l-aħħar tal-filmat. | [
10
] |
L-ex stilla tal-futbol George Weah ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-Liberja. L-ex plejer ta' Milan u Paris St. Germain fost l-oħrajn għeleb lil Joseph Boakai li tellaq miegħu fit-tieni rawnd tal-elezzjoni Presidenzjali. Weah li wara li rtira mill-futbol, daħal fil-politika u kien anki fis-senat tal-pajjiż, kiteb fuq Twitter li jħossu emozzjonat li se jkollu r-responsabilità ta' pajjiż f'idu. Kienu bosta minn dawk li appoġġjaw lil Weah li ħarġu jiċċelebraw fil-kapitali Monrovia. Il-Liberja għaddiet minn kriżi politika wara l-oħra u ġeneralment il-poter għadda minn persuna għall-oħra wara kunflitt imdemmi. Weah mistenni jieħu post Ellen Johnson Sirleaf li kienet l-ewwel mara li laħqet President f'pajjiż Afrikan b'mod demokratiku. | [
10
] |
Il-park tal-Lego fl-Ingilterra qed joffri biljetti b'xejn lill-familji li għandhom xi qarib jismu Louis. Din l-offertà ser tibqa' tgħodd sad-19 ta' Lulju 2018 u tħabbret jumejn ilu. Dan il-kumpless jinsab f'Windsor. Dan qed isir bħala merħba fid-dinja lill-Prinċep Louis li għadu kif twieled lill-Prinċep William u Kate Middleton. | [
10
] |
Tfajla ta' 23 sena qed tiġi akkużata li abbużat sesswalment xufier ta' taxi qabel raġel ieħor serqu. Il-Pulizija spjegaw li Brittany Carter qed tiġi akkużata li abbużat sesswalment xufier ta' 29 sena filwaqt li Corey Jackson ta' 20 sena qed jiġi akkużat li seraq lix-xufier filwaqt li heddu b'sikkina fil-Kanada. Il-'koppja' kriminali serqu madwar ¢32 fi flus kontanti qabel ħarbu minn fuq il-post. Il-Pulizija stqarru li ma jafux għala t-tfajla abbużat sesswalment lix-xufier, iżda mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla għamlet dan biex ir-raġel ma jindunax li kien se jispiċċa misruq. It-tfajla ċemplet lill-kumpanija tat-taxi, Trinity Express Cab Service fis-sigħat bikrin tat-28 ta' Jannar. Wara li x-xufier ressaq rapport lill-Pulizija, t-tfajla ġiet arrestata. Hija tressqet il-Qorti b'akkużi ta' abbuż u serq. Hija diġà ġiet arrestata fl-2016 b'pussess ta' droga eroina. Jackson għadu ma nstabx mill-Pulizija. | [
10
] |
Nhar is-Sibt, 24 ta' Frar 2018, il-Kolossew ta' Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m. Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta' Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f'aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: "Hemm miljuni ta' nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m'hu xejn." Fost il-mijiet ta' miljuni ta' nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani | [
10
] |
Ninsabu f'punt kritiku fl-Istorja tad-Dinja hekk kif qed tkun miġġielda l-ikbar kriżi umanitarja mill-1945; tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Dettalji li taw in-Nazzjonijiet Magħquda jikkonfermaw li iktar minn għoxrin miljun persuna fil-Yemen, fis-Somalja, is-Sudan, u n-Niġerja huma f'riskju li jsofru l-ġuħ, b'iktar minn miljun tifel u tifla mistennija jmutu bil-ġuħ fl-2017 biss. "Għadna fil-bidu ta' sena ġdida u diġa qed niġġieldu l-ikbar kriżi minn mindu bdejna"- tgħid in-Nazzjonijiet Magħquda li għadha kif talbet għal għajnuna dinjija biex jinġabru erba' biljun dollaru biex ikun evitat diżastru umanitarju ikbar. Fil-Yemen biss, wieħed mill-iktar postijiet maħkuma minn din il-kriżi, persuna tmur kull għaxar minuti minn mard li seta kien prevenut. Fl-istess ħin, dsatax-il miljun huma fil-bżonn ta' intervent umanitarju li huma mhux jirċievu minħabba governanza ħażina u nuqqas ta' żvilupp. L-istess jista' jingħad għas-Sudan u s-Somalja. 40% tal-popolazzjoni tas-Sudan għandhomx riżorsi biex isostnu lilhom infushom, u l-fenomenu naturali El Nino kkawża ġuħ lil sitt miljun persuna fis-Somalja wara li qatel sorsi agrikoli importanti. Iżda n-Nazzjonijiet Magħquda qed tgħid li n-Niġerja hija l-ikbar kawża ta' anzjeta minħabba l-legat tal-militanti tal-Boko Haram, li sa issa qatel iktar minn ħmistax-il elf persuna u seraq iktar minn żewġ miljuni minn ġo djarhom. Il-Boko Haram għadu fil-poter f'ċertu żoni tal-pajjiż, żoni li l-aġenziji umanitarji ma jistawx jilħqu. Għaldaqstant, in-Nazzjonijiet Magħquda qed tappella għal intervent ħolistiku biex dawn il-miljuni ta' ħajjiet ma jintilfux b'mod daqshekk degredanti. Dan fl-istess ħin biex dawn l-aħħar snin ma jibqgħux imnaqqxa fil-paġni tal-Istorja bħala kriżi umanitarja agħar mit-Tieni Gwerra Dinjija. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump hedded li jwaqqaf l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi li jappoġġjaw resoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li topponi r-rikonoxximent ta' Ġerusalem bħala kapitali ta' Iżrael. Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar, Trump ħa dan il-pass fost kritika internazzjonali. Huwa qal li dawn il-pajjiżi qed jieħdu miljuni u biljuni ta' dollari mbagħad jivvuttaw kontrihom. Dawn il-kummenti ta' Trump waslu qabel ma jittieħed il-vot tal-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar dan. | [
10
] |
Minn tal-inqas 39 persuna, li fosthom hemm 16-il barrani, tilfu ħajjitom u 69 sfaw midruba f'attakk li sar f'post tad-divertiment f'Istanbul fit-Turkija lejlet l-Ewwel tas-Sena. L-ewwel rapporti fuq il-midja internazzjonali qed tgħid li l-Pulizija għadhom għaddejjin bi tfittxija għat-'terrorist' li wettaq dan l-attakk. L-attakk seħħ dal-lejl għall-ħabta tal-10:30 ta' filgħaxija meta persuna mhux magħrufa daħlet fil-post tad-divertiment bl-isem ta' Reina, u spara tiri fuq dawk li kienu preżenti. Il-post mhux biss popolari fost it-Torok iżda saħansitra popolari ħafna fost it-turisti u barranin li jkunu fil-pajjiż. Persuni fuq il-post sostnew ukoll li l-attakk sar mhux minn persuna waħda iżda minn tnejn. | [
10
] |
Fis-Centenary Stadium tard ilbieraħ waranofsinhar it-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fi Grupp 6 tal-Kampjonati Ewropej meta għeleb lill-Ungerija 2 – 1. It-tim immexxi minn Silvio Vella marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn azzjoni ta' free-kick ta' Jurgen Degabrielle, Matthew Guillaumier bir-ras xehhet fix-xibka għal 1 – 0. Malta baqgħet tgawdi dan il-vantaġġ sat-tmiem l-ewwel taqsima. Tliet minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u l-Ungerija jagħmlu l-iskor indaqs fejn kien kross ta' Donat Zsoter, b'Atilla Szalai bir-ras tefa' wara Jake Galea għal 1-1. Fl-aħħar mumenti tal-partita Malta skorjat il-gowl tar-rebħa meta Jurgen Degabriele qassam lejn Myles Beerman li daħal fil-kaxxa u b'xutt angolat mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka għal skor ta 2-1. It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena jerġa' jkun fl-azzjoni nhar it-Tlieta li ġej kontra Ċipru fl-aħħar logħba tal-grupp. | [
15
] |
Bernie Sanders – il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti, ħassar l-attivitajiet li kellu skedati marbuta mal-kampanja tiegħu, wara li kellu jiġi operat. Fl-età ta' 78 sena, Sanders iddaħħal l-isptar wara li ħass uġigħ f'sidru waqt attività li kellu f'Nevada. Konsulent tiegħu qal li Sanders għandu bżonn il-mistrieħ fil-jiem li ġejjin, iżda qed jirkupra u jinsab fi spirtu tajjeb. Fil-fatt ingħad li l-proċedura li kellu bżonn kienet waħda mill-inqas invażiva u minuri. Madanakollu għadu mhux ċar meta Sanders se jkun tajjeb biżżejjed biex ikompli jikkampanja, u jekk din l-operazzjoni hux se taffettwa d-dibattitu mad-Demokratiċi fil-15 t'Ottubru li ġej. Statistiċi juru lil Sanders fit-tielet post fit-tellieqa tad-Demokratiċi, wara s-Senatur ta' Massachusetts Elizabeth Warren, u l-eks Viċi-President Joe Biden. | [
10
] |
Irene Crump u Phyllis Jones huma tewmin li ftit jiem ilu iċċelebraw il-mitt sena t'għeluq sninhom flimkien. It-tewmin twieldu 25 minuta minn xulxin fl-20 ta' Novembru tal-1916, marru l-istess skola, ħadmu l-istess xogħolijiet u saħansitra issa anke qed jgħixu flimkien f'Stourbridge, Worcestershire. Riċentament it-tewmin iċċelebraw għeluq sninhom b'ikla ta' nhar ta' Ħadd fejn kellhom madwar 48 persuna mistiedna, fosthom familjari u ħbieb. "Issoltu niċċelebra dan il-jum flimkien, u tkun l-aktar ġurnata pjaċevoli," qalet Irene, l-iżgħar mit-tewmin. Din is-sena iż-żewġt aħwa ma riedu ebda rigal, minflok, talbu li ssir donazzjoni għal air ambulance. "Għadna ma ġbarniex il-flus kollha, iżda naħseb għamilna biċċa xogħol tajba," qalet Irene. Araw jolqotkomx ukoll in-nailpolish blu daqs kemm laqat lilna! | [
10
] |
Il-pulizija li kienet qed tfittex tifel li nħataf minn kukkudrill f'Walt Disney World fi Florida sabu l-ġisem tiegħu. Għaddasa sabu l-ġisem sħiħ li aktarx huwa tat-tifel, li tkaxkar għal ġol-ilma t-Tlieta filgħaxija quddiem familtu. Il-kap tal-pulizija ta' Orange County Jerry Demings qal li t-tifel kien jismu Lane Graves u kien min-Nebraska. Mindu seħħ l-attakk, ħames kukkudrilli nħatfu u nqatlu bil-għan li jinstabu l-fdalijiet tat-tifel. Il-ġisem misjub fl-ilma għadu jrid ikun identifikat formalment, iżda l-pulizija huma konvinti li huwa ta' Graves. | [
10
] |
Il-Ġermanja jaf ikun il-pajjiż Ewropew li jmiss li jipprojbixxi kull tip ta' lbies reliġjuż li jgħatti l-wiċċ. Dan tħabbar mill-uffiċjali tal-koalizzjoni. L-uffiċjali għandhom l-intenzjoni li ma jippermetux dan it-tip ta' lbies f'postijiet pubbliċi fejn hemm bżonn ta' identifikazzjoni, bħal skejjel, kindergartens kif ukoll uffiċini tal-gvern. Huma stqarru li dan it-tip ta' lbies ma jikumplimentax s-soċjetá Ġermaniża. Waqt konferenza stampa, l-Ministru għall-Intern Thomas De Maizere qal li huma ma jridx mhux biss il-burka, iżda kull tip ta' velu ieħor li jgħatti parti sostanzjali tal-wiċċ u jħalli jidhru biss l-għajnejn. | [
10
] |
Ilbieraħ beda l-league Ġermaniż b'partita waħda. Bayern Munchen bdew id-difiża tat-titlu mirbuħ fl-istaġun li għadda b'rebħa kbira ta' sitta b'xejn kontra Werder Bremen, bil-Pollakk Robert Lewandowski jiskurja tlett gowls. Matul il-jum tas-Sibt hemm skedati diversi partiti mill-kampjonati Ingliż, Taljan, Spanjol u Ġermaniż. Fosthom hemm Tottenham kontra Liverpool, Chelsea kontra Burnley, Hull City kontra Manchester United, Lazio kontra Juventus, Napoli kontra Milan, Real Madrid kontra Celta Vigo, Borussia Dortmund kontra Mainz u Borussia Moenchengladbach kontra Bayer Leverkusen. Ilbieraħ bdiet it-tieni ġurnata ta' logħob tal-football mil-Premier League Malti. Fl-ewwel żewġ partiti, Birkirkara rebħu erbgħa b'xejn kontra Tarxien filwaqt li Balzan rebħu tnejn b'wieħed kontra Pembroke. Fil-partiti li ntlagħbu aktar tard, Valletta għelbu lil Mosta wieħed b'xejn filwaqt li l-partita Hibernians kontra Sliema, spiċċat f'rebħa minima ta' wieġed b'xejn għal Pawlisti. Skedati għal-lum hemm żewġ logħbiet oħra: St Andrews kontra Floriana u Hamrun kontra Gzira. | [
10
] |
Mhux l-ewwel darba jew tnejn li jkollna bżonn immorru għand id-dentist. U żgur li mhux kulħadd jieħu gost iżuru. Imma meta tkun Kim Kardashian, dan huwa bżonn fundamentali. Kim Kardashian kellha tagħmel vjaġġ b'emerġenza, dan kollu għax xelfet sinna! Din il-mudella spjegat lis-segwaċi tagħha ta' fuq Snapchat li hi kienet fi triqta lejn Las Vegas meta ġrala dan l-inċident. Fortunatament id-dentist kosmetiku minn Beverly Hills, Dr.Kevin Sands, seta' jagħmel appuntament b'urġenza lil din il-mudella. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump għamel l-aħħar appell tiegħu għall-votanti biex jappoġġjaw il-partit Repubblikan, hekk kif illum qed issir elezzjoni li qed tkun meqjusa bħala referendum għall-presidenza tiegħu. L-abbiltà tiegħu li jiggverna fl-aħħar sentejn tat-terminu tiegħu se jiddependi fuq ir-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet ta' nofs it-terminu – l-eżitu tal-435 siġġu fil-kungress li 35 minnhom huma riżervati għas-senaturi. | [
10
] |
Ktieb bin-novelli u l-biografija ta' Nikol Biancardi, wieħed mill-pijunieri tal-Partit Laburista ġie ippreżentat lill-Prim Ministru Joseph Muscat f'Kastilja. Il-ktieb Il-Ħalliel tal-Mejtin ġie ippreżentat minn Donna Lynn Calleja li ġabret in-novelli kollha ta' Biancardi u kitbet il-bijografija tiegħu. Calleja qalet li Nikol Biancardi ħadem fi ħdan il-Partit Laburista fis-snin għoxrin biex jeqred il-faqar, ir-regħba, il-qgħad u jġib kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol għall-ħaddiema Maltin bħal sħabhom ħaddiema Ewropej. Fin-novelli tieghu, qalet Calleja, Nikol Biancardi mess temi so ċ jo-realisti, dejjem kiteb favur i ż – ż g ħ ir u l-batut. Biancardi kien wieħed minn dawk li żera' f'Malta l-ħsieb soċjalista u fost l-ewwel li ħeġġeġ biex il-jum ta' l-1 ta' Mejju ikun ikun iċċelebrat f'Malta wkoll, kif kien qed isir madwar l-Ewropa. L-ewwel festa tal-1 ta' Mejju f'Malta kienet saret fl-Isla fl-1926. Biancardi kien fost l-ewwel intelletwali tal-Partit Laburista flimkien ma' John F. Marks, Ġuże' Orlando, Ġuże' Ellul Mercer, Gino Muscat Azzopardi, Pawlu Boffa li waqqfu l-Partit Laburista bil-għan li jdaħħlu liġijiet soċjali f'Malta u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Il-Prim Ministru feraħ lil Donna Lynn Calleja għax-xogħol siewi tagħha biex tiżvela din id-dokumentazzjoni letterarja tant importanti għal-letteratura u l-ilsien Malti fl-ewwel snin tas-seklu 20. SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) qalet li Biancardi ma kellux qraba u r-riċerka ta' Calleja kienet importanti ħafna biex tislet in-novelli u l-biografija tiegħu li kienu ilhom 'midfunin' għal tant snin. Il-Ħalliel tal-Mejtin se jkun għall-bejgħ f'Jum il-Ħaddiem (€10) fil-Belt Valletta . | [
2
] |
Anzjana ta' 92 sena ġiet sforzata li tgħix f'gaġġa mit-tifel tagħha u martu mill-Provinċja ta' Guangxi fiċ-Ċina. L-anzjana ġiet miżmuma f'gaġġa żgħira għal diversi snin, fejn ġiet sforzata biex torqod fuq biċċa injama b'liżar wieħed. Hi instabet li ma kinitx tingħata ikel adekwat u ma kinitx mlibbsa sew. Filmat tal-anzjana fil-gaġġa beda jdur fuq il-midja soċjali fejn il-Pulizija kellhom jinvestigaw dan il-każ. L-anzjana ttieħdet l-isptar biex tirċievi l-kura neċessarja filwaqt li l-koppja ġiet arrestata mill-Pulizija. Qed jingħad li l-koppja ma kkoperatx mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni. | [
10
] |
Carer inqabdet fuq filmat, meħud minn kamera li kienet moħbija, issabbat ras anzjana waqt li kienet qed tbiddlilha l-ħwejjeġ. L-anzjana, li għandha 77 sena u għandha d-dimenzja, tgħix f'dar tal-anzjani u minħabba l-kundizzjoni li għandha ma tistax tfendi għal rasha b'hekk ikollha tiddependi fuq l-għajnuna tal-carers. Il-familja ta' Betty Boylan iddeċidew li jaħbu kamera wara li tħassbu meta raw numru ta' tbenġil fuq ġisem ommom u kien għalekk li poġġew kamera fil-kamra tad-dar tal-anzjani f'Birmingham. Fi ftit jiem il-filmat li ttieħed wera mumenti disturbanti, fosthom lil carer Bina Begum ta' 49 sena, terfa' lill-anzjana minn rasha u ssabbatha lura fis-siġġu li kienet fih. Begum ġiet arrestata ftit wara u akkużata li ma trattatx lill-anzjana b'mod ġust. Hi ammettiet għall-akkużi miġjuba kontriha u ngħatat tnax-il xahar ta' xogħol fil-komunità mhux imħallas u multa ta' £270. | [
10
] |
Skont investiagturi Eġizzjani, instabu fdalijiet mit-titjira tal-EgyptAir li sparixxiet fuq il-Mediterran ix-xahar li għadda. Fi stqarrija intqal li kienu identifikati numru ta' siti fejn hemm il-fdalijiet u li bastiment li jfittex fil-fond tal-baħar bagħat l-ewwel ritratti tal-fdalijiet. Fuq it-titjira MS804 kien hemm sitta u sittin persuna meta ġġarfet fid-dsatax ta' Mejju fi triqitha lejn il-Kajr minn Pariġi. L-ajruplan tat-tip Airbus A320 sparixxa minn fuq ir-radars Griegi u Eġizzjan, apparentament mingħajr ma bagħat talba għall-għajnuna. | [
10
] |
Membri Parlamentari Torok ġew evakwati mill-Parlament f'Ankara wara aħbar ta' attakk imminenti beda jiċċirkola fil-midja Torka. Il-Bini tal-parlament jinsab magħluq għal kollox bil-forzi tas-sigurta jinvestigaw l-inħawi tal-madwar. Il-Pajjiż kien protagonist tal-aħbarijiet madwar id-dinja fl-aħħar jiem wara attentat ta' Kolp ta' Stat il-Ġimgħa filgħaxija. Riżultat ta' dan mas-sitt mitt membru tal-militar Tork qed jinżammu fil-kustodja tal-pulizija. Il-President Erdogan qal li issa se jimmira biex ibiddel l-opinjoni ta'dawk kollha li huma kontrih, u li s-sibt filgħaxija pruvaw jieħdu poter tal-Istat. Il-Prim Ministru Tork Binali Yildrim qal li 208 persuna tiflu ħajjithom waqt l-attentat kolp ta' stat, inkluż 60 uffiċċjal tal-pulizija, 3 suldati u 145 ċittadin, li 24 minnhom ipparteċipaw fl-istess attentat kolp. Dan filwaqt li 1,491 persuna indarbu. | [
10
] |
Il-kumpanija APPLE introduċiet fis-suq iPhone aħmar. Din l-edizzjoni speċjal tal-mobajl se tkun qed tgħin biex jiżdied aktar għarfien dwar l- aids . Apparti minn dan il-mobile, l-kumpanija Apple ħarġet ukoll verżjoni iżgħar tal-iPad pro filwaqt li waqfet il-produzzjoni tal-iPad Air. Wieħed jista' jordna din il-verżjoni ħamra tal-iPhone mill-24 ta' Marzu. Din mhux l-ewwel darba, li l-kumpanija Apple ħarġet edizzjonijiet speċjali tal-prodotti tagħha bl-għan li jinġabru flus għall-mediċina għal pazjenti li għandhom l-AIDS. Filfatt, għaxar snin ilu, l-kumpanija ħarġet verżjoni ħamra tal-iPod Nano flimkien mal-headphones Beats . Il-kumpanija ħarġet ukoll numru ta' aċċessorji b'kulur aħmar. | [
10
] |
Propju lbieraħ ġie mniedi l-aktar mudell riċenti tal-Iphone mill-kumpanija multinazzjonali Amerikana Apple . Il-kap tal- Apple Tim Cook iddikjara l-iPhone X bħala "l-akbar qabża' l quddiem mill-ewwel iPhone" fl-aħħar wirja ta' tnedija li għalihom hija tant magħrufa l-kumpanija li tagħha huwa kap. Huma diġa' ħafna iżda dawk li qiegħdin jistaqsu jekk jaqblilhomx jagħmlu din il-qabża finanzjarment. Dan hekk kif id-disinn ġdid tal-iPhone jiswa xejn anqas minn 1,149 sterlina Ingliża. Fost il-punti msemmija minn Cook f'din it-tnedija nsibu l-abilta' tal-iPhone X li jirrikonoxxi l-uċuħ u wkoll li l- emojis , jew l-hekk msejjħa 'wiċċini', jkunu ppersonalizzati sabiex jixbħu lill-persuna li tkun qed tuża l-iPhone. Ma waqfux ukoll l-kummenti ironiċi fuq il-midja soċjali : – "iPhone X għandu r-rikonoxximent tal-wiċċ. Biex iħares lejn il-wiċċ tiegħek u jgħidlek li ma tistax taffordjah." – Abhimanyu Singh (Facebook) – "Għamlu t-8 kważi identiku għas-7 sabiex in-nies ikollhom jonfqu l-flus żejda għall-X. U jien ċert li se nixtri wieħed anki jekk naf x'għamlu". – Patrick Michael (Facebook) | [
10
] |
Il-Unesco esprimiet il-ħsibijiet tagħha, dwar l-miri globali li sal-aħħar tal-2030, kull tifel u tifla madwar id-dinja jkollu tal-inqas edukazzjoni primarja. L-aġenzija stqarret li bir-rata ta' progress rreġistrat, din il-mira mhux se tintlaħaq qabel l-2042. Rapport li ħarġet il-UNESCO, juri kif 61 miljun tifel u tifla lanqas biss għandhom aċċess għall-edukazzjoni primarja. Dwar l-edukazzjoni internazzjonali, dan ir-rapport ta' monitoraġġ juri li jekk ma jsir xejn dwar dawn il-miri b'mod immedjat, l-wegħda għall-edukazzjoni globali sal-2030 żgur mhux se tintlaħaq. | [
10
] |
Raġel ta' 30 sena kien arrestat wara li ferħ ta' ljun instab f'appartament f'subborg f'Pariġi. Skont il-midja Franċiża, il-pulizija kienet avżata wara li s-suspettat prova jbiegħ l-iljunessa ta' sitt ġimgħat għal g€10,000. Ir-raġel instab moħbi f'armarju f'dar tal-ġar fil-jum tat-Tlieta, filwaqt li l-iljunessa nstabet fuq soda. Intqal li l-annimal kif f'kundizzjoni tajba ta' saħħa u ingħata f'idejn l-awtoritajiet ikkonċernati. | [
10
] |
Il-kandidat Demokratiku ta' dixxendenza Maltija, Pete Buttigieg, ġie kkonfermat rebbieħ tal-ewwel vot fl-istat ta' Iowa. Dan fi proċess li se jwassal biex jintagħżlu l-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti f'Novembru li ġej. Il-proċess tal-votazzjoni fl-istat ta' Iowa kien kritikat ħafna minħabba l-intoppi li kien hemm fis-sistema tal-votazzjoni, tant li ċ-Chairman tal-Kumitat Demokratiku fl-Istati Uniti talab biex jerġgħu jingħaddu l-voti. Wara jiem ta' inċertezza, il-Partit Demokratiku kkonferma li Pete Buttigieg rebaħ f'Iowa, b'distakk ta' 0.1% tal-voti fuq il-kandidat Bernie Sanders. Rebħa f'Iowa ma tfissirx garanzija għan-nomina, iżda tagħti spinta kruċjali lill-kandidat magħżul. | [
10
] |
Joe Biden rebaħ 9 mill-14-il stat li vvutaw biex jagħżlu kandidat Demokratiku għall-White House matul il-jum tat-Tlieta. Fost l-istati li rebaħ l-eks Viċi-President tal-Istati Uniti, hemm dak ta' Massachusetts, Minnesota, Oklahama, North Carolina u Virginia. Hekk kif il-voti għadhom qed jingħaddu, Bernie Sanders mistenni jirbaħ l-ikbar stat minnhom ta' Kalifornja. Kif qegħdin l-affarijiet bħalissa, Biden għandu erba' mija u żewġ delegati filwaqt li Sanders għandu tliet mija u erbatax. Madanakollu, ir-riżultat f'Kalifornja jista' jibdel kollox b'erba' mija u ħmistax-il delegat. Biden u Sanders qegħdin f'tiġrija li se twassal biex xi ħadd minnhom jaffaċċja lill-President Repubblikan Donald Trump fl-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti f'Novembru li ġej. Intant il-kandidat Demokratiku Michael Bloomberg waqqaf it-tiġrija tiegħu biex ikun il-kandidat tad-demokratiċi/ | [
10
] |
Il-ħaddiema Franċiżi li jaħdmu fl-industrija tal-ferrovija ċaħdu miżuri tal-gvern biex ikun hemm riforma fil-kumpanija SNCF, li hija okkupata mill-istat. F'vot li ttieħed bħala petizzjoni, kważi ħamsa u disgħin fil-mija ta' dawk li vvutaw kienu kontra r-riformi. Franza tinsab maqbuda bi strajks mifruxa fuq tlett xhur, hekk kif il-ħaddiema qed jirreżistu li jkunu eliminati kuntratti vantaġġjużi u n-netwerk tal-ferrovija jinfetaħ għal kompetizzjoni. Jumejn ta' waqfien qed isiru kull ħamest ijiem sa tmiem Ġunju. | [
10
] |
Il-Gvern tal-Ekwador ornda biex il-pubbliku ma jersaqx lejn binjiet tal-Gvern wara ċertu ħin tal-ġurnata. Dan wara li dimostranti u forzi tas-sigurtà ġew fl-idejn barra l-Parlament tal-pajjiż, tant li kellu jintuża l-gass tad-dmugħ biex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni. Il-President Lenin Moreno ddikjara Stat ta' Emerġenza fil-pajjiż il-ġimgħa li għaddiet iżda falla milli jtemm il-protesti li bħalissa qed isiru il-pajjiż biex jerġa' jkun introdott sussidju fuq il-fjuwil fost l-oħrajn. Il-prezz tal-fjuwil fl-Ekwador ra żieda ta' mija fil-mija mill-Ħamis s'issa wara li l-Gvern neħħa s-sussidju li l-klijenti kienu mdorrija jieħdu fuqu. Fl-aħħar jiem il-Gvern mexxa l-laqgħat tiegħu 'l barra mill-Kapitali tal-pajjiż biex ma jkunx f'periklu minħabba l-protesti li qed isiru. | [
10
] |
Fi Spanja mistennija terġa' tinfetaħ il-votazzjoni wara li erba' partiti politiċi ewlenin fallew milli jkissru l-imblokk politiku mill-elezzjoni ġenerali inkonklusiva ta' Diċembru li għadda. L-istħarriġ ta' opinjoni ssuġġerew li l-elezzjoni tal-Ħadd xorta tista' ma tegħlibx l-istaġnar eżistenti. L-istħarriġ qed juri li l-partit xellugi, Unidos Podemos qiegħed fuq quddiem, bis-soċjalisti fit-tieni post. It-tnejn li huma jistgħu potenzjalment jiffurmaw koalizzjoni xellugija. Intant, l-analisti qed jgħidu li ħafna mill-votanti huma diżillużi u li mhux mistenni 'turnout' qawwi. Il-postijiet tal-votazzjoni mistennija jagħlqu fis-sitta tal-lejla bir-riżultati mistennija mbagħad jitħabbru bejn sagħtejn u tliet sigħat wara. | [
10
] |
Forsi ftit li xejn qed nagħtu każ, imma fiż-żmien li ġej l-Ewropa tista' tbiddel id-direzzjoni tagħha. L-għajnejn huma fuq l-Olanda, l-Ġermanja u Franza, tliet pajjiżi li se jkollhom elezzjoni ġenerali b'dik tal-Olanda l-aktar li qed tqajjem interess minħabba l-effett 'Wilders". Wilders, jew aħjar Geerts Wilders huwa l-mexxej tal-partit tal-Ħelsien li qed imexxi 'l quddiem l-ħsieb populist. Il-Partit twaqqaf f'mument opportun fiż-żmien meta fix-xenarju politiku tal-Olanda kien hemm vakuum. Anke jekk irnexxielu jmur tajjeb fl-istħarriġ li sar, qed jingħad li se jattira għoxrin fil-mija biss tal-voti. Madanakollu, l-argumenti populista fl-Olanda għandhom jitwarrbu? Kollox jiddependi mil-elettorat Olandiż se jivvota fil-ħmistax ta' Marzu. Interessanti l-fatt li din l-elezzjoni ġenerali hi meqjusa bħala waħda li ħadd ma jaf fejn se tmur hekk kif għal bosta snin l-Olandiżi ivvutaw għall-istess partit. Issa li donnu l-aġenda kibret xi ftit, mill-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-Iżlam, l-istorja nbidlet. Hija elezzjoni li r-riżultat tagħha jista' jirrifletti 'trend' ġdida fl-Ewropa għalkemm ħafna qed iħarsu iżjed mill-qrib lejn dak li se jiġri fi Franza u l-Ġermanja. Fil-Ġermanja, l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se jirnexxiela tiggarantixxi terminu ġdid għaliha u għall-partit li tmexxi? Se jirnexxielha tegħleb lil Martin Schultz, mill-partit soċjp-demokratiku Ġermaniż li qed iwiegħed miżuri soċjali? Skont l-istħarriġ li qed isiru jidher li ż-żewġ partiti jinsabu ras imb'ras. Minn jaf, forsi minn 'Mutter' ; omm bil-Ġermaniż li ħafna jużaw biex jirreferu għal Angela Merkel, ngħaddu għal Vater , missier bil-Ġermaniż. U mill-Ġermanja hemm l-elezzjoni Franċiża. Bil-kandidat f'isem il-Partit Konservattiv Francois Fillon qed ikun investigat fuq każ ta' frodi u l-kandidat Benoit Hamon għas-Soċjalisti li diġà qed jaffaċċja diżapprovazzjoni mill-grupp soċjalista tant li dak li kien meqjus bħala l-aktar sindku maħbub ta' Pariġi issa ingħaqad mal-partit ta' Macron. Fi Franza l-attenzjoni hi fuq il-partit bi ħsieb populist mmexxi minn Marine le Pen u Emmanuel Macron li serva fil-Kabinett ta' Hollande sakemm irriżenja biex waqqaf il-partit En Marche! partit soċjo liberali. Qed jingħad li fl-ewwel "round" għall-elezzjoni presidenzjali Le Pen u Macron se jeliminaw lir-Republikani u lis-Soċjalisti, xi ħaġa li qatt ma seħħet fl-istorja politika franċiża. Iż-żewġ partiti huma riżultat tal-falliment fl-implimentazzjoni ta' riformi meħtieġa fi Franza u huma meqjusa bħala dawk li qed jisfidaw l-istatus quo. L-istorja uriet li dak li jiġri fi Franza jaffettwa l-kumplament tad-dinja. Lura għas-seklu dsatax, ministru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak Metternich jingħad li kien qal li 'meta Franza tagħtas, il-kumplament tal-ewropa jaqbadha riħ' , nistennew u naraw x'tip ta' riħ se jkun. | [
10
] |
Studenta Universitarja li se tiggradwa fl-Istudji Ambjentali minn Università f'Texas din il-ġimgħa assigurat li r-ritratti tal-gradwazzjoni jkunu speċjali. Għall-okkażjoni, Makenzie Noland ta' 21 sena, ippużat ma' kukkudrill ta'erba' metri. It-tfajla kienet qed tipparteċipa f' programm ta' studju u ħidma f'ċentru li fih jgħixu madwar 450 kukkudrilli u rettili oħra. Big Tex, il-protagonist l-ieħor f'dan il-famuż ritratt tal-gradwazzjoni, kien addottat miċ-ċentru fl-2016, u donnu ffjorixxiet ħbiberija speċjali bejnu u bejn l-istudenta. Tant hu hekk, li t-tfajla ddeskrivietu bħala wieħed mill-ikbar ħbieb tagħha! | [
10
] |
Il-Pulizija ta' Florida qed tfittex tifel ta' sentejn li tkaxkar fl-ilma minn kukkudrill. It-tifel kien fis-Seven Seas Lagoon fil-kumpless ta' Disney f'Orlando. Missieru daħal fl-ilma u pprova jaħtfu lejn post sigur, iżda dan kien għalxejn. Ħamsin pulizija u esperti fil-ħajja salvaġġa qed ifittxu lit-tifel. Il-familja bi tlett itfal hija minn Nebraska u jinsabu fi stat ta' xokk qawwi. | [
10
] |
Minn tal-inqas sitta u tletin persuna ġew arrestati f'Lille wara ġurnata ta' ġlied kontinwu bejn il-pulizija Franċiża u l-partitarji tal-football li qed jattendu għall-Euro elfejn u sittax. Il-pulizija Franċiża qalet li l-arresti saru matul il-jum tal-Erbgħa u li sittax-il persuna ddaħlu l-isptar għal kura. L-Erbgħa filgħaxija, pulizija ta' kontra l-irvelli affrontaw mijiet ta' partitarji Ingliżi hekk kif ġew sparati flares u baraxxijiet. Iktar kmieni, numru żgħir ta' partitarji Ingliżi u Russi kienu arrestati wara li kien hemm xi ġlied. | [
10
] |
Strajk tal-piloti qed thedded li titjiriet li qed iġorru ammont kbir ta' prodotti ta' Amazon aktarx se jibqgħu l-art għaż-żmien tal-vaganzi. Madwar 250 pilota impjegati minn ABX Air ħarġu fuq strajk t-Tlieta filgħodu wara protest fuq allegatament nuqqas ta' impjegati. Issa Amazon u kif ukoll il-kumpanija DHL Worldwide Express, li huma żewġ klijenti ta' ABX, jaf ikollhom ibgħatu l-konsegwenzi għal deċiżjoni li huma ma għandhom l-ebda kontroll fuqha. ABX topera madwar 35 titjira kuljum għal Amazon u madwar 45 titjira kuljum għad-DHL, skont Teamsters Local 1224, unjin li tirrappreżenta lill-piloti. Din id-deċiżjoni jaf toħloq dewmien kbir speċjalment għall-klijenti ta' Amazon, għaż-żmien tal-vaganzi, skont il-unjin. Amazon għadha ma tkellmitx fid-dawl ta' din il-problema. "Lesti li nassistu lill-klijenti tagħna biex nimminimizzaw l-impatt li kien hemm fuq l-operazzjonijiet tagħhom speċjalment waqt dan iż-żmien impenjattiv," tenna il-President ta' ABX Air, John Satkovich. | [
10
] |
Xita qliel mal-kosta tal-lvant tal-Awstralja wasslet biex intfew terz tan-nirien fil-foresti fir-reġjun. Ix-xita li nieżla fl-istat ta' New South Wales tfiet 20 minn madwar 60 nar fl-istat. L-awtoritajiet laqgħu x-xita iżda wissew dwar għargħar f'Sydney u bliet oħra mal-kosta. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, dawn l-inħawi diġà esperjenzaw l-istess ammont ta' xita li ssoltu tagħmel f'sena. L-ikbar belt fl-Awstralja, Sydney, irreġistrat l-aktar jum imxarrab fi 15-il xahar, u kienu bosta r-residenti li ħadu pjaċir bix-xita minkejja l-inkonvenjent. Partijiet kbar minn New South Wales esperjenzaw nixfa kbira fl-aħħar 3 snin, u l-kundizzjonijiet tat-temp bħalissa kkalmaw ftit min-nirien qattiela li kien hemm fl-aħħar xhur. | [
10
] |
Artist li xogħlu huwa li joħloq viżwal ta' kull tip daħħal id-dubju f'moħħ in-nies f'Bordeaux wara li ħareġ filmat ta' tramm forma ta' flixkun inbid. Kienu bosta li bdew jistaqsu jekk din it-tramm kinitx vera b'ħafna jgħidu li mhix xi ħaġa li wieħed jista' jaqbad u jopera b'mod partikolari minħabba l-forma tat-tramm. Intant l-artist huwa espert fil-qasam tal-editjar viżwali fejn għandu kumpanija bl-isem ta' Origiful, liema kumpanija taħdem ma' kumpaniji kbar fosthom Disney, Nike u Sony. | [
10
] |
Il-mexxejja tal-G7, li bħalissa jinsabu f'Cornwall fl-Ingilterra għal summit, se jkunu qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom fi sforz sabiex jassiguraw illi l-impatt devastanti li ħalliet il-pandemija tal-COVID ma terġax tirrepeti ruħha. Infatti, llum huwa mistenni li joħorġu dikjarazzjoni li tistabilixxi numru ta' miżuri ta' kif se jintlaħaq dan il-għan. Wieħed mill-għanijiet huwa li, f'każ ta' pandemija, jiġu żviluppati vaċċini li jilqgħu kontra l-mard infettiv f'minn tal-inqas 100 jum. Fl-indirizz tal-ftuħ tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson semma kif għandha tiġi indirizzata l-inugwaljanza globali. Huwa sostna dwar l-importanza li nitgħallmu wkoll mill-impatt li kienet ħalliet il-kriżi finanzjarja tal-2008 sabiex tiġi ndirizzata l-ġerħa tal-inugwaljanza. | [
10
] |
Tard il-Ġimgħa filgħaxija, tħabbret il-mewt tal-Isqof Dumnikan Malti fil-Brażil, Monsinjur Walter Michael Ebejer. Huwa miet fl-età ta' wieħed u disgħin sena. Fi stqarrija mill-Provinċja Dumnikana Maltija, ingħad li l-Monsinjur twieled Ħad-Dingli u jiġi ħu l-awtur Malti Francis Ebejer. Huwa daħal fl-Ordni Dumnikan f'Malta u ġie ordnat saċerdot f'Jannar tal-elf disa' mija erbgħa u ħamsin. Il-Monsinjur mar il-Brażil bħala missjunarju fl-elf disa' mija sebgħa u ħamsin u inqas minn għoxrin sena wara sar Isqof mill-Papa Pawlu VI. | [
10
] |
Kelba tar-razza Samoyed tiġi salvata minn baħrin wara li kienet ilha mitlufa għal aktar minn ġimgħa fl-Artiku. L-ekwipaċċ abbord vapur Russu li jkisser is-silġ sab lil din il-kelba b'kumbinazzjoni, f'villaġġ fit-tramuntana tar-Russja. Il-Kaptan tal-bastiment qal li kienet il-kelba stess li resqet lejn il-vapur, li kien qed ikisser is-silġ, malli lemħitu. Il-kelba bdiet tferfer denba malli l-ekwipaġġ niżżel sellum biex hija tkun tista' titla' fuq il-vapur. Hija telgħat mas-sellum waħidha. Immedjatament, sar kuntatt ma' sidien il-kelba li jisimha Aika u li ħarbet waqt li ħarġuha għal mixja. Permezz tal-intervent tal-baħħara, il-kelba ġiet salvata minn ħalq il-mewt. Madanakollu, ir-razza tas-Samoyed huma magħrufin li jifilħu għall-kesħa, hekk kif dawn il-klieb oriġinaw mis-Siberja. | [
10
] |
Fit-tieni jum tas-summit tal-G7, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kellu laqgħat mal-President Franċiż Emanuel Macron, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel kif ukoll mal-President tal-KE Urusula Von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Waqt dawn il-laqgħat huwa appella għall-kompromess dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll tal-Irlanda ta' Fuq. Johnson għamilha ċara li jixtieq li jintlaħaq kompromess min-naħat kollha. Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li l-Prim Ministru għamilha ċara li r-Renju Unit huwa mpenjat li jsib soluzzjonijiet prattiċi li jimminimizzaw l-impatt fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Irlanda ta' Fuq. Il-mexxejja tal-UE qablu li jkomplu jitkellmu sabiex tinstab riżoluzzjoni. | [
10
] |
Il-plejer tat-tim nazzjonali Daniż Christian Eriksen kellu jiġi bżonn is-CPR hekk kif ikolassa waqt il-partita tal-Euro 2020 kontra l-Finlandja. Il-każ seħħ fit-42 minuta tal-partita meta l-plejer Daniż deher jiġri għall-ballun waħdu waqt throw-in u waqa' waħdu u ntilef minn sensih. Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika mit-timijiet mediċi li kien hemm fil-ground fejn ftit tal-ħin wara nħareġ mill-pitch fuq stretcher. Huwa ttieħed ġo sptar speċjalizzat permezz t'ambulanza. Diversi plejers Daniżi dehru mbikkma imdawwra mat-timijiet mediċi li kienu qed jagħmlu minn kollox sabiex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-plejer. Il-logħba, li kienet qed tintlagħab fil-Parken Stadium ġiet sospiża mill-UEFA bil-partitarji taż-żewġ timijiet dehru maħsuda b'dak li kien qed jiġri quddiem għajnejhom. Aktar Dettalji fil-ħin li ġej. | [
10
] |
L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol qalet kif Christian Eriksen huwa mqajjeb fl-Isptar. Dan wara li lbieraħ waranofshinar il-plejer tat-tim nazzjonali Daniż Christian kellu jiġi bżonn is-CPR hekk kif ikolassa waqt il-partita tal-Euro 2020 kontra l-Finlandja. Il-UEFA qalet ukoll kif il-kundizzjoni ta' Eriksen hija waħda stabbli. Peter Moller, mill-Assoċjazzjoni Daniża qal kif it-tim kien f'kuntat ma' Eriksen, hekk kif il-plejers tat-tim tiegħu kellmuh permezz ta' telefonata virtwali. X'ġara lbieraħ: l-każ seħħ fit-42 minuta tal-partita meta l-plejer Daniż deher jiġri għall-ballun waħdu waqt throw-in u waqa' waħdu u ntilef minn sensih. Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika mit-timijiet mediċi li kien hemm fil-ground fejn ftit tal-ħin wara nħareġ mill-pitch fuq stretcher. Huwa ttieħed ġo sptar speċjalizzat permezz t'ambulanza. Diversi plejers Daniżi dehru mbikkma imdawwra mat-timijiet mediċi li kienu qed jagħmlu minn kollox sabiex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-plejer. Il-logħba, li kienet qed tintlagħab fil-Parken Stadium ġiet sospiża mill-UEFA bil-partitarji taż-żewġ timijiet dehru maħsuda b'dak li kien qed jiġri quddiem għajnejhom. Il-logħba bejn id-Danimarka u l-Finlandja kompliet titlagħab. L-aġent tal-plejer Daniż, Martin Schoots qal kif huwa kellem lil missier il-plejer u qallu li Eriksen mhuwiex fil-periklu u qiegħed jikkomunika Kienu bosta timijiet u plejers minn madwar id-dinja li urew is-sapport tagħhom lejn Christian Eriksen, fosthom il-klabb li jilgħab miegħu Eriksen, dak ta' Inter. AQRA WKOLL: BIL-FILMAT: Christian Eriksen jispiċċa jingħata CPR waqt il-logħba tal-Euro 2020 | [
10,
15
] |
Il-Parlament ta' Iżrael mistenni japprova l-formazzjoni tal-Gvern il-ġdid, li se jara t-tmiem ta' tnax-il sena ta' tmexxija tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu. Il-Gvern li huwa ffurmat minn koalizzjoni ta' partiti differenti, għandu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed. It-tmexxija tal-Gvern fl-Iżrael se tinqasam bejn żewġ mexxejja, fejn sal-elfejn tlieta u għoxrin Naftali Bennett mistenni jieħu l-irwol ta' Prim Ministru tal-Iżrael, filwaqt li Lapid imbagħad jibda jokkupa din il-kariga għas-sentejn ta' wara. | [
10
] |
Il-mexxejja tal-G7 li bħalissa jinsabu f'Cornwall mistennija jadottaw miżuri stretti fuq il-powerstations li jaħdmu bil-faħam. Dan bħala parti mill-ġlieda ta' dawn il-pajjiżi kontra t-tibdil fil-klima. Il-Kapijiet tal-G7 wegħdu li se jevitaw l-użu tar-riżorsi li jaħdmu bil-faħam, dment li ma jkollomx teknoloġiji apposta biex inaqqsu l-emmissjonijiet mill-karbonju. B'reazzjoni għal dan u għal-laqgħat tal-G7, iċ-Ċina ħarġet tgħid li grupp żgħir ta' pajjiżi ma jistax jiddeċidi l-futur tad-dinja. | [
10
] |
Fl-aħħar jum tas-summit, Il-mexxejja tal-G7 ħabbru li se jkunu qed jagħtu biljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil pajjiżi fqar. Il-mexxejja ta' wħud mill-akbar pajjiżi fid-dinja bħalissa jinsabu fir-Renju Unit għal-laqa' tal-G7, fejn fost l-oħrajn huma ddiskutew il-pandemija tal-Covid-19, il-klima u anke l-kummerċ. Hawnhekk huma ħabbru wkoll li huma mistennija jadottaw miżuri stretti fuq il-power stations li jaħdmu bil-faħam. Dan bħala parti mill-ġlieda ta' dawn il-pajjiżi kontra t-tibdil fil-klima. Il-G7 saħqu li b'ħidma konġunta bejniethom se jaraw li madwar erbgħin miljun tfajla jibdew l-iskola madwar id-dinja. Fost l-oħrajn f'dawn it-tlett ijiem il-mexxejja tar-Renju Unit, l-Amerika, il-Kanada, il-Ġappun, Franza, il-Ġermanja u l-Italja kif ukoll tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tkellmu fuq il-pandemija tal-Covid-19, il-klima u anke l-kummerċ. | [
10
] |
Il-Kap tan-NATO ħeġġeġ lill-membri sabiex jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-qawwa li qed iżżid iċ-Ċina. Jens Stoltenberg sostna dan waqt summit li sar fil-Belġju biex l-Istati Uniti ssaħħaħ l-alleanza mal-pajjiżi tal-Punent, hekk kif waqt l-amministrazzjoni ta' Trump l-alleanza kienet iddgħajfet. Stoltenberg ddeskriva dan is-summit, l-ewwel wieħed ta' Joe Biden bħala l-President tal-Istati Uniti, bħala mument kruċjali. Waqt dan is-Summit tan-NATO, Biden għamilha ċara li n-NATO hija importanti għall-Istati Uniti. | [
10
] |
Il-Prim MInistru Ingliż Boris Johnson kkonferma l-posponiment tar-rilaxx ta' miżuri għal kontra t-tixrid tal-Covid-19. Dan wara li r-rata ta' infezzjonijiet fir-Renju Unit qiegħda tiżdied. Johnson sostna li l-poplu Ingliż irid ikun realistiku, inkella se jkomplu jintilfu l-ħajjiet fir-Renju Unit. Għal dan il-għan se jkun qed jitnieda pjan ta' tilqim addizzjonali tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19. Dan il-pjan se jkun qed jitħabbar fil-jiem li ġejjin mis-Segretarju Ingliż għas-Saħħa. Bħalissa l-pjan fir-Renju Unit hu li persuni li għandhom 18-il sena jew aktar jitlaqqmu bil-Moderna jew Pfizer. | [
1,
10
] |
Stennija kbira għall-ewwel laqgħa bejn il-President Amerikan Joe Biden u dak Russu Vladimir Putin f'Ġinevra, l-Isvizzera. Fl-aħħar sigħat il-President Russu fuq intervista televiżiva qal kif qed issir pressjoni fuqu biex jiddistakka ruħu min maċ-Ċina, fejn saħaq li dan il-pajjiż Asjatiku mhuiex ta' theddida. B'reazzjoni għal dan il-mexxejja tan-NATO, f'summit importanti fi Brussell, wissew dwar it-theddid militari taċ-Ċina, fejn kull ma jmur qed tkompli tissaħħaħ. Bosta kritiċi qalu kif din il-laqgħa bejn il-mexxejja ta' tnejn mill-akbar pajjiżi fid-dinja. Mistennija tbatti ftit it-tensjonijiet li kienn hemm bejniethom. | [
10
] |
Dik kienet l-ewwel dikjarazzjoni ta' Cristiano Ronaldo waqt konferenza tal-aħbarijiet qabel l-ewwel logħba tat-tim Portugiż fil-kompetizzjoni tal-EURO 2020. Fil-fatt Ronaldo, magħruf tant għad-dixxiplina li jħaddan u l-mod ta' kif jieħu ħsieb lilu nnifsu, malli poġġa bilqiegħda, neħħa minn quddiemu żewġ fliexken tal-Coca Cola li kienu hemmhekk għal skop ta' reklamar. Il-reklam tal-Coca Cola huwa sponsor uffiċjali tal-kompetizzjoni. Malli neħħa l-fliexken minn quddiemu Cristiano Ronaldo għolla flixkun tal-ilma u qal "Ixorbu l-ilma." Tul il-bqija tal-konferenza Ronaldo żamm il-flixkun tal-ilma quddiemu. Fost oħrajn kien spjega li jirrita ruħu bil-kbir meta jara lil ibnu jixrob il-luminata. Dan l-episodju seħħ ftit sigħat qabel il-Portugall se jaffrontaw lit-tim Ungeriż min Grupp F. Il-logħba ser tintlagħab fil-grawnd ta' Ferenc Puskás, b'ħafna jgħidu li din jaf tkun l-aħħar kompetizzjoni tal-EURO li se jipparteċipa fiha Cristiano Ronaldo. | [
10
] |
Fir-Renju Unit bosta qed jikkampanjaw għat-tneħħija ta' 'terapija' għall-konverżjoni ta' persuni gay, għaliex jemmnu li din tiftaħ il-bieb għall-prattiċi ta' mibegħda. It-terapija għandha l-għan li tibdel l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru. Fid-diskors tar-Reġina ntqal li l-Gvern se jiddikjara din it-terapija bħala illegali. Artiklu fuq rivista Ingliża tefa' dawl fuq kif esperti jinsabu mbeżżgħa minħabba d-dewmien ta' din il-projbizzjoni u qed juru t-tħassib tagħhom li leġiżlazzjoni ġdida tista' ma tkunx biżżejjed biex jieqfu dawn it-tip ta' prattiċi. Dan għaliex jista' jitkompla talb fuq is-sesswalità ta' persuni gay. Crispin Blunt, mill-Grupp Parlamentari Global LGBT, qal li l-Prim Ministru Boris Johnson tilef il-fiduċja tal-persuni LGBT. Persuna li qed tikkampanja favur din il-projbizzjoni, iddeskriviet it-terapija bħala tortura, li kapaċi twassal biex membru minn din il-komunità jtemm ħajtu hu stess. Din il-prattika kienet deskritta wkoll bħala mhux effettiva, mhux etika, u li potenzjalment tista' twassal għall-ħsara fuq il-bniedem. Daniel Harding, ġuralist għall-istess rivista tkellem mal-attivist Matthew Grech, wieħed mid-diretturi ta' għaqda li timbotta biex persuni gay jieħdu t-terapija. Waqt li prova jikkonverti lill-ġurnalist, li uża isem fittizju waqt id-diskussjoni, Grech tenna li jaf bosta li qabel kienu attirati lejn persuni tal-istess sess, li għelbu dan kollu u llum għandhom familja. Ġie rrappurtat ukoll li waqt l-intervista, Grech qal li ħadd ma jitwieled gay, u li l-ambjent tal-madwar jinfluwenza l-moħħ tal-bniedem. Qal ukoll li kull min attenda t-terapija mal-għaqda tiegħu ammettew li l-attrazzjoni lejn oersuni tal-istess sess naqset. Il-ġurnalist iddeskriva d-diskussjoni li kellu ma' Grech bħala sħubija ma' xi kult. Persuni fir-Renju Unit li għaddew minn din l-hekk imsejħa terapija, li wkoll tkellmu mar-rivista, qalu li kienu jħossuhom qishom qed jagħmlu d-dnub, u li kien jintqal lilhom li Alla ma joħloqx nies gay. Persuna minnhom saħansitra qalet ukoll li ġiet trattata donnha persuna pposseduta mix-xjaten, li kellha bżonn eżorċiżmu. | [
10
] |
F'Kalifornja ġie ddikjarat stat ta' emerġenza biex tiġi indirizzata l-problema kurrenti fl-elettriku hekk kif ġew irrappurtati temperaturi għoljin meqjusa perikolużi. Infatti, bħalissa hemm mewġa qawwija ta' sħana f'Arizona, f'Kalifornja, f'Nevada u f'Utah. In-nies qed jiġu mwissija joqogħdu f'żoni b'arja kkundizzjonata u biex jevitaw ix-xemx. It-temperaturi mistennija jilħqu t-tlieta u erbgħin grad celcius sal-Ħadd. Il-Gvernatur Gavin Newsom qal li l-istat t'emerġenza għandu jnaqqas id-domanda fuq l-infrastruttura tal-enerġija u appella lin-nies biex ma jużawx apparat elettroniku bla bżonn jew jixegħlu d-dawl għalxejn. | [
10
] |
Il-plejer Daniż Christian Eriksen ħareġ mill-isptar wara li saritlu operazzjoni li kienet ta' suċċess. Hu qal li jinsab tajjeb li se jkun qed jappoġġja lil sħabu fil-logħba ta' nhar it-Tnejn li ġej kontra r-Russja. Is-Sibt li għadda Eriksen tah attakk f'qalbu waqt il-logħba li d-Danimarka kienet qed tilgħab kontra l-Finlandja. | [
10,
15
] |
In-Nazzjonijiet Magħquda appellaw lil Myanmar sabiex b'mod immedjat iwaqqfu l-bejgħ tal-armi. Dan fid-dawl tal-episodji koroh li għadda minnhom il-pajjiż waqt kolp ta' stat mill-militari fi Frar li għadda. L-Assemblea Ġenerali adottat reżoluzzjoni li tikkundanna l-militar li ħa bil-forza r-riedni tal-pajjiz, sejħet sabiex jinħelsu mill-aktar fiss possibbli l-politikanti li ġew arrestati u sabiex tieqaf il-vjolenza fil-konfront tad-dimostranti. Din ir-riżoluzzjoni ġiet iffirmata minn mija u dsatax-il pajjiż – ħlief mill-Belarus. Dan filwaqt li sabet l-oppożizzjoni taċ-Ċina u r-Russja, l-akbar żewġ fornituri tal-armi tal-Myanmar. | [
10
] |
Ebrahim Raisi mistenni jkun il-President il-ġdid tal-Iran, hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li se jġib il-maġġoranza li għandu bżonn. Raisi li hu mħallef u meqjus bħala konservattiv, għandu fuqu sanzjonijiet mill-Istati Uniti u jingħaq li għandu konnessjonijiet ma' eżekuzzjonijiet ta' priġunieri. Huwa kkontesta din l-elezzjoni ma' tlett membri oħra. Jekk jiġi elett, Raisi se jkun jokkupa t-tieni l-aktar kariga importanti tal-pajjiż wara l-mexxej suprem. | [
10
] |
Il-pulizija Ġermaniża ħarġet appell għall-informazzjoni wara li żewġ pitturi taż-żejt prezzjużi tas-seklu 17 instabu fi skip. Il-pulizija qed jaħsbu li l-pitturi huma tal-artist Olandiż Samuel van Hoogstraten u l-artist Taljan Pietro Bellotti li jmorru lura 350 sena. Kien raġel li sab dawn il-pitturi fil-Bavaria x-xahar li għadda. Huwa ta' dawn il-pitturi lill-pulizija, madanakollu s'issa, sid il-pitturi għadu ma resaqx 'il quddiem għalihom. Intant, espert fl-arti kkonkluda li ż-żewġ pitturi huwa oriġinali. | [
10
] |
L-isfqijiet fl-Istati Uniti vvutaw fuq dokument li permezz tiegħu l-President Amerika Joe Biden jista' jiġi projbit milli jitqarrben fil-Knisja. Il-Konferenza tal-Isfqijiet Kattoliċi fl-Amerika, qed jiddiskutu t-tħejjija ta' dokument fuq politikanti li jissaportjaw l-abort. Biden, li regolarment jattendi l-quddies, qal li din hija affari privata u li ma jaħsibx li dan se ssir. B'reazzjoni għal dan il-Vatikan ħareġ jopponi din il-mossa li għamlu l-Isfqijiet. | [
10
] |
Eluf ta' nies attendew bi ħġarhom f'dik li hija meqjusa l-akbar avveniment ta' Pride fil-Polonja. Il-parata favur l-ugwaljanza saret f'Varsavja fil-Polonja, fi sfond ta' diskriminazzjoni li qed tkompli tiżdied kontra l-komunità LGBT fil-pajjiż. Il-President Pollakk Andrzej Duda sostna li hu se jkun qed jaħdem kontra li koppji tal-istess sess jiżżewġu jew jaddottaw. Minkejja li bħalissa koppji tal-istess sess ma jistgħux jadottaw, uħud mill-awtoritajiet lokali daru mal-liġi u ħallewhom jaddottaw bħala ġenituri waħedhom, iżda l-Gvern Pollakk se jkun qed jindirizzaha biex ma jibqgħux jitħallew jaddottaw. | [
10
] |
L-Iżrael qal li l-komunità internazzjonali għandha jkollha tħassib serju dwar il-President elett ġdid tal-Iran Ebrahim Raisi. Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan qal li Raisi huwa l-aktar President Iranjan estremist s'issa, u mhux eskluż illi l-Kap il-ġdid iżid l-attivitajiet nukleari tal-Iran. Ebrahim Raisi lbieraħ ġie ddikjarat rebbieħ fl-elezzjoni presidenzjali f'tellieqa li kienet tidher li qed tifavurixxih. Raisi se jkun inawgurat bħala l-President tal-Iran f'Awwissu li ġej. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara r-rebħa, Raisi wiegħed li se jsaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fil-Gvern Iranjan u li se jkun mexxej għan-nazzjon kollu. | [
10
] |
L-Etijopjani qed jivvotaw f'elezzjoni maġġuri dan wara t-tensjoni u l-kunflitt imdemmi li kien hemm fir-reġjun ta' Tigray. Din l-elezzjoni li kellha titmexxa kawża tal-pandemija hija l-ewwel test minn meta tela' fil-poter il-Prim Ministru Abiy Ahmed fl-2018. Hu qed jittama li jassigura mandat ieħor b'rebħa kbira. | [
10
] |
Il-President elett tal-Iran laqa' n-negozjati mal-qawwiet tad-dinja mmirati biex jerġgħu jagħtu l-ħajja l-ftehim nukleari tal-elfejn u ħmistax iżda qal li jrid jassigura l-interess nazzjonali. Waqt l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tiegħu minn meta rebaħ l-elezzjoni, Ebrahim Raisi wiegħed li mhux se jkun qed jaċċetta li d-diskussjonijiet fi Vjenna jieħdu fit-tul. Hu insista wkoll li l-programm tal-Iran b'rabta mal-programm tal-missili mhux se jinnegozja dwaru. | [
10
] |
Pajjiżi li kienu qed jirċievu l-vaċċin kontra l-COVID-19 bi programm globali tal-WHO m'għandhomx biżżejjed dożi biex ikomplu l-programmi ta' tilqim tagħhom. Konsulent ewlieni tal-Organizzazzjoni qal li l-programm Covax qassam disgħin miljun doża lil 131 pajjiż madwar id-dinja, iżda jidher li dan ma kienx biżżejjed biex jipproteġi ċ-ċittadini minn virus li għadu qed jinfirex f'xi pajjiżi. Xi pajjiżi Afrikani fil-fatt qed jesperjenzaw mewġa oħra ta' COVID-19, u jidher li qed isiru diskussjonijiet mal-progamm Covax biex isir hub reġjonali li jaħżen u jqassam it-tilqim fl-Afrika t'Isfel. | [
1,
10
] |
Il-Great Barrier Reef fl-Awstralja għandu jitniżżel uffiċjalment bħala sit ta' wirt dinji tal-UNESCO li qiegħed f'periklu minħabba t-tibdil fil-klima. Il-Gvern Awstraljan jidher li rritalja għal dan, partikolarment wara rapport tal-UNESCO stess li ta x'jifhem li l-gvern m'għamilx biżżejjed biex jipproteġi lis-sit. Il-Ministru għall-Ambjent Awstraljana qalet li l-Gvern se jirribatti dan l-argument f'laqgħa tal-Kumitat tal-Wirt Dinji x-xahar id-dieħel. Il-UNESCO qalet li dan hu l-akbar sit tax-xorta tiegħu fid-dinja, u żdied mal-lista ta' siti ta' wirt dinji fl-1981. | [
10
] |
EuroJackpot , il-lotterija Ewropea internazzjonali, qed toffri €47 million jackpot fit-tlugħ li jmiss. Il-bejgħ tal-biljetti fil-kontinent Ewropej jidher li sejjer tajjeb u issa hu possibbli li din l-logħba tintlagħab ukoll minn Malta. Tista' tixtri online il-biljetti uffiċjali tal-EuroJackpot mingħand theLotter, l-aħjar servizz dinji tal-biljetti tal-Lottu. TheLotter ilha stabilita fl-industrija tal-lotteriji online u qassmet iktar minn $106 milljun (madwar €89 miljun) fi premijiet ta' lotteriji lil iktar minn 6 miljun rebbieħ madwar id-dinja. Ir-rebbieħa tal-premijiet jinkludu mara mill-Panama li rebħet $30 miljun (madwar €25 miljun) fil-jackpot tal-Florida Lotto filwaqt li raġel Iraqi rebaħ $6.4 miljun (madwar €5.4 miljun) fil-lotterija tal-Oregon Megabucks. EuroJackpot hi lotterija faċli biex tintlagħab. Kulma trid tagħmel hu li tagħżel ħames numri (mill-1 sal-50), u żewġ Numri addizzjonali (mill-1 sat-10). Jekk tqabbel in-numri kollha li jitilgħu fil-lotterija, int tirbaħ il-EuroJackpot jackpot. Il-premju kbir ta' din il-ġimgħa hu €47 miljun. Jekk ma tqabbilx in-numri kollha, xorta tista' tirbaħ premjijiet fit-12-il taqsima tal-premju sekondarju. Li tilgħab EuroJackpot online minn Malta hu sempiliċi. Tista tagħżel EuroJackpot minn fost aktar minn 50 lotterija madwar id-dinja li jidhru fuq www.thelotter.com. Għażel in-numri tiegħek online daqskemm qed tixtriha minn banka tal-Lottus. La darba tkun għażilt in-numri tiegħek, theLotter jixtri biljett uffiċjali fuq ismek, itella kopja tal-biljett fuq il-kont tiegħek u thelotter iżomm il-biljett oriġinali f'post sigur, f'każ li tkun int ir-rebbieħ. Jekk inti tkun daqstant ixxurtjat li tirbaħ, inti tirċievi notifika via SMS jew email bl-aħbar it-tajba għaliex theLotter tiċċekkja awtomatikament ir-riżultati. Inti tiċievi l-ammont kollu tas-somma rebbieħa, mingħajr ma jittieħdulek kummissjonijiet (titħallas t-taxxa, fejn applikabbli). Li tilgħab u li forsi tirbaħ il-premju ta' €47 miljun tal- EuroJackpot huwa daqshekk faċli. Inti tista' tieħu sehem fil-lotterija online minn Malta, b'mod sigur, biex tkun fiċ-ċcans tipparteċipa fil-EuroJackpot permezz ta' theLotter.com. Għal aktar informazzjoni dwar kif tilgħab it-tlugħ li jmiss tal-EuroJackpot, jekk jogħġbok żur is-sit theLotter.com . Nawgurawlek ix-xorti t-tajba u nfakkruk biex dejjem tilgħab b'mod responsabbli. Lotto Direct Limited huwa liċenzjat mill-Malta Gaming Authority; Referenza tal-liċenzja MGA/B2C/402/2017. +18 biss. Il-logħob tal-azzard jista' jkun ta' dannu jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b'mod responsabbli. Għal aktar informazzjoni żur https://www.rgf.org.mt/ | [
10
] |
Il-Ġermanja taqbel mal-patt Ewropew dwar l-immigrazzjoni. Dan intqal mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Heiko Maas, hekk kif tkellem mal-midja Taljana. Il-Ministru Ġermaniż qal kif dan il-patt huwa bżonjuż, hekk kif hemm progress li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jaqsmu l-piż tal-immigrazzjoni. Mal-midja Taljana, il-Ministru Ġermaniż qal li dawk il-pajjiżi li ma wrewx interess f'dan il-patt, għandhom jagħtu l-għajnuna tagħhom sabiex il-piż jinqasam bejn kulħadd. Dan il-patt dwar l-Immigrazzjoni tal-Unjoni Ewropea kien tħabbar f'Settembru li għadda, mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, li kienet qalet kif il-pajjiżi l-aktar milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea. Intant, matul din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Malti Robert Abela se jkun qed jieħu sehem f'summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, fejn l-immigrazzjoni se tkun fuq nett tal-aġenda. Il-mexxejja Ewropej mistennija jiddiskutu dan il-patt f'dan is-summit ta' jumejn. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li l-finali tal-EURO 2020 m'għandhiex issir f'Wembley, minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fir-Renju Unit. F'konferenza tal-aħbarijiet mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, f'Berlin, Draghi qal li din il-finali m'għandhiex issir f'pajjiż, fejn ir-rata t'infezzjonjiet ta' Coronavirus qed tiżdied. Draghi ma kienx l-unika mexxej li esprima t-tħassib tiegħu dwar il-post ta' din il-finali. Dan għaliex dan it-tħassib esprimewh ukoll il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-prijorità tiegħu hi li jżomm il-pajjiż sigur kemm jista' jkun mill-virus tal-Covid-19. Dan filwaqt li ġie rappurtat li l-UEFA qed tikkunsidra li tmexxi s-semifinali u l-finali ta' dan it-turnew minn Wembley għall-Budapest. Il-każijiet fir-Renju Unit qegħdin jiżdiedu minħabba l-varjant Indjan tal-Covid-19, li huwa magħruf bħala Delta. Dan wassal għal posponiment fir-rilaxx ta' miżuri. | [
10,
15
] |
L-Armata Amerikana qalet li se tkompli t-tneħħija tat-truppi mill-Afganistan b'ritmu anqas mgħaġġel minħabba rebħiet riċenti tat-Talibani fil-pajjiż. Kelliem għall-Pentagon qal li t-truppi Amerikani xorta se jkunu tneħħew kollha mill-Afganistan sal-11 ta' Settembru li ġej, u s'issa aktar madwar nofshom diġà ntbagħtu lura l-Istati Uniti. Tul l-aħħar xahar it-Talibani intensifikaw l-attakki tagħhom u fil-fatt irnexxielhom jaħtfu 30 distrett fl-Afganistan, u qed ikun irrapportat li ħatfu jew qatlu numru ta' truppi. | [
10
] |
Il-Gvern Spanjol ta l-maħfra lil disa' mexxejja tal-Katalunja li kienu ntbagħtu l-ħabs wara attentat għall-Indipendenza minn Spanja fl-2017. Il-biċċa l-kbira tagħhom kienu nstabu ħatja ta' dan fl-2019 u ġew ikkundannati bejn disa' snin u tlettax-il sena ħabs. Il-maħfriet li ġew ikkonfermati t-Tlieta qajmu kontroversja sħiħa fi Spanja, anke fid-dawl li għal ġimgħat sħaħ, eluf ipprotestaw kontriha. Il-Gvern qal iżda li l-maħfriet approvati mill-Kabinett huma attentat għall-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż, wara li għadda mill-akbar kriżi politika fl-aħħar 40 sena. | [
10
] |
Il-Vatikan ikkundanna liġi fl-Italja li tagħti protezzjoni usa' lill-komunità LGBTIQ, f'dik li ġiet deskritta bħala mossa bla preċedent mill-attivisti. Jidher li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Vatikan bagħat ittra uffiċjali lill-Gvern Taljan fejn qal li l-liġi proposta tmur kontra ftehim diplomatiku bejn l-Italja u l-Vatikan. Filwaqt li kelliem għall-Vatikan ikkonferma li kien hemm komunikazzjoni fl-aħħar jiem, ma kkonfermax li dan kien is-suġġett. Fost oħrajn, il-liġi tipproponi li l-iskejjel jorganizzaw attivitajiet f'jum stabbilit, biex tkun miġġielda l-omofobija. | [
10
] |
L-istat Awstraljan ta' New South Wales irrapporta tletin każ ġdid ta' COVID-19 fit-tieni ġimgħa ta' lockdown f'Sydney. Din il-lockdown tkopri ħames miljun persuna f'dan l-istat, li jinkludu lil Sydney, il-Blue Mountains u Wollongong. Il-każijiet attivi tal-varjant infettiv Delta telgħu għal mija u għaxra. Il-Pulizija Awstraljana qed tuża teknoloġija li tagħraf il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-karozzi ħalli tissorvelja l-vetturi u tassigura li ħadd ma joħroġ miż-żona tal-lockdown. | [
10
] |
Fi Franza saru t-tieni rawnd t'elezzjonijiet reġjonali, bil-Partit tal-Lemin estrem li hu mmexxi minn Marine Le Pen falla milli jirbaħ il-maġġoranza f'uħud mir-reġjuni. Anke l-Partit Ċentrali mmexxi mill-President attwali Emmanuel Macron sofra minn riżultat ħżiena. Din kienet l-ewwel darba li l-Partit tiegħu ħa sehem f'dawn l-elezzjoni reġjonali, hekk kif il-partit kien għadu mhux iffurmat fl-2015, is-sena li saru l-aħħar dawn l-elezzjonijiet. Le Pen kellha t-tama li tirbaħ wieħed mir-reġjuni meqjusa importanti għall-ewwel darba, fi sforz biex iżżid il-possibilità li tirbaħ l-elezzjoni presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla. Madanakollu, il-Partit tagħha falli milli jagħmel dan. Le Pen akkużat lir-rivali tagħha illi ffurmaw alleanzi kontriha biex hi u l-Partit tagħha ma jiħdux il-poter ta' Franza. | [
10
] |
Riċerkaturi qalu illi t-tielet doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-AstraZeneca ssaħħaħ ferm is-sistema immunitarja, madanakollu s'issa m'hemm ebda evidenza li turi l-bżonn tat-tielet doża. L-istess studju li sar mill-Università ta' Oxford juri wkoll illi t-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca jista' jittieħed wara 45 ġimgħa filwaqt li bit-tieni doża l-persuna tkun bniet sistema immunitarja tassew b'saħħitha kontra l-coronavirus. L-evdenza turi li l-vaċċin jipproteġi wkoll kontra l-varjanti attwali u għalhekk s'issa kollox jindika li t-tielet doża jista' jkun li ma jkunx hemm bżonnha. | [
1,
10
] |
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddefenda l-azzjonijiet tiegħu wara r-riżenja ta' Matt Hancock minn Ministru għas-Saħħa Ingliż. Ir-riżenja ġiet wara li Hancock deher jikser il-linji gwida ta' distanza soċjali. F'filmati ppubblikati juru lill-eks ministru Ingliż ibus lill-kollega tiegħu. Meta Johnson kien mistoqsi għala ma keċċiex lil Hancock, il-Prim Ministru Ingliż wieġeb li l-għada li ħarġet l-istorja fuq Hancock l-Gvern Ingliż kellu Ministru għas-Saħħa ġdid. Ara wkoll: Jirriżenja l-Ministru għas-Saħħa Ingliż wara li kiser ir-regoli marbuta mal-Covid-19 | [
10
] |
Il-Gvern tal-Etjopja iddikjara waqfien mill-ġlied fir-reġjun ta' Tigray, dan hekk kif ir-ribelli ħadu taħt kontroll il-kapitali reġjonali ta' Mekelle. Il-midja internazzjonali rrappurtat kif eluf ta' residenti dehru jiċċelebraw, itajru l-bnadar u jisparaw il-murtali fit-toroq. Il-kunflitt f'dan ir-reġjun, li ilu għaddejj għal dawn l-aħħar tmien xhur, wassal għal kriżi umanitarja, b'aktar minn ħames miljun persuna jaf jispiċċaw bla ikel u xorb. Il-ġlied bejn ir-ribelli u l-Gvern beda wara bidliet li għamel il-Prim Ministru tal-pajjiż li kienu bbażati fuq sistema federali. Huwa mifhum li f'dan il-ġlied mietu mijiet ta' persuni. | [
10
] |
Instabet il-pittura ta' Pablo Picasso li ġiet misruqa disa' snin ilu mill-Mużew Nazzjonali tal-Pittura f'Ateni, il-Greċja. Il-Pulizija Griega qalet li l-arti ta' Picasso nstabet flimkien ma' pittura oħra ta' Piet Mondrian. Il-midja rrappurtat ukoll li uffiċjali tal-pajjiż arrestaw raġel Grieg, wara li l-pitturi nstabu fi sqaq. | [
10
] |
Fil-Kanada għexieren ta' persuni mietu kawża ta' mewġa ta' sħana qawwija li qatt ma nħasset bħalha qabel, tant li fil-jum tat-Tlieta fil-Kanada ġiet irrapportata temperatura li tlaħħaq kważi l-ħamsin grad celcius, ħames gradi aktar mill-ogħla temperatura li kienet irreġistrata qabel fil-Kanada. F'temp ta' inqas minn ġimgħa, il-Pulizija f'Vancouver irrispondew għal aktar minn 130 każ ta' mwiet, bil-maġġoranza tal-persuni kienu anzjani jew persuni b'kundizzjonijiet ta' saħħa ħażina. Il-pulizija qalet li s-sħana qawwija kienet il-kaġun ta' ħafna minn dawn l-imwiet. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.