text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Residenti li kienu joqogħdu fil-bini li ġġarraf il-ġimgħa li għaddiet fi Florida, f'April li għadda kienu rċivew ittra ta' twissija dwar li l-ħsara strutturali marret għall-agħar. L-ittra kienet intbagħtet mill-Assoċjazzjoni tal-Bini. L-ittra, li kmamar tal-aħbarijiet Amerikani għandhom kopja tagħha, tgħid illi l-ħsara strutturali li ġiet irrapportata l-ewwel darba fl-2018 marret għall-agħar, u jekk ma jsirux it-tiswijiet meħtieġa s-sitwazzjoni tkompli tiggrava b'mod allarmanti. Fl-ittra kien hemm ukoll twissijiet dwar ħsara fis-saqaf kif ukoll ġie nnutat xi qsim fil-garaxxijiet taħt l-art. Ix-xogħol ta' tiswija kien stmat li jlaħħaq madwar 15-il miljun Dollaru Amerikan. Intant, diġà nfetħu kawżi legali dwar id-diżastru fatali li ħalla minn tal-inqas 12-il persuna mejta b'149 oħra għadhom irrapportati nieqsa. L-Assoċjazzjoni tal-Bini fost l-oħrajn qed tiġi akkużata b'negleġenza. | [
10
] |
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis. Dr Grech qal dan fuq il-profil tiegħu wara li lbieraħ ġiet rapportata mewt ta' anzjana f'dar tal-anzjani. Huwa qal li qed jinsisti li mill-aktar fis biex is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis jerfa' r-responsabbiltà politika wara li qal li bdiet investigazzjoni b'insistenza tiegħu. Huwa talab ukoll lill-Prim Ministru jispjega lill-familjari ta' dawn il-vittmi u lill-poplu Malti dwar x'wassal għal din il-mewġa ta' mwiet u x'passi ttieħdu biex din titwaqqaf. Qal li l-poplu jeħtieġ serħan tal-moħħ u li nies mhumiex numri. | [
6
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jidher għadu ma jafx id-differenza bejn immigrant u migrant. Fl-aħħar jiem Dr Grech tenna għal diversi drabi li pajjiżna mhux full-up u jista' jiflaħ iżjed immigrazzjoni irregolari. Huwa żied jgħid li l-immigranti ġabhom il-Gvern Laburista biex jaħdmu. Stradarjali.com stħarreġ din id-differenza fejn jirriżulta li immigrant hija persuna li tiġi f'pajjiżna biex tibqa' hawn fuq bażi permanenti, ta' spiss minħabba applikazzjoni għall-ażil. Fil-fatt immigrant irregolari huwa propju persuna li tagħmel dan il-proċess b'mod irregolari, jiġifieri billi jidħol fil-pajjiż mingħajr il-proċess meħtieġ. Min-naħa l-oħra, esperti fil-qasam tal-migrazzjoni spjegaw li migrant jiġi f'pajjiżna b'mod temporanju, ta' spiss fuq bażi ta' kuntratt ta' xogħol. Qalu li dik il-persuna trid turi li għandha dħul sodisfaċenti u għal żmien limitat abbażi tal-kuntratt tax-xogħol, li ħafna drabi jkun dak ta' sena. Żiedu jispjegaw li l-permess tax-xogħol ta' dik il-persuna ma jagħtiha l-ebda dritt li tibqa' f'pajjiżna b'mod permanenti, u kif ġara f'dawn l-aħħar xhur ħafna ddeċiedew li jmorru lura f'pajjiżhom malli l-permess tax-xogħol ma baqax aktar attiv. Fost dawn ħaddiema bħal infirmiera, li pajjiżna tant għandu bżonn biex jkompli jagħti livell ta' saħħa tajba. | [
6
] |
Fuq facebook tiegħu, il-kunsillier Qormi Jerome Caruana Cilia kkundanna l-att vandalu li sar ilbieraħ filgħodu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas. jidher li xi ħadd ħaraq il-bieb kif inhu evidenti fir-ritratt li tella'. "Jeħtieġ aktar sigurtà, se nkun qed nitlob biex flimkien ma' stakeholders oħrajn naraw li tissaħħaħ is-sigurtà fiż-żona", kiteb Jerome filwaqt li talab lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddieha lill-Pulizija. att vandalu Ħal Qormi madonna tal-ħlas | [
6
] |
Bdew jittellgħu bosta posters jirriklamaw avvenimenti marbuta mal- Halloween hekk kif qed joqrob it-31 ta' Ottubru. Bħalissa s-sitwazzjoni tal-pandemija toħloq xi ftit tensjoni u dlonk in-nies jibdew jikkumentaw dwar jekkx attivitajiet simili għandhomx isiru jew le. Madanakollu Pintoninu Kids Club ħa ħsieb li lit-tfal xorta jferraħhom mingħajr biża' relatat mal-pandemija. Tkellimna m'Antonella Borg li hija waħda mill-organizzatriċi fi ħdan il-klabb u qaltilna li flok it-tfal se joħorġu huma, armajna karru li fuqu ser ikun hemm 4 karattri lebsin kostumi marbuta mat-tema u se nduru fit-toroq. "It-tfal se jibqgħu fil-parapetti ta' djarhom jew fil-gallariji u wieħed mill-karattri se jpoġġilhom borża ħelu fuq l-għatba tad-dar li se tkun issiġillata. B'hekk l-attività se ssir xorta u fl-istess ħin, intaffu ftit mit-tensjoni tal-mument", qaltilna Antonella. Pintoninu Kids Club hija inizjattiva tal-Akkademja Mużikali Pinto u l-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, liema Klabb huwa miftuħ għat-tfal kollha Qriema fejn isiru attivitajiet soċjali u edukattivi. Is-sħubija f'dan il-klabb hija mingħajr ħlas. Ħal Qormi | [
6
] |
Il-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ressaq mozzjoni fil-Parlament biex issir inkjesta pubblika sabiex jiġi investigat il-kuntratt tal-Electrogas. F'konferenza tal-aħbarijiet, Grech qal li din l-inkjesta trid issir mhux biss fuq l-għoti tal-bini tal-proġett iżda l-operat tagħha wkoll għal 18-il sena. Qal li jeżistu numru ta' allegazzjonijiet li jorbu l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mal-proġett tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas. Qal li l-konsumatur Maltin qed iħallsu prezz iktar għoli għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax qal li l-Gvern għabbina nixtru mingħand l-Electrogas. Huwa allega minħabba dan il-kuntratt, il-konsumaturi Maltin qegħdin ed inħallsu €91 miljun aktar fis-sena. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru ma fadallux iktar żmien biex jilgħab għax kien konsulent ewlieni ta' Joseph Muscat. Qal li l-familji ma jinteressahomx dwar min hu t-tort iżda li ssir ġustizzja magħhom. Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li b'din il-mozzjoni, il-Prim Ministru qed jiġi ordnat li jaħtar din l-inkjesta fi żmien ħmistax mindu tiġi approvata din il-mozzjoni. Ara l-mozzjoni hawn: [email protected] _20201014_154943 inkjesta pubblika | [
6
] |
"Xbajna naraw 'waiters' u individwi jaħdmu dirett mal-Ikel b'dawn il- visors "… Hekk kitbet persuna f'kumment fil-paġna tal- Health Promotion and Disease Prevention Directorate fejn il-pubbliku qed jiġi mfakkar li dawn il- visors partikolari ma joffrux protezzjoni biżżejjed. Huwa importanti ħafna li l-maskra li tilbes tkun tgħatti l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum. Xerrdu l-kelma. | [
6
] |
L-Ex-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi iddeskriviet din il-kategorija ta' nies bħala "certified idiots"… qed nirreferu għal dawk li jsuqu bil-mod fil- fast lane. Mizzi saqet minn Ħaż-Żebbuġ għar-Rabat wara sewwieq li kien qed isuq fil- fast lane bi 30 kilometru fis-siegħa. Kitbet li għalxejn daqqitlu l-ħorn u xegħlitlu d-dwal għax anqas biss irealizza. Iddeċiedt li tibqa' warajh ħalli tara jirrealizzax iżda… malli qalgħetu u pruvat turieh li kien fil-karreġġjata żbaljata, bħal donnu ċċassa lejha qisu ra xi aljen. Din tiġri spiss… Sfortunatament, jekk tiġbed l-attenzjoni jkun hemm ħafna drabi jew: 1. min joffendik, 2. min joħodha kontrik għax ma jammettix li hu jkun qed jagħmel ħażin, jew 3. jagħmel apposta malli jisma' ħorn u jibqa' hemm biex jaħarqek! Qed ngħidu sewwa?? Irridu niftakru li sewqan eċċessiv huwa ħażin u daqstant ieħor, sewqan lajman iżżejjed u jera', f'karreġġjati żbaljati! karreġġjati sewqan | [
6
] |
It-tim ta' Naxxar Lions għadu kif tefa' filmat dwar il-kit ġdid u oriġinali tiegħu; bil-kuluri tad-deheb u l-iswed. Dan huwa kulur pjuttost klassiku fejn ix-xewqa kienet li jirrappreżenta l-anima tan-Naxxar: il-festa u l-antik bi preparazzjoni għall-futur. Il-filmat inġibed ġo Palazzo Parisio. Jidher li dan huwa wieħed mill-ewwel filmati li qed isir minn klabb tal-futbol biex jillonċja l-kit tiegħu. Dan qed isir ukoll bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-100 sena anniversarju tat-tim Naxxari. | [
6,
15
] |
Fuq il-paġna ta' facebook tiegħu, Bernard Grech kandidat għas-siġġu ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista kiteb li "Jidher li bdiet kampanja ko-ordinata oħra mill-Partit Laburista biex jitfgħu dubju dwari." Sostna li hu qatt ma tpoġġa taħt kwarantina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa peress li martu iżolat ruħha mill-familja fis-17 ta' Settembru li għadda meta kienet infurmata bil-każ fil-gym li tattendi. "Dan l-iżolament seħħ qabel ma kellha ebda sintomu tal-Covid u fil-fatt hi kellha l-ewwel test negattiv fit-18 ta' Settembru. Hi segwiet il-pariri mediċi u baqgħet f'iżola ment sakemm isir it-tieni test li sar fil-21 ta' Settembru. Dan ħareġ pożittiv l-għada u hi tpoġġiet taħt kwarantina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa." bernard Grech kiteb li kellu l-aħħar kuntatt ma' martu meta hi ma kellhiex sintomi u meta kienet għadha negattiva. Tenna li fl-interess tas-saħħa pubblika, hu iżola ruħu b'mod volontarju sakemm sarulu t-testijiet u ħareġ darbtejn negattiv; fit-23 u fil-25 ta' Settembru. L-istess uliedu li ħarġu negattivi fit-testijiet rispettivi. "Dawn huma l-fatti, li diġà stqarrejt pubblikament, ħasra li hawn min għandu l-interess li jgħawwiġhom", temm jgħid Grech. testijiet | [
6
] |
F'pajjiżna, donna ma nisimgħux spiss dwar il-qasam taż-żfin. Spiss nisimgħu dwar kantanti u anke talenti oħra, iżda ż-żfin donnu li xi kultant ninsewh. Tkellimna ma' Benjamin Spiteri… Benjamin għandu 16-il sena u beda ż-Żfin Klassiku fl-età ta '11-il sena wara li ġie introdott fid-dinja taż-żfin wara kuntatt ma' diversi għalliema taż-żfin. It-taħriġ tiegħu kien jinkludi ballet klassiku, jazz, żfin modern u kontemporanju, u Hip Hop. Ms Tanya Bayona kienet kruċjali fir-rieda tiegħu li jkompli l-istudji taż-żfin tiegħu f'dak li hu Żfin Klassiku kemm lokalment kif ukoll barra minna Malta. Huwa attenda bosta korsijiet u master classes intensivi biex jissokta fit-taħriġ tiegħu u jasal għall-livell tax-xena internazzjonali. Fis-snin li għaddew Benjamin ħa sehem f'diversi programmi mtellgħin ħalli jkun jista' jżomm ruħu aġġornat ma' dak li ż-żfin jitlob attwalment. Bħalissa, huwa student fis- Seed Dance Studios , taħt id-direzzjoni ta' Marisha Bonnici. Wara proċess rigoruż ta' audition , Benjamin ġie aċċettat u offrut post biex jistudja fi 3 skejjel differenti fir-Renju Unit u fl-Ewropa. Huwa għażel li jkompli l-istudji tiegħu taż- żfin klassiku fl-'Elmhurst Ballet School';assoċjazzjoni mal-'Birmingham Royal Ballet', fir-Renju Unit. Benjamin jgħid "L-għan tiegħi huwa li nuża dak kollu li tgħallimt s'issa u nkompli niżviluppa il-ħiliet tiegħi b'taħriġ vokazzjonali full-time. Nispera li nibqa' nikber bħala żeffien u nkun kapaċi nuża din l-esperjenza biex inkun nista' nkompli l-istudji tiegħi taż-żfin sabiex nilħaq livell professjonali. Li għandi f'moħħi huwa li jkolli karriera bħala żeffien professjonali u nemmen li permezz tar-rieda u d-determinazzjoni tiegħi nista' nasal għal dak li qed nimmira għalih. B'hekk, nittama li għad jasal il-jum li nkun ilħaqt il-livell fejn nista' nuża dak kollu li tgħallimt biex inrawwam u narrikkixxi r-relazzjoni tiegħi mal-udjenzi taż-żfin permezz taż-żfin tiegħi." Il-kors ta' studju fl-'Elmhurst Ballet School' f'assoċjazzjoni mal-'Birmingham Royal Ballet' huwa ta' taħriġ full-time 'on site' li joffri lill-istudenti l-abbiltà li jistudjaw għal Performing Arts Diploma , Livell 6, fi Żfin Professjonali vvalidat mit-'Trinity College, London'. Il-kors beda fis-7 ta' Settembru 2020 u jieħu 3 snin. Minn StradaRjali.com, Awguri Benjamin benjamin spiteri renju unit żfin | [
6
] |
Ilkoll smajna bir-rakkonti dwar il-kisba tal-Indipendenza ta' pajjiżna. Grazzi għall-perseveranza, il-kuraġġ u l-viżjoni tal-istatista Dott. Ġorġ Borg Olivier li 56 sena ilu, Prim Ministru ta' Malta, li pajjiżna sar stat indipendenti. Ma kinitx faċli biex titwettaq din il-viżjoni. Kien hemm bosta li qed jaqblu mal-viżjoni ta' Borg Olivier. Kien hemm uħud li qalbu mal-Indipendenza imma hux eżatt kif kien qed iwiegħed Borg Olivier, imbagħad kien hemm oħrajn li kienu kompletament kontra li Malta ssir stat indipendenti. L-Indipendenza ġabet magħha responsabbiltajiet kbar. Mument fejn rajna kien f'idejna u l-kontroll għall-futur tagħna kien se jkun iddeterminat minnha u mhux min dak li jiddettawlna. Din il-kisba storika kienet il-bidu ta' kisbiet kbar oħrajn, bħar-Repubblika u s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Nissuġġerilek li taqra l-istorja fid-dettall għaliex din hi era affaxxinanti għal pajjiżna. Iżda llum il-ġurnata, 21 ta' Settembru 2020, xi tfisser il-kisba tal-Indipendenza għalina? Kemm aħna indipendenti? Kemm għadha relevanti? Il-faqar li għadu magħna u qed jiżdied. Il-klijenteliżmu u n-nuqqas ta' meritokrazija fejn tieħu promozzjoni fuq ix-xogħol mhux għax taf imma lil min taf. L-isfidi kbar li qed jaffaċċjaw l-anzjani tagħna li bilkemm ilaħħqu mal-ħajja u koppji żgħar u żgħażagħ li jsibuha diffiċli biex jixtru post waqt li jrabbu 'l uliedhom. Entrepreneurs ġodda li jħossu li ma jistgħux jimirħu f'dinja fejn min hu l-aqwa jħawwel u ħafna drabi m'hemmx level playing field. Il-kilba għal flus, akkost ta' kollox, li għal uħud saru l-uniku sors ta' kuntentizza. Imbagħad xi ngħidu għall-każijiet ta' korruzzjoni rampanti li mhux biss tappnu isem pajjiżna mal-erbat irjieħ tad-dinja, imma saħansitra wasslu għall-qtil ta' Maltija bħali u bħalek. Kemm aħna verament indipendenti u kemm aħna lesti li ninfatmu mill-kunċett ta' tribaliżmu u jkollna l-kuraġġ li dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb, iżda dak li hu ħażin mhux biss nammettuh imma naħdmu qatigħ biex neliminawh u nirranġawh darba għal dejjem. Kemm aħna lesti li bħalma missirijietna ħadmu għal Malta Indipendenti aħna nkunu lesti li niddenfendu l-valuri tas-sewwa, l-onestà u l-verità ħalli lkoll ngħixu kwalità ta' ħajja aħjar? L-Indipendenza tkun ħajja u mhux biss episodju imbiegħed, billi ngħixuha lkoll, kull ġurnata. Kif se nsawru l-futur ta' pajjiżna jiddependi minnek. | [
6,
11
] |
Inzertajna dan il-post ħelu fuq facebook u għaliex le, nġibuh fuq StradaRjali.com għaliex tajjeb li nitgħallmu nikkalmaw ftit ukoll fil-ġirja ta' stress fuq il-midja soċjali. Sandro Mangion li huwa l-Uffiċjal Responsabbli mir-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President ta' Malta tella' dan ir-ritratt ġmiel tan-natura. Kiteb li bħal donnu l-pagun qed jgħid: "Fi xħin jasal il-Ministru?" "Pagun "jgħasses" il-bieb prinċipali tal-Palazz ta' Sant'Anton, Dejr il-President ta' Malta, ftit qabel jasal il-Ministru għall-Finanzi għand il-Kap tal-Istat b'kopji tad-dokumenti tal-Baġit 2021," sostna Mangion. Bħal-lum, tkun okkażjoni fejn l-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Presidenza jaħdem b'kollaborazzjoni sħiħa ma' entitajiet bħall-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi, id-Dipartiment tal-Informazzjoni, u l-Public Broadcasting Services. Nawguraw lill-ħaddiema kollha nvoluti biex jittella' budget li jfisser ħafna xogħol ta' sagrifiċċju u preparazzjoni. Tags: baġit 2020 ministru tal-finanzi | [
6
] |
L-għaqda mhux governattiva Repubblika qalet li l-vot tal-membri tal-Gvern kontra inkjesta pubblika dwar il-kuntratt tal-power station tal-gass huwa daqqa ta' ħarta lid-demokrazija. Fi stqarrija Repubblika allegat li dan il-kuntratt jidher li jista' jkun imċappas b'demm Daphne Caruana Galizia huwa insult lill-poplu Malti u daqqa ta' ħarta lid-demokrazija. Qalet li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern jifhmu li dmirhom huwa lejn iċ-ċittadini u mhux li jiddefendu lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri. Repubblika sostniet li dan il-vot jikxef l-ipokresija ta' dawk li jxerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli u li biex jidhru sbieħ joqogħdu jgħidu kemm iħossuhom traduti, li mhumiex parti mill-kitchen cabinet, li ma jafux x'kien għaddej jew li ma jiftakrux. Repubblika wissiet lill-Gvern li mhix se tieqaf qabel ma ssir tafu il-verità u sakemm kull min kellu sehem f'dak li sejħet bħala ħmieġ tal-Electrogas jirrispondi għal għemilu. | [
6
] |
"Il-baġit li ġie ppreżentat illum jitkellem dwar iI-kuntest tal-pandemija u dwar kif pajjiżna ser jgħin lill-ħaddiema, lin-negozji u lill-familji fiċ-ċirkustanzi straordinarji li ninsabu fihom." Hekk sostna l-Forum Unions Malta, fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Budget 2021. Fi stqarrija żied jingħad li dan qed isir, fost l-oħrajn, billi jitwal il-perjodu tal-wage supplement u billi tinħareġ skema oħra ta' vawċers. Filwaqt li l-pandemija tassorbi ħafna mill-isforzi li qed isiru, huwa tajjeb li l-gvern ikompli jibni fuq inizjattivi mnedija minn din l-amministrazzjoni. Fosthom hemm li jagħti ġurnata oħra ta' btala għall-festi li jaħbtu fil-weekend (li kienet oriġinarjament proposta tal-For.U.M.), għajnuna lill-penzjonanti, persuni b'diżabiltà, persuni li jieħdu ħsieb qraba u aktar skemi bħala parti mill-istrateġija tal-green economy. Dan filwaqt li l-gvern qiegħed iħares lejn prinċipji aħjar ta' governanza fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti li għandu. Madanakollu l-For.U.M. huwa diżappuntat li l-wegħda elettorali, li tinsab fil-programm tal-ħidma tal-gvern li biha l-ġenituri jistgħu jużaw parti mis-sick leave meta wliedhom ikunu ma jifilħux, reġgħet ma ssemmietx. Tags: baġit 2020 | [
6
] |
Fil-jum internazzjonali tal-podjatrija tkellimna ma' Ian Vassallo Hagi… Għaliex tkun iċċelebrata din il-ġurnata? Illum it-8 ta' Ottubru huwa Jum il-Podjatrija. Fiha niċċelebraw il-professjoni tagħna fejn aħna nieħdu ħsieb li nagħmlu dianjosi (diagnosi) u nagħtu trattament ta' kundizzjonijiet relatati mas-sieq. Din il-ġurnata niċċelebraw fiha dak li matul iż-żmien ħdimna għalih u nagħmlu promozzjoni dwar dak li naħdmu. Illum noffru diversi kura f'oqsma differenti, fejn fost l-oħrajn nistudjaw is-sieq tat-tfal, dawk li jbatu minn kundizzjonijiet bħad-dijabete, artrite u oħrajn. Messaġġ li qed nipprova nwassal bħalissa huwa biex avolja din is-sena hawn ħafna biża' fuq il-pandemija u tajjeb li nżommu distanza u noqogħdu attenti, però xorta nieħdu ħsieb saħħitna u ma naqbżux appuntamenti jew nittratjenu biex nfittxu għajnuna għaliex jista' jkun isir tard wisq. Sfortunatament rajna ħafna nies li ġew tard għal trattamenti din is-sena u spiċċaw biex saħansitra tilfu xi parti min saqajhom. X'ħajrek biex tistudja fuq dan il-qasam? 10 snin ilu bdejt il-mixja f'din il-karriera fejn bdejt nistudja kors ta' 4 snin f'livell ta' BSc fl-Università ta' Malta. Illum, wara li għamilt anke 3 snin oħra studju f'livell ta' Masters, inħares lura u bi pjaċir inħossni kburi li għent ħafna nies jerġgħu jibdew jimxu, u jimxu aħjar. Xi ħaġa interessanti hi, li ġibt dan l-interess minhabba każ personali fejn kont pazjent ta' podjatrista oħra u mal-ewwel interessajt ruħi. Bħala xogħol għoġobni għax bih nkun qrib tan-nies u ngħinom iħossuhom ahjar fil-ħajja ta' kuljum. X'tip ta' problemi tiltaqgħu magħhom f' dan it-tip ta' xogħol? Il-problemi huma li ħafna drabi il-pazjent qisu bħal jinsa li jrid jagħti kura regolari f'saqajh u sfortunatament jiġi għandna meta jkun tard wisq. L-akbar problemi komuni fil-pazjenti narawha l-aktar fil-ġilda u dawk ta' uġieħ speċjalment minħabba li l-pazjent ma jkunx qed jimxi kif suppost jew juża żraben mhux tajbin. L-aktar mument xokkanti jkun kull darba li jkollna xi ħadd li rridu ngħidulu li se jitlef saqajh. Xokkanti ħafna kien meta sibt sieq sewda li litteralment kienet sieq mejta u bid-dud. Problemi oħra li nsibu jinkludu li meta nqabblu ma' professjonisti bħalna li jaħdmu fil-kumplament tal-Ewropa, avolja għandna livelli akkademoci li jħabbtuha magħhom, l-awtoritajiet Maltin għadhom ma jirrikonoxxux ċerti xogħlijiet li aħna kapaċi nagħmlu. Dan jista' jiġri wkoll minħabba z-zokkor u problemi ta' ċirkulazzjoni. Ian Vassallo Hagi huwa podjatra li ġie elett ukoll bħala membru fil-FIP: International Federation Of Podiatrist u jservi fuq bord li jaħdem għall-podjatrija fl-Ewropa. | [
6,
11
] |
Lura fit-13 ta' Lulju ta' din is-sena, l-Imtarfa rat lura t-twaħħil tal-uċuh tal-arloġġ ta' żmien l-Ingliżi. Dan wara li sarilhom restawr estensiv. Dan ir-restawr sar mill-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Daniel Attard bil-għajnuna tal-fondi ERDF. Ftit tal-ħin ilu, is-Sindku Daniel Attard tella' ritratti fuq facebook li juru r-riżultat finali ta' dan il-proġett ta' restawr li ser ikun qed jitgawda minn kulħadd. Tajjeb ngħidu li biswit l-istess torri nbena ċentru kulturali reġjonali għal skop edukattiv u kulturali. | [
6
] |
L-imxija tal-pandemija ġabet magħha ansjetà kbira fuq bosta tant li t-telefonati fuq il- help line tal-Fondazzjoni Richmond telgħu għal 2,700. Dan ħareġ waqt żjara li Dr Lydia Abela, mart il-Prim Minsitru għamlet fl-uffiċini tal-Fondazzjoni u li matuhom saħqet fuq il-bżonn li flimkien nibqgħu nqajmu aktar għarfien dwar l-importanza tas-saħħa mentali, kif ukoll nirrikonoxxu l-ħidma kbira li qed issir minn għaqdiet u entitajiet matul is-sena kollha. Dr Abela rrimarkat li t-talbiet għall-għajnuna kienu marbuta mal-ansjetà, is-solitudni, il-persuni li jħossuhom waħedhom, imwarrba u anki bi problemi fil-familji kienu fost l-iktar li talbu l-għajnuna Qalet li l-helpline 1770 joffri għajnuna minn professjonisti li lesti biex jisimgħu u jiggwidaw. Dan għalihom ifisser wens u serħan il-moħħ. Fil-fatt, din is-sena dan is-servizz ġie estiż għal 24 siegħa kuljum. Il-Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni Richmond , is-Sinjura Stephania Dimech Sant, qalet li din is-sena raw qabża kbira fit-telefonati li jidħlu fuq il-helpline għax qiegħed isir aktar għarfien dwar is-saħħa mentali. Dwar l-2,700 telefonata li saru din is-sena, qalet li t-telefonati li daħlu kienu effett ta' kif żviluppat il-pandemija. Dr Abela temmet l-indirizz tagħha b'appell biex fejn nafu li jkun hemm persuni li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet f'ħajjithom, ma nwarrbuhomx iżda ninkluduhom kemm jista' jkun fis-soċjetà. ansjetà fondazzjoni richmond | [
6
] |
Illejla fl-ewwel programm ta' Malta's Got Talent fuq TVM, kien hemm serata mill-isbaħ u nemmnu li ser ikun programm segwit immens u popolari. Iżda ġibdtilna l-attenzjoni Denica, il-kantanta mill-Maċedonja li għalkemm mhix il-lingwa tagħha, użat il-Malti biex kantat Xemx . Kemm hu sabiħ meta tisma' anke barranin japprezzaw il-lingwa tagħna. Għoġobkom l-ewwel programm? Maċedonja | [
6
] |
Ħadd ma weġġa' f'inċident żgħir li seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta' dalgħodu fil- Mużew Marittimu fil-Birgu. L-inċident seħħ meta nqata' cable ta' tower crane u bajla żgħira li kien fiha terrapien waqgħet fuq il-bejt tal-Mużew Marittimu, bil-konsegwenza li nqasmu żewġ xorok. Minnufih ittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-post huwa sigur u ttieħdu passi wkoll biex il-ħsara tissewwa. Fi stqarrija, kelliem għall-Mużew Marittimu qal li ma saret l-ebda ħsara lill-kollezzjoni. Ix-xogħlijiet li għaddejjin fis-sit bħalissa qed isiru b'rabta ma' proġett ewlieni ta' restawr u rinovazzjoni fil-Mużew Marittimu. Il-Mużew bħalissa huwa magħluq għall-pubbliku. mużew marittimu | [
6
] |
Il-whip tal-grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield ħabbar li nhar it- Tnejn 19 t'Ottubru , il-Gvern ser jippreżenta l-Budget. It-Tnejn ta' wara, 26 tax-xahar, issir ir-reazzjoni mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-għada terġa' ssir it-tweġiba tal-Prim Ministru. Bedingfield tenna li ltaqa' mal-whip tal-Oppożizzjoni fejn aġġornah bil-pjan leġislattiv tal-Gvern. Ritratt: Facebook/ Glenn Bedingfield kap tal-oppożizzjoni ruħ soċjali | [
6
] |
F'ritratt li tella' fuq facebook , Delia jidher qiegħed jgħaddi ċ-ċwievet lil Grech. Qal li dawn iċ-ċwievet jfissru piż u responsabbiltà kbira ħafna. "Kelli l-privileġġ inġorrhom għal tlett snin. Tajt saħħti. Sibt tfixkil kbir. Se ngħin lil Bernard biex ma jgħaddix minn dak li għaddejt jien. Nawguralu. Filwaqt li ntenni l-impenn tiegħi lejkom, in-Nazzjonalisti ġenwini. Dak li nemmen fih ma jinbidilx. U ma nieqaf qatt niġġieled għal dak li nemmen fih", temm jgħid Delia. ċwievet | [
6
] |
Fuq il-paġna tal- Malta Environmental Health Officers Association , l-uffiċjali saħqu biex issa li wasal il-Halloween li s-soltu tkun okkażżjoni biex wieħed jiltaqa' u jiċċelebra ma jsirux attivitajiet, festini u ċelebrazzjonijiet tal-massa. "Din qegħdin ngħiduha fi sfond li bħalissa għaddejin minn pandemija u l-uniku mod kif nistgħu nikkontrollaw din l-imxija hija billi nevitaw ħruġ żejjed u attivitajiet fejn jinġemgħu n-nies. Bħallissa kulħadd irid jagħmel sagrifiċċju sabiex in-numri ma jibqgħux jiżdiedu", tenniet l-assoċjazzjoni. Saħqet fuq l-importanza li jiġu obduti r-regoli mill-awtoritajiet u qalet: "Tibqgħux tieħdu din il-pandemija b'nuqqas ta' serjetà." Irringrazzjaw lill-Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali għax-xogħol tagħhom li ilhom jagħmlu tul dawn l-aħħar seba' xhur waqt din il-pandemija kif lill-frontliners l-oħra kollha li qegħdin jikkumbattu sabiex nikkontrollaw il-firxa ta dan il-virus. saħħa ambjentali | [
6
] |
Bosta postijiet illum sebħu biż-żebra crossings immarkati b'messaġġi li jfakkru lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f'għeluq it-3 snin mill-qtil tagħha. Daphne nqatlet għall-ħabta tat-15.00 fis-16 t'Ottubru tas-sena 2017 waqt li kienet għadha kif telqet mid-dar tagħha fil-Bidnija. Bomba kienet tpoġġiet taħt il-karozza tagħha li ħalla lill-persuna mejta fuq il-post. | [
6
] |
Tifel mir- Rainbow Ward talab għat-tfal u n-nies kollha li għaddejjin bil-marda tal-kanċer bħalu, għall-ġenituri tiegħu, għal dawk li qed ibatu u anke ħaseb f'dawk li għandhom il-Covid-19. X'kuraġġ itik tifel bħal dan… Kuraġġ lilek ukoll Zack | [
6
] |
Fl-aħħar aġġornament minn Saħħa fuq facebook , kien irrapurtat li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 66 każ ġdid ta' persuni bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 47 persuna. Inħeġġukom tkomplu tobdu d-direttivi. | [
6
] |
Fi tweet mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar, tħabbar li Malta se tkun qed tilqa' l-Euro Pride għall-ewwel darba. Din se ssir fl-2023. Tenniet li l-ugwaljanza hija u se tibqa' dejjem fuq nett tal-aġenda tal-Gvern Malti. Dan huwa avveniment kbir li jiġbed eluf ta' turisti minn madwar id-dinja. Malta rebħet dan il- bid wara li kienet qed tikkompeti għal dan l-avveniment ma' Rotterdam u Belfast. Awguri Malta. Prosit Rosianne u t-tim kollu! — Rosianne Cutajar (@RosianneCutajar) October 4, 2020 Dan tħabbar ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Organizzaturi tal-European Pride li jissapportjaw il-moviment tal- Pride u jagħtu l-liċenzja tal- Euro Pride . | [
6
] |
Dr Muscat irriżenja minn deputat permezz ta' ittra li ppreżenta fis-seduta tal-lejla lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Fl-ittra ta' riżenja tiegħu li qara fil-Parlament, Joseph Muscat qal li kien se jirriżenja minn membru parlamentari. Dr Muscat qal li fl-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru kien qal li se jirriżenja minn deputat parlamentari. Qal li wara aktar minn 12-il sena jservi fil-Parlament u erba' snin fil-Parlament Ewropew, huwa kburi bis-servizz li ta bħala Prim Ministru għal darbtejn, kap tal-oppożizzjoni u membru parlamentari għal tliet darbiet. Qal li jinsab kburi li f'żewġ leġislaturi kien mgħobbli bir-responsabbiltà tal-ikbar ammont ta' voti li qatt kellu membru Parlamentari. Qal li waqt li fin-natura tiegħu dejjem xtaq jagħmel iktar u aħjar, jevita l-iżbalji u jagħti aktar ħidma, huwa kuntent biex pajjiżna kkontribwixxa biex pajjiżna jinsab aħjar u f'qagħda iktar b'saħħitha milli qatt kien biex jilqa' għall-isfidi. Huwa ta ħajr lill-Ispeaker u lill-predeċessuri tiegħu. Dr Muscat daħal fil-Parlament għall-ewwel darba fl-1 ta' Ottubru tal-2008 wara li f'Ġunju tal-istess sena kien inħatar Mexxej tal-Partit Laburista. Huwa baqa' jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni sal-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2013. Elezzjoni Ġenerali li rebaħ b'maġġoranza storika ta' 36,000 u ratu jieħu l-ġurament bħala s-seba' Prim Ministru ta' Malta mill-Indipendenza 'l hawn. Dr Muscat reġa' ġie kkonfermat fil-kariga fl-aħħar elezzjoni ġenerali li saret fit-3 ta' Ġunju 2017. Dan wara rebħa oħra storika kważi bl-istess distakk tal-2013 fuq il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil. Huwa rriżenja minn Prim Ministru fit-13 ta' Jannar 2020. | [
6
] |
"…ma nfumajtx lanqas lil sħabi għaliex ma nħobbx ċerimonji f'dan ir-rigward…" Joseph Muscat. Segwi d-diskors kollu li qal Joseph Muscat: | [
6
] |
Illejla fil-programm Popolin li jixxandar fuq Television Malta tkellem Cristian Muscat, żagħżugħ li 10 snin ilu kien ġie mitlub li jieqaf mill-mixja tiegħu għas-saċerdozju. F'intervista imqanqla Cristian stqarr mal-preżentatur Quinton Scerri li meta ġie mitlub sabiex iwaqqaf ħesrem l-esperjenza tiegħu fis-Seminarju, ma ra xejn għajr dalma sewda, tant li kien ser jikkommetti suwiċidju minn fuq il-bejt tas-Seminarju fir-Rabat. Cristian stqarr li dan kien mument ikraħ f'ħajtu li għalmu jħares 'l quddiem u japprezza aktar lil Alla. Fl-intervista Christian tkellem dwar bosta ġrajjiet oħra li għadda minnhom waqt li beda l-vjaġġ tiegħu għas-saċerdozju fejn tul din l-esperjenza fehem li din ma kinitx triqtu. Stqarr li dawk ta' madwaru jaf bdew jarawħ bħala theddida għaliex hu seta' jkun saċerdot modern. Fil-programm Popolin qajjem bosta argumenti oħra kontroversjali li jidher li Cristian stqarr fil-pubbliku għall-ewwel darba. Il-preżentatur kien dirett fil-mistoqsijiet fejn jidħlu ġibdiet sesswali, Cristian ma' iddejjaq xejn jargumenta li hu diffiċli li saċerdot ma jkollux xi ġibda sesswali . Ammetta li għandu rabja għal dan l-episodju li ġara f'ħajtu iżda konvint li bil-preżenza ta' Alla f'ħajtu jista' jibqa' miexi 'l quddiem. Ritratt : Paġna ta' Facebook – Popolin | [
2,
6
] |
Il-film popolari Midnight Express ilbieraħ għalaq 42 sena minn meta ħareġ fis-6 t'Ottubru tal-1978. Film ibbażat fuq storja veru li kien mar tajjeb ħafna. Il-film inġibed f'Sant'Iermu, fl-ajruport internazzjonali ta' Malta f'Ħal Luqa, fil-Mediterranean Film Studios fil-Kalkara u f'imkejjen oħra madwar pajjiżna. Kien hemm ukoll xeni miġbuda fil-Greċja u f'Istanbul fit-Turkija. F'xena minnhom jidhru żewġ Maltin: Joe Zammit Cordina u George Portelli li kienu qed jinterpretaw il-parti ta' pulizija fl-ajruport. Zammit Cordina kellu jgħid il-versi bit-Tork imma f'rapurtaġġ f'gazzetti aktar tard, kien intqal li dak il-ħin kien nesa l-kliem u d-Direttur Alan Parker qallu biex jgħidhom bil-Malti għaliex ħadd ma kien se jifhem. Il-budget tal-film kien ta' $2.3 miljuni u huwa mifhum li daħħal mal- $35 million minn madwar id-dinja. The Maltese blogger illum fakkar din il-memorja permezz ta' kontribuzzjoni dwaru online: https://malteseblogger.com/midnight-express-is-42-years-old/?fbclid=IwAR03LoG9mRKGlTNOVw7FZ6GJtP-qzI0KDg5TGSwn77d5TVrP5dfWvfR05og | [
6
] |
L-Uffiċċju tal-President avża li wara li għamel swab test ta' rutina, membru tal-istaff tal-Palazz instab li huwa pożittiv għall- Covid-19. Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President qal li f'dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta' Malta u s-Sra Vella—li dalgħodu għamlu swab test ta' rutina li rriżulta negattiv—xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f'iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta' prekawzjoni. Konsegwentament, l-impenji kollha li l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla qed jiġu posposti. Ritratt: Facebook/ George Vella (Ritratt meħud fid-9 ta' Settembru 2020) uffiċju tal-president | [
6
] |
Karl Chircop, politiku u tabib. Kien magħruf għall-altruwiżmu tiegħu. Sfortunatament għada 12 t'Ottubru, jaħbat it-12-il anniversarju minn meta ħalla din id-dinja. Karl kien irrispettat minn bosta, saħansitra anke mill-kamp politiku oppost. Fatt li kien għallem ħafna lill-pubbliku li għalkemm wieħed ikollu opinjoni politika differenti, ir-rispett għandu jibqa' dejjem hemm lejn u minn kulħadd! Kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-1996 fl-eta ta' 31 sena. Minn hemm 'il quddiem baqa' dejjem jiġi elett. Sfortunatament fl-2008 kien sofra minn emoroġija fil-moħħ, propju xaharejn wara li għalaq l-età ta' 43 sena. Ittieħed fi sptar f' Londra (London's National Hospital for Neurology) fejn ftit wara miet. L-aħħar tislima kienet ingħatatlu fil-Knisja ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid. elezzjoni ġenerali | [
6
] |
Għaddejjin xogħlijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira biex din il-binja ssir iktar aċċessibli, moderna u fuq kollox biex toffri iktar servizzi lir-residenti tad-disa' lokalitajiet fil-madwar. Waqt żjara fuq is-sit, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif, ladarba jkun lest il-proġett, f' Marzu tas-sena d-dieħla, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira se jkun qed joffri mas-sebgħa u għoxrin servizz lill-komunita. Għaldaqstant dan il-proġett se jkompli jimplimenta l-politika tal-Gvern li kemm jista' jkun il-pazjent jieħu servizz fil-pront u fil-komunita stess, minflok jirrikorri għal Mater Dei meta ma jkunx hemm bżonn. Huwa fakkar kif iċ-Ċentru tal-Gzira huwa wieħed minn tmien Ċentri tas-Saħħa u erba' u ħamsin klinika fil-komunita li qed jiġu rinovati jew mibnija mill-ġdid madwar Malta u Għawdex. Ix-xogħlijiet, li huma mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, qed isiru b' investiment ta' €1.2 miljun Ewro minn fondi tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali. Il-Kap Eżekuttiv tal-FMS, Carmen Ciantar, spjegat kif bħalissa fis-sulari kollha tneħħew is-servizzi u qegħdin isiru wkoll emendi strutturali skont id-disinn il-ġdid. Ix-xogħlijiet jinkludu- xogħol ta' madum, ta' kisi u partitions, installazzjoni ta' sistema ġdida tal-elettriku, waterproofing, suffetti ġodda, rinovazzjoni tal-faċċata u l-installazzjoni ta' lift, ġenerator u X-Ray Machine ġdida. Hu stmat li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira jaqdi 'l fuq minn sebgħin elf persuna, tant li fl-2019 iċ-Ċentru kellu mal-122,000 appuntament- numru li mistenni jiżdied meta jerġgħu jinfetħu l-bibien is-sena d-dieħla grazzi għal t-titjib fl-aċċessibilita. gżira saħħa | [
6
] |
"Fl-2012 ħassejt biss ħakk f'sidri. Fl-2015 ma ħassejt xejn ħlief li ma kontx qed nonqos mill-piż minkejja li kont qed nagħmel eżerċizzju 7 t`ijiem fil-ġimgħa. Id-darbtejn ħadt ħsieb li nkellem professjonisti mediċi li rrakomandaw testijiet li minnhom ħareġ li kelli kanċer tas-sider. Fl-2015 il-kanċer kien avanzat", qaltilna Clare. Kanċer tas-sider avanzat llum jitqies bħala marda kronika għax ma jitfejjaqx imma jiġi kkontrollat b'mediċina jew trattament apposta. It-tip ta' trattament jkun addattat skond it-tip ta' fatturi bioloġiċi li l-individwu jkollu. L-onkologu meta jissuġerixxi trattament jaħseb mhux biss biex itawwal il-ħajja tal-pazjent imma jikkunsidra wkoll li pazjent jgħix ħajja ta' kwalità. Djanjosi ta' kanċer taffetwa kemm il-psikoloġija tal-pazjent u dawk ta' madaru kif wkoll il-fiżiku. L-impatt fiżiku jista' jinkludi anka mobilità, filwaqt li l-impatt psikoloġiku jista' jinkludi biża', ansjetà u anke dipressjoni. Il-kura ta` trattament tal-kanċer tibdel il-ħajja tal-pazjent, minħabba li spiss ikollok apuntamenti l-isptar. Dan jaffetwa kemm il-persuna, kif wkoll lil min jiehu ħsiebha. Il-pazjent jinvesti fih innifsu ħafna enerġija biex jadatta għall-kundizzjoni li jkollu. Jien bħala pazjenta nkun rrid nkun naf l-informazzjoni kollha dwar l-istat tal-kundizzjoni, it-trattament kif ħa jolqotni u jekk ikun possibli niddeċiedi mal-onkoloġista, xi trattament inkun ser nieħu. Rakomandazzjoni li nagħmel lill-pazjenti bħali hu li jfitxxu jew jistaqsu għall-għajnuna kumplimentari lit-tobba tagħhom. "Bħala pazjenta b'kanċer avanzat nemmen li nħabbat wiċċi ma' sfidi, emozjonijiet u deċiżjonijiet importanti. Għalhekk nipprova li nieħu ħsieb tiegħi nnifsi, nqatta' ħin mal-maħbubin tiegħi u nittama fil-progress ta' trattament ġdid. Jien nipprova li kanċer ma nħalliehx jiddefenixxi min jien imma naddatta għalih biex nibqa' l-impjegata, l-bint, il-ħabiba." Pazjenti jew familjari li għandhom bżonn sapport jistgħu jikkuntatjaw lil Europa Donna Malta fuq 9933 0330 li din is-sena qed tikkolabora ma' The Marigold Foundation fuq il-kanċer tas-sider speċjalment dak avanzat. kanċer tas-sider | [
6
] |
L-Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede Frank Zammit għandu għal qalbu l-annimali u ftit ilu bena dwejra żgħira fejn jistekknu l-qtates li jgħixu barra. Jidher li xi ħadd; jista' jkun persuna waħda jew iżjed għax sa issa ma nqabadx, qed jew jinkieh, jew jisfidah billi kull darba li Frank jirranġaha, jerġa' jkissirielu. Araw is-sensiela ta' posts li ttellgu fuq facebook juru kif qed jiġru dawn l-episodji. Jidher li m'għandhomx x'jagħmlu dawn in-nies li qed jaslu s'hawn. Intom x'taħsbu dwar dan? | [
6
] |
Li tkun iddivorzjat jew isseparat huwa dnub? Qed insaqsu hekk għaliex għadek tisma' tfesfis fuq dak jew l-oħra 'għax għamlu hekk jew għamlu hekk'… meta dan huwa mument li jista' jolqot lil kulħadd; li jisfaxxa ż-żwieġ. Fil-verità, jekk ma tiżżewwiġx bilfors, għal raġunijiet li ġieli smajna bihom ukoll, ma naħsbu li ħadd ma jkun jixtieq li żwieġu jisfaxxa. Inkella ma tiżżewweġ xejn mhux hekk? Ma naħsibx li hawn min jiżżewweġ għall-festin biss jew għar-ritratti fuq il-midja soċjali! Ma tistax tgħid għax issib minn kollox… Staqsejna lil Dr. Deborah Schembri li kienet strumentali biex spjegat u mexxiet kampanja favur id-divorzju f'pajjiżna. Staqsejnieha li jekk tissepara jew tiddivorzja għadekx issib min jumbrak?! "Sinċerament naħseb li min jumbrak għal xi raġuni jew oħra, m' għandux problema bl-issue, imma bik… so any excuse is a good excuse!", stqarret magħna Deborah Schembri. Spiss nisimgħu wkoll membri parlamentari li jisfaxxalhom żwieġhom ukoll. wara kollox dawn umani wkoll imma bħal donnu hawn faxxa ta' nies fis-soċjetà li qishom jistagħġbu b'dan. Id-diskors fuq fomm dawn in-nies ikun; "se jbati dak ta m'għadux mal-mara jew se tmur ħażin issa dik, la m'għadhiex mar-raġel!" Kemm hi reali din? In-nies jirrispettawk sakemm timxi kollox eżatt ma' dak li drajna li hu tajjeb bħala soċjetà? "Le sakemm dak li jkun, li qed jagħmel, ma jkunx għamilha issue politika hu stess, eżempju mara fil-politika tadvoka kontra l-abort u tagħmlu hi. Ma naħsibx li sinċerament li xi ħadd jumbrak għax separat jew iddivorzjat jew għax tibdel l-istat tiegħek waqt li tkun fil-politika. In-nies ikunu drawk u jkunu jafu xi ssarraf. Miżżewġa jew le ma tagħmilx differenza.Illum il-ġurnata hawn sezzjoni kbira ta' miżżewġin li sfaxxalhom iż-żwieġ u sezzjoni oħra ta' miżżewġin u mdejqin, allura ma naħsibx li għadha xi taboo ", saħqet magħna Deborah Schembri. Staqsejnieha wkoll jekk temminx li hemm iżjed x' nirbħu bħala soċjetà fir-rigward tat-tijieb fil-liġi tad-divorzju? X'Taħseb dwar il-proposta li l-impożizzjoni tal-4 snin separazzjoni qabel wieħed japplika għad-divorzju titneħħa? "Aħjar inħallu f' idejn in-nies xi jridu jagħmlu b'ħajjithom. L-impożizzjonijiet m'humiex l-aktar ħaġa konsonanti mad-drittijiet ċivili" , kompliet tispjega. Min-naħa l-oħra, is-Segretarju Parlementari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar qaltilna li xi ftit għidut dejjem ikun hemm imma m'għandux jaffettwa. "Ħa jkun hemm element ta' gossip dejjem eżempju: Taf min m'għadux mal-mara? Imma naħseb li l-elettorat minkejja li kulħadd jieħu pjaċir jara the perfect family picture , jirrikonoxxi li llum, il-kunċett ta' familja nbidel. Blended family saret aċċettata." Minkejja dan, skont statistika tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea: il- Eurostat , pajjiżna għandu l-inqas rata ta' divorzju fost l-istati membri li tgħid li r-rata tad-divorzji f'Malta kienet ta' 0.7 fuq kull elf ruħ. Din kienet statistika li saret għall-2018 li sal-lum setgħet inbidlet. Ma' Malta fuq l-istess rata insibu l-Irlanda. Imbagħad insibu l-Litwanja u l-Latvja li huma l-aktar żewġ pajjiżi li kellhom rata ta' divorzju għoli; 3.1 fuq kull elf ruħ. Insemmu wkoll il-liġi tal-koabitazzjoni fejn permezz tagħha tnaqqas il-pregudizzju fil-konfront ta' koppji li jagħżlu li ma jiżżewwġux imma jgħixu flimkien. Bħalissa hawn madwar 4,000 koppja li jikkoabitaw. U inti x'taħseb? Temmen f'persuna u tirrispettah/a għax hu jew hi min hi jew għax għandu stil li huwa konformi ma' li temmen fih int? divorzju koabitazzjoni ugwaljanza | [
2,
6
] |
Wara r-rebħa li għamlet Jacinda Arden nhar is-Sibt 18 t'Ottubru 2020, jidher li ser ikun hemm 12 -il persuna lbtiq f'parlament ta' 120 membru. Dan ifisser li New Zealand ser ikun l-iktar pajjiż bi proporzjon ta' membri parlamentari lgbtiq fid-dinja. L-Ingilterra tibqa' l-iżjed stat li għandha membri parlamentari ta' orjentazzjoni sesswali differenti, b'45 siġġu minn 650. Iżda dan jammonta biss għal 7% rappreżentazzjoni. | [
6
] |
Heritage Malta kkundannat bil-kbir azzjoni ta' rimi ta' skart fil-foss tal-Forti Delimara. L-aġenzija li tħares il-wirt u tirsisti kontinwament favur dan, tenniet li dan l-att intenzjonat ta' vandaliżmu għall-ambjent u l-patrimonju kulturali huwa daqqa ta' ħarta f'wiċċ ix-xogħol li jsir bejn il-voluntiera u l-ħaddiema ta' Heritage Malta li kontinwament jiddedikaw ħinhom f'kampanji ta' tindif… Veru jrid ikun annimal min għamel hekk! Kif tista' timxi 'l quddiem, meta għad hawn skart bħal dawn in-nies mas-saqajn?! vandaliżmu | [
6
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg żaru l-ftuħ tal-ewwel żewġ karreġġjati li jagħmlu parti mill-proġett tas- Central Link. Waqt iż-żjara tiegħu fuq il-lant tax-xogħol, il-Prim Ministru qal li dan il-proġett qed jitwettaq b'effiċjenza kbira se jwassal għal tnaqqas fil-ħin li s-sewwieqa jagħmlu fit-traffiku, se joħloq spazji siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar u se jtejjeb l-ambjent għax se jiffranka ħafna dħaħen fl-arja. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ian Borg qal li dan il-proġett qed isir b'investiment ta' €55 miljun. Spjega li t-triq il-ġdida li tagħti lejn il-Punent fiha żewġ karreġġjati u għalissa twassal mill-Imrieħel sa Wied Inċita. Qal li kif jitlesta l-proġett din se tibqa' sejra sa Ta' Qali fejn se tingħaqad mar- roundabout ta' taħt it-Telgħa tas-Saqqajja. | [
6
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela kien intervistat fuq ONE illum il-Ħadd 4 t'Ottubru fejn tenna li fix-xahar ta' Settembru ma kien hawn l-ebda wasla ta' immigranti f'pajjiżna filwaqt li qal li ser jinsisti biex it-38 Marokkin li daħlu lbieraħ għandhom imorru lura. Abela appella lil Bernard Grech, il-Kap il-ġdid tal-PN għal Oppożizzjoni b'politika komuni dwar l-immigrazzjoni għaliex pajjiżna huwa mimli u ma jiflaħx għal aktar pressjoni minn dan l-aspett. Fakkar fid-dmir tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea fejn il-prinċipju ta' solidarjetà għandu jkun attwat. imigrazzjoni oppożizzjoni | [
6
] |
"Illum bkejt aktar minn kemm wieħed jista' jgħodd fuq idejh. Suppost issa waqaft nibki, iżda qed inħossni ħatja." Dan kien kliem ta' omm tfajla bl-isem ta' Shannon, minn Minesota, li tilfet ħajjitha wara sempliċiment influwenza. "Ilbieraħ ma ħlomtx b'Shannon u rrid nerġa nara u nkellimha għal aħħar darba u ngħidilha kemm jiena dispjaċuta," stqarret l-omm. L-omm li qed tħoss li hija l-ħtija li bintha mietet hekk kif it-tfajla kellha biss sintomi ta' influwenza u kienet ilha marida biss ġimgħa. "Illum, 827 ġurnata wara li binti mietet qed infittex fuq Google informazzjoni dwar l-influwenza. Ma nistax nifhem kif persuna tista' tmut hekk, qed niprova nagħmel sens mill-informazzjoni għax ma rrid li ebda persuna ma tmut l-istess mewta." L-influwenza staġjonali toqtol numru ta' tfal kull sena. Shannon marret l-iskola l-Erbgħa u meta marret lura d-dar qalet lill-ġenituri tagħha li ħabiba tagħha kienet tatha l-influwenza. L-omm spjegat li bħal kull ġenitur ieħor bagħtet lil bintha tistrieħ. Għamlitilha s-soppa u xtratilha l-mediċina kollha. It-tfajla kellha d-deni iżda temperatura normali li jkollu wieħed meta taqbdu l-influwenza u għalhekk il-ġenituri tagħha ma ħaduwiex l-emerġenza. "Ftit tal-jiem wara li ġiet id-dar ma tiflaħx bdiet tgħid li xorta mhux tħossha tajjeb u ħsibt li qed tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni biex tiskarta mill-iskola. Il-Ħadd hi kienet tidher aktar ma tiflaħx, minkejja li kienet qed tara t-televiżjoni, hi ma kinitx qed tiekol," spjegat omm Shannon. Dakinhar il-ġenituri ddeċidew li jieħdu lil binthom l-isptar fejn ingħatat trattament għall-influwenza. Meta marret lura d-dar, it-tifla bdiet tgerger li l-vista tat-tabib kienet ħela ta' ħin u li qalilha li għandha tagħti ċ-ċans biex jgħaddilha. It-tabib ma tantx kellu ċans idum jagħmlilha vista għax fl-istess żmien kien hemm aktar minn 150 student li jmorru magħha l-iskola li kellhom l-influwenza ukoll. 34 siegħa wara, Shannon niżlet isfel u meta daħlet biex tinħasel talbet lil ommha biex tgħinha tinħasel. L-omm spjegat li kienet ilha ma taħsel lil bintha żmien twil u dak il-ħin bħal donnu ppannikjat. X'ħin it-tfajla daħlet fil-banju, l-omm qalet li minn għajnejha indunat li kien hemm xi ħaġa ħażina u ħarġitha mill-banju, iżda ftit minuti wara bintha mietet f'idejha. | [
10
] |
Il-Malta International Food Festival jirritorna fl-Imdina għal sena oħra ta' ċelebrazzjoni gastronomika minn l-aqwa esperjenzi kulinarji minn madwar id-dinja. Din l-attivita' gastronomika tiġbed l-attenzjoni ta' eluf li ta' kull sena jattendu sabiex iduqu l-ikel minn 15-il kċina differenti. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, fl-edizzjoni ta' din is-sena l-organizzaturi ser ikunu qiegħdin jilqgħu numru ta' suġġerimenti li saru minn dawk li żaru u ipparteċipaw. Apparti varjazzjoni akbar ta' ikel din is-sena wieħed jista' sempliċiment iduq l-ikel minn kċina għal oħra għall-prezz ta' 2 Ewro biss. Aktar minn hekk din is-sena ser ikunu servuti aktar minn 100 platt differenti kumplimentati minn inbid lokali u internazzjonali. Dan kollu ser ikun servut minn kokijiet lokali u internazzjonali minn lukandi u restoranti professjonali. Il-festival Internazzjonali tal-Ikel din is-sena ser ikun mifrux fuq tlett ijiem u għalhekk il-Ħadd 8 ta' Mejju, f'jum l-omm, il-familji jistgħu joffru esperjenza unika lill-ommijiet kollha f'ikla eċċezzjonali fl-isfond tal-astmosfera unika tal-Imdina. Fost l-ikel li ser ikun servut wieħed jista jsib ikel Taljan, Franciż, Ingliż, Ċiniż, Tajlandiż, Ġappuniż, Spanjol, Tork, Ġermaniż, Grieg u ovjament Malti. Dan l-ikel ser ikun ikkumplimentant minn deżerti u ħelu frisk Maltin u Sqalli. Kantanti u bands lokali ser ikunu qiegħdin jipparteċipaw b'mużika kontienwa f'żewġ żoni partikolari li ser ikunu qiegħdin jospitaw mużika live minn l-aqwa artisti lokali. Ser jintramaw ukoll żoni għat-tfal b'numru ta' bouncy castles u animazzjoni kontienwa. Id-dħul għal dan il-festival ser ikun b'xejn. Dawk li ser jattendu jistgħu jixtru l-ikel u x-xorb fuq għażla tagħhom. Ser ikun qiegħed jiġi offrut ukoll servizz ta' Park & Ride mill-inħawi fil-viċinanzi tal-Imdina. It-trasport pubbliku ser ikunu qiegħed jaħdem ukoll b'mod regolari sabiex wieħed ikun jista' jżur l-Imdina u l-madwar. Il-Malta International Food Festival se jsir nhar il-Gimgha 6 u s-Sibt 7 ta' Mejju mis-sitta ta' filgħaxija 'il quddiem u l-Ħadd bejn il-ħdax ta' filgħodu u l-ħamsa ta' wara nofsinhar. Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta' Facebook jew fuq www.maltainternationalfoodfestival.com | [
2
] |
Il-Forzi Demokratiċi Sirjani appoġġjati mill-Istati Uniti qalu li l-grupp tal-Istat Iżlamiku tilef l-aħħar parti tiegħu fit-territorju tas-Sirja, u ġab fit-tmiem il-kalifat. Kelliem għall-SDF iddikjara mija fil-mija telfa territorjali tal-Istat Iżlamiku. Il-grupp ġiħadist darba kkontrolla 88,000 kilometru kwadwru ta' art li tinfirex madwar is-Sirja u l-Iraq. Minkejja t-telf tat-territorju, il-grupp għadu meqjus bħala theddida maġġuri tas-sigurtà li kapaċi twassal għal attakki fir-reġjun u madwar id-dinja. | [
10
] |
Splużjonijiet permezz ta' bombi suwiċida waslu biex tużżani ta' persuni nqatlu fis-Sirja. Dan fis-sitt anniversarju minn meta bdew il-protesti kontra l-Gvern Sirjan f'dik li hi l-iktar gwerra li ħalliet imwiet fl-aħħar għexieren ta' snin. Il-media tal-Gvern Sirjan qalet li l-attakki li seħħew f'Damascus kellhom fil-mira tagħhom il-qrati u eventwalment ristoranti fiċ-ċentri. In-numri ta' mejta li qed jissemmew ilaħħqu d-39 u weġġgħu madwar mija. | [
10
] |
Minn tal-inqas 12 -il persuna tilfu ħajjithom u 4 persuni oħra jinsabu f'qagħda kritika wara nirien f'binja li tinsab fiż-żona magħrufa bħala The Bronx fi New York. Investigaturi fuq il-każ jemmnu li tifel qabbad in-nar wara li qagħad jilgħab mal-forn iżda dan għad irid jiġi konfermat. Fost il-vittmi hemm tarbija ta' sena. Is-Sindku ta' New York Bill de Blasio spjega li dan kien l-agħar nirien li ħakem ġol-belt Amerikana fl-aħħar 25 sena. Aktar minn 160 pumpier issieltu b'qilla biex jitfu n-nirien. Hu mifhum li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar salvaw ukoll mat-12 -il persuna oħra. Fil-binja hemm aktar minn 20 appartament filwaqt li skola viċin fejn kien hemm in-nirien qed tintuża bħala xelter għal dawk evakwati. | [
10
] |
Madwar 372,000 persuna, kull sena, titlef ħajjitha wara li tgħereq, dan skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Kien minħabba f'hekk li kumpanija barranija ħolqot Kingii, tip ta' ċappetta li tintefaħ b'mod awtomatiku, fejn tgħin biex issalvalek ħajtek jekk issib xi diffikultà waqt li tkun qed tgħum. Dan l-apparat eletroniku għandu fih qisha bużżieqa li permezz ta' ġibda ta' katina, din tintefaħ f'inqas minn sekonda. Din iċ-ċappetta qed tissejjaħ bħala l-apparat perfett għal min iħobb jipprattika xi sport tal-baħar, b'mod partikolari għat-tfal. Filwaqt li tagħmel l-istess xogħol bħall-ġakketta tas-salvataġġ, hi 78 darba iżgħar minnha u bħall-ġakketta tista' tintuża aktar minn darba. | [
10
] |
It-Turkija ssospendiet il-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem wara li l-President Tork Erdogan iddikjara stat t'emerġenza għat-tliet xhur li ġejjin. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet falla l-attentat ta' kolp ta' stat mill-qawwa militari. Id-Deputat Prim Ministru Numan Kurtulmus spjega li t-Turkija se tkun qed timxi fuq l-eżempju ta' Franza wara l-attakki terroristiċi f'Pariġi. Riżultat ta' dan l-attentat ta' kolp ta' stat, 60,000 suldat, pulizija, ġudikanti, ħaddiema taċ-ċivil u għalliema ġew sospiżi mix-xogħol, arrestati jew għaddejjin minn investigazzjoni. | [
10
] |
B'vot unanimu l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar illum approvat it-twaqqif tal-iskola tal-arti u l-mużika San Mikiel; l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta. Dan ikompli juri kemm is-soċjetajiet mużikali għadhom relevanti f'pajjiżna, illum fid-dinja li qed ngħixu fiha u kemm ġid joħroġ minnhom. Dan seħħ wara li sar aġġornament sħiħ tal-istatut fejn wieħed mill-punti kruċjali kien li ġie maqbul li ser titwaqqaf din l-iskola tal-mużika u l-arti. Din ser tkun immexija minn bord ta' gvernaturi indipendenti li jisatbilixxi l-curriculum skont il-kriterji. Il-gvern ser jagħti s-somma ta' €20,000 mill-iskema Skema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex isiru wkoll ir-recording studio meħtieġa u klassijiet ġodda. Ħadna dan il-pass ambizzjuż għaliex irridu nħarsu 'l quddiem. Nixtiequ nħallu legat għal dawk li għad iridu jiġu warajna. L-edukazzjoni fid-dinja tal-lum hija essenzjali u għaldaqstant din l-iskola għandna isservi biex tkompli trawwem aktar żgħażagħ fil-mużika u l-arti mhux biss biex tkompli tikber il-Banda San Mikiel iżda biex nkattru aktar talent f'pajjiżna ...sostna l-President Quinton Scerri. L-iskola tal-arti u mużika San Mikiel (St. Micheal School of arts) mistennija tibda tiffunzjona minn Settembru 2018 skont il-kriterji mitluba minn National Commission for Further and Higher Education. | [
2
] |
"Se nkun qed naqsam magħkom proposti u pjan fit-tul sabiex jinbidel dak li huwa neċessarju u l-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett." Hekk iddikjara l-avukat Chris Bonett meta tkellem dwar il-kandidatura tiegħu għall-President tal-Malta Football Association permezz ta' messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq facebook. Wara xhur ta' konsultazzjoni ma' dawk involuti fid-dinja tal-futbol Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jispjega l-proposti għall-futur tal-football Malti. "Bħal ma dejjem għamilt se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex din il-ħolma tagħna ssir realtà u għalhekk wara li kkonsultajt mal-membri kollha tal-familja tal-football Malti ħadt id-deċiżjoni li kelli nieħu u qiegħed inħabbar li fl-20 ta' Lulju li ġej se nkun kandidat għall-Presidenza tal-MFA," qal l-avukat Bonnet. Fl-istqarrija tiegħu hu sostna li: "Wasal iż-żmien li flimkien niftħu Kapitlu ġdid fl-istorja tal-football Malti, żmien li fih l-MFA trid tinbidel u ssir football association moderna, imexxija bl-aktar mod trasparenti u tħaddan prinċipji kummerċjali. Żmien li fih it-tfal tagħna jingħataw l-opportunità li jaspiraw li l-football jippratikawh bħala professjoni full-time u jwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom karriera glorjuza. Żmien li fih it-tim Nazzjonali jagħtina l-gost li b'mod regolari ngħajtu 'gowl'. Żmien li fih il-klabbs tagħna jingħataw l-għodda kollha neċessarja sabiex ikollhom organizazzjoni professjonali, jagħtuna kampjonati mill-isbaħ u jirbħu fl-Ewropa." Iktar kmieni llum ikkonferma wkoll il-kandidatura tiegħu għal din il-kariga Bjorn Vassallo. | [
15
] |
Dan huwa l-mument li fih instemghu l-isparaturi. Student saħansitra tefa' filmat fuq instagram. Inħoloq profil fuq instagram saħansitra biex juri r-realtà li spiss qed tirrepeti ruħha. Is-Senatur Chris Murphy kellu kliem iebes għal mod kif fl-Istati Uniti biss jiġru dawn l-affarijiet ġo skejjel. Talab li tittieħed azzjoni mmedjata biex ma jerġax jiġri l-istess. | [
10
] |
Koppja li tgħix fl-Istati Uniti ħadet azzjoni legali kontra d-dipartiment tas-saħħa pubblika wara li ma tħallewx li isem it-tifla tagħhom jinkludi 'Allah'. Id-dipartiment irrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta' twelid taċ-ċkejkna. Elizabeth Handy u Bilal Walk saħqu li huwa inaċċettabli li t-tifla tagħhom; ZalyKha Graceful Lorraina Allah tħalliet mingħajr isem uffiċjali. Iżda l-uffiċjali saħqu li l-kuljom tat-tifla għandu jkun Handy, Walk jew it-tnejn u mhux Allah. Allah hija l-kelma użata bl-Għarbi għal Alla. L-Unjoni tal-libertajiet ċivili fl-Istati Uniti ressqet il-każ il-Qorti f'isem il-familja. Il-missier stqarr li d-deċiżjoni tad-Dipartiment tmur kontra d-drittijiet tagħhom. L-avukati tad-Dipartiment wieġbu li l-kuljom tat-tarbija għandu jkun tal-omm jew tal-missier fiċ-ċertifikat tat-twelid. | [
10
] |
Il-goal scorer prolifiku eksBayern Munich u Fiorentina ħabbar li ser ikun qed jirtira. Dan wara li Luca Toni kienu ilu jilgħab f'livell professjonali għal dawn l-aħħar 22 sena. Luca Toni ser ikun qed itemm il-karriera kalċistika tiegħu nhar il-Ħadd li ġej, hekk kif it-tim preżenti tiegħu, Verona, jilgħab kontra r-rebbieħa tal-kampjonat Juventus, tim li Toni wkoll kien parti minnu. Matul dan ix-xahar Toni ser ikun qed jagħlaq 39 sena, eta' li mhix daqstant komuni li attakant ikun għadu jilgħab il-futbol fiha. Luca Toni tul il-karriera tieħgu lagħab 'il fuq minn 700 logħba b'aktar minn 320 gowl, medja ta' kważi gowl kull żewġ logħbiet. L-internazzjonali Taljan fl- 2006 kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan u lagħab ma' 12-il tim Taljan differenti. Toni ser jibqa' mfakkar bħala 'punta tal-kaxxa' u wkoll għaċ-ċelebrazzjoni tiegħu. | [
10
] |
Il-linja tal-ajru British Airways mhux se tibqa toffri ikel lill-passiġieri li jaqtgħu biljetti economy għal titjiriet t'inqas minn tmien siegħat u nofs, l-ikliet se jinqatgħu ukoll għal passiġieri li jivvjaġġaw premium għal titjiriet t'inqas minn seba' siegħat u nofs. Din l-aħbar ħarġet wara li l-linja tal-ajru kienet se tibda żżom aktar flus għal dawk l-ikliet. Il-passiġiera se jibdew jingħataw ikla waħda, filwaqt li jkollhom jixtru xi ikel ieħor jekk jaqbadhom il-ġuħ matul it-titjiera. Ħafna mit-titjiriet li jitilqu mill-Ingilterra għall-Amerka, li jinkludi wkoll New York, idumu bejn seba' u tmien siegħat filwaqt li l-vjaġġ għal Toronto u Montreal fil-Kanada jieħu madwar seba' siegħat. | [
10
] |
Il-kumpanija tal-ajru British Airways qed topera l-iskeda kollha tat-titjiriet wara li problemi tekniċi fis-sistema tal-informazzjoni teknoloġika li waslet lill-kumpanija tħassar eluf ta' titjiriet matul tmiem il-ġimgħa li għadda. British Airways qalet li s-sistemi tagħha reġgħu qed jaħdmu kif suppost u t-titjiriet se jkun qed jaħdmu kif skedat f'Heathrow u Gatwick. Madanakollu, hija avżat li jaf ikun hemm bżonn ta' iżjed ħin biex il-passiġġiera jieħdu l-bagalji tagħhom. Iktar qabel, il-kap eżekuttiv tal-British Airways Alex Cruz weħħel f'kurrent qawwi fl-elettriku li wassal għall-interruzzjoni, b'75,000 persuna affettwati. | [
10
] |
Il-linja tal-ajru British Airways kellha tikkanċella kważi t-tijiriet kollha tagħha bejn it-Tnejn u t-Tlieta wara li l-unjin tal-bdoti ordnat strajk minħabba diżgwid li bħalissa għaddej minħabba l-pagi tal-bdoti. Jidher li l-BALPA ressqet proposta lit-tmexxija tal-linja tal-ajru dwar dan iżda qalu li s'issa għadhom mingħajr risposta. Kmieni t-Tnejn il-linja tal-ajru qalet li kienet kostretta tħassar kważi t-titjiriet kollha għaliex ma kellha l-ebda indikazzjoni liema bdoti se jkunu qed jistrajkjaw. Fl-istess ħin qalet ukoll li tinsab lesta biex tiddiskuti din is-sitwazzjoni mal-BALPA biex jintlaħaq ftehim. | [
10
] |
Tlett membri tal-ekwipaġġ mietu lejliet is-sena l-ġdida f'ħabta bejn karozza u trakk ħdejn l-ajruport ta' Heathrow. Huwa mifmum li l-persuna oħra li kienet fil-karozza tinsab f'kundizzjoni serja intant l-Pulizija qed jappellaw sabiex ix-xhieda jersqu l'quddiem. Il-linja tal-ajru qalet li r-raba' persuna li sfat vittma hija wkoll impjegata tal-kumpanija British Airways . L-erbgħa li huma, huma maħsuba li kienu ħbieb. Il-kelliem tal-kumpanija tenna li jinsabu mnikktin ħafna b'din l-aħbar tal-kollegi tagħhom u qalu li ħsibijiethom huma mal-familja u l-ħbieb tagħhom f'mumenti bħal dawn. Il-ħabta bejn iż-żewġ vetturi seħħet ftit qabel nofsillejl ta' lejliet is-sena l-ġdida. Iż-żewġ irġiel ta' 25 sena u 23 sena u t-tfajla ta' 20 sena, rispettivament mietu fuq l-post mal-aċċident. | [
10
] |
Ftit jiem ilu ritratt taż-żewġt iqtates, Louie u Luna, li kienu addottati fi Florida ħa l-fama dan hekk kif sidhom qabadhom f'nofs bewsa taħt is-sigra tal-Milied u qasam dan il-mument fuq l-internet. "Ġew inseparabbli minn meta ġew addottati" qal sidhom James, li jgħix fi Florida. James spjega kif dawn iż-żewġ maħbubin kollox jagħmlu flimkien "Jieklu, jorqdu u saħansitra jqattgħu s-sigra tal-Milied flimkien." Is-sid qal li jinsab ferm kuntent li ritratt li ħa mingħajr ħsieb qed ikun ta' tbissima għal bosta. | [
10
] |
Il-Prim Ministru, Haider al-Abadi qal li t-truppi Iraqqini issa għandhom kontroll assolut tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja. Iż-żona tal-fruntiera kienet tinkludi l-aħħar ftit żoni miżmuma mill-Istat Islamiku, wara li tilfu l-belt ta' Rawa f'Novembru. Din l-aħbar waslet jumejn wara li l-militar Russu ddikjara li lesta l-missjoni li jegħleb l-Istat Islamiku fis-Sirja. | [
10
] |
It-Tewmin Omar u Jacob El Aida impressjonaw lill-ġurija fi Gyor l-Ungerija tant li kkwalifikaw għas-Semifinali tal-Kampjonat Atletiku Ewropew ta' taħt it-tmintax -il sena. Fl-ewwel round Jacob El Aida kklassifika fir-raba' post u kien meqjus bħala s-sittax -il persuna l-iktar veloċi minn tmienja u tletin persuna. Filwaqt li Omar El Aida kklassifika fit-tielet post u kklassifika fis-sbatax -il post fir-rigward ta' overall time . Fis-Semi Finali t-tewmin tejbu l-prestazzjoni tagħhom. Jacob kklassifika fil-ħames post b'ħin impressjonanti filwaqt li fi sfida oħra, Omar ukoll ikklassifika fil-ħames post iżda apparti dan, Omar irnexxielu jikseb l-aħjar riżultat ta' kull żmien fl-isfida tal-mitejn metru fil-kategorija ta' taħt it-tmintax -il sena. | [
15
] |
Splużjoni seħħet fil-Kennedy Space Center fi Florida, fejn il-kumpanija SpaceX kienet se ttella' rokit fl-ispazju mingħajr persuni umani abbord. Mhux magħruf jekk hemmx midruba jew x'ikkaġuna l-isplużjoni. Ir-rokit kellha tieħu satellita fl-ispazju f'dan tmiem-il ġimgħa. Is-saħħa tal-isplużjoni heżżet bini mili 'l bogħod. | [
10
] |
Ir-residenti ta' Florida ġew imwissija biex jippreparaw għall-effetti devastanti li jista' jħalli warajh l-urugan Matthew, li diġà għamel ħerba fil-Ħaiti u l-Bahamas. Il-Gvernatur ta' Florida wissa lin-nies li l-ħsara tista' toħloq katastrofi fil-postijiet milquta filwaqt li ġew ordnati evakwazzjonijiet ta' nies li jgħixu viċin il-kosta. L-urugan Matthew, li bħalissa qed ikejjel qawwa ta' mija tmienja u ħamsin kilometru fis-siegħa, jista' jżid fl-intensità tiegħu meta joqrob lejn Florida. S'issa l-agħar ħsarat kienu rrapurtati fil-Ħaiti, fejn tlieta u għoxrin persuna tilfu ħajjithom, b'eluf oħra ikollhom iħallu djarhom minħabba l-għargħar li ħakmu l-pajjiż. Filmati u ritratti mill-ajru juru d-diżastru li ħalla warajh dan l-urugan, b'belt minnhom tinqered għal kollox, filwaqt li uffiċjali stqarru li r-rata ta' mwiet tista' tkompli tikber fil-ħin li ġej. Dan l-urugan qed jitqies bħala l-iktar wieħed b'saħħtu matul dawn l-aħħar għaxar snin. | [
10
] |
Il-maltempata tropikali Hermine inbidlet f'urugan, u qed thedded li ġġib maltempata iktar perikoluża fi Florida. Hermine mistennija tmiss l-art fit-Tramuntana tal-kosta tal-Golf ta' Florida matul il-jum tal-Ġimgħa. Dan ifisser li se jkun l-ewwel urugan li jolqot lill-istess stat mill-2005. Il-Gvernatur Rick Scott iddikjara stat t' emerġenza għal 51 pajjiż, hekk kif ir-residenti kienu preparati għal maltempata perikoluża. Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ururgan qal li l-Ħamis, il-buffuri tar-riħ leħqu veloċita ta' mija u tletin kilometru fis-siegħa. Hermine miss il-kosta tal-Golf fi Florida kmieni l-Ġimgħa bħala urugan kategorija wieħed, u ġab miegħu maltemp aktar qawwi. | [
10
] |
Probabbilment, din hija l-iktar spezzjoni tal-gwardja li qatt rajt, iżda għalkemm rari f' għajnejk, hija proċedura li mdorri jagħmilha sew Sir Nils Olav pingwin fiż-Żoo ta' Edinburgh fl-Iskozja. Sir Nils Olav huwa l-iktar pingwin b' unuri militari u issa saħansitra qala' promozzjoni għal Brigadier. Il-pingwin, li huwa il-maskot tar-reġiment tal-familja rjali tan-Norveġja, ingħata t-titlu ta' Kavallier mir-Re Harald il-Ħamsa tmien snin ilu. Ġest li iż-Żoo ta' Edinburgh iqisu turija tar-relazzjoni b'saħħita li hemm bejn in-Norveġja u l-Iskozja. Dritt, dritt il-pingwin mexa qalb il-membri tal-armata, qisu kien konxju tal-preġju tat-titlu l-ġdid tiegħu. Daqstant gost bih jieħdu l-membri tal-gwardja li qalu li allavolja jkollom ħafna inspezzjoniet, din hija l-iktar waħda li jieħdu gost biha. | [
10
] |
B'investiment ta' €70,000, l-Orkestra nazzjonali se tagħmel pass importanti 'l quddiem fil-kwalità tal-awdjo. Dan l-investiment sar f'pannelli akustiċi ġodda li l-għan tagħhom huwa li jagħmlu l-postijiet fejn isiru numru ta' kunċerti f'pajjiżna aktar adegwati għall-orkestra nazzjonali. Il-pannelli akustiċi, magħmulin mid-ditta speċjalista Portugiża Jocavi u fornuti mill-kumpanija lokali Digital Magic, jgħinu biex l-akustika tiġi viċin kemm jista' jkun għal dik ta' sala tal-kunċerti. Dawn il-pannelli, li jiġu armati f'forma ta' nofs tond wara l-orkestra u se jkunu qed jgħinu biex il-ħoss tal-istrumenti mużikali jimxi minn parti għal oħra tal-palk, u biex il-ħoss tagħhom jitgawda aħjar mill-udjenza. | [
2
] |
Meta kellha biss ħames snin, Isabelina Pinto nħatfet mir-residenza tagħha minn suldat Indoneżjan. Hi kienet waħda fost l-eluf li nħatfu, waqt il-ħakma brutali li damet 30 sena f'East Timor. Diċenji wara, hi sabet lill-familja tagħha u qed taħdem biex tgħaqqad tfal oħra mal-familji tagħhom. Waqt li bdiet tirrakkonta dak li ġara, Isabelina qalet li dak il-jum hu jum li qatt m'hi se tinsa fejn qalet li tiftakar sew meta s-suldat daħal u beda jgħajjat "jekk minix se nieħu lil din it-tifla, se noqtolkom kollha." Hi spjegat kif dan is-suldat għamel hekk għax ma kellux tifla u xtaq ħafna li jkollu waħda. Kien propju ftit wara li hi qalet li ndunat li ma kinitx sejra lura d-dar u bdiet tibki u tibki. Is-suldat minn hemm beda jgħoddsa taħt l-ilma fejn meta mistoqsi mill-kollegi tiegħu għalfejn beda jagħmel hekk, hu qalilhom "sabiex tinsa lil dan il-post." Iżda ma nesietux. Illum il-ġurnata Isabelina qed taħdem sabiex tgħaqqad lil dawn it-tfal li nħatfu meta kienu żgħar flimkien mal-familji tagħhom, ħdima li hi tgħid timxi 'l quddiem. | [
10
] |
Antonio Guterres ġie nominat unaninament biex ikun is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tan-Nazzjonijiet Maqgħuda. L-eks Prim Ministru Portugiż mistenni jkun is-suċċessur ta' Ban Ki-moon fil-bidu tas-sena d-dieħla. Minkejja li f'intervista' li kien tah aktar qabel, Ban Ki-moon kien qal li jixtieq li jkun hemm mara biex għall-ewwel darba tmexxi n-Nazzjonijiet Maqgħuda huwa iddeskriva l-għażla ta' Guterres bħala tajba ħafna. Guterres għamel għaxar snin imexxi l-aġenzija għat-tfal fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda. | [
10
] |
Tiftakru lil dak iċ-ċkejken ta' 3 snin li spiċċa bla ħajja wara li prova jaħrab mill-gwerra fis-Sirja? Missier Alan Kurdi, qed jappella lill-awtoritajiet Ewropej biex iħallu l-fruntieri miftuħin biex tfal bħal Alan, jingħataw it-tama ta' ħajja ġdida. Abdullah Kurdi stqarr li fil-fond għad għandu tama li l-kapijiet tad-dinja se jwaqqfu l-gwerra fis-Sirja. Ir-ritratt ta' ibnu kien ġibed l-attenzjoni madwar id-dinja kollha u qajjem diskussjoni dwar il-kriżi tal-imigrazzjoni. Dan ir-raġel tilef saħansitru lil ibnu Galib u lil martu Rihan fil-vjaġġ tagħhom lejn il-gżira Griega ta' Kos, u dik it-triq li kellha tkun il-bieb ta' ħajja ġdida, spiċċat traġedja għal dan il-missier li rnexxielu jsalva u jgħix fl-Iraq. Propju llum, it-2 ta' Settembru, dawn iċ-ċkejkin flimkien ma' ommhom jagħlqu sena minn meta tilfu ħajjithom. "Kuljum naħseb fuqhom iżda llum aktar minn ġranet oħra, nħoss in-nuqqas tagħhom u nixtieq li jinsabu reqdin maġenbi." Huwa fisser kif il-gwerra aktar ma jgħaddi żmien iktar qed tiżdied u li aktar nies se jfittxu refuġju f'pajjiżi oħra. Fi kliemu huwa spjega li r-refuġjati ma jridu xejn ħlief li jgħixu f'pajjiżhom iżda s-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżi bħas-Sirja ma tippermettilhomx. Fl-2015, aktar minn miljun refuġjat u mmigrant laħqu l-ibħra Ewropej, iżda huma l-eluf dawk li tilfu ħajjithom fi triqthom wara li ssugraw ħajjithom biex forsi jsibu ħajja aħjar. Din is-sitwazzjoni tkompli hekk kif tul il-lejl tat-Tlieta Il-gwardja kostali Taljana salvat madwar 3000 immigrant li sabu ruħhom f'diffikultajiet fl-istrett ta' Sqallija. Dan permezz ta' tletin missjoni ta' salvataġġ li twettqu separatament.It-3000 immigrant salvati jfisser li f'temp ta' jumejn l-Italja salvat madwar għaxar t'elef immigrant li sabu ruħhom f'diffikultajiet fi triqithom lejn l-Ewropa. | [
10
] |
Ta' sitt xhur biss il-kelba Meesha u ħuha Charlie tħallew f'santwarju tal-annimali f'Baltimore. Il-kelba Meesha kienet ġejja minn familja li ma kinux jaffordjaw iħalsu għall-kura ta' dawn il-ġriewi u għalhekk ħallewhom f'idejn il- Baltimore Animal Rescue biex jassiguraw li dawn il-ġriewi jingħataw futur sabiħ u jkunu b'saħħithom. Il-veterinarji ħadu ħsieb dawn il-ġriewi u kkurawhom bl-aħjar mod possibbli, iżda kien l-assistent kirurgu, Dennis Moses, li seraq ix-xena hekk kif wara li ngħatat il-loppju huwa ħadha f'post kwiet u beda jkantala u jbusha biex jikkalma. Illum, din il-kelba ġiet addottata minn familja żgħira u hija ta' kumpanija għat-tifla ż-żgħira tagħhom. Xi kultant ninsew kemm il-veterinarji jagħmlu ġid ma' dawn l-annimali u li huma wkoll jsalvaw il-ħajja ta' dawn il-kreaturi. | [
10
] |
Raġel minn Michigan poġġa fuq sider it-tifla tat-tfajla tiegħu, li għandha ħames snin, u qatilha b'daqqiet ta' sikkina qabel ma' qabbada bin-nar. Il-Qorti ta' Michigan semgħet li hu għamel hekk għax it-tifla ta' ħames snin staqsietu aktar minn darba għal xi ħaġa x'tiekol. Thomas McCellan, ta' 25 sena minn Holt, qabżitlu fl-ewwel ta' Novembru meta Luna Michelle Younger irrifjutat li titlaq mill-kamra tiegħu jekk ma jagħtihix x'tiekol. McCellan qed jiġi akkużat li wara waddab liżar fuq ġisem it-tifla, waddab l-alkoħol fuq il-liżar u qabdu bin-nar fil-kamra tas-sodda. Luna kellha minn tal-inqas ħames daqqiet ta' sikkina, dan skond l-eżaminatur mediku, u mietet kawża tal-ġrieħi li ġarrbet. Omm it-tifla, Victoria li hi miżżewġa ma' Thomas McClellan, qalet li kienet ix-xogħol meta seħħ il-każ, u li kellha xi tgħid miegħu ftit qabel ma telqet għax-xogħol. Jekk jinstab ħati, McCellan, jaf jeħel għomru ħabs. | [
10
] |
Sentenza tal-Qorti li ngħatat f'Singapore ħolqot polemika sħiħa u rabja fost iċ-ċittadini. Dan wara li Joshua Robinson li nstab ħati li għamel att sesswali ma' żewġ tfajliet taħt l-età ingħata sentenza ta' erba' snin ħabs. Kienu bosta l-kummenti ta' rabja fost il-pubbliku, hekk kif fi kliemhom l-akkużat kellhu jeħel aktar snin il-ħabs. L-akkużat instab ħati ukoll li ħa filmati tal-abbuż. Fir-residenza ta' Joshua Robinson, il-Pulizija sabet ukoll materjal pornografiku llegali flimkien ma' 321 filmat ta' kontenut pornografiku ta' tfal. Dwar dan il-każ, qed iddur petizzjoni li ssejjaħ is-sentenza bħala waħda "intollerabbli." F'Singapore, persuna li tinstab ħatja li għamlet atti sesswali ma' tfal taħt l-età filfatt tista' teħel sa għaxar snin ħabs għal kull każ u tiġi immultata. Iżda l-Erbgħa, l-Prosekutur qal li mhux se jkun qed jappella s-sentenza hekk kif iż-żewġ tfajliet ta' ħmistax-il sena taw il-kunsens tagħhom għall-atti sesswali u għalhekk fi kliemu s-sentenza kienet waħda ġusta. | [
10
] |
Intemmu t-taħditiet bejn ir-Repubblikani u d-Demokratiċi fl-Istati Uniti maħsuba biex jevitaw shutdown ieħor tal-gvern. Dan mingħajr ma ntlaħaq ebda ftehim. In-negozjaturi kienu qed jittamaw għal ftehim sal-lum sabiex jagħtu lill-kungress ħin biżżejjed biex jgħaddu l-leġislazzjoni sal-Ġimgħa, meta jiskadi l-ftehim dwar il-fondi federali tax-xahar li għadda. In-nuqqas ta' ftehim huwa msejjes fuq l-insistenza tal-President Donald Trump li jibni ħajt mal-fruntiera mal-Messiku. L-aħħar shutdown tal-Gvern dam 35 jum u kien l-itwal wieħed li qatt sar fl-istorja tal-Istati Uniti. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, ħassar laqgħa li kellu skedata ma' Rodrigo Duterte, President tal-Filippini. Dan wara li Duterte rrefera għal Obama bħala iben prostituta. Duterte kien qed iwieġeb għal dikjarazzjoni ta' Obama li fil-laqgħa kien se jqajjem il-kwistjoni ta' qtil marbut ma' droga. Minflok ma' Duterte issa Obama se jiltaqa' mal-President tal-Korea ta' Isfel. Duterte ħareġ stqarrija fejn qal li jiddispjaċih li l-kumment tiegħu ttiħed bħala wieħed personali. Obama ilu jitkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem f'dan il-pajjiż filwaqt li Duterte qal li l-ġlieda kontra d-droga se tkompli. Minn meta ħa t-tmexxija f'idejh inqatlu iktar minn 2,400 persuna li jew traffikaw jew saħansitra użaw id-droga. | [
10
] |
Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża, Marine Le Pen, qed tiġi akkużata li kkupjat id-diskors tagħha mingħand ir-rivali tagħha François Fillon, waqt diskors li għamlet ilbieraħ. Diversi sezzjonijiet fid-diskors tagħha f'Villepinte, fit-Tramuntana ta' Pariġi, jidhru li huma rrepetuti kważi kelma b'kelma minn kummenti li għamel Fillon f'diskors li għamel fil-15 ta' April. Le Pen issa se tkun qed taffaċċja lil Emmanuel Macron fil-finali ta' nhar il-Ħadd. Ix-xebħ fid-diskorsi ġie nnotat minn profil fuq Youtube, Ridicule TV, li inizjalment kien qed jintuża bħala appoġġ għal François Fillon u kif ukoll biex jattakkaw lil Macron qabel l-ewwel elezzjoni li fiha Fillon ġie eliminat. | [
10
] |
Munita ġdida tan-nofs sterlina Ingliża se tfakkar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla. Din mistennija tkun imħabbra mill-Kanċillier Philip Hammond aktar tard illum, hekk kif se jitħabbar baġit ta' emerġenza għar-Renju Unit f'każ li ma jintleħaqx ftehim dwar Brexit. L-aħħar darba li l-munita tan-nofs sterlina tbiddlet kien fl-1998, meta r-Renju Unit mexxa l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Għadu mhux magħruf kif se tkun qed tidher din il-munita l-ġdida. | [
10
] |
L-inċidenti tat-traffiku huma l-ikbar kawża ta' mwiet fost iż-żgħażagħ fuq skala globali, dan skont stħarriġ li sar mill-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa, WHO. Fl-2015, kien hemm aktar minn 1.2 miljun adoloxxent li tilef ħajtu, bl-inċidenti tat-traffiku kienu responsabbli għal wieħed minn kull għaxra minn dawn l-imwiet. Il-maġġoranza tal-imwiet fit-toroq kienu jinvolvu subien ta' bejn l-10 u 19-il sena. L-imwiet bl-inċidenti tat-traffiku kienu segwiti minn infezzjonijiet fil-pulmun u suwiċidji. L-iktar ħames kawżi ta' mwiet fost iż-żgħażagħ ta' bejn 10 u 19-il sena huma: Inċidenti fit-toroq Infezzjonijiet respiratorji Suwiċidju intenzjonat jew b'mod aċċidentali Mard ikkawżat minn Diarrhoeal Għarqiet Dan ir-rapport juri li kuljum imutu madwar 3,000 adoloxxent. Aktar minn 66% ta' dawn, jitilfu ħajjithom fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-Asja, imwiet li fil-maġġoranza tagħhom jistgħu jiġu evitati. | [
10
] |
22 persuna tilfu ħajjithom u 30 oħra ndarbu f'inċident li seħħ f'Mumbai fl-Indja kkawżat minn iffullar fi stazzjon tal-ferrovija. L-inċident seħħ f'ħin meta l-aktar ikun hemm nies fl-istazzjon Elphinstone – li jgħaqqad tnejn mill-iżjed rotot prinċipali fil-belt. Lil'hinn mill-iffullar, ix-xita u l-għargħar kbir li bħalissa hemm f'Mumbai m'għenx is-sitwazzjoni. Dawk midruba ttieħdu fi Sptar fil-viċin għall-kura meħtieġa. Kelliem għall-istazzjon qal lill-ġurnalisti li fil-ħin tal-inċident kien hemm numru kbir ta' nies li daħlu jistkennu mix-xita, fl-istess ħin li oħrajn kienu deħlin u ħerġin mill-istazzjon biex jivjaġġaw. | [
10
] |
Ħafna drabi, meta persuna tħares lejn il-mera u tibda tara li xagħarha qed isir griż ma tantx tieħu gost. Min-naħa l-oħra hawn oħrajn li qed jagħmlu xagħarhom dan il-kulur għax tal-moda. Iżda għal dawk li x-xagħar griż m'huwiex għażla, l-aħbar li hemm konnessjoni bejn ix-xagħar griż u l-attakki tal-qalb xejn ma tantx hi pożittiva. Dan hekk kif xjentisti sabu li meta x-xagħar jibda jibjad jaf ikun hemm problemi fl-arterji tal-qalb. Huma sabu li bidliet ormonali u infjammazzjoni fost oħrajn jistgħu jwaslu għal problemi fil-qalb. Din ir-riċerka tista' twassal biex mid-dehra biss, pazjent issirlu d-djanjożi li għandu problemi mediċi marbuta mal-qalb. Ix-xjentisti mill-Università ta' Cairo ibbażaw l-istudju tagħhom fuq 545 raġel. L-irġiel ġew imqassma fi gruppi differenti skont is-saħħa tal-arterji tagħhom u l-kulur ta' xagħarhom. Il-kulur tax-xagħarha ngħata numru skont kemm hu abjad jew griż. Dawk li kellhom ix-xagħarha tagħhom fi stadju tlieta, jiġifieri li xagħarhom kien aktar abjad, kellhom aktar pressjoni għolja, aktar xaħam fid-demm u arterji mhux daqsekk b'saħħithom. Sintomi assoċjati ma' problemi mediċi tal-qalb. L-awtur tal-istudju, Dr Irini Samuel, qal li persuni li għandhom xagħarhom griż jew abjad aktar għandhom iċ-ċans li jiżvilluppaw problemi fl-arterji u aktar ma jgħaddi żmien, il-probbabilità tiżdied. Jekk il-persuna jkolliex 70 sena meta tibda tara xagħar griż jew jekk ikolliex 18-il sena ma tagħmilx differenza, ladarba hemm ix-xagħar griż ir-riskju ta' mard fil-qalb jiżdied. | [
10
] |
Eluf ta' residenti minn Warsaw ħarġu fit-toroq f'protesta tal-massa spontanja quddiem il-Parlament ta' Poland, kontra l-pjan imħejji mill-Partit Konservattiv biex jiġi limitat l-aċċess tal-ġurnalisti għal-leġiżlaturi. Il-folla ingħaqdet il-Ġimgħa fejn bi bnadar nazzjonali bojod u ħomor bdew iwerżqu "Midja Ħielsa!" f'bard li jxoqq l-għadam. Kmieni l-Ġimgħa filgħodu, ġewwa l-Parlament, numru kbir ta' membri liberi li jappartjeni mal-Oppożizzjoni pprotestaw kontra r-regoli l-ġodda li għandhom x'jaqsmu mal-midja. Diversi ġurnalisti sostnew li dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu biex jiġi salvagwardjat il-politikant sabiex ma jirrispondix mistoqsiji li l-ġurnalist jistaqsi. Kienu bosta li sostnew li mhux sew li deċiżjoni bħal din tkun qed taffetwa direttament il-ħidma li ġurnalist ikun qed jagħmel dan kollu għax politikant jaf iħossu skomdu jirrispondi. | [
10
] |
Missier studenta Żvediża f'Ruma qal li ma tridx tmur id-dar. Din hija l-istess tfajla li saret famużissima meta bdew jaħsbu li setgħat tkun Madeline McCann. Mhix Madeline, imma Embla Jauhojarvi ta' 21 sena, li ssofri mill-kundizzjoni Asperger's. Qalet lill-ġenituri tagħha li trid tibqa' torqod barra fit-toroq ta' Ruma wara li ċaħdet l-appelli tal-ġenituri tagħha biex tmur lura l-Iżvezja. Il-ġenituri u t-tfajla ngħaqdu f'mument emozzjonanti fl-ambaxxata Żvediża, u wara missiera Tahvo qal li tinsab fi stat ħażin ħafna. Jixtiequ jieħduha lura l-Iżvezja imma diffiċli jikkontrollawha kontra l-volontà tagħha. L-Italja mar ma' omm Embla u l-eks martu, il-bankiera Ilona Kapp. In-negozjant ta' 54 sena kien bid-dmugħ f'għajnejh meta kellem lill-ġurnalisti barranin, u appella lill-awtoritajiet Taljani ma jħalluhiex barra fit-triq. Embla ħarbet mid-dar sitt xhur ilu. Minn dak iż-żmien, bdiet ħidma intensiva biex tinstab. Hija ħarbet meta missierha kien imsiefer, marret l-Italja bil-moħbi u inkitbet għal kors tal-lingwa fin-nofsinhar tal-pajjiż. Meta ntemm il-kors, qabdet ferrovija għall-belt kapitali u qatt ma marret lura lejn Stokkolma. "Irrid inżommha miegħi u niżgura li tinsab tajba – irrid neħodha d-dar" qalet ommha. | [
10
] |
Jekk qatt kellek mument kwiet ħdejn xi razzett antik qatt innutajt tliet tarġiet ħerġin minn mal-hajt? Dawn abbli kienu jsiru apposta biex il-bidwi jitla' fuqhom u jkun jista' jpoġġi fuq il-karettun. X'aktarx li eżatt maġenbhom issib il-marbat; bħal ġebla mtqabba li kienu jorbtu l-bhejjem magħhom. Interessanti l-fatt, li matul il-perjodu tal-Kavallieri u qabel il-wasla tal-Ingliżi, id-direzzjoni tat-traffiku li ntużat f'Malta kienet kuntrarja għal tal-lum, in-naħa tal-lemin. Dawn it-tip ta' turġien mhux li għadek tara minnhom; issib uħud li għadhom jeżistu fil-Qrendi, fil-Belt Valletta u anke fl-Għarb, Għawdex. | [
2
] |
Traċċi ta' demm instabu fuq oġġetti li nġabru mill-Pulizija Ingliża, b'rabta mat-tfittxija għaċ-ċkejken Ben Needham. Huwa kellu biss 21 xahar meta ġie rrapportat nieqas fil-gżira Griega Kos lura fl-1991. Il-Puliizja ta' South Yorkshire qalet li wettqet testijiet forensiċi ġodda biex toħroġ kampjuni tad-DNA. Issa jemmnu aktar fl-ipoteżi li Ben miet f'inċident qrib fejn sparixxa. Huwa għeb waqt li kien qed jilgħab viċin razzett, li kien qed jiġi rinovat minn nannu tiegħu f'post bl-isem ta' Irakli. Kienet seħħet tfittxija intensiva fl-art fejn għeb u f'sit ieħor madwar 750 metru bogħod, bil-ħsieb li Ben seta' kien mgħaffeġ minn digger fuq is-sit. Madwar sittin oġġett li nstabu waqt it-tfittxija kienu ttieħdu r-Renju Unit. Issa li nstabu traċċi ta' demm fuq karozza u sandli, aktar qed tifforma b'saħħitha t-teorija li Ben inqatel minn ħaddiema bi żball u dawn iddisponew mill-katavru. Din l-informazzjoni ħarġet illum, meta hu mifhum li Ben miet 26 sena ilu. | [
10
] |
Familji tal-vittmi tat-tiġrif tal-ajruplan tal-Germanwings ikkritikaw lill-missier il-ko-pilota. Dan talli fit-tieni anniversarju mindu seħħet it-traġedja, ddikjara li ibnu ma kienx responsabbli. Dikjarazzjoni li saret wara li f'Jannar, il-prosekuturi Ġermaniżi kkonkludew li Andreas Lubitz, ta' sebgħa u għoxrin sena kienu suwiċidali u kkawża l-mewt tal-mija u ħamsin persuna abbord. Iżda Guenter Lubitz, missier il-ko-pilota qal li ibnu ma kienx għaddej minn dipressjoni dak iż-żmien. Il-membri tal-familja kkritikaw il-ħin li missier il-ko-pilota għażel li jgħid dan. Id-dikjarazzjoni ta' Lubitz hija l-ewwel waħda pubblika mindu seħħ id-diżastru fl-elfejn u ħmistax, li saret minn membru tal-familja qrib tal-ko-pilota. | [
10
] |
L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy żvela li se jikkontesta t-tmexxija ta' pajjiżu fl-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla. Ħabbar fuq il-midja soċjali, qabel ma jippublika l-ktieb tiegħu. Sarkozy, li għandu 61 sena, kien President ta' Franza bejn l-2007 u l-2012, u tilef postu fil-Palazz Elysee fl-aħħar elezzjoni Presidenzjali. Sarkozy qal li ħass li kellu s-saħħa biex imexxi l-battalja f'dawn iż-żminijiet tant imqalba. Waqt it-tħabbira, huwa kien biswit l-ewwel kapitlu ta' ktieb li se jippublika iktar tard dil-ġimgħa bl-isem Everything for France. | [
10
] |
Għandha biss 15-il sena u diġa meqjusa bħala champion tad-dinja, ilbieraħ din it-tfajla, rnexxiela tirbaħ midalja tad-deheb fl-olimpjadi f'Rio. Ren, li hija ta' nazzjonalita' Ċiniża, rebħet din il-midalja fil-kompetizzjoni tad- diving minn pjattaforma tal-għaxar metri. Din it-tfajla diġa rnexxielha tirbaħ din il-kompetizzjoni fi Frar li għaddha f'Rio stess. | [
10
] |
Il-Messiku mistenni jibagħt lura lil madwar 500 immigrant li pprova jaqsam il-fruntiera Amerikana. Dan ikkonfermah il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż. Jidher li l-grupp ta' immigranti kien miġbur mill-awtoritajiet wara li l-Ħadd ipprova jaqsam b'mod vjolenti u illegali lejn l-Istati Uniti. Dawn jinkludu ukoll tfal. Jidher ukoll li l-Pulizija Amerikana li tħares il-fruntieri użat il-gass tad-dmugħ biex tikkontrolla l-miġemgħa. Il-Ministeru għall-Intern qal li dawk li jinstabu ħatja ta' atti illegali jew vjolenti se jkunu deportati minnufih. | [
10
] |
Il-pulizija Belġjana qed jinvestigaw raġel li kien qed jaġġixxi b'mod suspettuż u liebes kowt twil u li minnu kienu ħerġin xi wires. Dan ikkonfermatu l-midja Belġjana. Il-pulizija bħalissa għaddeja b'operazzjoni delikata fiċ-ċentru tal-kapitali Belġjana, Place de la Monnaie. It-taqsima tal-munizzjon hija preżenti. Il-ħwienet tal-madwar ġew evakwati u ngħalqu bosta toroq. Il-pulzija spjegat li għandhom suspett iżda r-raġel għadu ma ġiex arrestat. Illum, huwa propju ġurnata qabel il-ġurnata Nazzjonali tal-Belġju li matula jsiru bosta ċelebrazzjonijiet. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi żar iż-żona fejn ilbieraħ, minn tal-anqas ħamsa u għoxrin persuna tilfu ħajjithom wara li ħabtu żewġ ferroviji fin-naħa t'isfel tal-Italja. Huwa ordna li ssir investigazzjoni uffiċjali fuq il-ħabta, li seħħet fuq binarju wieħed li jgħaddi minn nofs medda art bis-siġar bejn il-bliet ta' Corato u Andria fil-Puglia. Iż-żewġ ferroviji jikkonsistu f'erba' vaguni. Numru ta' persuni oħra jinsabu midruba, b'uħud minnhom qegħdin f'qagħda kritika. Awtoritajiet tal-pajjiż qed jappellaw biex in-nies tagħti d-demm. Intant, l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma tinsab f'kuntatt mal-awtoritajiet Taljani, u kkonfermat li s'issa ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi jew midruba fl-inċidenti. Maltin li jixtiequ jkunu jafu aktar informazzjoni dwar dan l-inċident jistgħu jikkuntattjaw l-Ambaxxata fuq in-numru tal-emerġenza 00393482412437 għal aktar assistenza. | [
10
] |
Theżżiżiet li kejlu 5.4 u 5.9 fuq l-iskala Richter laqtu l-Italja ċentrali lbieraħ filgħaxija. B'xorti tajba ma kienux theżżiżiet fondi, u kejlu disa' u tmin kilometri taħt l-art. It-tieni terremot ikkawża aktar paniku fost il-popolazzjoni taż-żoni milquta, anke minħabba li diġa' kellhom biża' wara t-terremot fatali tal-24 t'Awwissu. Minkejja li ma miet ħadd, indarab raġel f'Visso wara li waqa' saqaf, filwaqt li tmienja oħra sofrew minn tbenġil ġewwa Fabriano. Li m'hemm ebda vittmi kien ikkonfermat wara nofsillejl mill-kap tal-Protezzjoni Ċivili, Fabrizio Curcio. Qal li hemm wħud li ġew salvati mill-korp nazzjonali jew mis-servizz tal-emerġenza, u numru ieħor ta' nies li marru spontanjament – iżda ħadd minnhom ma kien f'qagħda serja. Iż-żewġ theżżiżiet ewlenin ikkaġunaw serje ta' terremoti żgħar oħra – ma kien lejl faċli xejn għat-Taljani li għażlu li jqattgħu l-lejl barra f'każ ta' theżżiżiet ikbar. | [
10
] |
Il-Pulizija ta' Ohio qed ifittxu raġel li xandar filmat fuq Facebook Live tal-mument meta qatel anzjan innoċenti fi Cleveland u allega li qatel madwar 13-il persuna oħra. Steve Stephens, ta' 37 sena, jinsab maħrub f'Ohio wara li ffilmja qtil u xandar dan il-filmat fuq il-midja soċjali l-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-14:00 ta' wara nofsinhar. Wara li ħareġ il-filmat fil-pubbliku, il-Pulizija dlonk ħarġet avviż għall-arrest tiegħu. Residenti fl-istati ta' Pennsulvania, New York, Indiana u Michigan qed jiġu avżati biex iżommu għajnejhom miftuħa. Il-filmat li xandar fuq Facebook juri lill-aggressur isuq ħdejn raġel anzjan, joħroġ mill-karozza u jispara dirett fuqu. Il-vittma ġie identifikat mill-Pulizija ta' Cleveland bħala Robert Godwin ta' 74 sena, u t-tifel tiegħu kkonferma li missieru ħareġ għall-mixja ta' wara nfosinhar. Stephens, li jaħdem bħala maniġer fis-settur tal-kura tas-saħħa mentali qal li żballja meta poġġih fuq il-midja soċjali, u qal li dan kollu seħħ minħabba mara, li x'aktarx hi l-eks maħbuba tiegħu. Hu kiteb fuq Facebook li l-mara jisimha Joy Lane, u li jikkunsidra li jieqaf jekk iċċempillu hi jew ommu. | [
10
] |
Irġiel għarqana b'ilbies pulit u ingravajjet ileqqu...nisa bi lbies b'ħafna kuluri, jidħku minn widna sa widna. Kull darba li tieqaf il-mużika, kulħadd jagħmel high-five u jinfexx iċapċap. Hija deskrizzjoni ta' xena li tinstma' pjaċevoli, iżda ħafna qed jgħidu li kienet pjuttost falza. Qed jirreferu għal festa kbira li saret fil-Korea ta' Fuq għal Day of The Sun, li timmarka t-twelid tal-fudatur tal-pajjiż Kim Il-Sung, li jiġi n-nannu tal-mexxej attwali. Il-verżjoni tal-internet li juża l-pajjiż, 'kwangmyong', li jintuża minn akkademiċi u ħaddiema taċ-ċvil, jippermetti aċċess biss għal 28 sit. Il-komunikazzjoni hija inkeribililment diffiċli, iżda għal din l-okkażjoni rari kienu mistiedna ġurnalisti barranin. Dawn iddeskrivew dak li raw bħala 'Cold War East Germany, times ten'. Ara x'taħseb mill-party. | [
10
] |
Il-kantant Malti Freddie Castelletti, lejn tmiem is-sena 2017 għadu kemm ħareġ Cd Album ġdid b'isem ta' "Sa Fejn Naf Jien". Cd li jżomm il-livell għoli bħat-tnejn l-oħra li kien ħareġ lura lejn is-sena 2003 li kienu jġib l-isem ta' "Freddie Castelletti" u "Back Again" li kien ħareġ fl-2009. Il-lirika u l-mużika hija tal-bravu Alfred C. Sant, u l-vuċi partikolari ta' Freddie Castelletti b'dik il-kisra unika assoċjata miegħu hija eċċezzjonali. Dan ic-Cd Album b'kollox fih 11-il silta, ħamsa bil-Malti li huma ġodda mitkuba mill-pinna ta' Alfred C. Sant, kanzunetti waħda isbaħ minn oħra b'melodija u vuċi ta' Freddie Castelletti. Freddie Castelletti twieled il-Belt Valletta fl-1 ta' Frar, 1939 u beda jkanta f'Strada Rjali. Kien żmien meta minn fuq ir-radju, bħala tifel kien jisma lill-idolu tiegħu Claudio Villa, u kont tisimgħu jkanta mal-kanzuneti li kien jisma, darba kien semgħu Charles Lucas hu Oscar Lucas, u kien qal lil ommhu, biex tħallih jkanta mal-banda tiegħu. Ommhu b'xi mod aċċettat u minn hemm beda jkanta f'Pjazza Reġina u f'istess waqt kien ingħaqad wkoll mal-kumpanija teatrali Stage Commandos u kien jieħu sehem wkoll mal-radju Muskettieri. | [
2
] |
Madwar 35 persuna tilfu ħajjithom wara li ċeda l-Pont Morandi ftit 'il barra mill-belt Taljana Genova. Dan ġara għall-ħabta ta' 12:00 minħabba ħsarat strutturali. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ebda Maltin m'huma fost il-vittmi. Numru ta' vetturi kienu qed jagħmlu użu mill-pont fil-ħin li ċeda, u waqgħu għoli ta' madwar 100 metru. Intant, l-Awtoritajiet Maltin qed jaħdmu biex jaraw jekk hemmx rapporti ta' Maltin involuti. | [
10
] |
Il-mument li titwieled tarbija – esperjenza sabiħa u emozzjonali li ħafna ġenituri jkunu qed jistennew bi ħġarhom. Ma tantx hi l-istess is-sitwazzjoni meta tidħol l-emerġenza b'għaġġla biex twelled it-tarbija b'emerġenza wara li tkun vittma ta' bomba – f'żona ta' gwerra f'Aleppo. Mayissa, vittma ta' attakk mill-ajru tispiċċa fi triqta lejn l-isptar akkumpanjata mill-ftit tobba li kien fadal. Ixxukjata u ma tafx x'qed jiġri, it-tobba qed jikkurawha wara li weġgħet serjament f'din iż-żona ta' gwerra. It-tobba jwelldu t-tarbija u jiġru biha fis-sala tal-operazzjonijiet – It-tarbija ma tibkiex. Persuna fil-kamra saqsiet jekk qalb it-tarbija kinitx qed tħabbat iżda t-tobba b'qalb maqsuma jagħtu dik it-tweġieba li qatt ma xtaqu jagħtu – "Le. Jiddispjaċini." Stejjer bħal dawn jiġru ta' kuljum f'żoni ta' gwerra, li jħallu numru ta' nies mejta ta' kuljum. | [
10
] |
Romeo: il-kelb ta' lewn id-deheb li seraq bosta qlub, għaliex għaxart'ijiem wara t-terremot li heżżeż l-Italja, inħareġ ħaj mit-tifrik qawwi u sħiħ. Filmat maħruġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan juri numru ta' pumpiera joħorġu l- golden retreiver minn qalb binja mfarrka f'Amatrice. Ħiereġ mit-tifrik iferfer denbu, Romeo xorob l-ilma għall-ewwel darba f'madwar mitejn u tletin siegħa, u ġie kkonfermat li jinsab f'qagħda tajba u f'saħħtu. | [
10
] |
Mill-inqas erba' persuni mietu wara li valanga laqtet stabiliment tal-iski f'Tignes, fin-nofsinhar tal-pajjiż. Disa' persuni indifnu wara li l-valanga għaddiet minn ħdejn l-istabiliment. Il-Pulizija qed tgħid li ħames persuni għadhom nieqsa. Fil-grupp kien hemm tmien persuni u l-gwida tagħhom. | [
10
] |
Benoit Hamon se jkun il-kandidat tal-Partit Soċjalist Franċiż fl-elezzjoni Presidenzjali li se ssir f'April. Dan hekk kif l-eks Ministru għall-Edukazzjoni għeleb b'kumdita lill-eks Prim Ministru Manuel Valls li kkonċeda t-telfa qabel intemm l-għadd tal-voti. Minn stħarriġ li sar jidher li l-favoriti għal din l-elezzjoni huma Francois Fillon, mill-partit tal-Konservattivi u Marine Le Pen mill-Partit tal-Lemin. Hamon qal li minkejja d-differenzi, il-forzi tax-xellug qatt ma kienu daqshekk viċin ta' xulxin fejn jidħlu ideat, u appella għall-għaqda. Il-kandidat Presidenzjali li għandu 49 sena, appella lill-Partit Soċjalista, l-kandidat xellugi indipendenti Jean-Luc Melenchon u l-kandidat tal-Ħodor biex jagħmlu koalizzjoni u jiffurmaw gvern ta' maġġoranza. | [
10
] |
Kmieni din il-ġimgħa il-President Russu, Vladimir Putin, iffirma digriet fejn joffri liċ-ċittadini Ukreni tal-Lvant, passaport terrotorji separati. Aktar tard huwa qal li hemm il-ħsieb li din l-offerta tiġi estiża għall-kumplament tal-Ukreni. Il-President elett tal-Ukraina, Volodymyr Zelensky, ma jaċċetax l-idea tar-Russja, tant li l-President Elett irredikola l-idea u qal li minflok se jkun hu li jagħti ċ-ċittadinanza lir-Russi li qed ibatu minn reġimi awtoritarji u korrotti f'pajjiżhom. Zelensky qal li għal kuntrarju ta' dak li jiġri fir-Russja, il-poplu Ukren huwa poplu ħieles li jgħix f'pajjiż ħieles. Din il-ġimgħa kompliet tisskota r-relazzjoni ntensa bejn iż-żewġ pajjiżi, meta l-Parlament tal-Ukrajna għadda liġi biex il-lingwa Ukrena tkun obbligatorja għall-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku. Ir-Russja qalet li l-mossa tiddiskrimina kontra dawk li jitkellmu bir-Russu, b'mod speċjali fil-Lvant tal-Ukrajna. Dawn it-tensjonijiet qed ikomplu jżidu mal-isfidi tal-President Zelensky, li ġie elett nhar il-Ħadd li għadda. | [
10
] |
Kulħadd jaf lil xi persuna jew hu stess idum biex iqum. Ir-rutina ta' kull filgħodu hi li jkollok madwar ħames alarms f'ħinijiet differenti hekk kif wara li tkun tfejtu terġa' tbexxaq ftit għajnejk, iżda l-kelma ftit hawnhekk ma tgħoddx għal kulħadd. Il-famuża Snooze tinbidel fl-akbar ħabiba tiegħek filgħodu. Iżda studju li sar jgħid li jekk inti wieħed minn dawn il-persuni, l-intelliġenza tiegħek hija akbar minn ta' sieħbek li jqum fil-ħin. Apparti minn hekk l-istudju jissuġġerixxi li dawn il-persuni, li ma tantx huma maħbuba minn dawk li jħaddmu, huma iżjed kuntenti u aktar kreattivi. L-istudju Ingliż jgħid li dawk li jorqdu aktar, jew aħjar dawk li jdumu biex iqumu għandhom spirtu indipendenti u li għandhom stil ta' ħajja simili għal tal-antenati tagħna. Satoshi Kanazawa u Kaja Perina, li għamlu dan l-istudju jgħidu li wieħed li jdum biex iqum huwa aktar intelliġenti u jaddatta aktar għall-ħajja moderna. Jiġifieri, fi kliem sempliċi, bniedem intelliġenti biss jagħmlu użu tajjeb mil-buttuna tal-i snooze, li hija invenzjoni moderna. Skont l-istudju, r-raġuni li wieħed ikun aktar kuntent u intelliġenti meta ma jżommx il-ħin, hija li dawn in-nies huma kapaċi jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għal bżonnijiet tagħhom u li għalhekk isibu s-soluzzjonijiet għall-problemi tagħhom. | [
10
] |
L-Istat Islamiku, IS, qal li kien hu l-moħħ wara l-attakk li sar fuq tal-lina li kienet qed iġġorr grupp ta' Kristjani Koptiki. Attakk li ħalla 29 persuna mejta u 25 persuna midruba lbieraħ. L-attakk seħħ meta rġiel mgħammda telgħu abbord tal-linja u sparaw fuq in-nies. Il-funeral tal-vittmi sar fl-istess jum tal-Ġimgħa iżda filgħaxija. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.