text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
David Cameron se jitlaq minn 10 Downing Street, b'Theresa May tieħu postu. Dan wara l-mistoqsijiet parlamentari, u wara li jmur Buckingham Palace biex jippreżenta r-riżenja tiegħu lir-Reġina. Id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja ssegwi d-deċiżjoni tal-poplu f'referendum li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. It-taqtigħa finali għal min se jkun mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż u għalhekk Prim Ministru tar-Renju Unit, ħadet żvolta ġdida wara li Andrea Leadsom iritrat mit-tellieqa biex b'hekk Theresa May tkun l-unika kandidata għal din il-kariga. Intant, May mistennija tagħżel kollegi nisa biex jiffurmaw parti mill-kabinet tagħha, inkluż fi rwolijiet kruċjali. | [
10
] |
Tfal żgħar li jqattgħu ħafna ħin jilgħabu fuq mowbajls u tablets jorqdu inqas minn dawk li ma jagħmlux użu minnhom, dan skont sejba minn riċerkaturi. L-istudju li ġie ppubblikat f'Scientific Reports jissuġġerixxi li kull siegħa li t-tfal jużaw il-mowbajl kull jum, qed tiġi abbinata ma 15-il minuta ta' inqas irqad. Iżda, dawk li jużaw dawn it-tip ta' aġġeġġi għandhom vantaġġ hekk kif itejbu l-abiltà li jużaw idejhom b'kordinazzjoni m'għajnejhom. L-esperti qalu li dan l-istudju sar fil-ħin waqtu iżda li l-ġenituri m'għandhomx għalfejn jinkwetaw. L-istudju li sar minn Birbeck, Università ta' Londra, staqsew madwar 715-il ġenitur ta' tfal li għandhom taħt it-tliet snin. Il-mistoqsijiet kienu jinkludu fosthom, kemm ta' spiss it-tfal tagħhom jużaw il-mowbajl jew tablet u kif ukoll mistoqsijiet dwar il-mod ta' kif jorqdu. Dan l-istudju wera kif 75% ta' dawn it-tfal żgħar jużaw dawn l-aġġeġġi b'mod regolari, b'51% minnhom ilhom jagħmlu użu minn mowbajl jew tablet bejn sitta u ħdax-il xahar, u 92% minn dawk ilhom jagħmlu użu minn aġġeġġ bejn 25 u 36 xahar. Iżda tfal li għamlu użu minn mowbajl jew tablet raqdu inqas tul il-lejl u iktar tul il-jum. Meta ġie kkalkulat l-ammont ta' tnaqqis fl-irqas, ir-riżultat kien ta' 15-il minuta inqas għal kull siegħa ta' użu ta' mowbajl jew tablet . | [
10
] |
Is-suspettat wara l-attakk ta' Berlin inqatel wara għadd ta' sparar ta' tiri bejnu u bejn il-Pulizija f'Milan fl-Italja, sorsi qrib is-sigurtà tal-Italja qed jgħidu. Rapporti inizjali qalu li l-Pulizija tad-Danimarka lemħu raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni tas-suspettat fid-Danimarka. Rapporti fuq siti tal-aħbarijiet tal-Italja qed jirraportaw li raġel inqatel mill-Pulizija wara li ġew sparati diversi tiri miż-żewġ naħat. L-isparatura seħħet qrib stazzjon tal-ferrovija f'Milan wara li r-raġel ġie mwaqqaf mill-Pulizija kmieni dalgħodu. Qed jiġi allegat li r-raġel ħareġ pistola ftit wara li ġie mistoqsi biex juri l-karta tal-identità tiegħu. Hu spara u laqat Pulizija. L-istess raġel, li allegatament kellu biljett għall-ferrovija minn Franza fil-but tiegħu, għajjat "Allahu Akbar", waqt l-isparatura. | [
10
] |
L-istorja tal-pjanista Frank Camilleri, il-Bibi, li tmur lura 75 sena, inbidlet f'website interattiv minn Nicholas Azzopardi, student fl-MCAST. Il-Bibi beda jdoqq Strada Stretta meta kellu 14-il sena. Is-Sur Azzopardi ħoloq dal-website għat-teżi tad-degree BA (Hons) fil-graphic design u interactive media. Kien Redd Caruana, is-supervisor tat-teżi li ssuġġerixxa t-tema. "Laqtuni mmens l-istejjer li hemm fil-ktieb ta' George Cini, Strada Stretta: Aktar dawl fuq it-triq li darba xegħlet il-Belt, fejn hemm l-istorja tal-Bibi," is-Sur Azzopardi qal. "L-istorja tal-Bibi tiftaħ tieqa fuq ħajja iktar kwieta ta' dak iż-żmien, l-effetti tal-aħħar gwerra kif ukoll id-divertiment imqareb li kien hemm Strada Stretta." Il-poġett tas-Sur Azzopardi kien wieħed mill-esebiti fil-wirja bl-isem, Leave a Mark li ttellet fl-MCAST, ftit ilu. Mitlub x'jaħseb dwar dal-proġett, Redd Caruana, lecturer l-MCAST qal: "Issa rrid nara kif Nicholas se jkompli jiżviluppa dal-website, il-għaliex is-social media tista' żżid mhux ftit il-valur tal-istorja tal-pajjiż. "Tista' tgħid li l-kumpaniji kummerċjali kollha qed jiżguraw li jkollhom preżenza diġitali. Ditti li jaħdmu f'dal-qasam jaraw kif jgħamlu biex jimpjegaw artisti tekniċi li kapaċi jwettqu xogħol kreattiv għall-aħħar. L-istudenti tagħna jitħarġu biex jirnexxu f'dal-qasam." Ir-ritratt: Nicholas Azzopardi (lemin), student tal-MCAST qed juri l-website interattiv li għamel dwar il-ħajja ta' Frank Camilleri, il-Bibi, lit-tifel ta' Frank, Joe. Warajhom hemm 'tabella' miżbugħa fuq il-ħajt tal-bar White Star ġo Strada Stretta, kantuniera ma' Triq San Kristofru, il-Belt, fejn kien idoqq il-Bibi. | [
2
] |
Tfajla misterjuża li għandha aċċent Brittaniku għadha kif intlemħet iddur it-toroq ta' Ruma. It-tfajla misterjuża li aktarx bejn it-tlettax u dsatax-il sena, ġibdet l-attenzjoni ta' bosta Taljani dan minħabba l-manjieri li għandha u kif ukoll minħabba li ma tafx il-lingwa Taljana. Persuni sostnew li din it-tfajla bl-ebda mod ma tkun trid taċċetta flus bħala donazzjoni u tirrispondi għal kull mistoqsija bl-Ingliż. Kienu diversi li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn qalu li din it-tfajla tixbaħ lil diversi bniet li sparixxew bejn is-sena 2007 u s-sena 2008. Fosthom kien hemm Amda Adlai li nħatfet minn Michigan fl-2008, Maria-Brigitte Henselmann li sparixxiet il-Ġermanjafl-2008 u kif ukoll Madeleine McCann li sparixxiet fl-2007. Il-Pulizija Taljana qalet li pprovat tidentifika lil din it-tfajla iżda la għandha passaport, la għandha Karta tal-Identità u l-ebda oġġetti personali li għandha isimha fuqhom. Nies tal-lokal irrapportaw li t-tfajla tirrispondi għall-isem "Maria", iżda l-Pulizija qalu li kien hemm ismijiet oħra li hi qalet li jisimha. Issa diversi persuni fuq l-internet qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku ġenerali biex tinstab il-familja ta' din it-tifla qabel jasal il-Milied. Bosta paġni ddedikati għall-Madeline McCann qasmu din l-aħbar hekk kif kieku llum il-ġurnata Madeline kieku għandha 13-il sena. Kienu diversi persuni li kkummentaw taħt u qalu li "Madeline għandha marka partikolari f'għajnejha li tkun faċli biex wieħed jidentifikaha." Din it-tfajla m'għandha ebda affarijiet personali u dejjem tidher liebsa l-istess dublett, ġakketta u żarbun għal dawn l-aħħar ġimgħat. Din l-istorja feġġet waqt il-programm televiżiv Taljan "Chi l'ha Visto". | [
10
] |
Costache Mugurel huwa raġel li xogħolu jirrikjedi li jitfi n-nar fir-Rumanija. Ġara li ġurnata fost l-oħrajn il-Protezzjoni Ċivili tar-Rumanija rċevew telefonata li raġel ta' 52 sena flimkien mal-kelb tiegħu kienu maqbudin f'ħuġġieġa nar. Ir-raġel midrub ittieħed l-isptar filwaqt li l-kelb spiċċa fuq ġenb ta' bankina ma jistax jieħu nifs. Kif jirrikjedi xogħolu, Mugurel beda juża l-metodu tas-CPR fejn spiċċa ħalq ma' ħalq mal-kelb. Wara ftit sekondi l-kelb kien lest biex tintlibislu maskra tal-ossiġnu u minn hemm kull min kien madwarhom induna li l-kelb ġie mogħti ċans ieħor biex jgħix. Ġurnalist li kien qed isegwi dak kollu li kien qed jiġri, qabad dan il-mument fuq il-kamera u poġġieh fuq is-sit soċjali Facebook bit-titlu "Nobody gets left behind". Il-filmat rċieva diversi kummenti fejn bosta rringrazzjaw il-ħidma ta' dan ir-raġel, fejn Mugurel qalilhom li "kull ma kont qed nagħmel huwa xogħoli." | [
10
] |
Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż ma qablu xejn dwar il-kwistjoni Brexit waqt wieħed mill-ewwel dibattiti politiċi tagħhom fuq it-televiżjoni. Mistoqsija dwar il-possibbiltà ta' ftehim ġdid mal-Unjoni Ewropea, is-sitt kandidati għall-kariga li tħalliet vojta minn Theresa May infexxew f'argument jaħraq, fejn saħansitra wħud minnhom qalu li negozji ġodda mal-Unjoni Ewropea kapaċi jkunu diżastrużi. Argumentaw ukoll dwar jekk għandux jagħlaq il-Parlament f'Westminster sal-wieħed u tletin ta' Ottubru li ġej, jiġifieri Jum Brexit, bil-maġġoranza tal-kandidati preżenti jattakkaw din il-proposta. Rory Stewart, li huwa wkoll il-Ministru Ingliż għall-Iżvilupp Internazzjonali qal li kien inkwetanti ferm li MP jikkunsidra li waqqaf il-Parlament għal tul ta' żmien, għaliex hekk, il-pajjiż ma jkunx qed jirrispetta d-demokrazija. Fost il-kandidati kollha għat-tmexxija tal-Gvern Ingliż, is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u l-Commonwealth, u l-eks Sindku ta' Londra, Boris Johnson, jidher li huwa l-preferut. Ir-rebbieħ mistenni jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin, b'Theresa May iżżomm il-kariga ta' Prim Ministru sa ma' jieħu l-ġurament il-mexxej il-ġdid. | [
10
] |
Il-personalita Kim Kardashian żvelat li flimkien mar-raġel tagħha Kayne West qegħdin jistennew it-tielet tarbija tagħhom. Minħabba problemi ta' saħħa li sofriet Kim fl-ewwel żewġt itfal li kellha, qed jingħad li għal din it-tqala il-fetu tat-tarbija ġie pjantat f'mara oħra. Kim ħabbret dan ftit jiem qabel il-bidu tas-sensiela popolari Keeping Up with the Kardashians. | [
10
] |
Għall-ħabta tan-12:30 p.m. is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet b'rabta mal-aħħar żviluppi tal-imxiija tal-Coronavirus. Din il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar fuq l-istazzjonijiet ONE. | [
1
] |
Għada t-Tnejn l-ewwel ta' Ġunju, se jitħabbar tnaqqis ta' aktar miżuri li se jiġu rilaxxati b'effett mill-Ġimgħa ħamsa ta' Ġunju, li se jaraw bosta stabbilimenti u entitajiet li sa issa kienu magħluqin – bħall-Qorti u gyms – jiftħu. F'intervista fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar dettalji ta' żviluppi li se jseħħu fil-ġranet li ġejjin paripassu ma' kif żviluppat is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Coronavirus f'pajjiżna. F'dan il-kuntest se jitħabbru protokolli ġodda u sempliċi bbażati fuq l-iżviluppi fl-aħħar jiem. | [
1
] |
Tul il-jum tas-Sibt, diversi ġonna u żoni pubbliċi nfetħu mill-ġdid, hekk kif Franza daħlet għat-tieni fażi ta' rilassament ta' miżuri. Diversi persuni ħatfu din l-opportunità wara ġimgħat ta' lockdown u ħarġu f'dawn iż-żoni pubbliċi sabiex qed igawdu bl-aħjar mod li jistgħu wara ġranet ta' sagrifiċċju. Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar dawn il-miżuri ta' rilassament il-Ħamis, wara li qal li Franza qed tagħmel progress tajjeb kontra l-imxija tal-Coronavirus. In-nies fi Franza huma mitluba sabiex iżommu d-distanza soċjali filwaqt li jilbsu l-maskra protettiva. Filwaqt li jistgħu joqgħodu fi gruppi ta' għaxar persuni. | [
1,
10
] |
Illejla ONE se jkun qed ixandar edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza mis-6pm 'il quddiem. Il-programm immexxi minn Karl Stagno Navarra se jkun qed jieħu t-telespettaturi sat-tħabbira tal-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li se jħabbar il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll l-ewwel reazzjonijiet wara li jitħabbar. Fl-istudio se jkun hemm diskussjonijiet u analiżi minn diversi mistiedna. Intant ONE News se jkun qed jagħti servizzi dettaljati ta' dak imħabbar waqt il-bullettin li se jibda ftit iżjed tard mis-soltu. | [
4
] |
Il-Gvern se jagħti rifużjoni ta' 50% tal-kontijiet tad-dawl lin-negozji għal Lulju, Awwissu u Settembru ta' din is-sena, sa massimu ta' €1,500 għal kull applikant. Dan kollu se jsir b'nefqa totali ta' €30 miljun. Minn din il-miżura, li tħabbret bħala parti mill-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li fassal il-Gvern, se jgawdu 20,000 negozju, inkluż dawk kummerċjali. Dan kollu se jkompli jgħin lin-negozji jkomplu jdawru r-rota kif tgħaddi l-pandemija Covid-19. | [
4
] |
Illum il-Prim Ministru Robert Abela se jippreżenta pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. Dan il-pjan, li kif ħabbar il-Prim Ministru huwa wieħed multi-miljunarju ġie mfisser bħala l-akbar pakkett ta' stimolu ekonomiku. Dan il-pjan, li se jkun qed iħabbar il-Gvern, mistenni jinċentiva l-bżulija u jkompli jgħin lin-negozji jdawru r-rota wara l-imxija tal-Coronavirus. Il-Gvern ma stenniex li jasal il-baġit ta' Ottubru biex iwieżen lin-negozji u l-familji. Il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fl-aħħar ġimgħat il-Gvern iffoka fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-pajjiż. Appella biex il-poplu jirritorna għan-normalità, u biex jiddaħħal sens ta' fiduċja u ottimiżmu għax kulħadd se jirċievi xi ħaġa minn dan il-pjan sabiex titqajjem l-ekonomija. Intant ONE se jkun qed ixandar edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza kemm qabel u wara li jiġi preżentat il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. ONE News ukoll se jkun jagħti servizzi dettaljati ta' dak li se jkun imħabbar mill-Gvern u kif il-miżuri se jolqtu lin-nies. Fuq one.com.mt se jkun hemm l-aħħar żviluppi mat-tħabbir tal-miżuri ta' dan il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li se jistimola l-ekonomija ta' Malta wara ċirkostanzi straordinarji li għexna. Għada Aħjar: L-għajta tal-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika | [
4
] |
Il-prodott domestiku gross fir-Renju Unit naqas b'aktar minn għoxrin fil-mija fix-xahar ta' April. Din hija l-ikbar daqqa għall-ekonomija Ingliża mindu bdiet tinżamm l-istatistika fl-1997. Din iċ-ċifra tirrifletti tnaqqis rekord fis-servizzi u produzzjoni fid-dawl li April kien l-ewwel xahar sħiħ ta' lockdown mindu tħabbar fit-23 ta' Marzu. Esperti qed isostnu li dan it-tnaqqis huwa agħar minn dak f'pajjiżi oħra żviluppati. L-Uffiċċju tal-Istatistika Ingliż irrapporta li l-ekonomija Ingliża naqset bi kwart f'Marzu u April, u kull settur esperjenza tnaqqis. Fost l-oħrajn, l-industrija tal-ivvjaġġar bl-ajru naqset b'disgħin fil-mija, u dik tal-kostruzzjoni b'40%. Intant, madwar id-dinja ġew irreġistrati aktar minn seba' miljuni u ħames mitt elf każ ta' infezzjoni ta' Coronavirus, u aktar minn erba' mija u għoxrin elf mewt. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte b'messaġġ ta' kuraġġ u tama tenna li l-pajjiż issa qed jimxi lejn l-aħħar fażi fit-tnaqqis ta' restrizzjonijiet tal-lockdown. Conte qal li ħaqqna nerġgħu nitbissmu u nkunu kuntenti wara ġimgħat ta' sagrifiċċju. Filwaqt li sostna li dan huwa l-mument sabiex toħroġ riforma ekonomika għal pajjiż. Dan tħabbar fl-istess jum li l-Italja ħabbret li ser tagħti permess ta' vvjaġġar bejn ir-reġjuni u tiftaħ il-fruntieri tagħha. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump hedded li se jibagħat lill-armata biex iwaqqaf lid-dimostranti li nġabru fit-toroq ta' ħdejn il-White House, li qed jipprotestaw għall-qtil innoċenti ta' George Floyd ta' sitta u erbgħin waqt arrest. Il-protesti issa daħlu fis-sebgħa jum tagħhom b'rapporti fil-midja internazzjonali juru kif fis-sigħat li għaddew il-Pulizija Amerikana użat il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Diversi bliet ordnaw lill-pubbliku sabiex ma joħroġx iżda jidher li din ir-regola ma ġietx obduta. Dawn l-atti mill-President Amerikan qed iqajmu rabja kbira fost il-pubbliku u l-għaqdiet internazzjonali li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-minoranza. | [
10
] |
Kelb il-baħar joqtol surfer f'New South Wales, fl-Awstralja. Il-kelb il-baħar, li fih tliet metri, gidem sieq ir-raġel li għandu bejn il-50 u s-60 sena. Bosta persuni pprovaw jgħinu lir-raġel billi jgerrxu l-kelb il-baħar. Minkejja li r-raġel twassal sa fuq il-bajja, huwa miet ftit wara kawża tal-ġrieħi li kellu f'siequ. Dan il-każ huwa t-tielet mewt minn gidma ta' shark din is-sena fl-Awstralja. Pulizija, li huma liċenzjati biex joqtlu klieb il-baħar jekk jaħsbu li huma ta' theddida fuq il-ħajja tal-bniedem. Madanakollu, l-kelb il-baħar ma nstabx wara li saħħansitra prova jattakka wkoll lil dawk li għenu lir-raġel. | [
10
] |
Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Emirati Għarab Magħquda se tkun qed tvara l-ewwel missjoni tagħha, Hope, lejn Mars. Din se tkun l-ewwel missjoni spazjali Għarbija lejn din il-pjaneta. Dan il-vjaġġ ta' 493 miljun kilometru lejn Mars u li se jdum seba' xhur se jiġi varat minn fuq gżira remota Ġappuniza fl-14 ta' Lulju li ġej. Mal-wasla fuq il-pjaneta tibda tintbagħat informazzjoni dwar il-klima u l-atmosfera tagħha. Il-vettura spazjali se tkun qed torbita għal 687 ġurnata, li tammonta għal sena f'Mars biex tkun tista' tiġbor biżejjed informazzjoni. Orbita ta' ġurnata tieħu 55 siegħa. | [
10
] |
Il-Pulizija Taljana sabet il-pittura tal-artist Banksy li kienet misruqa mit-Teatru Baraclan f'Pariġi f'Jannar tas-sena l-oħra. Il-biċċa xogħol instabet fil-provinċja ta' Teramo. Il-prosekutur li qed imexxi din l-investigazzjoni mistenni li jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha se jagħti aktar detalji dwar il-każ. Banksy kien pinġa mural fuq il-bieb tat-teatru wara l-attakk terroristiku li kien sar f'Pariġi f'Novembru tal-2015, fejn waqt l-attakk kien mietu 90 persuna. | [
10
] |
Wara l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta rrifjutat għall-erba' darbiet il-pakkett soċjali tal-Air Malta, issa l-unjin aċċettat dan il-pakkett. Fil-fatt disgħin fil-mija tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta vvutaw favur l-offerta tal-linja nazzjonali tal-ajru li biha l-ħaddiema li baqgħu d-dar u mhux jaħdmu jirċievu salarju ta' elf u mitejn ewro fix-xahar. Dan l-aħħar vot ittieħed wara li l-Air Malta kitbet lid-Dipartiment għar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg u wriet l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ u l-bdoti. Riżultat tal-pandemija, l-Air Malta kellha tnaqqas l-operat u ħafna mill-flotta tinsab wieqfa minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Fil-fatt huma żewġ ajruplani minn għaxra li qed joperaw u għalhekk offriet pakkett soċjali lill-ħaddiema kollha li bħalissa qed jibqgħu d-dar u mhux qed imorru għax-xogħol. Aktar kmieni, l-offerta tal-Air Malta ġiet approvata mill-union tal-inġiniera iżda l-unjin tal-bdoti, l-ALPA ma rrispondietx għall-offerta tal-linja nazzjonali tal-ajru. | [
1
] |
Għadu kemm tħabbar li ġew ikkonfermati l-ewwel żewġ każijiet ta' coronavirus fir-Renju Unit. Il-vittmi huma membri fl-istess familja. Dan ftit sigħat biss wara li l-għaqda dinjija tas-saħħa għadha kif iddikjarat il-Coronavirus bħala emerġenza dinjija. In-numru tal-mejta riżultat ta' dan il-virus qattiel tela' għal 213 hekk kif ġie kkonfermat li r-reġjuni kollha fiċ-Ċina huma milquta bil-virus. L-imxija ta' dan il-virus beda minn Wuhan iżda issa qed jinfirex madwar id-dinja. | [
1,
10
] |
"Ħa nsaqsik għalfejn qed taqsam lejn Għawdex?" "Għadni ġej mix-xogħol." "U residenti Għawdex?" Iva" "Tista' turini ID jew il-pass pls?" Din kienet ir-realtà l-ġdida għal dawk kollha li riedu jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex. Minkejja dan, iċ-Ċirkewwa xorta kien hemm min ittanta xortih li jmur lejn il-gżira tat-tliet għoljiet anki jekk ma kellux raġuni valida. Rose Sammut, Uffiċjal tas-Sigurtà spjegat: "Waqqafna anzjan sejjer fejn ħutu Għawdex u ħutu għandhom iż-żmien, għadnielu ġib rispett lejn ħutek u tmurx. Waqqafna tfajla oħra sejra Għawdex u għednielha mhux il-mument li taqsam u marret lura." Ir-restrizzjonijiet l-ġodda jsegwu miżuri ta' sigurtà li ddaħħlu mill-Gozo Channel fl-aħħar ġimgħat bħat-teħid tat-temperatura. Hija kompliet tispjega: "Iċemplu lill-111 in-nurses li jkunu hawn u jieħdu l-azzjonijiet huma." Il-miżuri l-ġodda jaffettwaw kemm min qse jivvjaġġa bil-karozza, kif ukoll dawk li jitilgħu mit-terminals fiċ-Ċirkewwa jew fl-Imġarr. Intant, sakemm domna fuq il-post l-andament kien wieħed kalm u mexxej. Bis-sewwieqa tal-karozzi kif ukoll il-passiġġiera u persuni oħra lkoll jikkoperaw f'dan iż-żmien partikolari. | [
1
] |
Dalwaqt, l-istazzjonijiet ONE u ONE Radio se jkunu qed ixandru l-quddies b'mod dirett fit-8:00 ta' filgħodu. Din ix-xandira se tibda tinxandar ta' kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fit-8:00 ta' filgħodu, hekk kif kull knisja f'Malta u f'Għawdex bħalissa tinsab magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus. | [
1
] |
Dalwaqt jista' jkun li naraw koppji jitqarbnu li s'issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu. Din kienet waħda mit-temi diskussi b'ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin. Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta' Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika 'Amoris Laetitia'. Peress li din l-ittra inxterdet b'mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le. Fl-ittra tiegħu il-Papa saħaq dwar il-bżonn li divorzjati, anke jekk m'għandhomx l-annullament tal-Knisja, jkunu integrati, u dan jista' jkun anke permezz tas-sagramenti. "M'hemmx interpretazzjoni oħra" kiteb il-Papa – frażi b'saħħitha, riflessiva tar-rieda tiegħu. Din hija biss parti tradotta mill-linji gwida pastorali tal-Isqfijiet ta' Buenos Aires. | [
10
] |
Fi stqarrija uffiċjali t-tim tal-futsal ta' Mrieħel ESS ħabbru li ngħaqdu mat-tim ta' Gżira United u saħansitra bidlu isimhom għal Gzira United Futsal sabiex mill-istaġun li ġej jikkompettu fil-kampjonat tal-futsal taħt l-isem il-ġdid. Dan seta' jsir biss wara xhur ta' negozjati twal bejn iż-żewġ klabbs. Matul il-jiem li ġejjin ser tkun qed titħabbar l-iskwadra kif ukoll l-akkwisti l-ġodda għall-istaġun 2018 / 2019. | [
15
] |
Floriana FC ħabbru l-akkwist tal- midfielder Sloven Ivica Guberac. Guberac għandu 31 sena b'esperjenza fost l-oħrajn ma' Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f'Cipru. Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta' midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta' difernsur laterali. Guberac huwa l-ħames akkwist s'issa tal-president ta' Floriana Ricardo Gaucci. | [
15
] |
Ir-referee internazzjonali tal-Beach Soccer, Jude Amin Utulu, ġie appuntat biex jikkontrolla logħbiet fis-sitt edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni għall-clubs. Il-kosta Portugiża ta' Nazaré, għat-tieni darba konsekuttiva ser tospita t-Tournament Finali, li jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla mit-28 ta' Mejju sat-3 ta' Ġunju. Din is-sena wkoll, l-aqwa clubs rappreżentattivi tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali Ewropej tal-Football ser iterrqu lejn ir-ramel ta' din il-lokalità mal-Baħar Atlantiku biex jikkontestaw għat-titlu ta' champions Ewropej. (SC Braga tal-Portugall huma ċ-champions renjanti). 26 minn 34 team diġà jafu bid-dettalji tal-logħob tagħhom fil-fażi preliminari tal-gruppi; 8 teams oħra jingħaqdu magħhom wara li ġranet qabel (mill-25 sas-27 ta' Mejju) ikunu kkompetew fin- Nazaré Beach Soccer Cup u spiċċaw fil-quċċata tal-gruppi biex ikkwalifaw għall-Euro Winners Cup. Minbarra l-kompetizzjoni maskili, f'dik li ser tkun it-tielet edizzjoni tal-kompetizzjoni verżjoni Women Euro Winners Cup 2018, fl-istess żmien 20 team mill-kontinent Ewropew, l-ewwel ser jissieltu f'ħames gruppi qabel jgħaddu mill-stadji segwenti u jaslu għar-rebħa finali. (Havana Shots Aargau tal-Isvizzera huma ċ-champions renjanti). Fiż-żewġ kompetizzjonijiet, minbarra l-fażijiet tal-aħħar 16, il-kwarti-finali, is-semi-finali u l-finali, isiru wkoll il-play-offs biex tiġi deċiża l-pożizzjoni finali ta' kull team. | [
10
] |
Wara s-suċċessi ta' Tikber u tinsa u B'tal-linja jaqbillek żgur , Simon Bartolo jirritorna bix-xogħol il-ġdid tiegħu ... B'sogħba kbira ! B'sogħba kbira hija kummiedja daqxejn imqarba li ddur mal-familja Ciappara; familja kemxejn iktar eċċentrika mill-għeżież ġirien tiegħek! Il-membri ta' din il-familja mhumiex eżattament normali u għandhom gosti strambi. Min iffissat bl-ikrah fuq l-annimali, min jogħxa jtaqtaq, min iħobb jgħid ir-rużarju u min ossessjonat bix-xwabel. Li hu żgur hu li l-ħames aħwa fiċ-ċentru ta' din il-kummiedja ma jħobbux lil xulxin. U meta dil-familja tinħasad b'mewt għall-għarrieda, il-familja tinqasam fi tnejn u l-praspar kkuluriti tagħhom jiżdiedu ... speċjalment meta jidħol dak l-imbierek wirt fin-nofs! "Id-djalogi huma tant mexxejja u miktuba tajjeb li wieħed jibki bid-daħk, bl-aktar mod naturali," jgħid id-direttur Roderick Vassallo. " Għalkemm superfiċjalment, wieħed jista' jgħid li din hija sempliċi farsa, inħoss li fil-verità hija forma intelliġenti ta' kritika lil bniedem li jaħseb biss fih innifsu... ovvjament bejn ċajt u noti sarkastiċi varji!" B'direzzjoni ta' Roderick Vassallo u bi produzzjoni ta' Bakkanti Troupe, jieħdu sehem Gilbert Formosa, Alison Abela, Olivia-Ann Marmara', David Scicluna Giusti, Louise Fenech u Mandy Mifsud. Dan il-proġett huwa mgħejun mill-Malta Arts Fund. Biljetti minn www.activemalta.com | [
2
] |
Il-biċċerija li ta' kull ġimgħa tara l-qtil ta' eluf ta' annimali u l-preparazzjoni tal-laħam qabel jasal fuq il-mejda tal-ikel, ukoll kellha tieħu bosta miżuri sabiex tkun ċerta li l-ebda laħam ma jkun ikkontaminat bil-virus. One News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-biċċerija, Manuel Schembri li spjega kif bosta miżuri ġodda introdotti, qed iwasslu sabiex ikun eliminat il-kuntatt tal-ħaddiema tal-biċċerija li jippreparaw il-laħam, mal-ħaddiema tat-trakkijiet li jiġu biex iwasslu l-laħam għand il-konsumatur. Is-Sur Schembri stqarr: "Għalaqna partijiet bil-'partitions', il-ħaddiema tagħna tal-biċċerija joħorġu minn qabel il-laħam imdendel fuq 'mono rail' wara l-bieb tal-loading bay. 'Once' li jkun hemm il-laħam 'by appointment' hemmhekk, 'by appointment' jiġi għalih id-distributur, kemm jiftaħ il-bieb, isib il-laħam hemmhekk u jgħabbih." Schembri spjega kif bosta miżuri li fuq postijiet tax-xogħol oħra kellhom jiġu introdotti mat-tifqigħa tal-Coronavirus, fil-biċċerija kienu diġà parti mill-prassi tal-ġurnata. Huwa sostna: "Hija regola ġenerali li apparti mill-ħasil u t-tindif ta' kuljum, tajjeb? Il-biċċerija tiġi ddisinfettata, tant hu hekk jiġifieri, li nieħdu swabs kuljum biex naċċertaw jiġifieri li qed ix-xogħol qed isir jiġifieri kif suppost. U nirċievu r-riżultati mil-labs jiġifieri regolari. Apparti li sanitizers tal-idejn huma normali għalina." Din is-sena r-ristoranti, li minħabba l-imxija jinsabu magħluqin mhux ser ikunu jistgħu iservu xi platt laħam tal-ħaruf imħawwar għall-ikla tal-Għid. Madankollu, Manuel Schembri stqarr li d-domanda tal-konsumatur għal xi biċċa laħam tajba ma naqsitx xorta waħda. Is-Sur Schembri kompla jispjega: "Jekk bniedem jiġifieri ħa l-laħam, minflok ma sajru tar-restaurant biex ngħid hekk għax ma marx ir-restaurant sewwa? Qed jissajjar id-dar." | [
1
] |
Il-kantant Kanadiż Leonard Cohen tilef ħajtu fl-etá ta' 82 sena. Dan tħabbar fuq il-paġna ta' facebook tal-kantant popolari fejn intqal li b'dieqa b'kbira d-dinja mużikali tilfet poeta, awtur u artist. Ma kien hemm l-ebda dettalji dwar il-kawża tal-mewt ta' dan il-kantant. Kanzunetta magħrufa mal-bosta u li Leonard Cohen se jibqa' mfakkar għaliha, hija 'Halelluljah'. Kien propju x-xahar li għadda li dan il-kantant ħareġ dak li kellu jkun l-aħħar album mużikali tiegħu, bl-isem ta' 'You want it darker'. Kienu bosta il-kummenti fuq 'Tweeter' minn madwar id-dinja kollha. | [
2,
10
] |
Bħalissa qeda tittella' wirja ta' arti viżiva, bl-isem ta' Hotel Babaw gewwa l-lukanda Splendid, fi Strada Stretta, il-Belt Valletta. Il-wirja tal-artist Malti Joseph Bugeja tikkonsisti f'25 pittura, zejt u akriliċi u s-suġġett huwa krejaturi li nsibu fil-folklor Malti, li l-aktar fi żmien missirijietna kienu jxerdu biża fil-gżejjer tagħna. Sfortunatament ħafna minn dawn il-karattri jew drawwiet qegħdin jintesew maż-żmien u għalhekk l-artist, wara ħafna riċerka u ħin fuq il-mejda tat-tpenġija, iddeċieda li bl-arti tiegħu jagħti iktar għarfien lil dawn il-ħlejjaq. Fost il-karattri li jiffurmaw parti minn din il-wirja insibu il-Gawgaw, Gadajdu, il-ħeddiela, il-babaw, il-ħares u ħafna oħrajn. L-artist ried li kull min jattendi ghal din il-wirja jgħaddi minn esperjenza u mhux biss jara kwadri mwaħħlin ma' hajt. Għalhekk ħaseb li anke l-ambjent fejn qed tittella, ikun parti integrali mill-wirja. Hotel Babaw ser tibqa' miftuħa sal-20 ta' Novembru u l-ħinijiet tal-wirja huma matul il-ġimgħa mis-19:00 sad-21:30 u tmiem il-Gimgha mill-10:00 san-12.30 u mis-14:00 sal-22:00. Id-dħul huwa b'xejn. | [
2
] |
Il-pulizija Taljana akkużat raġel bi qtil wara li spara u qatel lil missieru waqt li kienu qed jikkaċċjaw għall-ħnieżer selvaġġi. Il-missier u l-iben Taljani kienu mixjin qalb il-ħaxix viċin il-Belt ta' Postiglione fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Salerno, meta r-raġel ta' 34 sena fetaħ in-nar meta ra dell u ħaxix jiċċaqlaq, u sab li dak li kien spara fuqu ma kien xejn ħlif l-istonku ta' missieru. Huwa immedjatement prova jagħti l-ewwel għajnuna lil missieru , iżda tobba ċċertifikaw lil missieru mejjet fuq il-post. Il-midja lokali qalet li Martino Gaudioso u ibnu kienu qed jikkaċċjaw f'żona fejn il-kaċċa hija pprojbita. Il-pulizija ħadu l-armi li kellhom. | [
10
] |
Il-prosekuturi Amerikani qalu li l-istilla ta' Juventus Cristiano Ronaldo mhuwiex se jaffaċċja pieni wara li ġie akkużat li wettaq abbuż sesswali. Kathryn Mayorga ta' 34 sena allegat li l-plejer Portugiż stuppraha f'lukanda ġewwa Las Vegas, lura fl-2009. Min-naħa tiegħu Ronaldo mhuwiex qed jgħid li hu ma ltaqax mal-mara fl-2009. Iżda qed jgħid li dak li sar, sar bil-kunsens tagħha. Qed jiġi rrappurtat li fl-2010, Mayroga u Ronaldo kienu laħqu ftehim barra l-qorti. Iżda għal xi raġuni fl-2018, il-mara ħasset li kellha terġa' tiftaħ il-każ fil-Qorti. Il-Pulizija ta' Las Vegas qalet li ma għandiex biżżejjed evidenza u information li turi li Cristiano Ronaldo huwa ħati għal dan ir-reat. Għalhekk, mhu ħa qed jaffaċċja l-ebda konsegwenzi. Kien il- magazine Ġermaniż Der Spiegel li ppubblika l-ewwel din l-istorja. Dan minkejja li fl-2010, Ronaldo kien ħallas l-ammon ta' $375,000 sabiex allegazzjonijiet bħal dawn ma joħorġux fil-pubbliku. | [
10
] |
L-istat ta' Kalifornja iddikjara stat ta' emerġenza wara li ġiet imħabbra l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus. Biex issa l-Virus Covid-19 ħasad il-ħajja ta' 11–il persuna fl-Istati Uniti. Huwa rraportat li hemm madwar 150 persuna infettata bil-coronavirus fl-istati uniti. Intant mill-bieraħ bdew isiru t-testijiet għall-virus fl-istati uniti kollha. Flimkien ma Kalifornja, hemm ukoll Washington u Florida li wkoll iddikjaraw stat ta' emerġenza. | [
1,
10
] |
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds kellhom tifel. Fl-aħħar sigħat, is-sieħba ta' Johnson welldet tifel fi sptar f'Londra u kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru qalu li kemm l-omm u t-tifel jinsabu tajbin. It-Tnejn li għadda, Johnson reġa' daħal għax-xogħol wara li kien marid bil-Coronavirus u għamel xi żmien fit-taqsima tal-kura intensiva. Carrie Symonds hija l-ewwel mara mhux miżżewġa lill-Prim Ministru Ingliż li qed tgħix f'10 Downing Street. | [
10
] |
Xjentisti skoprew pjaneta li tixbah lid-dinja. Rory Barnes, mill-Università ta' Washington, qal li jekk ir-riċerkaturi ilhom żmien itellgħu u jniżżlu fuq liema pjaneta se jfittxu l-ħajja l-ewwel, din hi. Proxima Centrauri, l-istilla l-iktar qrib ix-xemx , għandha pjaneta. Tiżen daqs id-dinja u għalhekk wieħed jistenna li fuqha hemm il-ġebel. Iktar minn hekk qed jingħad li tinsab f'żona li fiha tista' żżomm il-ħajja għax it-temperatura fil-wiċċ x'aktarx hi bejn 0°C u 100°C. Din l-iskoperta saret waqt dik li qed tissejjaħ "kaċċa għal pjaneti" minn riċerkaturi li kienu fiċ-Ċili u għalkemm il-pjaneta ma rawiex direttament l-eżistenza tagħha tirriżulta mill-effett tagħha fuq l-istilla. M'għandniex xi ngħidu minn issa l' quddiem tibda riċerka liema bħalha għax f'dawn il-każi l-affarijiet mhumiex faċli daqs kemm jidhru meta miktuba. Peró donnu hawn min qed isostni t-teżi li b'din l-iskoperta jaf nirealizzaw darba għal dejjem li m'aħniex waħedna. | [
10
] |
In- National Aeronautics and Space Administration (NASA) mistennija jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn se jħabbru li skoprew xi ħaġa lil hinn mis-sistema solari tagħna. Waqt l-avveniment se jiżvelaw informazzjoni maġġuri dwar dawk li jissejħu exoplanets: pjaneti li jduru madwar stilel oħra u mhux ix-xemx. Ma pprovdew ebda dettalji oħra dwar dak li se jkun żvelat. Madnakollu dejjem kien hemm tama li dawn l-exoplanets joffru ħajja band'oħra. | [
10
] |
Il-President tat-Tażanija qal li se jkun qed jibgħat ajruplan lejn il-Madagaskar biex jimporta xarba magħmula minn ingredjenti naturali bħala prova biex tikkura l-Coronavirus fil-pajjiż. Din hi xarba hi magħmula minn pjanta partikolari – li hi propru s-sors ta' ingredjent li tintuża għall-kura tal-malarja. L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa sostniet li s'issa m'hemm ebda prova li nstabet kura u wissiet lill-pubbliku biex jevita milli jikkura lilu nnifsu. | [
1,
10
] |
L-ambizzjoni taċ-Ċina flimkien bil-programm tal-ispazju li qed jikber b'rata mgħagla qed jimmiraw biex jinżlu fuq in-naħa mudlama tal-qamar sal-2018, u jaslu fuq Mars sal-aħħar tad-diċenju. F'konferenza tal-aħbarijiet li ġiet mtella' mill-aġenzija tal-ispazju fiċ-Ċina stess ddiskutew il-miri li għandu l-gvern Ċinż dwar l-esplorazzjoni tal-ispazju. Beijing qed timmira biex tniedi l-ewwel prova biex jaslu fuq Mars għas-sena 2020 fejn għandhom il-ħsieb li jesploraw lill-istess pjaneta. It-tieni missjoni maħsuba tkun fis-snin ta wara sabiex jiksbu kampjuni tal-pjaneta għal aktar testijiet. | [
10
] |
Il-President-elett Amerikan Donald Trump qal li huwa lest jaħdem mar-Russja u ċ-Ċina, dejjem jekk dawn jikkoperaw. F'intervista ma' The Wall Street Journal, Trump qal li s-sanzjonijiet ġodda imposti fuq ir-Russja se jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' żmien, iżda ladarba jkun hemm koperazzjoni dawn ikunu jistgħu jitneħħew. Trump spjega li l-politika One China, li permezz tagħha l-Istati Uniti ma tirrikonoxxix it-Tajwan, tinsab fuq l-aġenda biex tkun negozjata. Fl-intervista, Trump qal li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja jistgħu jitneħħew jekk Moska tgħin lil Washington fil-gwerra kontra l-estremiżmu Iżlamiku u kwistjonijiet oħra. Dwar Beijing, Trump qal li ċ-Ċina għandha tħalli kumpaniji Amerikani jikkompetu. Sadanittant, kumitat tas-Senat Amerikan se jeżamina l-allegazzjonijiet li r-Russja pruvat tindaħal fl-elezzjoni presidenzjali. | [
10
] |
Serqa marret ħażin f' Shangai fic-Cina fejn żewġ ħallelin pruvaw jisirqu minn ħanut billi jkissru l-faċċata tiegħu. Mill-filmat jidher li din marret ħazin, meta wieħed mill-ħallelin tefa' l-ġebla lil sieħbu meta ma kkalkulax il-ħin sakemm għadda minn quddiem il-viżta tiegħu, bil-konsegwenza li spiċċa fl-art. | [
10
] |
Splużjoni misterjuża f'belt viċin il-belt kapitali Libjana Tripli qatlet minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna. Jidher li din seħħet wara li eskala argument f'ħanut. L-isplużjoni seħħet f'Garabulli, wara li kien hemm ġlied bejn nies tal-lokal u milizzja minn Misrata. Uffiċjali fil-bidu qalu li ħanut tal-munizzjoni sploda, filwaqt li l-BBC irraporta resident jgħid li sploda trakk mimli murtali. | [
10
] |
Wara jiem ta' spekulazzjoni, kien ikkonfermat li l-mexxej tal-Korea ta' fuq, Kim Jong-un żar iċ-Ċina. Iż-żjara kkonfermata miċ-Ċina u l-Korea ta' fuq, tfisser li din kienet l-ewwel żjara ta' Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej seba' snin ilu. Qiegħed ikun irrapurtat li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta' success. Iċ-Ċina hija l-alleat ekonomiku ewlieni tal-Korea ta' fuq u kien mistenni li tikkonsulta ma' Beijing qabel is-summits ippjanati mal-Korea t'isfel u l-Istati Uniti. Kim mistenni jiltaqa' mal-President tal-Korea t'isfel Moon Jae-in f'April u mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump f'Mejju. | [
10
] |
Madwar 80 persuna rrifjutaw li jitilqu minn djarhom f'Chalcots Estate f'Londra fejn 650 propjetà ġew evakwati minħabba raġunijiet ta' sigurtà b'rabta ma' nirien. Il-Kunsill ta' Camden ħa din id-deċiżjoni b'mod immedjat biex jevakwa aktar minn 800 residenza l-Ġimgħa li għadda, iżda diversi persuni rrifjutaw li jobdu din l-ordni. Il-binjiet għandhom materjal simili tal-bini li nħakem minn nirien kbar f'Grenfell. Espert fil-qasam tas-sigurtà sostna li l-evakwazzjoni ma kinitx waħda sabiħa b'madwar 4,000 persuna jitilqu mill-binjiet f'Camden, fejn tpoġġew f'akkomodazzjonijiet, lukandi jew ma' membri tal-familja b'mod temporanju. Iżda minkejja l-periklu, u kif ukoll ir-residenzi temporanji biex titranġa s-sitwazzjoni ta' materjal perikoluż, 83 residenti baqgħu fejn kienu u rrifjutaw li jitilqu. | [
10
] |
Familja sħiħa qed issofri l-konsegwenzi ta' attakk bl-aċtu li seħħ f'Londra. Raġel u mara, ġenituri ta' tifel ta' sentejn, indarbu bit-tifel b'kollox. L-attakk qed ikun deskritt bħala 'horrific' mill-mezzi tax-xandir Ingliżi, u skont Scotland Yard seħħ meta bniedem xeħet aċtu qawwi ħafna lejn il-familja. Fost dawk li marru għall-għajnuna kien hemm membri mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, li kellhom jużaw pajpijiet bl-ilma biex itaffu l-effetti tal-attakk. Ir-raġel sofra ġrieħi li sifgurawh għalkemm mhux fil-periklu li jitlef ħajtu, filwaqt li l-mara sofriet ħruq fi 15% ta' ġisimgħa. It-tifel sofra ħruq f'wiċċu. L-attakk seħħ f'Islington f'Londra, għall-ħabta tas-siegħa ta' wara nofsinhar ilbieraħ. Il-Pulizija qed tappella biex min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt minnufih. | [
10
] |
Grupp ta' Maltin li attendew għall-Kunċert Queen u Adam Lambert fl-O2 Arena f'Londra, ħadu magħhom il-bandiera Maltija li spikkat appena l-kantant Brian May iddeċieda li jagħmel selfie vidjo u dar dawra u wera l-atmosfera f'dak il-mument. Il-banidera Maltija tibda tidher fil-filmat fl-44 sekonda. Il-Kunċert sar fit-13 ta' Diċembru 2017; kunċert li għalih attendew eluf ta' nies. | [
10
] |
Huwa fatt magħruf li l-annimali jipprovdu mħabba mingħajr ma jistennew xejn lura u kif kemm-il darba jferrħuk u jdawrulek il-burdata mil-lejl għan-nhar. Filwaqt li ġieli smajna bi klieb iżuru djar tal-anzjani sabiex iferrħuhom, fosthom anke f'Malta, fi Franza jħallu anke żwiemel iżuru l-anzjani u lill-morda. Filfatt Peyo hu żiemel li għandu 14-il sena fejn darbtejn fix-xahar iżur dawk morda fl-isptarijiet sabiex iferraħhom u jgħinhom f'mumenti diffiċli f'ħajjithom. Flimkien ma' sidu Hassen Bouchakour, Peyo jagħżel liema kamra jrid iżur u b'denbu bil-malji u midluk b'kimika speċjalizzata biex iżomm nadif, idur il-kuruturi tal-isptar sakemm jasal fejn il-kamra li jird hu. Mingħajr ebda biża' mil-lift Peyo jitla' fih u jkompli fi triqtu biex jikkomunika mal-morda. | [
10
] |
Fir-Renju Unit, f'ittra li bagħat f'kull dar il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-affarijiet ħa jmorru għall-agħar, qabel ma jerġgħu jmorru għall-aħjar. Il-Prim Ministru Ingliż li bħalissa jinsab f'iżolament minħabba li huwa infettat bil-Coronavirus qal li ħa jittieħdu aktar miżuri. F'din l-ittra huwa appella sabiex in-nies jibqgħu f'darhom sabiex l-affarijiet ma jmorrux aktar għall-agħar. Fir-Renju Unit, in-numru ta' każi jammonta għal 17,089 każ u 1,019 tilfu ħajjithom b'kawża ta' din il-pandemija. | [
1,
10
] |
Għadd ta' Russi kienu involuti fl-attentat ta' qtil tal-eks spija Russu u t-tifla tiegħu, Sergei u Yulia Skripal. Il-midja barranija qed tirrapporta kif dawn il-persun x'aktarx ġew identifikati minn filmat meħud kameras tas-sigurtà kif ukoll ma' informazzjoni oħra. Aktar kmieni dan ix-xahar, Dawn Sturgess ta' 44 sena tilfet ħajjitha wara li ġiet evvelenata bil-kimika Novichok. Hi kif ukoll is-sieħeb tagħha, Charlie Rowley ta' 45 sena kienu ma jifilħux f'Amesbury f'Wiltshire fejn filwaqt li Dawn tilfet ħajjitha, Charlie jinsab f'kundizzjoni kritika. Il-Pulizija sostnew li x'aktarx iż-żewġ każijiet għandhom x'jaqsmu fejn il-Gvern tar-Renju Unit ta t-tort lir-Russja iżda l-awtoritajiet tar-Russja ċaħdu li kellhom x'jaqsmu ma' dan il-każ. . | [
10
] |
Hibernians FC ħabbru li ħatru lit-Taljan Stefano Sanderra bħala l-kowċ għall-istaġun 2018/2019. Sanderra, li huwa minn Ruma u għandu 51 sena beda l-karriera ta' 27 sena u mexxa diversi timijiet f'pajjiżu fosthom Potenza, Forsinone, Cosenza, Messina U19, Latina Calcio, Salernitana, Catanzaro, Viterbese u Sambenedettese. Mat-tim tal-Aquila rebaħ il-kampjonat tas-Serie D kif ukoll żewġ promozzjonijiet mat-tim ta' Latina. Bħala assistent tal-Coach Taljan, il-klabb ħatar lil Ryan Pulis li minkejja li għadu żagħżugħ diġà kien involut ma' timijiet tal-Premier bħal Tarxien Rainbows FC u Ħamrun Spartans Football Club. Il-klabb ikkonferma lil Mario Muscat bħala Goalkeepers Coach, li bl-esperjenza kbira tiegħu fil-futbol lokali u l-avventura li kellu l-istaġun li għadda meta ġie fdat bit-tmexxija tat-Tim fl-aħħar fażi tal-istagun, se jkun spalla importanti fl-istaff tekniku. | [
15
] |
Id-Dukessa ta' Sussex illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Messaġġ li tella' żewġha, il-prinċep Harry fuq Instagram , ġibed l-attenzjoni ta' ħafna. Fil-messaġġ li bagħat lil martu, il-prinċep Harry awguralha l-isbaħ xewqat, waqt li rringrazzjaha talli nqagħdet miegħu f'din l-avventura. Huma ddeskriveha bħala mara miraviljuża. Illum huwa jum aktar speċjali għal Meghan għaliex barra li għalqet 38 sena, din hi l-ewwel darba li qed tiċċelebra għeluq sninha bħala omm. Is-soltu membri tal-familja Rjali jiċċelebraw għeluq sninhom fil-privat. Żgur li d-dukessi ta' Sussex li se jqattgħu dan il-jum maċ-ċkejken tagħhom Archie. Ritratt: Business Times | [
10
] |
L-uragan li laqat il-Bahamas, magħruf bħala Dorian, ħalla ħames vittmi. Dawn iċ-ċirkostanzi ġew deskritti bħala traġedja storika mill-Prim Ministru tal-Bahamas. L-uragan Dorian ikkawża ħsarat fuq 13,000 dar residenzjali f'Bahamas. Qed jiġi stmat li l-uragan Dorian huwa t-tieni l-aktar uragan li ħalla effetti daqshekk diżastrużi fir-reġjun Atlanitku , dan minħabba li l-veloċità tiegħu laħqet il-280 kilometru fis-siegħa. | [
10
] |
Mal-kosta ta' Kalifornja nstabu 25 katavru wara li dgħajsa nħakmet min-nar. Il-midja qalet li 9 persuni ġew irrapurtati nieqsa, waqt li 5 membri tal- crew salvaw. In-nar beda fis-sigħat bikrijin tat-Tnejn filgħodu, waqt li kienet ankrata ftit metri 'l bogħod mill-gżira ta' Santa Cruz u 145 kilometru mill-Punent ta' Los Angeles. F'konferenza stampa, intqal li meta d-dgħajsa ħadet in-nar, kien hemm 39 persuna abbord. | [
10
] |
Bejn il-Ħamis 11 u is-Sibt 13 ta' Lulju, ġewwa it-trakka tal-kwart ta' mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing . Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad- Drag Racing . Bħalma jiġri kull sena dan ir-rawnd jkun differenti mill-4 l-oħra peress illi isir matul il-lejl hu b'hekk huwa magħruf mad-dilettanti bħala il-kwart ta mil ta' bil-lejl. Il- Brackets intrebħu minn Neil Gauci, Felix Zarb, Billy Lowhing, Conrad Vella, Daniel Micallef, Chris Gauci, Christian Azzopardi, Semira Galea, Dennis Desira u John Martin. Index Class 1 intrebħet minn Luke Mercieca segwit minn Charlton Zammit u Clinton Degiorgio. Index Class 2 intrebħet minn Kevin Gauci, Neil Gauci u Semira Galea. Bracket tal-Muturi intrebħet minn Franklyn Borg. Open Class 3 u Extreme 2 Class intrebħu minn Clint Fenech, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Chris Gauci. CA6 Class intrebħet minn Anthony Vella. Escort Class 2 u Class 3 intrebħu minn Christian Pace. Mario Borg rebaħ l-Open 6 Class filwaqt li il-klassi SM3 intrebħet minn Glenn Caruana. Id-diversi Klassijiet tad-dragsters intrebħu kif ġej; Tyson Debono rebaħ il-klassijiet D4 u D5 filwaqt li Mario Borg rebaħ id-D6, Alan Muscat rebaħ id-DTF Class u Luca Mangion rebaħ il-Junior Dragster. L-aqwa reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta Neil Gauci. Ir-4 rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing ser jittella' bejn il-Ġimgħa 27 u il-Ħadd 29 ta' Settembru. | [
15
] |
Qegħdin jiġu nies, però mhux biżżejjed. Dan saħqu d-Direttur tal-Bank tad-Demm Dr Alex Aquilina, li spjega kif il-ġimgħa li għaddiet, kien hemm iktar minn mitt borża inqas ta' demm minn dak li kien hemm bżonn. It-trasfużjonijiet setgħu jsiru xorta peress li fl-aħħar ġimgħat, f'Mater Dei ma kinux qed isiru operazzjonijiet mhux urġenti, u għalhekk l-użu tad-demm naqas ħafna u kien hemm riżerva tajba. Mistoqsi x'jiġri jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, Dr Aquilina kien skjett. Huwa spjega: "Jekk il-ġimgħa d-dieħla u din il-ġimgħa jerġa' jiġri l-istess, ħa niġu f'sitwazzjoni pjuttost kritika. Għalfejn kritika? Għax hemm pazjenti li għandhom bżonn id-demm, kien hemm pazjenti li ma ħadux id-demm f'dak il-perjodu meta kien kritiku Mater Dei imma dawn ma jistgħux jibqgħu mingħajr demm." Lil min jibża' jmur jagħti d-demm minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, Dr Aquilina fakkru fil-prinċipju bażiku: li fil-Bank tad-Demm imorru biss nies b'saħħithom. Qal ukoll li qed jittieħdu ċertu miżuri ta' prekawzjoni, bħat-teħid tat-temperatura u l-ħasil tal-idejn bl-alkoħol. Għaldaqstant appella biex kull min hu f'saħħtu, imur jagħti d-demm, għaliex is-sitwazzjoni preżenti tista' tħalli riperkussjonijiet koroh ħafna. Dr Aquilina sostna: "Dak li jgħidulu l-worst case scenario, l-agħar li jista' jiġri, li jkun hemm xi inċident – xi ħadd li jkollu bżonn ħafna demm f'daqqa u ma jkunx hemm demm, f'dak il-każ il-persuna tmut jiġifieri jekk xi ħadd jitlef ħafna demm f'daqqa, u kellna inċident riċenti fejn persuna waħda ħa ħafna demm u mnalla kellna stock tajjeb ta' demm – din ġrat il-ġimgħa l-oħra." Fakkar ukoll li hemm bosta operazzjonijiet li, biex isiru, jeħtieġu d-demm. U hekk kif kien qed jgħaddi dan l-appell it-tabib Aquilina, iltqajna ma' Joanne Sammut – li kienet qed tagħti d-demm għall-15-il darba. Hija stqarret: "Fid-dinja qatt ma tista' tkun taf x'ħa tiġi bżonn u naf li jekk jiena b'saħħti bħalissa, għaliex m'għandix ngħin lil ħaddieħor? Jekk tibża' mil-labra, ħares in-naħa l-oħra, in-nurses t'hawnhekk huma taz-zokkor, u m'hemm xejn ta' biża' jew li tweġġa'." | [
1
] |
In-numru ta' imwiet fl-Istati Uniti kawża tal-Coronavirus qabeż il-50,000 persuna. B'hekk l-imxija tal-Coronavirus fl-Istati Uniti hija l-aktar waħda qerrieda fid-dinja. Dan ħareġ minn studju li sar fl-Università John Hopkins. Iktar minn 3,000 persuna tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa u l-Amerka għandha iktar minn 870,000 każ ikkonfermat. Madankollu l-White House qed tisħaq li r-rata ta' mwiet ikkumparatha mal-ammont ta' każijiet hija fost l-inqas fid-dinja. Din l-aħbar waslet wara li partijiet tal-Istati Uniti reġgħu bdew jiftħu wara ġimgħat ta' lockdown. | [
1,
10
] |
Għall-ħabta tan-12:30 p.m. is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet b'rabta mal-aħħar żviluppi tal-imxija tal-Coronavirus. Din il-konferenza tal-aħbarijiet mistennija tixxandar fuq l-istazzjonijiet ONE. | [
1
] |
ONE News jinsab infurmat li t-tifla Taljana ta' 12-il sena li għandha l-Coronavirus ma ġietx fuq titjira tal-Air Malta iżda fuq linja tal-ajru oħra. Dalgħodu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-passiġġieri li kienu fuq l-istess ajruplan ma' din il-familja se jkunu qed jiġu kkuntattjati mill-awtorijiet tas-saħħa. | [
1
] |
Fl-aħħar sigħat, feġġew disa' każijiet ġodda ta' Coronavirus f'pajjiżna minn fost 1,071 test li saru. Biex hekk it-total ta' każijiet mis-7 ta' Marzu, dakinhar li feġġ l-ewwel każ f'pajjiżna issa huwa ta' 477. 13-il persuna oħra fiequ minn dan il-virus, u l-età taħghom tvarja bejn l-20 u s-60 sena. B'hekk it-total ta' persuni mfejqa jlaħħaq it-392, u wara l-aħħar każijiet mfejqa jifdal 81 każ attiv f'pajjiżna. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li l-każijiet l-ġodda jinvolvu diversi persuni li ma kellhomx sintomi iżda nqbadu grazzi għal testjar iżjed qawwi fil-komunità. Dawn huma tliet irġiel Maltin ta' 22, 23 u 30 sena rispettivament u mara Spanjola ta' 21 sena li lkoll ma wrewx sintomi. Każijiet oħra jinvolvu Maltija ta' 19-il sena u raġel ta' 39 sena li nstabu pożittivi f'test li sarilhom qabel operazzjoni skedata. L-aħħar żewġ każijiet fl-aħħar sigħat jinvolvu raġel Malti ta' 18-il sena u mara Maltija ta' 35 sena. Il-Professur Gauci wissiet li l-virus għadu preżenti u din hija evidenti fin-numru ta' każijiet ta' persuni li ma wrewx sintomi qabel ma nqabdu minn testijiet rigorużi fil-komunità. Hija spjegat: "Mill-evidenza turi li jekk persuna ma jkollux sintomi xorta jista' jferrixha lil ħaddieħor. U allura l-enhanced testing u dan huma l-miżuri li dejjem ninkoraġixxu ta' social distancing għax ma tafx ma min tista' tiltaqa'." Il-Professur Gauci qalet ukoll li 14-il persuna qegħdin jieħdu l-kura fl-isptarijiet, bil-kumplament qegħdin jirkupraw id-dar bl-għajnuna tad-dipartiment tal-kura primarja. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika sostniet: "Bħalissa biddilna l-mistoqsijiet li nsaqsu fuq il-111 biex aħna nkunu nistgħu nevalwaw kemm nies daħlu fis-sypmtom checker imma kemm nies għaliex kellhom bżonn ġew jagħmlu t-test." | [
1
] |
It-tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri appella lill-pubbliku biex ma jinġemax fit-toroq jew fil-folol, għaliex inkella jiddispjaċina lkoll. Huwa qal hekk fuq il-midja soċjali fejn appella għar-responsabbiltà lil kull min jaħseb li l-Coronavirus huwa influwenza normali li ma joqtolx, jew li jaħsbu li l-pandemija għaddiet minn Malta. Dr Spiteri sostna li jekk is-sitwazzjoni ma tibqax taħt kontroll, se jiswielna doppju biex nerġgħu nieħdu r-riedni f'idejna. Huwa temm jappella biex kulħadd jimxi mad-direzzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. | [
1
] |
Minn tal-inqas 38 persuna mietu fl-Eġittu wara żewġ attakki mill-Istat Iżlamiku fuq żewġ knejjes tal-Kristjani. Madwar ħdax-il persuna nqatlu fi splużjoni barra l-Knisja ta' San Mark tal-Kopti f'Alexandria. Il-mexxej tal-Knisja tal-Kopti, Papa Tawadros II kien fil-Knisja fil-mument li seħħet din l-isplużjoni. Madwar 25 persuna nqatlu f'attakk li sar aktar kmieni fil-Knisja ta' San Ġorġ tal-Kopti f'Tanta. Huwa mifhum li l-attakki saru minn bombi suwiċida barra l-Knisja. Kelliem għall-Ministeru tal-Intern fl-Eġittu, l-Ġeneral Tarek Atiya, spjega li l-attakk f'Tanta sar fejn l-altar tal-Knisja. Bħalissa għaddejja tfittxija għal aktar splussivi, suspettati li tpoġġew fil-viċinanzi. | [
10
] |
Skola fin-Norveġja qed taffaċċja kritika wara li ħadet tfal ta' ħames snin biex jitgħallmu dwar il-qtil tar-renni għall-ġild tagħhom. Il-kritika dehret fuq is-sit soċjali facebook wara li l-iskola poġġiet ritratti tal-istudenti jħarsu lejn renna maqtula f'għadira demm. It-tfal dehru ukoll jgħinu fil-proċess biex il-ġild tar-renni li ftit qabel raw jinqatlu jinġarr. Il-Kap tal-Iskola, Dag Olav Stolan, spjega li l-għan wara din il-ħarġa kien li t-tfal jitgħallmu dwar is-Sami, li huma grupp ta' nies indiġeni li jgħixu fin-Norveġja u li huma magħrufin għal dan it-tip ta' xogħol. Huwa spjega li huwa mportanti li l-istudenti jitgħallmu minn fejn jiġi l-laħam li jieklu u li se jkompli jorganizza dan it-tip ta' ħruġ. | [
10
] |
Matul l-2017, iċ-Ċina se żżid l-ispiża militari tagħha b'7%. Aħbar li segwiet dikjarazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump, li qal li se jżid l-ispiża tad-difiża Amerikana. Iċ-Ċina ħabbret dan ftit jiem qabel in-National People's Congress f'Beijing. F'dawn l-aħħar snin, iċ-Ċina ħadmet ħafna fl-immodernizzar tal-armati tagħha, hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż kibret sew. Manadakollu, l-investiment fid-difiża taċ-Ċina xorta jibqa' wieħed relattivament żgħir meta mqabbel ma' dak tal-Istati Uniti; għalkemm osservaturi Ċiniżi qalu li l-figura reali tista' tkun ħafna iżjed ogħla minn dik li tħabbret pubblikament. | [
10
] |
Fil-ġurnata li n-Nazzjonijiet Magħquda iltaqgħu f'New York biex jiddiskutu l-kriżi tal-imigrazzjoni, organizaturi fl-Londra poġġew numru ta' ġkieket ta' salvataġġ biex ifakkru kemm immigranti tilfu ħajjithom u l-qagħda mwiegħra li qed jaffaċċjaw. Dawn il-ġkieket ta' salvataġġ fil-pjazza tal-Parlament f'Londra, jirrapreżentaw in-numru ta' refuġjati li tilfu ħajjithom fi triqthom lejn dik li kellha tkun ħajja aħjar. Fosthom 625 li ntużaw minn tfal li kienu qed ifittxu tama aħjar. | [
10
] |
Blokka t'appartamenti ta' 12 -il sular jieħu n-nar f'Manchester. 12 -il grupp ta' membri tal-ekwipaġġ qegħdin f' Joiner Street jippruvaw jitfu n-nirien li ħakmu lil dan il-bini. Apparti dan, 6 ambulanzi qegħdin fuq il-post għal li jista' jkun hemm xi każwalitá iżda s'issa jidher li ma weġġa' ħadd. | [
10
] |
Il-Monasterju Jokhang f'Lhasa, l-iktar tempju importanti tal-Buddiżmu Tibetan, inħakem min-nirien. Filmati li tpoġġew online urew fjammi ħeġin mis-saqaf u kif ukoll dehret pagoda li kważi inqerdet. Il-midja tal-istat Ċiniż qalet li n-nar beda tard is-Sibt u ntefa f'ħin qasir. Dan filwaqt li ma kien hemm l-ebda rapporti ta' fatalitajiet. Għadu mhux ċar kemm hi kbira l-ħsara li saret, bil-midja tgħid li ma saret l-ebda ħsara fuq relikwi kulturali. It-Tempju huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. | [
10
] |
Is-Sibt waranofsinhar it-tim Malti ta' taħt id-dsatax-il sena kiseb dro prestiġjuż ta' 1-1 kontra l-Belġju. Din il-logħba hija valida minn Grupp 6 ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-UEFA ta' taht il-19-il sena. Il-Maltin immexxija mill-kowċ Winston Muscat marru fil-vantaġġ wara 11-il minuta b'awtogowl ta' Brendan Schoonbaert. L-istess plejer Belġjan għamel l-iskor indaqs fil-45 minuta. Fl-aħħar ħinijiet il-gowlkiper Malti wettaq żewġ saves tajba biex żamm ir-riżultat finali ta' 1-1. It-tim Malti jerġa' jkun fl-azzjoni nhar it-Tlieta li ġej għall-aħħar logħba tiegħu kontra l-Litwanja. | [
15
] |
Il-klabb tal-boċċi ta' Ħal Għaxaq rebaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Hekk kif il-bieraħ filgħaxija intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-kampjonat Għaxaq għelbu lit-tim ta' Ħamrun bl-iskor ta' 21 għal 4 biex b' hekk temmew l-istaġun fl-ewwel post b'total ta' 20 punt. Fit tieni post spiċċaw Zebbuġ b' 16 -il punt u St. Peters Zabbar it-tielet b' 14 -il punt. Għaxaq kellhom staġun kbir hekk kif minn total ta' 22 logħba rebħu 20. Ċelebrazzjonijuet kbar fi tmiem il-loghba kontra Ħamrun bil-klabb Għaxqi jiġi pprezentat bit-tazza bħala champions tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-federazzjoni Maltija boċċi. | [
15
] |
Tintemm l-avventura ta' Valletta FC fil-UEFA Ewropa League hekk kif ilbieraħ, fis-Centenary Stadium huma sfaw megħluba minn HŠK Zrinjski Mostar bl-iskor ta 2-1. It-tim mill-Bożnija kwalfikaw b'aggregate ta' 3 – 2 wara li l-ġimgħa l-oħra fl-ewwel leg il-partita intemmet fid-draw ta' 1-1. Valletta FC bdew il-partita tajjeb u kellhom diversi okkażjonijiet fejn setgħu fetħu l-iskor, iżda fil-31 minuta wasal l-goal li tefa' lill-HŠK Zrinjski Mostar fil-vantaġġ, gowl ta' Hrvoje Barisic. L-ewwel taqsima intemmet 1-0. Għaddew biss 4 minuti mil-ftuħ tat-tieni taqsima u HŠK Zrinjski Mostar sfaw jilgħab bi plejer anqas meta tkeċċa għalihom Marin Galic li ġie muri t-tieni karta safra għal foul fuq Matteo Piciollo. Fil-56 minuta loghob Valletta għamlu l-iskor indaqs meta Steve Borg iddepożita l-ballun fix-xibka biex għamel l-iskor 1-1. Għaddew għaxar minuti u HŠK Zrinjski Mostar reġgħu marru mill-ġdid fil-vantaġġ, fejn kellna xutt minn barra il- kaxxa ta' Milos Filipovic, bil- Goalkeeper Bonello jonqos milli ttajjar il-ballun, liema ballun spiċċa fix-xibka ta' Valletta, għal skor finali ta 2-1. | [
15
] |
Il-Malti jgħid: 'Iż-żwieġ dulliegħa' li jfisser li żwieġ ma tafx jekk hux se jġiblek skoss ħlewwa jew xebgħa għawġ. Immaġina tkun qed issuq u tiltaqa' ma' mara tqila qed tiġbed kerettun u fuq il-kerettun hemm żewġha, iż-żewġ ulieda u l-kelb. Min jara xena bħal din jaf jgħid: 'Dik qisha l-mara tiegħi. Hi ż-żiemel li tiġbed 'l familja 'l quddiem'. Per ò jaf hemm min jgħid: 'Ma tarax, jien iż-żiemel, mela l-mara!' Din hi waħda minn għoxrin akkwarell li Paul Caruana qed jesebixxi sal-31 t'Ottubru fil-Palazz De Piro, l-Imdina. Ħinijiet tal-wiri huma bejn 9.30am-5pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn id-930am-8pm is-Sibt u l-Ħadd. Caruana, tnebbaħ għal dix-xena mill-frażi Horse and marriage go together like a horse and carriage. "Meta kont qed inpinġi dan l-akkwarell staqsejt lili nnifsi: 'Fiż-żwieġ, min jiġbed il-piż l-iktar, il-mara jew ir-raġel? Bla dubju dil-mistoqsija jista' jkollha diversi tweġibiet li kollha jkunu tajbin. Imma hi mistoqsija li taf taqla' diversi dibattiti jaħarqu. Kollox jiddependi min kif dak li jkun iħares lejn ħajtu," qal Caruana. Fil-wirja fl-Imdina, imsejħa Ħrejjef ta' Veru/Telltales, Caruana ħoloq sensiela ta' episodji mill-ħajja ta' kuljum li kull ma jmur qed josfru minn ħajjitna. Caruana kapaċi jinżel ifittex fil-minjiera tal-memorji ta' ħajtu bikrija u jistedinna nittawlu lejn kif kienet il-ħajja ta' tfulitu ġo Triq San Ġużepp, il-Belt kif ukoll fir-Rabat u l-Imdina fejn kienu joqogħdu qraba anzjani tiegħu. Fir-Rabat niltaqgħu man-nannu mlaqqam Bufula jbigħ il-ħut fit-triq u ma' mara tbigħ l-isfineġ li omm Paul kienet tixtrilu wara kedda b'tal-linja fl-Imdina. Episodji li joħduna daqs ħamsin sena lura fiż-żmien. "Dawn ix-xeni li pinġejt ġraw tassew imma jistgħu jitqiesu bħala ħrejjef minħabba li għadda tant żmien minn fuqhom u wieħed jinnota l-bidliet li ż-żmien ġab miegħu," qal Caruana. | [
2
] |
Hekk tibda s-sena f'Napli, fin-naħa t'isfel tal-Italja. Hija tradizzjoni fil-pajjiż li n-nar jitla' kollu f'salt bl-iskop li kulħadd ikun qed jiċċelebra mument unit. Sal-lum Napli għadha magħrufa għall-istil tat-toroq tagħha b'ambjent storbjuż u mċaqlaq u anke għall-presepju Naplitan. Hija magħrufa wkoll ghall-festi tradizzjonali bħal San Gennaro fejn id-demm tal-qaddis San Januarius jinħall darbtejn f'sena; f'Mejju u f'Settembru. Jekk dan ma jsirx, il-poplu Naplitan jibża' li se jiġri avveniment mhux pjaċevoli matul is-sena. Bosta Maltin xi darba żaru dan il-pajjiż speċjalment għall-ikel u għax-xiri tal-pasturi. | [
2,
10
] |
F'diversi bliet madwar id-dinja taw bidu għall-2020, fosthom Auckland fi New Zealand. Filwaqt li f'bosta gżejjer li jinsabu fil-Paċifiku, is-sena l-ġdida bdiet madwar siegħa ilu. | [
10
] |
Folol kbar imlew it-toroq tal-kapitali Iranjana, Tehran, għall-funeral tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani, li nqatel f'attakk bi drone mill-qawwiet Amerikani nhar il-Ġimgħa fuq ordni tal-President Donald Trump. Il-Mexxej Suprem tal-Iran Ayatollah Khamenei mexxa t-talb fil-funeral u deher emozzjonat ħafna tul iċ-ċerimonja. Nies jibku u oħrajn imissu t-tebut iddominaw ix-xena tul il-funeral, b'ħafna jkantaw versi li ġejja l-mewt għall-Amerka. Bint Soleimani wissiet lill-Istati Uniti li qed taffaċċja ġurnata mdallma, u lil Trump qaltlu biex ma jaħsibx li għadda kollox wara l-qtil ta' missierha. Fl-età ta' 62 sena, Soleimani kien meqjus mill-Istati Uniti bħala terrorist. Fl-Iran kien meqjus bħala eroj nazzjonali, u kien ikkunsidrat it-tieni l-aktar figura b'saħħitha fil-pajjiż. L-Iran ħalef li jpattiha lill-Istati Uniti għall-mewt ta' Soleimani, u l-Ħadd irritalja meta rtira mill-ftehim dwar il-produzzjoni tal-materjal nukleari. | [
10
] |
Tribunal Ingliż għandu jiddeċiedi jekk il-veganiżmu huwiex twemmin filosofiku bħal xi reliġjon. Dan ġej wara li raġel li jiekol biss ħaxix u affarijiet oħra mhux marbuta mal-annimali ġie mkeċċi mix-xogħol li kellu mal-Lega kontra l-Krudiltà fl-Isport. Il-każ idur dwar kwistjoni fejn Jordi Casamitjana allegatament kixef lill-għaqda li kien jaħdem magħha li skont hu kienet qed tinvesti fondi tal-pensjonijiet f'kumpaniji involuti f'testijiet fuq l-annimali. Min-naħa tagħha, l-għaqda qalet li t-tkeċċija ta' Casamitjana saret minħabba kondotta ħażina. Casamitjana qed isostni li hu ġie mkeċċi minħabba li huwa vegan. Huwa persuna favur ħafna d-drittijiet tal-annimali u fost l-oħrajn jippreferi jimxi flok jaqbad tal-linja biex jevita li l-vettura li jkun fiha ttajjar xi insetti jew għasafar li jkunu għaddejjin. Casamitjana ħadem mal-għaqda favur il-ħarsien tal-annimali u sostna li għarraf lis-superjuri tiegħu bl-allegat investimenti, huma ma għamlu xejn u fil-pront tefgħuh 'il barra. | [
10
] |
Il-Gvern ta' Malta ħatar lill-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier bħala l-ewwel Rappreżentanta Permanenti femminili maħtura minn Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda. Matul il-mandat tagħha fi New York l-Ambaxxatriċi Frazier se tkun inkarigata li tmexxi l-bid ta' Malta għall-elezzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Jekk din tkun ta' suċċess hi tiltaqa' mal-Kunsill tas-Sigurtà li tirrappreżenta lill-WEOG ( Western Europe and Group ) għall-perjodu 2023- 24. Bħalissa l-ET Frazier se tieħu l-kontroll bħala Viċi President tal-Assemblea Ġenerali, kariga li ġiet eletta Malta f'Ottubru li għadda. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela jifraħ lil ET Frazier għall-irwol il-ġdid tagħha u jsostni t-twemmin ta' Malta li tmexxi 'l quddiem l-irwol tan-nisa. Il-Ministru Abela jirrimarka li Malta se tniedi l-bid tagħha għal siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda 2023-2024 f'Ġunju tal-2020. L-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, ir-Rappreżentanta Permanenti l-ġdida ta' Malta għan-Nazzjonijiet Magħqduda, ippreżentat il-kredenzjali tagħha lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres nhar it-Tnejn 6 ta' Jannar 2020 li apprezza l-impenn ta' Malta għall-parità tal-ġeneru. Matul it-tet-a-tet tagħha mas-Segretarju Ġenerali Guterres, it-tnejn iddiskutew l-iżviluppi reċenti fil-Libja fejn l-Ambaxxatriċi Frazier esprimiet t-tħassib tal-Gvern ta' Malta għall-eskalazzjoni tal-vjolenza hemmekk u tenniet il-pożizzjoni ta' Malta li ma tinstab l-ebda soluzzjoni militari għal-Libja. Qalet kif Malta temmen lis-soluzzjoni hi waħda diplomatika u hi enfasizzat l-appoġġ kontinwu ta' Malta għall-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda. Is-Segretarju Ġenerali rringrazzja lill-Ambaxxatriċi Frazier għall-appoġġ kostanti ta' Malta tan-Nazzjonijiet Magħqdua b'mod ġenerali u għall-proċess tal-Libja b'mod partikolari kif ukoll għall-parteċipazzjoni attiva ta' Malta fil-korpi kollha tan-Nazzjonijiet Magħquda. Hija iddikjarat li Malta kellha reputazzjoni qawwija fis-sistema tan-Nazzonijiet Magħquda u li n-nazzjonijiet żgħar għandhom leħen qawwi f'fora multilaterali. L-Ambaxxatriċi Frazier ingħaqdet mas-servizz diplomatiku ta' Malta bħala student diplomatiku fl-1992, u ġiet ikkonfermata bħala l-Ewwel Segretarju fl-1994. Minn dakinhar hija kompliet permezz ta' karigi f'Washington, Ruma, Londra, Brussell u Ruma mill-ġdid kif ukoll bħala sitt snin bħala Direttur għall-Politika tad-Difiża u Aġent Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatriċi Frazier irċeviet bosta premji u premjijiet għall-karriera tagħha, b'mod partikolari r-rwol tagħha fir-rispons umanitarju ta' Malta għar-rivoluzzjoni Libjana fl-2011. Intagħżlet bħala "Woman Inspiring Europe" mill-Istitut Ewropew għall-Ġeneru u rċeviet dekorazzjonijiet mir-Repubbliki ta' Franza, l-Italja u l-Brażil kif ukoll dottorat Honoris Causa mill-Alma Mater tagħha, Luther College, l-Istati Uniti, bħala rikonoxximent tal-kisbiet tal-karriera tagħha. L-aktar riċenti ħatriet preċedenti tal-Ambaxxatriċi tal-ET Frazier kienu fil-Belġju fejn kienet fl-istess ħin akkreditata fil-Lussemburgu u n-NATO u fl-Italja, b'akkreditazzjoni fl-istess ħin għal San Marino u għall-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti bbażati f'Ruma. Is-Sinjura Frazier għandha masters fl-istudji diplomatiċi mill-Università ta' Malta, kif ukoll grad ta' baċellerat fil-ġestjoni tan-negozju u l-Franċiż minn Luther College fl-Istati Uniti. Frazier kienet ukoll membru tat-tim tal-ġudo nazzjonali Malti u anke tat-time tal-ġudo Olimpiku Malti. Hija miżżewġa u għandha żewġt itfal. | [
10
] |
Kmieni dalgħodu, inkwilin li jikri l-propjetà tiegħu rċieva messaġġ li jiswa mitlqu deheb mingħand sid il-propjetà. Messaġġ t'għajnuna u assistenza f'dawn iż-żminijiet ta' sfida. Is-sid iddeċieda li jraħħas il-kirja tal-inkwilin b'350 ewro biex b'hekk issa l-kerrej irid iħallas biss €400 minn €750. Fil-messaġġ sid il-propjetà juri x-xewqa tiegħu li jgħin kemm jista' lill-inkwilin b'din il-miżura temporanja. L-inkwilin irringrazzja lis-sid tal-propjetà u ħeġġeġ lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess. | [
1
] |
Europol wissew li militanti mill-Istat Iżlamiku se jkunu aktar ħarxa fl-attakki tagħhom madwar l-Ewropa, hekk kif qed jiżdiedu l-isforzi biex jinqerdu fil-Lvant Nofsani. It-tattiċi tagħhom jaf jinkludu karozzi-bomba, ħtif ta' persuni u theddid. Madanakollu l-Europol ma enfasizzawx daqstant fuq attakki fuq binjiet ta' importanza massima – bħal ngħidu aħna siti nukleari. Qalu biss li bħalissa l-IS qed jippreferu miri li jistgħu jilħqu ferm iktar malajr. | [
10
] |
Pajjiżna żied il-kapaċità tat-testijiet għall-Coronavirus. Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei, fejn jittieħdu l-kampjuni tat-testijiet li jsiru fuq il-persuni suspettati bil-virus COVID-19, jistgħu jsiru mat-800 test kuljum. Fl-aħħar jiem, il-medja tat-testijiet f'24 siegħa kienet qed tkun ftit aktar minn 600. Id-Deputat Prim Ministru saħaq fuq l-importanza tat-testijiet sabiex jekk ikun hemm nies infettati bil-virus jinqabdu minnufih. | [
1
] |
Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta' għajnuna lil Gvern Malti, permezz tal-bank Malti għall-iżvilupp. L-għajnuna kienet approvata permezz ta' sospensjoni temporanja fir-regolamenti tal-għajnuna mill-istat fil-kuntest tal-pandemija Coronavirus. Fi żminijiet normali, l-istati membri Ewropej huma pprojbiti li jagħtu għajnuna diretta lil xi negozju għad-detriment ta' negozji oħra. Din l-għajnuna qed tindirizza l-likwidità tan-negozji milquta mill-Coronavirus. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna stqarr li din l-għajnuna tikkonsisti minn garanziji li għamel il-bank tal-iżvilupp sabiex in-negozji jkunu jistgħu jibqgħu jissellfu mill-banek. Il-Ministru Scicluna spjega: "Il-Gvern jagħmel għad-disposizzjoni tal-banek garanziji tal-Gvern li jitilgħu għal 350 miljun li bihom il-banek kummerċjali kollha ta' Malta jistgħu jitilgħu fis-self tagħhom b'dawn is-self garantit tal-Gvern sa massimu ta' 780 miljun." Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-proposta Maltija hija konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti. Innotat li l-garanziji se jkopru mal-ħtiġijiet tal-kumpaniji għal futur qrib, li dawn se jingħataw biss sal-aħħar ta' din is-sena, li l-garanziji huma limitati għal massimu ta' sitt snin, u li l-garanziji ma jaqbżux il-livelli previsti. Il-Kummissarju Ewropew għall-kompetizzjoni Margrethe Vestager qalet li l-iskema Maltija ta' €350 miljun se tkun ta' għajnuna biex in-negozji jkollhom kapital u biex ikomplu b'ħidmiethom f'dawn iż-żminijiet diffiċli. Intant il-Ministru Scicluna wiegħed li din l-għajnuna se tkompli tiġi sostnuta fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa saħaq: "Dan huwa l-ewwel pakkett f'dan is-sens, se jkun hemm oħrajn fil-futur ukoll." | [
1
] |
Il-Coronavirus wera biċ-ċar u enfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi jiffukaw fuq l-industriji diġitali u t-teknoloġiji emerġenti biex ifasslu ekonomiji sostenibbli. Il-Ministru responsabbli mill-iżvilupp sostenibbli Carmelo Abela saħaq fuq dan il-punt f'laqgħa diġitali dwar il-Politika għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-OECD. Il-Ministru saħaq fuq il-bżonn li dawn it-teknoloġiji jiġu xprunati mhux biss fid-dinja tan-negozju imma wkoll fi ħdan il-Gvern u fil-ħajja soċjali ta' kuljum. Spjega li l-pajjiżi jridu jħarsu 'l quddiem lejn metodi innovattivi biex jindirizzaw setturi ekonomiċi ġodda għal wara l-imxija tal-Coronavirus. Il-Ministru Carmelo Abela semma l-fatt li Malta, anki jekk pajjiż żgħir b'riżorsi limitati, għarfet il-potenzjal tal-investiment teknoloġiku fis-setturi differenti u ilha tinvesti fl-aġenda diġitali għal numru ta' snin. Huwa stqarr: "Hemm bżonn li naħsbu aktar fuq ekonomija b'mod differenti u ċertament li l-ekonomija diġitali tista' tagħtina dan il-vantaġġ li aħna naħsbu dwar kif l-ekonomija tagħna tista' anki tieħu xejra differenti permezz tat-tħaddim ta' aktar teknoloġiji biex ikollna ekonomija li tkun ibbażata fuq l-ekonomija diġitali." | [
1
] |
Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti għajnuna finanzjarji lill-mezzi tax-xandir minħabba dan il-perjodu tant diffiċli minħabba l-effetti li qed tħalli l-imxija tal-Coronavirus. Dan wara numru ta' laqgħat ma' diversi mezzi ta' xandir f'Malta. Fost il-mezzi tax-xandir li jistgħu jibbenifikaw minn din l-għajnuna hemm dawk il-mezzi ta' komunikazzjoni bħat-televiżjoni, radju, gazzetti u siti tal-aħbarijiet. Din l-għajnuna qed tingħata bil-għan li dan il-mezzi tax-xandir ikunu jistgħu jibqgħu joperaw. Fi stqarrija l-Gvern qal permezz ta' din l-għajnuna qed juri l-impenn tiegħu lejn dan is-settur, dan għaliex hu jemmen li l-mezzi tal-komunikazzjoni huma importanti għad-demokrazija, kif ukoll għodda importanti fit-tisħiħ tal-liberta tal-espressjoni. Il-Gvern irrikonoxxa wkoll ix-xogħol li qed jagħmlu l-mezzi tax-xandir f'dan il-perjodu sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom għand in-nies waqt li huma meħtieġa jibqgħu ġewwa. Intant l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin laqa' l-appoġġ finanzjarju li se jkun qed jagħti l-Gvern. | [
1
] |
"Jien irrid nibqa' ngawdi lill-mummy u lid-daddy u ċert li intom tridu tibqgħu tgawdu lill-għeżież tagħkom". Dan huwa Aidan, tifel ta' 11-il sena li għall-poplu Malti u Għawdxi kellu appell wieħed. Aidan qal li għall-ewwel darba f'ħajtu ra l-iskola tingħalaq u li ma setax jibqa' joħroġ mal-familja u li dawn l-affarijiet dejquh. Iżda Aidian qal li meta beda jara kemm qed jimirdu pazjenti kuljum fehem li hekk kellna nagħmlu. Qal li rrabja meta beda jara familji u ħbieb li xorta waħda baqgħu joħorġu. Qal li dan mhux sew, appella biex nibqgħu ġewwa u nagħmlu l-affarijiet li qatt ma kellna ħin biex nagħmlu. Aidan tenn appella biex nevitaw il-kuntatt u li aktar ma noqgħodu attenti issa, din il-burraxka tispiċċa aktar malajr. | [
1
] |
Fin-12:30pm, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ser tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi tal-COVID-19 f'Malta. Segwi hawn: | [
1
] |
Reġgħu ltaqgħu b'mod virtwali l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-Rappreżentant Għoli, Josep Borrell, biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi b'rabta mal-impatt tal-COVID-19 u t-tisħiħ tal-koperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-istati membri fil-ġlieda komuni kontra din il-pandemija. Il-ministri tkellmu dwar l-ħidma tar-ripatrijazzjoni li permezz tagħha sa issa nġiebu mat-tliet mija u ħamsin elf (350,000) persuna lura lejn l-Unjoni Ewropea, waqt li hu stmat li għad fadal mal-mitejn u ħamsin elf (250,000) ċittadin maqbuda barra. Waqt li sar appell għal aktar koperazzjoni biex ikun faċilitat l-ivjaġġar bejn l-istati membri stess, intqal kif bosta pajjiżi ngħataw sostenn finanzjarju mill-Unjoni Ewropea biex saru 'l fuq minn mitejn (200) titjira ta' ripatrijazzjoni, f'eżempju ċar tas-solidarjetà Ewropea fil-prattika. F'dan ir-rigward, il-ministri esprimew il-ħtieġa li jiżdied l-għarfien dwar il-ħidma li għaddejja fuq livell Ewropew permezz ta' narrattiva strateġika msejsa fuq il-fatti. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Bartolo fisser kif l-aqwa strateġija ta' komunikazzjoni tirriżulta minn solidarjetà sħiħa bejn l-istati membri fil-prattika, u mhux l-egoiżmu li qed naraw bħalissa fil-forniment tal-prodotti mediċi bejn l-istati membri. B'referenza għall- Joint Protection Mechanism , il-Ministru Bartolo sostna li dan il-proċess għandu jiġi aċċellerat biex nassiguraw li t-tagħmir mediku meħtieġ jasal għand is-servizzi tas-saħħa fl-iqsar żmien possibbli. Matul il-laqgħa, il-ministri tkellmu wkoll dwar l-importanza tal-koperazzjoni internazzjonali biex tingħeleb din l-isfida globali, b'mod partikolari b'ħidma mill-qrib mal-Afrika fejn it-tixrid tal-pandemija jista' jkollha impatt serju fuq l-aspett politiku, ekonomiku u soċjali tal-kontinent ġar tagħna. F'dan il-kuntest, il-Ministru Evarist Bartolo tenna l-appell ta' Malta għal assistenza b'saħħitha fil-Libja fejn il-ġlied persistenti qed jimmina l-kapaċità tal-pajjiż li jnaqqas it-tixrid tal-COVID-19, waqt li żdied ukoll ir-riskju ta' żieda fil-migrazzjoni irregolari. Hawnhekk, irrefera għall-importanza li mill-aktar fis possibbli titħaddem l-operazzjoni l-ġdida fil-Mediterran, IRINI, li tnediet riċentament biex filwaqt li timplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, tkisser ix-xibka tat-traffikar ta' bnedmin. Il-Ministru Bartolo temm b'appell lill-istati membri biex jaraw li bastimenti ta' NGOs li qed ibaħħru fil-Mediterran u li jtajru l-bandiera tagħhom, josservaw il-liġi internazzjonali u jfakkruhom fir-responsabbiltajiet tagħhom. | [
1
] |
Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fuq il-profil tiegħu qal li kkomunika mal-Pulizija sabiex jieħdu azzjoni f'Raħal Ġdid ħabba ġemgħa ta' nies li kien hemm quddiem il-BOV. Il-Ministru Camilleri qal li issa hemm il-barrikati li qed jigwidaw il-kju. Il-Ministru appella sabiex "b'daqxejn attenzjoni nieħdu ħsieb xulxin aħjar." | [
1
] |
L-Istati Uniti telqet 'il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta' xaqlib politiku. Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b'xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih. Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b'dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura. | [
10
] |
Tgħanniqa u bewsa bejn żewġ uffiċjali tal-pulizija ġibdet l-attenzjoni tal-bosta matul Pride Parade li saret Londra. Kien propju matul din il- parade li quddiem eluf ta' nies, pulizija saqsa lis-sieħeb tiegħu biex jiżżewġu. Il-filmat ta' dan il-mument inxtered fuq is-siti soċjali Twitter u Facebook li saħansitra rawh aktar minn 14-il miljun ruħ. Bla dubju li din kienet xena ta' tama wara dak il-massakru li rajna f'Orlando. | [
10
] |
Terremot b'forza 6.1 laqgħat il-kosta fin-nofsinhar tal-Awstralja. L-ewwel informazzjoni tindika li kien 15-il km fond. Għadu mhux magħruf hemmx midruba. | [
10
] |
Għal aktar minn sentejn, missier u bint qasmu l-istorja tagħhom dwar kif bidlu s-sess minn omm u iben. Eric Maison, li għandu 39 sena, beda t-transizzjoni b'mod soċjali biex jinbidel u jiġi ta' sess maskili fis-sena 2015, dan wara li bintu Corey ta' 15-il sena bdiet it-trattament tal-ormoni biex issir tfajla. "Il-kuraġġ li għandha Corey għenitni biex naċċetta u noħroġ li jien transesswali," qal Maison li hu residenti f'Michigan. F'Ġunju tal-2016, ABC News tkellem ma' Maison, li dak iż-żmien kien magħruf bħala Erica, u mat-tifla Corey biex taqsam l-istorja dwar l-esperjenza tagħha bħala żagħużgħa transesswali u l-messaġġ tagħha kontra l-ibbuljar. Corey, li dak iż-żmien kellha 14-il sena, twieldet bl-istess isem iżda kienet ta' sess maskili. Corey ġiet identifikata bħala sess femminili minn meta kellha sentejn, Maison spjega f'Ġunju li għadda. Is-sena l-oħra sħab Corey li kienu subien bl-ebda mod ma riedu jaċċettawha, iżda llum l-ġurnata aċċettawha bħala waħda mill-ħbieb tagħhom. Issa Eric Maison, li xorta waħda għadu jirrispondi bħala "ma"allavolja jidentifika lillu nnifsu bħala ta' sess maskili, qed jaqsam l-esperjenza tiegħu bħala transesswali. | [
10
] |
Sitt għaddasa għerqu wara li ppruvaw isalvaw żagħżugħ milli jegħreq il-Malażja. Fil-ħin ta' din it-traġedja, tifel ta' 17-il sena waqa' f'għadira perikoluża waqt li kien qed jistad ma' sħabu. L-Awtoritajiet fil-pajjiż qed jgħidu li l-għaddasa nġarru mal-kurrent u b'hekk, tilfu ħajjithom. Il-ġuvni għadu ma nstabx, u għadha għaddejja operazzjoni ta' tfitxxija għalih. | [
10
] |
Spirtu Olimpiku fil-vera sens tal-kelma; hekk qed jgħidu li għandha l-Amerikana Abbey D'Agostino, li waqfet mill-fażi ta' kwalifikazzjoni fit-tellieqa ta' 5,000 metru sabiex tgħin lill-kompetitriċi tagħha, Nikki Hamblin minn New Zealand. Hamblin sofriet uġiegħ kbir waqt it-tellieqa, u ntelqet mal-art fuq it-track, sakemm laħqitha D'Agostino, li tfixklet fiha u waqgħat hi wkoll, b'konsegwenza li darbet l-għaksa. "Qum, din it-tellieqa rridu nispiċċawha" qalet D'Agostino lil Hamblin, f'mument li seraq qlub ħafna minħabba l-altruwiżmu tal-Amerikana. Ebda minnhom ma kwalifika inizjalment għal finali, iżda kienu s-suġġett ta' ħafna tifħir, tant li l-organizzaturi se jħalluhom bħala finalisti, jekk ikunu b'saħħithom biżżejjed għall-finali ta' nhar il-Ġimgħa. | [
10
] |
Sitt irġiel u minorenni se jkunu akkużati f'Rio de Janiero bl-abbuż sesswali ta' tifla ta' sittax-il sena, filwaqt li ppublikaw ritratti u filmati fuq l-internet. L-investigatur ewlieni fuq dan il-każ bagħtet l-aħħar konklużjonijiet tagħha lill-prosekuturi, fejn talbithom biex ikunu arrestati s-sebgħa li huma. Il-vittma qalet li hija sfat drugata wara li marret għand is-sieħeb tagħha, u qamet f'dar differenti mdawwra minn 33 raġel. Il-każ ħasad lill-Brażil u wassal għal diversi protesti minn gruppi li jaħdmu favur in-nisa. Pulizija li qed tinvestiga l-każ Cristiana Bento spjegat kif l-iżjed evidenza importanti kienet il-mobajl użat biex ittieħed il-filmat. L-inkjesta spjegat kif il-vittma tinsab taħt protezzjoni statali, sfat abbużata f'żewġ inċidenti separati. | [
10
] |
Wara li Emmanuel Macron ingħata mandat ċar, illum ħa l-ħatra bħala l-President il-ġdid ta' Franza biex b'hekk ħa post Francois Hollande li kien ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin. Dan ifisser, li issa Franza għandha l-iżgħar mexxej li qatt kellha minn żmien Napuljun, hekk kif Macron inħatar President fl-età ta' 39 sena. Emmanuel Macron rebaħ l-elezzjoni ġenerali wara d-dagħdigħa bejnu u bejn Marine Le Pen. Huwa jħaddan politika ċentrista filwaqt li Le Pen tħaddan politika tal-lemin estrem. Wara l-ħatra uffiċjali ta' Macron illum il-Ħadd, għada t-Tnejn huwa mistenni li jħabbar Prim Ministru biex ix-xahar li ġej tissokta l-elezzjoni Parlamentari. | [
10
] |
Ben Carter hu tifel ta' 14-il sena li għandu l-awtiżmu u jgħix f'Devon, fir-Renju Unit. Minn meta kellu sentejn, Ben, dejjem xorob minn tazza partikolari li tissejjaħ "Tommee Tippee Sippy Cup", li issa sfortunatament iż-żmien kien jidher fuqha. Sfortunatament il-kumpanija kienet waqfet timmanifattura din it-tip ta' tazza ftit tas-snin ilu, iżda grazzi għal kampanja li nħolqot onlajn minn missier Ben, Tommy Tippee ddeċidiet li mhux talli tagħmel waħda iżda għamlet ħames mitt tazza għat-tifel tiegħu. Ftit tal-ġimgħat ilu Ben poġġa ritratt fuq l-internet fejn ġibed għajn in-nies u ġie "tweeted" fuq Twitter aktar minn 19-il elf darba. Il-kumpanija li timmanifatturhom sabet il-kampanja onlajn u minn hemm bdiet tfittex fabbrika li lesta tagħmel din it-tip ta' tazza bl-istess materjal. Wara tfittxija intensiva irnexxilhom isibu fabbrika u ħadu d-deċiżjoni li lil Ben joħolqulu biżżejjed tazzi biex iservuh għal dejjem. | [
10
] |
Il-MaltaPost kienet qiegħda tiġri aħbar falza li kien hemm 5 pustiera bil-Coronavirus. F'messaġġ li kienet idur fuq il-midja soċjali kienu qed javża lill-pubbliku sabiex joqgħod attent mill-posta għaliex kien hemm 5 postijiet infettati. MaltaPost ċaħdet kategorikament din l-aħbar. | [
1
] |
Id-Direttur tal-FBI James Comey ċaħad l-akkużi tal-President Amerikan Donald Trump li għamel fil-konfront tal-predeċessur tiegħu, meta qal li Barack Obama wettaq spjunaġġ tat-telefonati tiegħu xahar qabel ma ġie elett. Comey talab lid-Dipartiment tal-Ġustizzja fl-Amerka biex jiċħad l-allegazzjonijiet ta' Trump, hekk kif kieku tali allegazzjonijiet huma minnhom, dan ikun ifisser li l-FBI kisru l-liġi. Huwa sostna li m'hemm l-ebda provi li juru li l-allegazzjonijiet ta' Trump huma minnhom. Il-President Amerikan għadu ma provdiex provi għall-allegazzjonijiet li għamel fil-konfront ta' Barack Obama fuq Twitter, fejn qal li l-eks President interċetta t-telefonati tiegħu fl-aħħar kampanja Presidenzjali. | [
10
] |
Usain Bolt, rebbieħ ta' sitt midalji tad-deheb mhux se jkun qed jipparteċipa fil-kampjonat nazzjonali tal-atletika Ġamajkan, dan wara li ħass uġigħ f'saqajh. Il-mediċi spjegaw kif dan l-uġigħ, kien riżultat ta' tiċrita fil-hamstring tax-xellug. Bolt spjega kif wara li l-ġimgħa rebaħ is-semi finali, beda jħoss uġigħ f'saqajh. Huwa stqarr li minkejja din l-injury huwa se jkun qed jittrenja biex ikun jista' jikkompeti fil-logħob ta' RIO. Tlett ġimgħat ilu, Bolt, kiser ir-rekord tad-dinja fejn f' 9.88 sekonda rnexxielu jagħmel 100 metru. | [
10
] |
Il-Pulizija Koreana arrestat raġel resident fil-Korea ta' Fuq b'rabta mal-qtil ta' Kim Jong-nam ħu l-mexxej tal-Korea ta' Fuq Kim Jong-un. L-ewwel persuna mill-Korea ta' Fuq li ġiet arrestata b'rabta ma' dan il-qtil kienet persuna bl-isem ta' Ri Jong Chol, ta' 46 sena. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Pulizija waqqtfet tliet persuni oħra fl-ajruport; raġel mill-Indoneżja, mara mill-Malażja u mara oħra li kellha passaport Vjentamiż. Il-Pulizija qed jissuspettaw li l-aggressur għamel xi tip ta' kimika velenuża ma' wiċċ Kim waqt li kien qed jistenna biex jitla' abbord titjira li kienet sejra minn Kuala Lampur għal Macau. | [
10
] |
Tlett persuni, fosthom żewġt itfal, mietu wara li ntlaqtu f'għonqhom minn spag miksi bil-ħġieġ, li tipikament jintuża biex jittajru tajriet f'Jum l-Indipendenza fl-Indja. It-tfal, li għandhom tlieta u erba snin, kienu qed iħarsu 'l barra minn sunroof ta' karozza li kienu rekbin fiha f'Delhi. Raġel ieħor ta' 22 sena ntlaqat waqt li kien qed isuq ir-rota. Pulizija ieħor weġġa' meta ntlaqat minn żbul simili, li huwa magħruf bħala manja. Il-gvern ta' Delhi projbixxa l-użu ta' dan it-tip ta' żbul, li jidher hawn fir-ritratt, u wiegħed li se jagħmel kampanja biex jeduka lin-nies fuq il-periklu li jġibu magħhom. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.