text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Wieħed minn kull tliet każi ta' dimensja jistgħu jiġu evitati jekk in-nies jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tul ħajjithom. Dan ħareġ minn studju internazzjonali ppubblikat minn Lancet. L-istudju ddentifika disà fatturi li jwaslu għad-dimensja: Telfa ta' smigħ Li ma tispiċċax l-iskola sekondarja Tipjip Id-dipressjoni Nuqqas ta' eżerċizzju L-iżolazzjoni soċjali Pressjoni għolja Obeżità L-istudju jgħid li dawn il-fatturi jikkontribwixxu 35% għad-dimensja. Bl-istudju jżied jgħid li 65% huma fatturi li l-bniedem m'għandux kontroll fuqhom. Dan l-istudju ġie ppreżentat waqt konferenza internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Alzheimers f'Londra. B'24 espert internazzjonali jgħidu li sal-2050, 131 miljun persuna tista' tkun tbati mid-dimensja. Minkejja li s-sintomi tad-dimensja joħorġu aktar tard fil-ħajja, l-istudju jgħid li l-bidliet fil-moħħ ikunu ilhom isiru u jekk wieħed jevità dawn id-disà fatturi jkun jista' jipprevjeni.
[ 10 ]
Li wieħed ikun espost għall-arja mniġġsa jista' jirriżulta f'effetti negattivi fuq l-intelliġenza tiegħu. Studju li sar fiċ-Ċina kkonferma dan, bl-iktar nies f'riskju huma irġiel b'livell edukattiv baxx. L-istudju kien mifrux fuq erba' snin, u iktar minn 20,000 persuna kienu osservati. Ir-riċerkaturi jemmnu bi sħiħ li dan ir-riżultat japplika għal kull pajjiż fid-dinja, hekk kif iktar minn 80% tal-popolazzjoni dinjija hija esposta għall-arja mniġġsa. Għalhekk, l-arja mniġġsa issa qed tissejjaħ 'qattiela inviżibbli' li qed toqtol mas-7 miljun ruħ madwar id-dinja, skont ċifri mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
[ 10 ]
Parukkier ta' 27 sena minn Brighton l-Ingilterra, qed jiffaċċja sentenza ta' ħabs għal għomru talli f'Novembru li għadda, intenzjonalment prova jinfetta bl-HIV irġiel li iltaqa' magħhom fuq l-app Grindr. Huwa jinsab akkużat li ma informax lill-maħbubin tiegħu li kellu virus kif ukoll li uża condoms imbagħbsa. Wara li kienu jqattgħu l-lejl flimkien, Daryll Rowe kien jibgħat messaġġ lill-imsieħba tiegħu li kien jgħid: " Jien għandi l-HIV LOL." Waqt it-tfittxijiet il-pulizija skoprew li Rowe kellu fil-pussess tiegħu kaxxa condoms li kienu mqatta' iżda reġgħu tpoġġew lura fl-ippakkjar tagħhom. Waqt il-proċess kriminali, il-prosekuzzjoni iddeskriviet l-azzjoniet ta' Rowe bħala "kampanja" fejn l-għan tiegħu kien li jipprova jinfetta kemm jista' jkun irġiel fuq perjodu ta' erba' xhur madwar Brighton. Deborah Gold, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Aids iddeskriviet l-aġir ta' Rowe bħala wieħed eċċezzjonali u rari hekk kif it-tixrid tal-HIV normalment isir minn persuni li ma jkunux konxji tal-virus. Wieħed mill-vitmi rrimarka li l-ġenituri tiegħu mietu kawża ta' dan il-virus u wara li sar jaf bil-kundizzjoni tiegħu pprova jagħmel suwiċidju. Barra minn hekk, rapporti psikologiċi indikaw li l-aġir ta' Rowe kien assoċċjat ma' grad ta' rabja vjolenti u sadiżmu. Hekk kif minkejja li kien fuq pleġġ, Daryll Rowexorta pprova jkompli bl-azzjonijiet tiegħu, qed jiġi kkunsidrat bħala riskju għal publiku. Kawża ta' dan, huwa ġie kkundanat sentenza ta' għomor il-ħabs b'minimu ta' 10 snin u 253 ġurnata ħabs – l-ewwel sentenza fl-Ingilterra ta' persuna li pprova jinfetta bl-HIV.
[ 10 ]
Int tuża Twitter? Jekk iva, jinteressak tkun taf li se jinbidlu wħud mir-regoli. Fost oħrajn membri se jkunu jistgħu jżidu l-kontenut ta' tweets tagħhom biex jinkludu stampi u filmati, mingħajr ma jużaw mill-limitu ta' 140 ittra jew simbolu għal kull tweet. Meta wieħed jikteb @ u jżid isem, dan mhux se jkun jgħodd mal-ammont ta' ittri jew simboli. Min juża twitter se jkun jista' jerġa' jagħmel tweet tiegħu nnifsu u jżid kummentarju ġdid. Il-kap eżekuttiv ta' Twitter Jack Dorsey stqarr mal-BBC li l-għan hu li meta n-nies jagħmlu tweet, tkun tagħmel sens. Mistennija wkoll ikun hemm tibdil fil-mod li bih dawk li jużaw twitter jikkomumikaw bejniethom.
[ 10 ]
Se jkun fid-29 ta' Marzu li r-Renju Unit jitlob li jidħol fis-seħħ Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jarah jibda t-triq biex ma jibqax membru. r-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, Sir Tim Barrow, informa b'dan lill-Unjoni Ewropea t-Tnejn filgħodu fejn qal li wieħed għandu jistenna l-ittra ta' May f'dik id-data. Jidher li qabel tibgħat l-ittra May trid tmur l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja. David Davis, li fil-Kabinett ta' May huwa responsabbli minn Brexit, qal li dawn se jkunu l-iktar negozjati importanti għall-pajjiż f'ġenerazzjoni.
[ 10 ]
L-Arabja Sawdija sejħet l-akkużi li ordnat il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsolat ta' Istanbul bħala gidbiet u allegazzjonijiet bla bażi. Iċ-ċaħda tal-Ministru għall-Intern il-Prinċep Abdulaziz bin Saud bin Naif bin Abdulaziz ġiet ħdax-il jum wara li l-ġurnalist l-aħħar li deher dieħel fil-konsolat. BBC qalet li sorsi Torok allegaw li huwa nqatel minn tim ta' aġenti Sawdi. Sors Tork tas-sigurta qal lill-istess karma tal-aħbarijiet qal li uffiċjali għandhom evidenza awdjoviżiva li tipprova l-qtil. L-Arabja Sawdija qalet li l-ġurnalist, kritiku tal-gvern, telaq mill-bini ftit wara li wasal fit-tnejn t' Ottubru.
[ 10 ]
Wasal lejn tmiemu l-vjaġġ rekord ta' ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx. 'Solar Impulse 2' li ilu sbatax-il xahar idur id-dinja, huwa l-ewwel ajruplan li rnexxilu jagħmel dan mingħajr qatra fuel. Issa l-ajruplan telaq bl-aħħar vjaġġ minn Cairo għall-Emirati Għarab Magħquda, il-post fejn beda dan il-vjaġġ. Solar Impulse 2 huwa ajruplan ħafif li jiżen daqs SUV imma għandu l-ġwienaħ twal daqs ta' Boeing 747. B'kollox, il-kaptani Andre Borschberg u Bertrand Piccard, tajjru l-ajruplan għal 35,000 km. Dawn it-tnejn kissru wkoll ir-rekord tal-itwal solo flight mingħajr fuel mill-Ġappun sal-Hawaii f' ħamest ijiem u iljieli bla waqfien.
[ 10 ]
Reġa wasal iż-żmien tant mistenni mill-membri tat-Tarxien Pageant Group li ta kull sena għal dawn l-aħħar 26 sena, kienu attivi bid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Din is-sena, b'kollaborazzjoni mal-Parroċċa u bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, se jkunu qegħdin itellgħu dramm ieħor fil-Pjazza ta' Ħal Tarxien nhar is-16 u s-17 t'April fit-7:45p.m bl-isem ta' Initium, il-Bidu. Fuq kitba ta' Andreas Grech u Daniel Pace, se mmorru lura elfejn sena u se nesperjenzaw il-ħajja u l-mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu. Initium, se jkun qiegħed iressaqna viċin tal-Persuna li kienet ġiet biex tħabbar u twassal il-messaġġ tal-wasla tal-Messija fostna, Ġwanni il-Battista. Naraw il-miġja tat-tnejn li huma li waslitom għal tbatijiet kbar, tbatijiet li wasslu għas-salvazzjoni tal-bniedem. Se ngħixu wkoll il-konflitt li kien hemm bejn Erodi u Martu kontra Ġwanni l-Battista. Sakemm finalment naslu għall-Passjoni tal-imgħallem. Passjoni mwassla b'tant devozzjoni mill-atturi, li tfakkarna fit-tbatijiet tal-Messija u ta' dawk l-aktar qrib tiegħu. Maqsum fuq żewġt Atti, dan id-dramm tal-passjoni huwa tradizzjonali u jżomm ħafna mal-użanzi li kienu jintużaw f'dawk iż-żmienijiet. Biex jiddekora dan kollu, l-organiżżaturi, bl-għajnuna ħabbrika tal-membri voluntiera, jtellgħu stejġ imdaqqas sew li jieħu l-Pjazza kollha minn naħa s'oħra. Stejġ li qiegħed mibni biex idaħħal l-udjenza aktar fl-atmosfera ta' dawn iż-żmienijiet ta' preparazzjoni għall-akbar ġrajja li qatt seħħet. Din is-sena, se jkunu qegħdin jiġu mżanżna Vestwarju ġdid. Bħal kull sena, għal dawn l-aħħar snin, erġajna nvestejna biex, bi studju u reqqa kbira, niżviluppaw il-Vestwarju u nagħmluh awtentitku mal-ilbies ta' dak iż-żmien. Kull sena dan il-grupp jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet lill-udjneza. Saru żviluppi li se tgawdu minnhom intom l-udjenza fejn fl-arena se jkun hemm użu ta' aktar 'heaters' li jilqgħu xi ftit mis-sirda peress li dan id-dramm jsir fuq barra. Li intom tkunu komdi waqt li tkunu qegħdin taraw id-dramm hija prijorita' għalina. Għall-€6 se tkunu qegħdin tesprejenzaw dan id-dramm mtellgħa 'Live' u b'aktar minn 100 attur kollha ħerqana biex iwasslulkom dan il-messaġġ tant speċjali. Apparti l-atturi hemm aktar minn 30 persuna wara l-kwienti li jaraw li kollox imur sew u kif mistenni. Għal aktar informazzjoni fuq dan id-dramm, Initium, jew biex tużaw l-'Online Booking' u tirriservaw postkom, tistgħu żżuru il-paġna uffiċjali ta' Facebook taħt l-isem Tarxien Pageant Group jew tistgħu ċċemplulna fuq 79998206. fuq 79998206.
[ 2 ]
Fi stqarrija tal-gvern tan-Niger, intqal li l-iġsma ta' 34 immigrant, għoxrin minnhom tfal, instabu fid-deżert tas-Sahara viċin il-fruntiera mal-Alġerija. Huma nstabu fil-belt żgħira Assamakka. Il-Ministru tal-Intern qal li jidher li huma mietu bl-għatx wara li kienu abbandunati minn traffikant. Qal li disgħa mill-adulti kienu nisa u ħamsa kienu rġiel. Tnejn mill-vittmi kienu identifikati bħala Niġerjani, filwaqt li għadha mhix magħrufa n-nazzjonalita tal-oħrajn.
[ 10 ]
Nicolas Hulot, il-Ministru għall-Ambjent Franċiż, ħabbar li se jirreżenja mill-Parlament f'intervista fuq ir-radju. Fl-istess intervista, Hulot ammetta li l-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Philippe Philippe ma kinux jafu b'din id-deċiżjoni qabel ma ħabbarha f'intervista diretta. Żied jgħid li lanqas martu stess ma kienet taf b'dik li kellha tkun l-iktar deċiżjoni diffiċli ta' ħajtu. Huwa qal li r-raġuni għal din id-deċiżjoni kienet għaliex ħassu li kien l-uniku membru tal-Gvern Franċiż li kien qed jiġġieled kwistjonijiet ambjentali.
[ 10 ]
Attakki fuq l-internet nhar il-Ġimgħa affetwaw aktar minn 200,000 persuna f'150 pajjiż. Dan wissieħ il-kap tal-Europol Rob Wainwright, għalkemm għad m'hemmx lista ta' dawn il-pajjiżi. L-agħar li ntlaqtu kienu r-Russja u r-Renju Unit. Wainwright wissa li d-dinja qed taffaċċja theddida li dejjem qed tikber, u hemm possibiltà ta' aktar attakki simili nhar it-Tnejn li ġej. L-attakk seħħ permezz ta' virus li ħakem il-files tal-individwi u talab pagamenti. Esperti qed iwissu biex kumpaniji jiżguraw li għandhom sistema ta' sigurtà tajba. Il-Europol qed tgħid li l-attakk huwa bla preċedent u li qatt ma raw xi ħaġa bħalha fl-istorja. Ħafna mill-vittmi huma negozji u korporazzjonijiet kbar. Aktarx li aktar minn persuna waħda huma responsabbli għal dan l-attakk, u l-Europol qed taħdem mal-US Federal Bureau biex tipprova tindentifika lil dawk responsabbli.
[ 10 ]
Investigaturi Indoneżjani qalu li l-ajruplan tal-linja tal-ajru Lion Air li ġġarraf ix-xahar li għadda u ħalla mejta 189 persuna, ma kienx fi stat li jopera titjiriet. Rapport preliminari sab li kienu ġew irrappurtati problemi tekniċi dwar dan l-ajruplan f'numru ta' titjiriet oħra. Irrimarka li jidher li l-linja tal-ajru ddeċidiet li tkompli topera t-titjiriet b'dan l-ajruplan minkejja li kienet taf li kellu xi problemi. L-ajruplan tat-tip Boeing 737 Max iġġarraf fil-baħar Java fid-disgħa u għoxrin t'Ottubru ftit wara li telaq minn Jakarta.
[ 10 ]
Għaxar traffic lights f'Melbourne, l-Awstralja nbidlu. Dan hekk kif il-figura ta' raġel li normalment naraw fuq dawl aħmar u dawl aħdar meta wieħed juża t-traffic lights biex jaqsam, nbidlu fil-figura ta' mara. Dan bħala parti minn inizjattiva favur l-ugwaljanza li ġiet introdotta din il-ġimgħa, ftit jiem qabel Jum il-mara. Intqal li dawn is-simboli fis-soċjetà qed ikomplu jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi fis-soċjetà u jsaħħu l-mentalità żbaljata li n-nisa huma inferjuri għall-irġiel. Iżda minkejja li din kienet inizjattiva favur aktar ugwaljanza, xorta waħda rċiviet kritika hekk kif fi kliem numru ta' Awstraljani, hija diskriminatorja li wieħed jassumi li l-figura tal-mara għandha tkun waħda li turi figura b'libsa. Dawn it- traffic lights se jkunu installati għal tnax-il xahar iżda l-kumitat qed għandu l-għan li jagħmel dan it-tibdil wieħed permanenti.
[ 10 ]
Dawn ir-ritratti juru l-ewwel ġurnata ta' xogħol għal dawn il-ġriewi – iżda minkejja li huma ċkejknin il-missjoni ta' dawn il-klieb hija waħda kbira u importanti. L-irwoli tagħhom ivarjaw minn klieb tal-pulizija, klieb tal-militar, klieb li se jkunu qed jassistu f'każijiet ta' nirien filwaqt li oħrajn se jkunu qed iservu ta' gwida għal persuni nieqsa mid-dawl u dawk neqsin mis-smigħ flimkien ma ġriewi oħra li l'quddiem se jkunu qed joffru assistenza medika u assistenza lil persuni b'diżabilità. Il-maġġoranza tal-klieb huma tar-razza Golden Retriever u Golden Sheperd għaliex huma magħrufin għal kemm huma kapaċi jitgħallmu. Is-sens tax-xamm ta' dawn il-klieb huwa 50% aktar minn dak tal-bniedem, li jgħin lil dawn il-klieb biex jassistu lil ħaddiema fid-dipartiment tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili. Għad-differenza ta' ħwejjeġ oħra li nlibbsu lill-annimali tagħna, dawk li jilbsu dawn il-klieb hija l-uniformi tagħhom. Liema uniformi permezz tagħha persuni oħra jindunaw li l-kelb għaddej b'ħidma importanti. Wieħed irid jiftakar li m'għandux ikellem, jagħti ikel jew imiss lil klieb li jkunu qed jagħtu servizz hekk kif dan jaf jaffettwa l-operazzjoni li jkunu qed jaħdmu fuqha. Dawn ir-ritratti juru sensiela ta' klieb minn madwar id-dinja, fl-ewwel ġurnata ta' servizz tagħhom:
[ 10 ]
Arjuplan tal-għamla A Boeing B-17G Flying Fortress waqa' hekk kif kien jinsab fi triqtu lejn l-arjuplan Locks-Bradley International f'Windsor. Dan l-arjuplan kien wieħed minn 8 arjuplani ta' dan it-tip li għadhom itiru. L-arjuplan telaq għall-ħabta tal-09:45 ħin Ingliż. Wara ftit hu dar lejn in-naħa tal-lemin. Ħames minuti wara għamel kuntatt mat-torri ta' kontroll Bradley Tower sabiex jillandja. Iżda kkraxxja ftit wara.
[ 10 ]
Il-Kummissjoni Ewropea m'aċċettatx il-baġit tal-Italja, xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja tal-Unjoni Ewropea. Jidher li l-Kummissjoni Ewropea għamlet dan għaliex kienet imħassba bid-dejn li diġà għandu l-pajjiż minkejja li l-Italja hija t-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona ewro. Issa l-Italja għandha tliet ġimgħat ċans biex tipproponi baġit ġdid lil Brussell, wara li l-kopja li ntbagħtet mill-Gvern Taljan fl-aħħar jiem kien deskritt bħala dokument li ma mexiex mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.
[ 10 ]
Il-Kolombjani qed jivvutaw f'elezzjoni presidenzjali pjuttost diviżiva li wasslet għal biża li min jirbaħ jaf ixekkel ftehim ta' paċi mar-ribelli tal-Farc. Fl-ewwel elezzjoni mindu l-ftehim kien iffirmat fl-elfejn u sittax, il-votanti se jiddeċiedu fuq min se jieħu post il-President Juan Manuel Santos, li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi. Il-kandidat li jinsab fuq quddiem huwa Ivan Duque, li wiegħed li jbiddel il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' paċi u jitfa l-ħabs lill-eks ribelli tar-reati tagħhom. Dan filwaqt li Gustavo petro, li jinsab wara Duque, qal li se jirriforma l-politika ekonomika u jerġa jqassam il-ġid mingħand is-sinjuri għal għand il-foqra.
[ 10 ]
Il-Premju Nobel fil-Fiżika għal din is-sena ingħata lil xjentista mara, għall-ewwel darba f'55 sena. Donna Strickland, mill-Kanada, hija t-tielet mara li qatt rebħet dan il-premju, wara Marie Curie fl-1903, u Maria Geoppoert-Mayer, fl-1963. Il-Premju jirrikonoxxi sejbiet riċenti fil-qasam hekk imsejjaħ laser physics , u l-valur tiegħu huwa stmat li jlaħħaq €866,370.
[ 10 ]
Il-Premju Nobel għall-Paċi ta' din is-sena ngħata lill-Prim Ministru Etijopjan, Abiy Ahmed. Huwa ngħata dan il-premju prestiġġjuż għall-isforzi tiegħu biex tinkiseb il-paċi bejn l-Etipoja u l-Eritrea. Il-ftehim ta' paċi bejn iż-żewġ pajjiżi ntemm wara 20 sena ta' kunflitti militari dwar il-fruntiera. Total ta' 301 kandidati kienu nnominati għal dan il-premju, inkluż 223 persuna u 78 organizzazzjoni. Il-Prim Ministru Ahmed ġie msemmi bħala r-rebbieħ tal-100 premju Nobel għall-Paċi f'Oslo, fejn se jirċievi l-premju f'Diċembru li ġej.
[ 10 ]
Yulia Skripal – it-tifla tal-Eks Spija Russu u li kienet miegħu meta hija ġie ivvalenat inħarġet mill-Isptar. Il-mara ta' 33 sena inħarġet mill-Isptar ta' Salisbury it-Tnejn iżda missiera Sergei ta' sitta u sittin sena inżamm fl-Isptar dan kif il-progress ta' fejqan huwa ferm inqas mgħaġġel minn ta' bintu. Madankollu t-tobba qed jgħidu li dan mhux ser idum ma' joħroġ mill-Isptar. Il-bint u l-missieri ittieħdu l-Isptar fl-erba ta' Marzu wara li huma kienu esposti għal sustanza tossika, filfatt huma kienu nstabu mitlufa minn sensijom fuq bank f' Park fiċ-Ċentru ta' Salisbury. Mill-Isptar inħareġ ukoll is-Surġent tal-Pulizija li ta l-ewwel għajnuna lill-vittmi dan wara li wkoll kien espost għal din is-sustanza tossika msejjħa Novchok.
[ 10 ]
Grupp ta' ħidma internazzjonali li jikonsisti f' 23 xjentist ġew msejħa mill- Aġenzija Internazzjonali għar -Riċerka dwar il-Kanċer biex jevalwaw jekk ix-xorb ta' xarbiet jaħarqu jistawx jikkawżaw il-kanċer. Il-Grupp ta' ħidma appuntat ikonkludew li l-konsum ta' xorb jaħraq probabbilment jikkawża kanċer fl-esofagu li huwa magħruf aħjar bħala l-pajp tal-ikel. Id-Direttur tal- Aġenzija Dr Christopher Selvaġġ spjega li "Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu li t-temperatura iżjed milli x-xorb ikunsmat huwa wieħed mill-fatturi li jwassal għal kanċer esofagali."
[ 10 ]
Minn għada jibda' jiltaqa' l-kumitat magħmul minn stakeholders ewlenin fl-industrija tat-turiżmu b'rabta mal-Coronavirus COVID-19. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur qiegħed jissorvelja kontinwament l-aħħar żviluppi fir-rigward tat-tixrid tal-coronavirus, f'konsultazzjoni sħiħa mal-Kumitat Operattiv tal-Gvern Ċentrali. Filwaqt li lokalment mhemm l-ebda raġuni għall-allarm u s-sitwazzjoni tibqa' waħda taħt kontroll u mingħajr każijiet irrappurtati, huwa prudenti li nibqgħu viġilanti f'termini ta' moniteraġġ u fi stat ta' tħejjija. Bla dubju l-Ministeru hu konxju li s-sitwazzjoni tista' titlob għal deċiżjonijiet li jħallu impatt fuq l-ekonomija lokali, b'mod partikolari l-ivvjaġġar u l-industrija tat-turiżmu. F'dan il-kuntest, il-Ministeru jqis li għandu jkun proattiv u mhux reattiv, u għaldaqstant qed jgħaqqad il-forzi kollha fi ħdan il-Ministeru biex flimkien mal-istakeholders ewlenin fl-industrija jkun hemm azzjoni aktar koordinata fil-miżuri reattivi. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur stieden stakeholders ewlenin biex jiffurmaw parti minn Kumitat ta' ħidma ta' livell għoli fi ħdan il-Ministeru li se jiltaqa' mal-ewwel minn għada. Il-Kumitat hu magħmul minn numru ta ' stakeholders interni u esterni u g ħ andu l-irwol li jiddiskuti u jirrakkomanda azzjonijiet me ħ tie ġ a f'konsultazzjoni mal- a wtoritajiet kkonċernati.
[ 1 ]
Il-pulizija fit-Tajlandja għaddejja bi tfittxija f'tempju influwenti biex ikun arrestat il-kap tal-patrijiet, li huwa mfittex fuq akkużi ta' koruzzjoni. Huwa qed ikun akkużat b'misapproprjazzjoni ta' fondi mit-tempju Dhammakay u ħasil ta' flus. Għal xhur sħaħ, ir-raġel ta' tnejn u sebgħin sena baqa fit-tempju, li jinsab fit-Tramuntana ta' Bangkok. Huwa dejjem tenna li ma kienx f'saħħtu, bil-għan li ma jkollux għalfejn jidher quddiem l-uffiċjali. Flimkien mas-segwaċi tiegħu, dejjem ċaħdu l-allegazzjonijiet, filwaqt li sostnew li kienu motivati politikament.
[ 10 ]
Madwar 26 għoxrin persuna mietu waqt irvell li dam erbatax-il siegħa f'ħabs fil-Brażil. Sorsi tal-BBC qalu li ċ-ċifra ta' mwiet riveduta hija tliet darbiet iktar minn dak irrapportat fil-bidu, numru li mistenni jkompli jiżdied. L-irvell qam is-Sibt wara nofsinhar bejn membri ta' gruppi rivali fil-ħabs Alcacuz. Uffiċjali tal-ħabs spjegaw li uħud mill-vittmi ta' din il-ġlieda spiċċaw bla ras. Gruppi forensiċi qalu li l-maġġoranza tal-vittmi kellhom parti minn ġisimhom maqtugħ, filwaqt li diversi iġsma ntefgħu f'foss. Għadu mhux magħruf jekk uffiċjali tal-ħabs jew staff tal-pulizija weġġgħux fl-inċident.
[ 10 ]
L-iPhone tiegħek naqsitlu l-effiċjenza u taħseb li għandu problemi fil-batterija? Issa tista' tikkonferma li d-dubji tiegħek huma verità hekk kif il-kumpanija rinomata Apple ħarġet b'apoloġija wara li kienet qed taffaċċja skrutinju kbir rigward għajdut li l-kumpanija nnifisha kienet qed tnaqqas l-effiċjenza ta' mudelli antiki tal-iPhone. Fl-apoloġija tagħhom, Apple tennew li dan qed jagħmluh sabiex itawlu l-ħajja tal-iPhones wara li nnutaw kif il-batteriji maż-żmien ma setgħux ilaħħqu mad-domanda tas-sistema. B'konsegwenza ta' dan, huma implementaw sistema aġġornata li tgħin tnaqqas l-effiċjenza tal-iPhone biex b'hekk il-batterija tkun tista' tlaħħaq mas-sistema. Kienu ħafna, li minkejja l-apoloġija tal-kumpanija, tennew li l-kumpanija għamlet dan sabiex il-klijenti jirrikorru għall-mudell iktar ġdid tal-iPhone speċjalment issa li ħarġu l-iPhone 8, 8+ u l-iPhone X.
[ 10 ]
L-inkwiet ta' kull sid ta' qattus fi żmien il-Milied hu li jispiċċa bis-siġra tal-Milied żarmata jew aktar minn hekk jispiċċa mingħajrha. Dan hekk kif kull min għandu qattus jew aktar minn wieħed jaf kemm is-siġar tal-Milied jinżlu għasel mal-qtates. Kien proprju għalekk li l-kumpanija Argos nediet 'nofs' siġra. Dan hekk kif filwaqt li s-soltu s-siġra tal-Milied tkun tibda bil-friegħi tas-siġra jaslu sal-art, din is-siġra tibda min-nofs bil-kumplament ikun iz-zokk tas-siġra. Dan sabiex jekk kellek xi qattus jew forsi annimal ieħor li kien iħobb jiddendel mas-siġra jew forsi jneħħi t-tiżjin minn magħha, b'siġra bħal din ma jkunx jista' jilħaq. Is-siġra hi waħda artifiċjali u tista' tintrama b'mod faċli fejn qed tinbiegħ għal £33.33.
[ 10 ]
"Faxxisti li jfakkruni fin-Nazzisti" – Dan kien kliem il-President Tork Recep Tayyip Erdogan, liema kliem uża biex jiddeskrivi lill-Olandiżi. Dan b'reazzjoni għal kwistjoni diplomatika li kompliet teskala bejn it-Turkija u l-Olanda. Kwistjoni dwar dimostrazzjoni li tħassret f'Rotterdam. Matul il-ġurnata tas-Sibt, il-Gvern Olandiż irrifjuta li joħroġ il-permess biex il-Ministru għall-affarijiet barranin tat-Turkija, Mevlut Cavusoglu, jinżel fil-pajjiż. Huwa kien mistenni li jindirizza dimostrazzjoni, biex iċ-ċittadini jivvotaw favur aktar poteri għal Erdogan. Iżda l-permess għal din id-dimostrazzjoni ġie rrifjutat.
[ 10 ]
Il-kandidat Republikan Donald Trump sejjeħ lil Hillary Clinton 'xitan'. Meta tkellem waqt dimostrazzjoni f'Pennsylvania, Trump attakka lil Bernie Sanders għax jemmen li ċeda għal Clinton fil-ġirja bejn id-Demokratiċi. Sadanittant Trump innifsu jinsab taħt baraxx ta' kritika wara l-kummenti tiegħu dwar il-ġenituri ta' suldat Musulman li tilef ħajtu jissielet f'isem l-Istati Uniti fl-Iraq. Dawn il-ġenituri tkellmu waqt dimostrazzjoni tad-Demokratiċi, u minn hemm bdiet sensiela ta' tgħajjijr u kritika minn naħa ta' Trump. Fi żviluppi oħra, il-biljunarju Amerikan Warren Buffett sfida lil Trump jippublika d-dokumenti li juru l-ħlasijiet tat-taxxa.
[ 10 ]
Wara li matul l-istaġun li għadda tal-MOTOGP is-sewwieqa rivali Valentino Rossi tal-Yamaha u Marc Marquez tal-Honda kienu ġġieldu u ma baqawx jitkellmu tant li lanqas iħarsu għajn f'għajn, lbieraħ reġgħu ġeddew il-ħbiberija tagħhom. Wara tellieqa qalila f'Katalunja, maħsuda wkoll bit-telfa tas-sewwieq Luis Salom, iż-żewġ sewwieqa ħadu b'idejn xulxin wara li Rossi daħal fl-ewwel post u warajh Marquez. Rossi qal, "Meta jiġru affarijiet bħal dawn (il-mewt ta' Salom), l-affarijiet iż-żgħar jiġu rrelevanti". Marquez żied jgħid li dan kien tmiem il-ġimgħa iebes għal dan l-sport, li għen sabiex is-sewwieqa jingħaqdu u għalhekk li jien u Valentino erġajna tkellima". Fil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti it-tnejn stqarru li ser ikunu qed jaħdmu sabiex din ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ.
[ 10 ]
Fil-kapitali tal-Kazakistan, Astana, bdew taħdidiet ġodda ta' paċi biex iwasslu għat-tmiem tal-kunflitt fis-Sirja. Dawn il-laqgħat qed jitmexxew mir-Russja u l-Iran li qed jappoġjaw il-Gvern Sirjan u fuq in-naħa l-oħra t-Turkija li qed tirrapreżenta lir-ribelli. Għall-ewwel darba d-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni hija komposta minn rappreżentanti tal-gruppi armati. Dan iżda ma jfissirx tmiem il-kunflitt, bir-ribelli jgħidu li għad ma kien hemm negozjati diretti mal-Gvern Sirjan. L-aħħar taħdidiet formali bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern kienu sospiżi fil-bidu tal-efejn u sittax, b'dawn in-negozjati kienu mmexxija mill-Ġnus Maqgħuda. Iktar minn tlett mitt elf inqatlu bi ħdax il-miljun oħra jaħarbu mill-pajjiż minn meta beda l-kunflitt imdemmi.
[ 10 ]
Rebecca Hernandez u l-eks raġel tagħha Frankie żżewġu fl-2012, u ftit wara kienu addottaw kelb bl-isem ta' Apollo. Hernandez spjegat kif Apollo kien kelb vera mqareb, u li kull ħin u kull mument dejjem kien isib x'jagħmel. "Iżda," kompliet tgħid, "joffri ħafna mħabba u jiġi spuljat ħafna minn kulħadd f'ħajtu." Iżda ftit wara li żżewġu, il-koppja ma bdewx jaqblu. Ħaġa ġġib oħra u spiċċaw infirdu u ilhom madwar sentejn. Iżda għalkemm ma baqgħux jgħixu flimkien, għadhom s'issa ma ħadux id-divorzju u dan kollu minħabba Apollo. "M'għandniex relazzjoni faċli. Għadna nħobbu lil xulxin u meta Frankie jiġi jżur lil familtu, jiġi għandi jara lil Apollo u saħansitra jibgħatlu rigal ta' kull sena għal għeluq sninu," qalet dan Hernandez. Din is-sena Hernandez iddeċidiet li taqsam din l-istorja fuq l-internet, billi poġġiet ritratt ta' Apollo flimkien mal-kartolina li rċieva, u f'temp ta' ftit ħin kulħadd beda jaqsam din l-istorja ma' sħabu, fejn kulħadd beda jħeġġiġhom biex jerġgħi jingħaqdu flimkien. Kien għal dan li hi rrispondiet "Bqajna ċċassati bl-ammont ta' messaġġi li rċevejna. Issa nargħu x'effett se tħalli din l-esperjenza fuq ir-relazzjoni tagħhna. Ma tistax tgħid."
[ 10 ]
Il-karattru Ġappuniż ferm popolari, Sailor Moon, se tkun fuq missjoni differenti; dik li tiġġieled kontra l-mard trasmess sesswalment. L-eroj flimkien ma' min ħoloqha, Naoko Takeuchi, ingħaqdu flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa, Xogħol u Benesseri biex titnieda kampanja pubblika. Uffiċjali qalu li jridu joħolqu aktar kuxjenza dwar iż-żieda ta' mard bħall-HIV u syphilis fost in-nisa Ġappuniżi żgħażagħ. Kondoms u kif ukoll fuljetti ta' din is-suldat tant gustuża se jiġu mqassma f'diversi postijiet madwar il-Ġappun. Fi stqarrija uffiċjali ingħad li din il-kampanja tnediet bil-ħsieb li jkun hemm żieda fil-prevenzjoni, li l-mard jinstab fl-ewwel stadju tiegħu u li jkun hemm trattamenti għall-STIs. Il-motto popolari ta' Sailor Moon inbidel ukoll minn "In the name of the moon, I will punish you!" għal "If you don't get tested, I will punish you" biex jintuża għal ma' din il-kampanja. L-anime u l-manga tiddomina ħafna aspetti tal-kultura Ġappuniża u bosta mill-karattri tagħha jintużaw ta' spiss għal diversi kampanji u kif ukoll prodotti.
[ 10 ]
22 persuna tilfu ħajjithom u mad-59 oħra indarbu wara bomba suwiċida li seħħet tard it-Tnejn filgħaxija f'Machester Arena fl-Ingilterra. Fl-Arena kienu għadhom kemm intemmu l-aħħar noti tal-kantanta famuża Ariana Grande hekk kif eluf kienu preżenti jaraw dan il-kunċert. Eluf li uħud minnhom kienu Maltin. Fuq Twitter il-Prim Ministru ta' Malta qal li huwa informat li kien hemm il-Maltin fil-kunċert ta' Manchester u li minn informazzjoni li għandu sa issa ma jidher li ma ndarab ħadd minnhom. ONE.COM.MT tkellem ma' xhieda fuq il-post li spjegaw li semgħu splużjoni kbira fi tmiem il-kunċert fuq barra tal-arena f'Manchester. Liema splużjoni ħolqot paniku sħiħ fost dawk preżenti. Fil-fatt is-sigurtà ta' Manchester żdiedet sew, b'mijiet ta' Pulizija jinsabu fit-toroq biex jipproteġu lir-residenti u t-turisti. Huwa mifhum li kien raġel waħdu li wettaq dan l-attakk u li miet fl-isplużjoni. Fost dawk mejta kien hemm ukoll tfal.
[ 10 ]
Michael Flynn, dak li qed jagħti pariri lil Donald Trump dwar sigurtà nazzjonali, irriżenja. Il-White House ħabbret li rriżenja minħabba kuntatti li għandu mar-Russja. Qed ikun allegat li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mal-ambaxxatur Russu, qabel Trump sar President. Qed jingħad ukoll li żgwida uffiċjali tal-Gvern dwar din il-konverżazzjoni li kellu. Hu mifhum li Flynn issa huwa vulnerabbli għal theddid mir-Russja. Huwa illegali għal ċittadini iprivati li jagħmlu diplomazija f'isem l-Istati Uniti, u l-każ seħħ qabel Flynn inħatar.
[ 10 ]
Dik li kellha tkun l-isbaħ ġurnata ta' ħajjitha, għal din it-tfajla nbidlet fi traġedja hekk kif l-għarus tagħha tilef ħajtu fuq l-ajruplan li ġġarraf. It-tieġ tal-koppja kellhu jkun il-Ġimgħa iżda minflok il-Ħadd kienet preżenti għall-aħħar tislima lill-imħabba ta' ħajjitha. Dener Assuncao Braz kien wieħed mill-plejers tat-tim Brażiljan Chapecoense. Din it-tfajla kienet ilha f'relazzjoni ma' Dener għal seba' snin u ma tistax temmen kif ħajjitha nbidlet mill-lejl għan-nhar. "Meta smajt l-aħbar, qalbi waqfet bħal donnu ħassejt id-dinja taqa' fuqi. Xtaqt inmut miegħu, ridt noqtol lili nnifsi. Ma rridx ngħix mingħajru" stqarret it-tfajla. Emozzjonata u bi dmugħ f'għajnejha, t-tfajla spjegat li l-aħħar messaġġ li rċiviet minn għand il-maħbub tagħha kien x'ħin tela fuq l-ajruplan, iżda sfortunatament ma batitlux lura. "Ma kelliex iċ-ċans li nkellmu għall-aħħar darba, u dik tweġġani wisq" fissret it-tfajla.
[ 10 ]
Il-linja tal-ajru Primera Air, li kienet magħrufa għal titjiriet irħas bejn l-Ingilterra u l-Amerika,falliet fl-aħħar sigħat. Riżultat ta' dan il-linja tal-ajru kkanċellat kull titijra tagħha. Diversi klijenti lil kellhom titjiriet ippjanati ma' din il-linja tal-ajru issa spiċċaw maqbuda f'diversi pajjiżi mingħajr ebda ħjiel ta' jekk hux se jinħataw kumpens jew le. B'kollox il-linja tal-ajru kellha 15-il ajruplan li kien jopera bejn ir-Renju Unit lejn l-Amerka ta' Fuq. F'kummenti mal-midja, passiġġiera Kanadiża qalet li kienet se tirkeb l-ajruplan meta ħarġet l-aħbar li t-titjira tagħha ġiet ikkanċellata. "Issa spiċċajt maqbuda f'lukanda mhux sigura, nipprova nsib mezz biex nixtri titjira lura d-dar".
[ 10 ]
Mara ta' 42 sena mill-Indja tneħħitilha wirdiena kbira mill-kranju wara li lmentat mat-tobba tagħha li bdiet tħoss uġiegħ u sensazzjoni ta' xi ħaġa qed titkaxkar. L-insett, li kien għadu ħaj meta tneħħa minn ġo rasha, instab fil-bażi tal-kranju, qrib moħħha. Il-proċess biex dan l-insett jitneħħa dam madwar 45 minuta. Proċess li saħansitra ħadu filmat tiegħu. Jidher li l-wirdiena waslet fejn waslet wara li tul lejl minnhom daħlet minn imniereħ il-pazjenta waqt li kienet rieqda. Il-wirdiena għamlet total ta' 12-il siegħa f'rasha u li kieku ma tneħħietx kienet tmut u eventwalment tikkawża infezzjoni.
[ 10 ]
L-aħħar xewqa ta' ċkejken ta' seba' snin li tilef il-battalja kontra l-kanċer kienet li jiġu midfun flimkien ma' ommu biex tkun tista' tieħu ħsiebu. Żgur li din mhux xewqa li tifel ta' dik l-età għandu jkollu, iżda d-destin ma jidħakx lil kulħadd u xi kultant minn età żgħira jkollna niġġieldu battalji li ma nixtiequ li ebda persuna ma tiġġilidhom. Filip Kwansy tilef lil ommu Agnieska fl-2011 li ukoll kienet saritilha d-djanjożi li għandha kanċer. Iżda kien biss ħames snin wara, propju f'Settembru 2016 li sar magħruf li Filip qed ibagħti minn leukeamia. Sfortunatament, it-trattament li ngħata ma għamel ebda differenza u kien propju għalhekk li huwa beda jaħseb li se jitlef ħajtu u spjega lil missieru li jixtieq li jindifen biswit ommu. Liema xewqa qanqlet l-appell tal-familjari biex ikunu jistgħu jbidlu din ix-xewqa f'realtà. Filip miet il-Ġimgħa filgħodu fl-isptar Great Ormond fl-Ingilterra, u l-appell tal-familjari ma waqax fuq widnejn torox hekk kif irnexxilhom jiġbru £41,000, biex b'hekk ikunu jistgħu jħallsu biex dan iċ-ċkejken jingħaqad ma' ommu għal darb'oħra. Missier it-tifel, Piotr Kwasny irringrazzja lil pubbliku tal-ġenerożità tiegħu biex jaqta' l-aħħar xewqa ta' ibnu. "Iċ-ċkejken tiegħi issa miet, għal ħajti kollha se ngħix b'vojt kbir f'qalbi; iżda qatt m'hu se ninsih u dejjem se nibqa' nħobbu," spjega l-missier.
[ 10 ]
Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li maltempati kbar fl-Awstralja għarrqu xmajjar u bajjiet u qalgħu siġar minn posthom fil-kosta tal-Lvant. Xita u rih ħakmu wkoll New South Wales fin-nofsinhar tal-pajjiż, kif ukoll Victoria u Tasmania. Hawn hu maħsub li qed jaffaċjaw l-agħar għargħar li qatt kien hemm f'deċenni. Il-bajja Collaroy f'Sydney qed tittiekel mill-ilma, tant li kellhom jiġu evakwati d-djar lussużi li hemm magħha – djar li jiswew il-miljuni u li issa jinsabu fil-periklu li jiġġarfu. Fi New South Wales, 86,000 persuna ma kelliex elettriku tul tmiem il-ġimgħa. Nhar it-Tnejn filgħodu, ħin Awstraljan, raġel ta' 37 sena nstab mejjet wara li nqabad fl-għargħar ħdejn xmara. Raġel ieħor ta' 65 inqabad fil-karozza, u ieħor inqatel meta kien qed jagħmel xi xogħol.
[ 10 ]
F'intervent li kitbet għar-rivista Vanity Fair , Monica Lewinsky, li se tibqa' mfakkra għar-relazzjoni skandaluża mal-eks President Amerikan Bill Clinton, qalet li tixtieq li Clinton jiddispjaċih ta' dak li ġara. Fl-istess artiklu qalet "bye bye, Lewinsky scandal", għaliex "20 sena kienu biżżejjed biex inġorr dak il-piż kollu fuqi". "Nispera biss li minħabba li qed ngħid l-istorja tiegħi, storja li affetwat lil ħafna nies, nassigura li dak li ġara lili ma jiġri qatt lil xi żagħżugħa oħra f'pajjiżna", żiedet tgħid Lewinsky. Intant, il-familja Clinton baqgħet tinsisti li qatt ma għamlu ħsara lil Lewinsky. Sa xahar ilu stess, Hillary Clinton ċaħdet il-fatt li r-relazzjoni skandaluża ta' żewġu ma' Lewinsky kien abbuż tal-poter, għaliex Lewinsky kienet adulta dak iż-żmien. "Kieku kelli nara lil Hillary Clinton illum, nerġa' nirrepeti kemm jiddispjaċini ta' dak li ġara". Dan minkejja li Bill Clinton qal din is-sena stess li ma jħossx li għandu jiskuża ruħu ma' Lewinsky. "Bill Clinton għandu jħoss il-bżonn li jiskuża ruħu. Kieku hu jkun raġel aħjar. U aħna jkollna soċjetà aħjar". Lewinsky temmet tgħid li tul dawn is-snin, l-eks President ma kienx sfurzat jaffaċċja l-iskandlu Lewinsky bħal ma kienet sfurzata hi. "Jekk tridu tkunu tafu x'inhu poter, ħarsu lejn il-mod kif dak ir-raġel, għal snin sħaħ seta' jagħti intervisti mingħajr il-biża' li se jistaqsuh xi domanda li jaf li ma riedx iwieġeb".
[ 10 ]
Il-Membru Parlamentari Ewropew Taljan Gianluca Buonanno, li jirrappreżenta l-Lega Nord, miet il-Ħadd wara nofsinhar. Dan wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Gorla Maggiore fil-provinċja ta' Varese. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li, għal ħabta tal-ħamsa ta' wara nofsinhar, il-karozza li fiha kien hemm il-politikant ta' ħamsin sena ħabtet ġo karozza oħra li fiha kien hemm tliet persuni. Din il-karozza kienet wieqfa minħabba xi ħsarat. Buonanno ħalla warajh żewġt itfal subien u lil martu, li fil-ħin tal-inċident kienet passiġġiera u sofriet xi ġrieħi. Hija ddaħlet l-isptar ta' Busto Arsizio u ġiet iċċertifikata li ma tinsabx fil-periklu tal-mewt. Huwa kien Sindku ta' Borgosesia, il-post fejn twieled. Fil-passat serva wkoll bħala Sindku ta' Serravalle u Varallo. Ftit tal-jiem ilu, Buonanno kien f'Milan jattendi għall-attivita nazzjonali tal-Lega Nord. Politikant kemmxejn kontroversjali hekk kif kemm-il darba deher jitkellem fuq it-televiżjoni b'pistola f'idejh. Dan għax kien il-metodu tiegħu meta jiġi biex jitkellem dwar is-sigurta u d-difiża.
[ 10 ]
Tiftakruha l-Ebola? Studju ppublikat fil-Proceedings of the National Academy of Sciences issa jista' jiżvela li 61% tal-każijiet kienu kkaġunati minn 3% biss ta' nies li kienu infettati. Hu mifhum li tfal u anzjani kienu fost dawk li l-aktar li xerrdu l-marda. Issa hemm it-tama li billi jkun mifhum kif dawn it-3% irnexxilhom ixerrdu l-marda b'tant suċċess, wieħed ikun jista' jipprevedi aktar mard fil-ġejjieni. Aktar minn 28,600 persuna kienet infettata bl-Ebola bejn l-2014 u l-2015 fil-punent tal-Afrika, u 11,300 persuna tilfet ħajjitha.
[ 10 ]
Il-Kap ta' Ryanair, Michael O'Leary qal li l-kumpanija qed tippjana li tgħid lil uħud mill-piloti tagħha biex imexxu l-pjanijiet li għandhom tal-vaganzi tagħhom b'ġimgħa hekk kif qed jiġġieldu biex isolvu l-problema ta' diversi titjiriet li ġew ikkanċellati. Ħabbar dan waqt il-Laqgħa Annwali tal-linja tal-ajru f'Dublin. Ryanair se tkun qed tikkanċella madwar 40 sa 50 titjiera kuljum għal dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin, dan wara li l-kumpanija ammettiet li għamlet żball meta ppjanat il-vaganzi tal-piloti. O'Leary qal li wħud mill-piloti ġew offruti żieda ta' €10,000 fil-paga bil-patt u l-kundizzjoni li joffru l-għajnuna tagħhom. Hu qal li din l-offerta tapplika għall-piloti tal-ajruporti ta' London Stansted, Dublin, Frankfurt u Berlin.
[ 10 ]
Mijiet ta' persuni ġew mitluba jħallu torri f'Sydney fl-Awstralja wara li ntlemħu xi xquq. Din m'hiex l-ewwel darba li nxtegħlu bozzoz ħomor fuq dan it-torri għoli ta' 38 sular. Il-kumpanija li bniet it-torri qalet li m'hemmx lok għall-allarm u l-fatt li n-nies intalbu joħorġu mit-torri huwa bħala prekawzjoni. Numru ta' inġiniera qed jaħdmu biex jaraw x'inhi s-sitwazzjoni eżatt wara li nstema' ħoss qawwi filwaqt li ntlemħu xi xquq fil-binja ikonika fil-belt Awstraljana.
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jiddikkjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja l-ħajt tal-fruntiera mal-Messiku. Il-mossa kontroversjali se tkun qed tippermetti lil Trump li jinjora lill-kungress li rrifjuta li japprova l-flus meħtieġa. Id-Demokratiċi akkużaw lil Trump b'abbuż rampanti tal-poter. ll-bini tal-ħajt fuq il-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti kienet waħda mill-wegħdiet elettorali ewlenin ta' Trump.
[ 10 ]
L-attur Ingliż Peter Vaughan, magħruf l-aktar għar-rwol ta' Maetser Aemon f'Game of Thrones u Grouty fis-sitcom Porridge, miet fl-età ta' 93 sena. L-aġent tiegħu Sally Long Innes ikkonfermat li ħalla din id-dinja għall-ħabta tal-10:30 illum, f'ċirkostanzi sereni mdawwar bil-familja tiegħu. Huwa beda l-karriera tiegħu fis-snin 50 u sar magħruf għar-rwoli li kellu kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni, ir-radju u l-film. Kien jinterpreta karattri b'saħħithom u b'xi ftit kuraġġ, bħal uffiċjali tal-Pulizija, aġenti sigrieti u persuni anzjani b'ċertu awtorità.
[ 10 ]
Il-box office internazzjonali ppubblika l-lista ta' dawk li huma meqjusa bħala l-aqwa films tal-2016. Jispikka ukoll d-dħul li ġġeneraw dawn il-films li jaqbżu il-miljun dollaru. Magħżul bħala l-aqwa film għal din is-sena kien Captain America: Civil War bi qliegħ ta' ¢1,153,000. Finding Dory ikklassifika fit-tieni post minkejja li l-għan tiegħu kien li jattira l-aktar it-tfal, bi qliegħ ta' ¢1,028,000. Zootopia kklassifika fit-tielet post bi qliegħ ta' ¢1,024,000 Il-film The Jungle Book reġa' rnexxielu jagħmilha mal-aqwa ħamsa, hekk kif meta ħarġet l-istorja oriġinali, din l-istorja kienet kisbet popolaritá liema bħalha. Dan il-film għamel qliegħ ta' ¢967,000 Fil-ħames post ikklassifika l-film The Secret Life of Pets li bla dubju niżel għasel ma' dawk li jħobbu l-annimali. Dan il-film għamel qliegħ ta' ¢875,000 Għamluha ukoll mal-ewwel għaxra l-films:
[ 10 ]
Omm b'qalb maqsuma wara li tilfet it-tarbija tagħha ftit minuti wara li twielder nediet kampanja bil-għan li xxerred isem ibinha madwar id-dinja. Stacie Goddard, ta' 22 sena minn Margate, tilfet lit-tifel tagħha Peter f'Lulju tal-2016 wara li twieled ta' 22 ġimgħa. Issa Stacie u l-għarus tagħha Stephen Price, ta' 28 sena, qed jistennew il-wild ta' tifla f'Mejju li ġej. Kien għalekk li riedu juru lil binthom kemm kien maħbub ħuha u minn hemm bdew din il-kampanja, fejn persuni minn madwar id-dinja jiktbu messaġġ fuq karta b'isem binhom.
[ 10 ]
Suċċess kbir għal kampanja fid-Danimarka biex il-koppji żgħażagħ ikollhom aktar tfal – biex jagħmlu lill-anżjani tagħhom aktar kuntenti! Il-gazzetta Politiken tisma' li disa' xhur wara l-kampanja, fid-Danimarka sal-aħħar tas-sajf li ġej mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena l-oħra. Ninna Thomsen, id-deputat sindku ta' Kopenħagen u kummissarju għas-saħħa, qalet li "impossibbli tgħid li dan kien kollu dovut għall-kampanja iżda ċerta li għenet biex ikollna effett pożittiv". Id-Daniżi huma mħassba ħafna bl-aktar rata tat-twelid baxxa li hemm fl-Ewropa – 1.69 tarbija għal kull elf persuna – u għall-fatt li l-koppji qed ikollhom l-ewwel wild qed ikollhom ftit aktar minn 29 sena – ħames snin aktar minn dawk li saru ġenituri fl-1970. In-nuqqas ta' twelid, f'kull pajjiż, iħalli effetti negattivi fuq l-ekonomija, speċjalment għall-fatt li fil-ġejjieni ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema li jikkontribwixxu għall-pensjonijiet.
[ 10 ]
Fl-aħħar! Segwaċi tas-serjea poplari Game of Thrones ingħataw aħbar tajba aktar kmieni llum, hekk kif l-istazzjon HBO ħabbar li l-aħħar staġun tas-serje, li se jkun ukoll it-tmien wieħed, se jixxandar f'April li ġej. F'filmat li xandar illum, l-istazzjon xorta ma żvela xejn dwar x'se jkun qed jiġri fl-aħħar staġun. Għalkemm issa huwa kkonfermat li kollox se jintemm f'April 2019, għadu mhux magħruf il-jum li fih se joħroġ l-ewwel episodju tal-aħħar staġun.
[ 10 ]
Midja barranija qed tirrapporta kif sptar u diversi ambulanzi sfaw milquta waqt bumbardamenti mill-ajru fis-Sirja, dan hekk kif il-Gvern Sirjan attakka żoni f'Aleppo li jinsabu f'idejn ir-ribelli. Id-direttur tal-isptar tat-tfal qal kif hu kien qiegħed jistkenn fil-faċilità tal-kantina u b'hekk ma kienx disponibbli biex jitkellem. Qed jiġi rrappurtat li madwar 21 persuna tilfet ħajjitha, ħamsa minnhom kienu tfal.
[ 10 ]
Minn tal-inqas 10 persuni nqatlu fl-aħħar ħin waqt kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina. Rapporti mill-midja internazzjonali qed jiddeskrivu dan il-kunflitt bħala wieħed mill-agħar fl-aħħar ġimgħat bejn il-militar Ukren u militanti pro-Russja. Il-Kunflitt tal-lum ħakem il-belt ta' Avdiivka minkejja ftehim għall-waqfien mill-ġlief fix-xhur li għaddew. Fost il-mejta kien hemm kemm suldati kif ukoll nies ċivili. Il-Kunflitti fl-Ukraina bdew fl-2014 wara li r-Russja għaqdet ir-reġjun tal-Crimea magħha stess. Minn dak iż-żmien sa issa, 9,700 persuna tilfu ħajjithom fil-ġlied.
[ 10 ]
F'ħidma ta' salvataġġ ma' taqta' xejn fl-Italja, tmien persuni nstabu ħajjin wara aktar minn 40 siegħa taħt il-borra fl-Italja tul il-jum tal-Ġimgħa. Fost dawk salvati kien hemm żewġt itfal. Dan il-filmat juri propju l-mument li fih omm u iben ġew salvati minn ħalq il-mewt mill-ħaddiema tas-salvataġġ. In-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom żdied għal erbgħa filwaqt li 20 oħra għadhom irrapportati nieqsa. Il-ħidma ta' salvataġġ baqgħet għaddejja minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Aktar kmieni: Il-valanga laqtet lukanda, l-Erbgħa, u kienet konsegwenza ta' terremot li seħħ fl-Italja ġurnata qabel, fil-jum tat-Tlieta. Il-ħaddiema tas-salvataġġ spjegaw li jemmnu li se jsibu aktar nies midruba, minkejja li s'issa l-ebda persuna ma nstabet ħajja mill-ħamsa u għoxrin persuna nieqsa. Il-Prim Ministru, Paolo Gentiloni talab biex il-pajjiż jingħaqad f'dan il-mument diffiċli, filwaqt li l-President tal-Kummisjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal li l-Unjoni se tkun qed toffri l-għajnuna lil Italja hekk kif "terremot fl-Italja, huwa terremot fl-Ewropa kollha."
[ 10 ]
Il-forzi tas-sigurtà fi Brussell sparaw fuq raġel fl-istazzjon ċentrali f'dak li huwa maħsub li kien se jkun attakk ieħor terroristiku permezz ta' bomba. Ir-rapporti fil-midja Belġjana qalu li r-raġel kien liebes ċintorin bl-isplussiv u twaqqaf fil-ħin mill-forzi tal-ordni. Ilbieraħ filgħaxija l-pjazza ewlenija tal-Belt, il-Gran Place, kienet evakwata. Huwa mifhum li f'dak li qed jiġi meqjus bħala attakk terroristiku ma ndarab ħadd iżjed. L-istazzjon li fih seħħ dan l-attakk, huwa wieħed minn tliet stazzjonijiet ewlenin fi Brussell. Din mhix l-ewwel darba li Brussell qed jisfa fil-mira tat-terroristi. Is-sena li għaddiet 32 persuna mietu wara attakk fl-ajruport mill-Istat Iżlamiku. Attakk li fih indarbu ukoll numru ta' Maltin.
[ 10 ]
Għoxrin persuna nqatlu u diversi oħra sfaw feruti f'attakk terroristiku fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Burkina Faso,Ouagadougou. Aggressui fetħu n-nar fuq klijenti li kienu bilqiegħda fuq barra ta' restorant. L-awtoritajiet qalu li l-attakk intemm, b'minn tal-inqas żewġ aggressui jinqatlu minn forzi tas-sigurta. Hemm il-biża li dan l-attakk kien ix-xogħol ta' wieħed mill-gruppi affiljati mal-al-Qaeda, li jinsab attiv fir-reġjun Sahel. L-attakk beda ftit wara d-disgħa tal-Ħadd filgħaxija, bl-Aziz Istanbul Restaurant ikun fiċ-ċentru tal-attakk.
[ 10 ]
Hashem Abedi, ġuvni ta' 20 sena li jiġi ħu Salman Ramadan Abedi li kien sploda lilu nnifsu waqt kunċert ta' Ariana Grande f'Mejju li għadda, ser jitressaq quddiem il-Qorti Libjana bis-suspett li għen lil ħuh fl-attakk. Hashem Abedi għandu jittella' l-Qorti fix-xhur li ġejjin u membri oħra tal-familja qegħdin fil-kustodja tal-puluzija sabiex jiġu interrogati wara li allegatament għenu lil Salam jixtri l-elementi għall-bomba. Missierhom, Ramadan li kien arrestat, ġie meħlus wara li l-awtoritajiet kkonkludew li m'hemmx evidenza konkreta kontrih. Awtoritajiet Libjani għaddew lista ta' ismijiet lill-puluzija Ingliża li huma jaħsbu għandhom jiġu interrogati. Dan mhux neċessarjament ifisser li huma suspettati iżda jistgħu jipprovdu informazzjoni utli.
[ 10 ]
Liz Elting hija mara li poġġiet lilha nnifisha fil-lista ta' Forbes bħala waħda min-nisa Amerikani li għamlu lilhom nfushom sinjuri. Tħobb il-lingwi u sa ma kellha 25 sena kienet diġà ħadmet f'5 pajjiżi differenti. Fl-età ta' 26 sena għalkemm kellha Masters degree mill-Università ta' New York xorta waħda ma sabitx ix-xogħol mixtieq. Spiċċat taħdem ġo uffiċċju fejn anke kienet tagħmel il-kafè lil sħabha għax kienet l-aħħar waħda li daħlet allura kien jimponu ċertà superjorita fuqha anke għall-fatt li kienet mara. Kien hawn li ltqagħet mal-għarus tagħha u twieldet TransPerfect li llum hija vvalutata 'il fuq minn biljun dollaru. Din hija kumpannija li tgħin nies oħra jibdew in-negozju u ma jieqfux hemm, iżda jiffjorixxu bil-pass tagħhom. Tgħid li għall-bidu kienet deċiżjoni li ġiegħelitha tħossha mbeżża' imma bdiet tinduna li qed tħossha aħjar maż-żmien, taħdem iżjed, tipproduċi iżjed u fl-aħħar mill-aħħar, ir-riżultati bdew ġejjin. Din hija storja ta' suċċess fejn minn sempliċi tagħmel il-kafè spiċċat biljunarja. Ara http://www.transperfect.com/ għal aktar dettalji dwar dak li ħolqot Elting.
[ 10 ]
L-Indoneżja tinsab fuq alert kważi massimu hekk kif il-vulkan Anak Krakatau kompla jiżbroffa. L-ajruplani li kienu qed itiru viċin il-vulkan kieni kostretti jibdlu r-rotta u bħalissa ngħalqet żona ta' ħames kilometri madwar il-vulkan. Is-Sibt li għadda, l-vulkan ikkawża wkoll tsunami li qatel mijiet ta' persuni. Hu mifhum li numru ta' titjiriet ġew affettwati anki dawk l-ajruplani li kienu fi triqithom lejn l-Awstralja u Singapore fost l-oħrajn.
[ 10 ]
Angela Merkel se tirreżenja minn Kanċillier tal-Ġermanja fl-2021 wara riżultati xejn sbieħ għall-partit li tmexxi hi, is-CDU, fl-aħħar elezzjonijiet fil-Ġermanja. Hija kkonfermat dan ftit tal-ħin ilu f'konferenza tal-aħbarijiet. Din l-aħbar ġiet ftit tal-ħin biss wara li Merkel ikkonfermat li mhux se tikkontesta l-elezzjonijiet tat-tmexxija tal-partit tagħha f'Diċembru li ġej, iżda xtaqet li tibqa' Kanċillier. Hija kienet ilha tmexxi s-CDU mill-2000, u kienet ilha Kanċillier tal-Ġermanja mill-2005. Fl-istess konferenza, Merkel qalet li se terfa' kull responsabbiltà tar-riżultati tal-elezzjoni fl-Istat Ġermaniż ta' Hesse.
[ 10 ]
Lura f'Novembru, id-Diviżjoni kontra l-krudeltà fuq l-Annimali rċivew telefonata dwar kelba mejta li kienet mitfugħa fit-triq f'Austin, Texas. Iżda kif waslu u resqu fil-viċin il-kelba, li kienet mimlija ħmieġ, għadma u ġilda u lanqas tiċċaqlaq, indunaw li bdiet tieħu n-nifs. "Kif indunajna li l-kelba kienet għadha ħajja iżda f'xifer il-mewt ħadniha ġirja sal-Isptar tal-Annimali fejn minn hemm bdew kura t'emerġenza," sostniet waħda mill-uffiċjali. Għall-ewwel ħadd ma ħaseb li l-kelba se tkun qed tirkupra, iżda b'determinazzjoni kbira l-kelba bdiet tmur għall-aħjar. Illum il-ġurnata rnexxiela tirkupra bis-sħiħ u tinsab maħbuba għand familja kif mistħoqq.
[ 10 ]
L-awtur u l-produttur tal-films, William Peter Blatty, li rnexxilu jbeżża' l-miljuni b'wieħed mill-aktar films popolari li rebaħ numru ta' Oscars "The Exorcist" tilef ħajtu. Blatty miet il-Ħamis filgħaxija f'isptar Bethesda, Maryland. Kienet il-mara tiegħu Julie Alicia Blatty li ħabbret il-mewt tar-raġel tagħha li kellu 89 sena. William, kellu kanċer fid-demm magħruf bħala myeloma. Julie spjegat li din l-aħbar kerha ħaduha x-xahar li għaddha u li sfortunatament wara 33 sena miżżewġin tilfet l-imħabba ta' ħajjitha.
[ 10 ]
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Afarrijiet Barranin ikkonferma li l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma tinsab f'kuntatt mal-awtoritajiet Taljani u ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi jew midruba fl-inċident li seħħ f'Puglia. Mill-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom u numru ieħor weġġgħu wara li lbieraħ filgħodu żewġ ferroviji ħabtu fin-naħa t'isfel tal-Italja . Il-ħabta seħħet fuq binarju wieħed li jgħaddi minn ġo medda art bis-siġr taż-żebbuġ bejn il-bliet ta' Corato u Andria fil-Puglia. Iż-żewġ ferroviji kienu jikkonsistu f'erba' vaguni. Maltin li jixtiequ jkunu jafu aktar informazzjoni dwar dan l-inċident jistgħu jikkuntattjaw l-Ambaxxata fuq in-numru tal-emerġenza +39 348 241 2437 għal aktar għajnuna.
[ 10 ]
Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur. U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: "Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud?" U bdew jagħtuh bil-ħarta. Dawn il-versi nsibuhom fl-evanġelju ta' San Ġwann kapitlu 19 versi 2 u 3. Hemm dokumentazzjoni li l-kuruna tax-xewk kienet ġo Ġerusalemm fis-sena 409 AD. Jingħad li din ġiet trasferita għal Konstantinopli fis-sena 1063 għalkemm jidher li ix-xewk tnaqqru u ġew ippreżentati lil diversi slaten tal-Ewropa xi żmien qabel. Baldwinu II l-Imperatur ta ' Konstantinopli fis-sena 1238, offra l-kuruna tax-xewk lil Lwigi IX re ta' Franza biex dan itieh xi tip t'għajnuna għal imperu fraġli tiegħu. Ir-re ta' Franza mbagħad bena' Kappella apposta għaliha. Matul ir-rivoluzzjoni Franċiża il-kuruna tax-xewk inzammet ġewwa l-Biblijoteka Nazzjonali sas-sena 1806 meta l-fdalijiet mingħajr xewk ġew iddepożitati fil-Katidral ta' Notre Dame f'Pariġi. Tnejn mix-xewk tal-kuruna ta' Kristu huma mizmuma b'devozzjoni qawwija: waħda fil-katedral ta' Puglia, f'Andria u l-oħra fil-knisja ta' San Giovani Bianco fir-regjun tal-Lombardija, fl-Italja. Ir-relikwarju fil-knisja ta' San Giovanni Bianco li fih xewka mill-kuruna ta' Kristu Fit-tarf taż-żewġ xewkiet li fihom tul ta' bejn 7 u 8 ċentimetri hemm tbajja suwed ta' demm. Jingħad li meta il-jum tal-Ġimgħa Mqaddsa tiġi fil-25 ta' Marzu huwa l-jum tal-festa tal-Lunzjata, it-tbajja jbiddlu l-kulur tagħhom u jiehdu lewn aħmar filwaqt li taqtir żgħir ta' demm jinġema' madwar ix-xewk. Dan idum tlett ijiem u wara t-tielet jum ix-xewk jirritorna għal kif ikun qabel. Dan il-fatt ġara quddiem diversi nies li jaħilfu li ma kienx hemm xi intervent uman. L-aħħar li dan ġara kien fis-sena 2005. Jingħad li fis-sena 2005 din ix-xewka wkoll biddlet il-wiċċ tagħha nhar is-Sibt 2 ta' April waqt l-aħħar mumenti tal-pontifikat ta' Ġwanni Pawlu II.
[ 10 ]
It-Taljani llum qed jivvotaw f'referendum li qed jiġbed ħafna l-attenzjoni ta' dawk li qed ifittxu sinjali 'anti-establishment' fl-Ewropa. Il-vot issejjeħ mill-Prim Ministru Matteo Renzi, u jitratta bidliet fis-setgħat tas-senat. Jekk tgħaddi ta' Renzi, il-membri tas-senat jonqsu minn 315 għal 100, b'ħafna sindki u rappreżentanti reġjonali jkollhom jitilqu. Renzi jemmen li r-riforma se tħaffef il-proċess biex jidħlu liġijiet importanti – proċess bħalissa jemmen li qed jittawwal għalxejn. Madanakollu, stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li mhux se tgħaddi ta' Renzi. Il-popu beda jivvota fis-07:00 dalgħodu u jista' jivvota sal-23:00 tal-llejla.
[ 10 ]
Il-Kapitali Awstrijaka hija l-aqwa belt fid-dinja biex tgħix fiha. Dan skont studju internazzjonali jsir kull sena mill- Economist Intelligence Unit . Kull sena, l-istudjużi jippubblikaw lista' tal-aqwa 140 belt madwar id-dinja biex wieħed jibni ħajja fihom, skont stabbiltà ekonomika u politika, sigurtà, u aċċess għal servizzi marbuta mas-saħħa. Din is-sena, Vjenna tinsab fil-quċċata ta' din il-lista, l-ewwel darba li belt Ewropea qatt ingħatat dan l-unur. Melbourne fl-Awstralja segwiet fit-tieni post, filwaqt li Manchester fir-Renju Unit rat l-ikbar titjib fost bliet Ewropej oħra, b'qabża ta' 16-il post.
[ 10 ]
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara stat ta' emerġenza ta' 12-il xahar fir-reġjun ta' Ligurja, wara li ċeda pont f'Ġenova. Qal ukoll li l-Gvern reġjonali Taljan talab €5 miljun fondi wara li l-inċident traġiku ta' nhar it-Tlieta ħasad il-ħajja ta' 39 persuna, fosthom turisti. Uffiċjali li qed iwettqu operazzjoni ta' salvataġġ fl-inħawi qalu li m'hemmx tama li iktar persuni salvaw minn dan l-inċident. Il-pont Morandi waqa' għoli ta' madwar 100 metru t-Tlieta filgħodu.
[ 10 ]
​ Il-kantant famuż George Michael miet b'kawża naturali, dan ikkonfermah tabib legali minn Oxfordshire. Huwa miet fl-età ta' 53 sena fil-Milied, u nstab mejjet fid-dar tiegħu f'Oxfordshire. L-Awtopsja inizjali li saret fuq il-katavru tiegħu ma kinitx konklussiva iżda kien intqal li minkejja li l-kawża tal-mewt tiegħu ma kinitx magħrufa ma kinitx qed tiġi meqjusa bħala waħda suspettuża. It-tabib legali kkonferma li m'hemmx bżonn li ssir inkjesta u li l-investigazzjoni b'rabta mal-mewt tal-kantant tista' titwaqqaf.
[ 10 ]
Ilkoll nafu kemm koppja ddum tipprepara għal dik il-ġurnata speċjali tagħhom. Bosta preparamenti li tinkludi fost oħrajn d-deċiżjoni ta' fejn se jkunu qed jiżżewġu. Iżda bla dubju, jkun ta' xokk meta biss erbat ijiem qabel – parti mill-Knisja li tkun se tiżżewweġ fiha ġġarrab ħsarat estensivi kawża ta' terremot. Ramon u Martina Adazzi, iżżewġu l-Ħadd f'Acquasanta Terme, fil-qofol tat-tifrik li ħalla warajh it-terremot f'Amatrice li ħasad il-ħajja ta' 291 persuna. Il-koppja stqarru li ħadu xokk kbir meta saru jafu b'dak li kien ġara u li kienu ilhom aktar minn sena jorganizzaw it-tieġ tagħhom iżda ddeċidew li xorta waħda jkomplu bil-pjanijiet tagħhom. Ramon stqarr li huwa ddeċieda li xorta waħda jagħmlu t-tieġ tagħhom f'dan il-post, biex ikunu jistgħu jaljenaw lin-nies mid-dieqa u d-dwejjaq li ħakmet il-pajjiż u biex iferħu lil dawk kollha preżenti. Huma stqarru li n-nies kollha laqgħuhom bi ħġarhom.
[ 10 ]
AĠĠORNATA: L-Iżrael issospenda l-permessi tad-dħul għal 83,000 Palestinjan wara żewġ attakki li seħħew fiċ-ċentru ta' Tel Aviv. Żewġ Palestinjani qatlu erba' persuni u darrbu sitta oħra hekk kif bdew jisparaw f'żoni popolari mat-turisti. Żewġt'irġiel armati mill-Palestina, qatlu erba' persuni u darrbu sitta oħra wara li bdew jisparaw f'żoni popolari mat-turisti fiċ-ċentru ta' Tel Aviv, fl-Iżrael. L-attakki seħħew f'żewġ postijiet differenti, fiċ-ċentru tal-belt viċin il-Ministeru għad-Difiża u l-kwartieri ġenerali tas-suldati. Iż-żewġt'irġiel li attakkaw jinsabu arrestati. L-attakki minn nies Palestinjani fl-Iżrael żdiedu b'mod allarmanti f'din l-aħħar sena, b'serje t'attakki ta' sparar, ġlied bis-skieken u karozzi bombi. Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu, żar il-post fejn seħħ l-attakk, u ddeskriva x-xena bħala kriminalita brutali ta' qtil u terroriżmu.
[ 10 ]
L-Arabja Sawdija qed twaħħal fl-Iran għall-attakki riċenti fuq żewġ tankers taż-żejt fil-Golf tal-Oman. Il-Prinċep Mohammed bin Salman qal li pajjiżu mhux se jżomm lura milli jindirizza l-isfidi li mistenni jaffaċċja jekk kif it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi qed tikber. Iż-żewġ tankers taż-żejt kienu attakkati l-Ħamis li għadda, xahar biss wara li erbgħa oħra spiċċaw fil-mira ta' attakk ieħor ftit 'il barra mill-kosta tal-Emirati Għarab Magħquda. Il-Gvern Amerikan ukoll qed iwaħħal fl-Iran għal dan l-attakk, b'dan tal-aħħar kontinwament jiċħad dawn l-akkużi.
[ 10 ]
Tkompli tikkumplika ruħha s-sitwazzjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja fil-Eurovision li ġej. Wara li l-Ukrajna baqgħet tisħaq li mhux se tħalli l-kantanta Russa tirfes l-art Ukrena biex tipparteċipa fil-Eurovision ta' Mejju li ġej, kien imiss lid-Direttur Ġenerali tal-EBU li thedded li tissospendi lill-Ukrajna mill-Eurovision. F'intervista' li tat lill-gazzetta Ġermaniża, dik li tmexxi l-EBU (l-organizazzjoni li tmexxi 'l quddiem il-proċess tal-Eurovision), Ingrid Deltenre qalet li kemm il-darba l-awtoritajiet Ukreni ma jdawrux fehmethom, l-Ukrajna tista' tiġi sospiża mill-kompetizzjoni. "Hija inaċċettabbli li nżeffnu l-Eurovision fi kwistjonijiet politiċi", qalet Deltenre li mistennija tirriżenja mill-ogħla kariga fl-EBU, fis-sajf li ġej. L-awtoritajiet Ukreni kienu ħarġu bid-deċiżjoni li l-kantanta Russa fuq siġġu tar-roti Julia Samoylova ma titħalliex tidħol fl-Ukrajna fejn se jsir il-Eurovision. Dan wara li sar magħruf li Samoylova kienet kantat fil-Krimea, art li ttieħed minn ħalq il-qawwiet Ukreni wara l-kriżi politika tal-2014. L-Ukrajna u r-Russja m'għadhomx ħbieb bħal qabel anki wara l-gwerra żviluppat fl-Lvant tal-Ukrajna, li l-qawwiet Ukreni jgħidu li qed jiġġieldu ma' ribelli separatisti appoġjati mill-Gvern tal-President Russu Vladimir Putin.
[ 10 ]
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wieħed mill-kelliema f'avveniment li mmarka t-tnedija ta' programm ta' negozju u investiment imfassal mill-Gvern ta' Queensland bi sħubija mal-belt ta' Gold Coast fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth. Waqt din l-attività, kien spjegat li l-logħob tal-Commonwealth huwa meqjus bħala kalamita għal viżitaturi internazzjonali, minn rappreżentanti tal-gvernijiet sa mezzi tax-xandir. Għalhekk, dan l-avveniment sportiv jipprovdi opportunità tajba biex operaturi tan-negozju jesploraw u jibnu rabtiet kummerċjali ġodda madwar il-pajjiżi tal-Commonwealth. F'messaġġ tal-okkażjoni, Dr Muscat qal li l-logħob sportiv f'Gold Coast qed iġib flimkien lin-nazzjonijiet kollha tal-Commonwealth ftit jiem biss qabel il-mexxejja tal-pajjiżi jiltaqgħu għall-ftuħ taċ-CHOGM f'Londra. Huwa sostna li l-isport huwa parti integrali mill-ħajja, li joħloq l-emozzjoni u jgħaqqad lill-popli. Il-Prim Ministru sostna wkoll li l-programm Trade 2018, li jgħaqqad flimkien l-isport u n-negozju, huwa importanti biex jinfetħu sinerġiji ġodda fil-qasam tal-investiment, li huwa konformi mal-ħsieb ta' Malta li tippromwovi lill-kumpaniji tagħha biex jiftħu relazzjonijiet ġodda f'pajjiżi oħra tal-Commonwealth bħall-Kanada. Għat-tnedija ta' Trade 2018 kienu preżenti, fost oħrajn, il-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth fl-Awstralja Peter Cosgrove, il-Premier ta' Queensland Annastacia Palaszczuk, u s-sindku ta' Gold Coast Tom Tate.
[ 10 ]
Rapport ikkummissjonat minn Dame Louise Casey, responsabbli fl-integrazzjoni f'isem il-Gvern tar-Renju Unit, żvela realtajiet interessanti fejn jidħlu r-reliġjon, l-integrazzjoni u l-preċezzjonijiet. Fosthom irriżulta li persuni Musulmani f'ċertu komunitajiet tar-Renju Unit jgħixu f'dinja għalihom, f'komunitajiet ta' housing estates fejn hemm skejjel u anke stazzjonijiet tat-televiżjoni differenti mill-kumplament tal-pajjiż. Dan qed iwassal biex meta mistoqsija kemm jaħsbu li hemm Musulmani fir-Renju Unit, ħafna wieġbu li jemmnu li l-maġġoranza fir-Renju Unit hija Musulmana. Ħafna qalu li jemmnu li 75% tal-popolazzjoni Ingliża hija Musulmana. Skont ċensiment li saar fl-2011, hemm inqas minnn 5% Musulmani f'Wales u l-Ingilterra, filwaqt li hemm mas-60% li huma Kattoliċi. Lil hinn minn kwistjonijiet ta' kemm hemm maġġoranzi u minoranzi, lil hinn minn kull argument razzist li mhux l-iskop tal-istudju, ir-rapport qed iġiegħel lil ħafna jikkritikaw lill-Gvern talli ma rnexxilux jindirizza problemi ta' migrazzjoni tal-massa b'mod effettiv, b'mod li jwassal għall-integrazzjoni. L-ikbar konċentrazzjonijiet ta' komunitajiet Musulmani maqtuhin f'dinja għalihom jinsabu f'Bradford, Dewsbury u Blackburn – skont kif irrapportat fil-ġunral Ingliż The Sunday Times.
[ 10 ]
Il-kumpanija li mexxiet il-votazzjoni fil-Venezwela allegat li ċ-ċifra ta' kemm ħarġu jivvutaw fl-elezzjoni kontroversjali tal-Ħadd kienet imbgħabsa. Il-kap eżekuttiv ta' Smartmatic Antonio Mugica qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Londra. L-awtoritajiet elettorali tal-Venezwela qalu li kienu wieħed u erbgħin punt ħamsa fil-mija tal-elettorat li ħarġu jivvutaw għall-assemblea kostitwenti ġdida. Iżda l-oppożizzjoni qalet li l-figuri kineu mkabbra. Mugica qal li filwaqt li ddispjaċih il-fatt li n-numri kienu mbgħabsa, il-kumpanija tiegħu żammet rendikont eżatt ta' kemm ivvutaw, u se jsir audit sħiħ qabel ma jagħti l-figura vera.
[ 10 ]
Il-festival tal-arti li jsir f'pajjiżna, ŻiguŻajg, ġie rikonoxxut mill- Europe for Festivals, Festivals for Europe (EFFE) li jfisser li issa huwa parti minn numru ta' festivals Ewropej li jispikkaw minn oħrajn f'dik li hija kwalità artistika. Biex festival jingħata dan ir-rikonoxximent, jrid ikun wieħed li jħalli impatt sinifikanti kemm fuq il-kultura, kemm fuq livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Il-festival, ġie deskritt minn ġurija internazzjonali bħala wieħed "li għandu kwalità artistika għolja." ŻiguŻajg, meta mqabbel ma' festival oħra, jispikka fl- impenn biex jiżgura l-involviment tal-komunità fuq livell Ewropew. Id-Direttur tal-Festival, Daniel Azzopardi, qal li dan ir-rikonoxximent minn network ta' reputazzjoni għolja bħal dan huwa xhieda tal-ħidma ta' kwalità għolja fil-produzzjoni ta' ŻiguŻajg. Azzopardi spjega li fis-snin li ġejjin kollaborazzjonijiet internazzjonali mistennija jiżdiedu biex dan il-festival jibqa' immarkat fil-kalendarju nazzjonali tal-kultura. Il-festival ŻiguŻajg se jsir għas-sebà darba bejn is-17 u 26 ta' Novembru.
[ 2 ]
Jingħad li Sam Allardyce qal lil sħabu li qed jibża' li jitkeċċa wara li qed jingħad li uża r-rwol tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż biex jipprova jieħu vantaġġ finanzjaru u jagħti parir lil negozjanti dwar kif jistgħu iduru madwar regoli ta' trasferiment ta' players. Issa ħareġ filmat li allegatament jurih jagħti pariri kontroversjali lil reporters undercover tal-ġurnal Daily Telegraph, li għamlu tabirruħhom li huma negozjanti minn kumpanija fil-Lvant Nofsani.
[ 10 ]
Delegazzjoni mill-Kumitat tal-moniteragg tal-FIFA ser tmur il-Greċja sabiex tinvestiga l-problemi tal-futbol Grieg wara li ġie sospiż hekk kif il-president ta' Poak Club Ivan Savvidis daħħal pistola fil-ground fil-logħba tal-Ħadd li għadda kontra AEK Athens . Ħabbar dan id-Direttur tal-FIFA fl-Ewropa Bjorn Vassallo. Ta' interes huwa li wieħed miż-żewġ membri minn dan il-kumitat tal-moniteraġġ ser ikun l-i sport advisor tal-MFA u tim manager tat-tim nazzjonali Ivan Vella. Jakkumpanja lil Vella, Herbert Hubel, avukat u chairman tal-kumitat.
[ 10 ]
Ir-residenti f'Sydney sebħu b'foga u duħħan kbir madwarhom hekk kif numru ta' bushfires qed jaqbdu fir-reġjun. Dan wassal biex il-livelli tal-kwalità tal-arja fl-ikbar belt fl-Awstralja ġew iddikjarati bħala perikolużi ħafna. Uffiċjali tas-saħħa avżaw biex in-nies jibqgħu ġewwa u jevitaw kwalunkwe tip ta' attività fiżika barra sakemm jonqos id-duħħan, li huwa stmat li se jibqa' f'Sydney għal numru ta' jiem. Huma madwar ħames miljun ruħ, il-persuni li jgħixu fil-kapitali tal-istat ta' New South Wales , li issa ilu għal numru ta' ġimgħat maħkum minn nirien. 6 persuni mietu fil- bushfires mindu bdew in-nirien f'Ottubru.
[ 10 ]
Qed jgħidu li l-kantanta Adele qabdet il-Grammy award għall-aħjar album u tagħtu lil Beyonce, għax qalet li jixirqilha aktar. L-istilla tal-mużika pop ingħatat l-aqwa unur wara li għamlet miljuni kbar bl-album '25', iżda lill-udjenza waqt l-għoti tal-unuri qaltilha: "Ma nistax naċċetta dan il-premju". Qalet ukoll li tinsab onorata u grata, imma Beyonce hija l-artista li l-aktar tammira. Dan fl-isfond ta' ilmenti li l-Grammy awards ma jippremjawx artisti ta' karnaġjon skur. Adele u l-libsa ħadra li libset ilbieraħ
[ 10 ]
Sigħat qabel jagħlaq iż-żmien li l-pajjiżi li se jipparteċipaw fil-Eurovision li ġej kellhom jissottomettu l-kanzunetti tagħhom, ir-Russja ħabbru li se jibagħtu kantanta li kantat f'kunċert li sar fil-Krimea sentejn ilu. Dik deskritta bħala mossa politika mill-Gvern ta' Moska, l-istazzjon Russu Channel One għażel lil Julia Samoilova biex tirrapreżenta lir-Russja f'pajjiż li qattgħet l-karti miegħu. Samoilova mistennija tkun it-tieni kantanta fuq siġġu tar-roti li se titla' fuq palk tal-Eurovision. Bosta raw l-għażla ta' Samoilova bħala mod kif ir-Russi jirċievu simpatija meta jmorru jikkompetu għand l-għedewwa. Madankollu l-fatt li din marret tkanta fil-Krimea fl-eqqel tat-tensjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna ma tantx niżlet tajjeb. Fl-aħħar jiem kien hemm dubji kbar kemm ir-Russi kienu se jmorru għall-Eurovision fl-Ukrajna. Dan wara li ż-żewġ pajjiżi jinsabu fi gwerra minħabba t-teħid tal-Krimea minn ħalq l-awtoritajiet Ukreni u l-ġlied fl-Lvant tal-Ukrajna bejn il-qawwiet Ukreni u r-ribelli appoġjati mill-qawwiet Russi. Nies qrib il-Kremlin bdew saħansitra jgħidu li wara li r-Russja tilfet l-aħħar Eurovision għas-spejjeż tal-Ukrajna, f'Mejju li ġej, il-pajjiż m'għandux għalfejn jersaq lejn Kyiv. Li l-Eurovision jispiċċa fil-qalba ta' kontroversja politika m'hiex xi ħaġa ġdida. Fl-2012 l-Armenja għażlet li ma tmurx tikkompeti f'Ażerbajġan wara li ż-żewġ pajjiżi jinsabu f'kunflitt dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh. Dan filwaqt li l-kantanta li rrapreżentat l-Armenja s-sena l-oħra qajmet għagħa wara li dehret ixejjer bandiera tar-reġjun imsemmi. Din dehret bħala mossa offiża lejn il-poplu t'Ażerbajġan.
[ 10 ]
Żewġ nisa ġew arrestati b'rabta ma' attakk li seħħ fuq eks-parteċipanta tal-kompetizzjoni X-Factor, Lucy Spraggan. Iż-żagħżugħa li għandha 25 sena kienet dehret fuq ix-xow fl-2012, allegatament sfat attakkata barra post tad-divertiment f'Brighton l-Ingilterra kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Kelliem għall-kantanta qal li t-tfajla qed issofri minn diversi ġrieħi f'wiċċha, li jinkludu gdim. Iż-żewġ nisa li ġew arrestati għandhom 26 sena u 27 sena, u ġew arrestati u akkużati li kkawżaw ġrieħi fuq persuna terza. L-artista ddeċidiet li tpoġġi ritratti tal-ġrieħi li ġarrbet fuq il-midja soċjali fejn irrakkontat dak li seħħ fl-għodwa tal-Ġimgħa. Għadu mhux magħruf x'wassal għal dan l-attakk.
[ 10 ]
Seba persuni indarbu f'attakk b'mannara fi stazzjon tal-ferrovija f'Dusseldorf, il-Germanja. Sa issa persuna waħda ġiet arresta b'rabta mal-każ u s-suspettat huwa raġel ta' 36 sena mill-eks Yugoslavia li jsofri minn problem psikologici. Filwaqt li ma kien hem l-ebda fatalità rrapurtata, persuna waħda kienet midruba serjament u l-agressur ukoll weġġa' serjament wara li qabeż minn fuq pont waqt li pprova jaħrab. Il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux ċar u l-Pulizija mhux qed tiddeskrivih bħala attack relatat mat-terroriżmu. Intant, il-Ġermanja tinsab fuq alert massimu għal attakki terroristiċi partikolarment wara li f'Dicembru tas-sena li għaddiet, tnax-il persuna nqatlu hekk kif trakk saq fuq folla f'suq tal-Milied.
[ 10 ]
Bradley Lowery, tifel ċkejken ta' ħames snin li fadallu biss ftit jiem ħaj. Dan it-tifel sar magħruf mad-dinja internazzjonali hekk kif ingħata l-opportunitá li qabel imut jaqta' xewqtu. Ix-xewqa tiegħu kienet li jmur fil-grawnd ta' Sunderland u jiltaqa' mal-plejers, ħolma li saret realtá u li wasslitu biex jirbaħ il-premju li kull plejer ikun jixtieq jirbaħ: "Match of the day's goal of the Month award." Dan huwa premju għall-aqwa gowl ta' dan ix-xahar. Iċ-ċkejken għandu neuroblastoma, kanċer fin-nervituri li tarbija titwieled bih, ħa sehem fil-partit ta' Sunderland kontra Chelsea fl-14 ta' Diċembru u rnexxielu jagħmel gowl. Bradley ingħata dan il-premju flimkien mal-plejer tal-Manchester United Henrikh Mkhitaryan. Omm Bradley esprimiet il-kuntetizza tat-tifel meta sar jaf b'din l-aħbar. Għal dan it-tifel inġabru £700,000, b' £200,000 miġbura mill-klabb ta' Everton.
[ 10 ]
Minn fisazzjoni għal oħra u din id-darba kien imiss Pokèmon Go. Jekk għandek ħabta tkun online żgur li smajt b'din l-app, jew aħjar logħba u huwa naturali li staqsejt għal darba tnejn dwar x'qed jiġri. Pokémon twaqqfet minn Nintendo fis-snin disgħin. Il-logħba hi dik li ddur id-dinja biex issib il- Pokémon , kreaturi 'koroh' li mbagħad jiġġieldu kontra xulxin. L-għan ta' dak li jissejaħ trainer hu li jsibhom kollha u jsir master tal-Pokèmon billi jgħeleb trainers oħra magħrufa bħala gym leaders. Issa, bil- Pokémon Go, il-borma tħawdet xi ftit. Saret iktar interessanti jew saħansitra inkwetanti. Minn issa l'quddiem tassuminx li jekk tara lil xi ħadd għaddej ċass lejn il-mobile bilfors ikun fuq l-imejl jew il-whats app. Għax Pokémon daqshekk lagħbta d-dar fuq in-nintendo. Minflok tnizżżilha fuq l-Androind jew l-IOS. Minn hemm toħroġ il-barra ssegwi l-mappa u ssibhom fil-ħajja reali. Hekk hu. Il-ħajja reali tħalltet għal kollox ma' dik virtwali. Il-logħba tuża l-GPS li għandek fuq il-mobile. Fi ftit kliem din id-darba l- Pokémon mhux ġej għandek iżda int trid tfittxu. U bħal żmien in-Nintendo xorta hemm il-famuża gym fejn tiġġeled mal-gym leaders. F'postijiet reali dawk li jużaw il-logħba jispiċċaw jiltaqgħu. U toħodiex bi kbira jekk din tkun xi Knisja jew saħansitra residenza ta' persuna. Il-logħba għadha kif ħarġet u hija b'xejn. Tħallat in-nostalġija mal-ġdid u għalhekk mhux ta' b'xejn ħafna qed jiġġennu fuqha. Int titħajjar tfittxu l- Pokémon ?
[ 10 ]
Studju ġdid imwettaq mill-Univesità ta' Copenhagen sab rabta bejn kontraċettivi ormonali u d-dipressjoni. Dan kien l-ikbar studju tat-tip tiegħu, imwettaq fost miljun mara Daniża li għandha bejn il-15 u l-34 sena, li kienu osservati għal 13-il sena. Riċerkaturi sabu li nisa li jieħdu kontraċettivi b'tipi ta' ormoni differenti mħallta għandhom 23% aktar possibiltà li jkollhom djanjożi ta' dipressjoni. Dawk li jieħdu pilloli bil-progesterone biss (il-mini-pill) għandhom 34% ċans li jkollhom dipressjoni. Żagħżagħ huma fost dawl l-aktar f'riskju ta' dipressjoni, bi 80% żieda fil-possibiltà ta' dipessjoni meta jieħdu l-'pill'. Ir-riżultati huma aktar inkwetanti meta jintużaw alternattivi oħra, bħal coil , patch u ring . Riċerkaturi nnotaw li tobba għandhom tendenza ferm inqas li jagħtu l-'pill' lil nisa li għandhom dipressjoni u nisa li jesperjenzaw dipressjoni waqt li jkunu qed jieħdu din il-pillola aktarx jieqfu jieħduha. Għalhekk aktarx hemm ħafna każijiet fejn seta kien hemm effett negattiv fuq is-saħħa mentali tal-mara, li ma ġewx studjati bir-reqqa.
[ 10 ]
Ueli Steck, xabbat leġġendarju mill-Isvizzera tilef ħajtu waqt li beda jipprepara biex jitla mal-muntanja Everest. Steck, li kien magħruf bħala "Swiss Machine", miet f'aċċident waqt li kien qed jipprepara lilu nnifsu biex jidra l-klima diffiċli li jkun hemm fuq il-muntanja mingħajr ossiġnu, permezz ta' rotta ġdida. Ix-xabbat, li kellu biss 40 sena, rebaħ għadd ta' premju u kien magħruf ferm għall-aġiltà tiegħu meta jiġi biex jitla' fuq muntanja. Steck kien qed jipprepara biex jitla l-muntanja Everest permezz tar-rotta bl-isem ta' West Ridge, rotta li hi magħrufa li kkawżat aktar mwiet milli operazzjonijiet ta' suċċess. Qed jingħad li x-xabbat kien waħdu meta miet, dan minħabba li x-xabbat li kien miegħu kellu jittieħed l-isptar kawża ta' xi ġrieħi li ġarrab minħabba l-kesħa kbira li kein hemm. Kien bosta li wrew id-dispjaċir tagħhom għat telfa ta' dan il-leġġendarju, iżda fl-istess waqt kitbu li din hi lezzjoni li għalkemm wieħed ikun jaf ħafna jew hu mħarreġ sew, xorta waħda dawn l-inċidenti jistgħu jiġru. Is-sena l-oħra Steck sab il-katavri ta' żewġ xabbata li kienu ilhom neqsin madwar 16-il sena fit-Tibet wara li nqatlu b'valanga.
[ 10 ]
Erba' iġsma instabu ġewwa kamp fl-ogħla żona tal-ikkampjar fuq il-Muntanja Everest. Uffiċjali qalu li l-erba' iġsma nstabu minn tim li kien hemm biex iniżżel il-ġisem ta' xabbat Slovakk, Vladimir Strba, li tilef ħajtu fi tmiem il-ġimgħa. L-identità tal-erba' xabbata fil-kamp għadha mhix magħrufa. S'issa diġà tilfu ħajjithom sitt xabbata li ppruvaw jitilgħu l-ogħla muntanja fid-dinja.
[ 10 ]
Il-Kap tal-Istat Islamiku li hu stazzjonat fl-Afganistan, Abdul Hasib, inqatel wara rejd mill-militari. Hu miet għaxart ijiem ilu waqt operazzjoni speċjali konġunta fil-provinżja ta' Nangarhar. Hu maħsub li Hasib kien il-moħħ wara l-attakk li sar lura f'Marzu, fejn mietu 50 persuna wara attakk fuq sptar militari f'Kabul. Ix-xahar li għadd, il-Pentagon qal li Hasib x'aktarx inqatel waqt rejd mill-forzi speċjali tal-Istati Uniti u Afganistan. Żewġ suldati mill-Istati Uniti wkoll tilfu ħajjithom waqt l-istess rejd. S'issa l-ISIS għadha ma kkonfermatx il-mewt ta' Hasib.
[ 10 ]
Ħaddiema Spanjoli f'razzett f'El Escobar se jpattu qares wara li atti barbariċi fuq ħnieżer spiċċaw iduru fuq l-internet. Filmati juru lil dawn il-ħaddiema jagħtu daqqiet ta' ħadid lil ħnieżer li qed jistennew li jwelldu. Barra minn hekk, ituhom daqqiet bi xwabel kollha sadid u joħorġu l-qżieqeż minn żaqqhom bl-aktar mod moqżież. Wara dan l-att, raġel minnhom jagħmel mossa biex juri x'saħħa għandu, jagħmel siequ fuq ħanżir mejjet u jgħidlu jistrieh fis-sliem. L-irġiel se jitressqu l-Qorti. DAN IL-FILMAT FIH KONTENUT GRAFIKU
[ 10 ]
Illum hija l-aħħar ġurnata fejn fix-xena tal-futbol internazzjonali plejers jistgħu jbiddlu l-clubs tagħhom qabel jasal Jannar li ġej. Huwa għalhekk li one.com.mt se jkun qiegħed jaġġorna bl-aħħar spekulazzjonijiet u wkoll aħbarijiet uffiċjali ta' trasferimenti. Jidher biċ-ċert li ser tkun ġurnata twila għal numru ta' clubs. Rapportaġġ ta' Rodrick Zerafa u Abraham Abela. 23:33 – Il-plejer ta' Liverpool Markovic jidher li ssieħeb lil Sporting fuq self sal-aħħar tal-staġun. 23:27 – Everton jneħħu kull interess sabiex jieħdu lil Sissoko. Huwa mifhum li f' Liverpool kien hemm kollox lest saħansitra l-kuntratt u l-kamra fejn kien ħa jagħmel it-test mediku. 23:22 – Jidher li Sissoko ma' qabilx it-termini personali tiegħu ma' Everton u għalhekk jinsab fi triqtu lejn Londra. 23:17 – Crystal Palace jikkonfermaw li mhux ser jagħmlu aktar trasferimenti. 23:07 – Jidher li waqt li Sissoko kien fi triqtu sabiex jiffirma ma' Everton, it-tim ta' Tottenham li ilu msemmi li jista' jkun favorit biex jakkwista lill-plejer minn dalgħodu qabbel l-istess offerta ta' Everton, iġifieri dik ta' 30 miljun sterlina. Sissoko jista' jkun li jagħżel lit-tim ta' Londra, Tottenham, għax jixtieq li jilgħab logħob taċ-Champions League. Jason Denayor iffirma għal self ta' sena waħda mat-tim ta' Sunderland. 23:00 – Fadal biss siegħa! 22:49 – Jidher li hemm xi ostakli fin-negozjati bejn Juventus u Zenit għal Axel Witsel . Dan hekk kif il-klabb Russu jidher li ma jridx iċedi lill-plejer Belġjan minkejja li akkwistaw lil Igor Novotselvev mingħand Rostov, li huwa difensur u jista jilgħab bħala midfielder. Mircea Lucescu , il-kowċ ta' Zenit irid iżomm lil Witsel. Ried lil Cesc Fabregas iżda t-trasferiment ma seħħx. Fadal ftit minuti minuti biex Juventus jikkonvinċu lil Zenit. 22:33 – Jidher li t-trasferiment ta' Jack Wilshere ma' Bournemouth huwa komplut. https://t.co/8Qcp9YsjPo 22:17 – Il-gowler Taljan Salvatore Sirigu kien preżentat uffiċjalment ma' Sevilla. Fl-ewwel diskors tiegħu, huwa qal li għażel lill-klabb Spanjol għax il-kowċ kellu kliem mill-isbaħ fuq Sevilla. 22:16 – 22:09 – Roberto Martinez, kummisarju tekniku tal-Belġju, ikkonferma li Axel Witsel jinsab fl-Italja biex jikkonkludi ma' Juventus. Huwa qal li Witsel huwa matur, għandu l-permess ikun l-Italja u qed jinnegozja t-trasferiment tiegħu. 21:57 – It-trasferiment ta' Alvaro Arbeloa ma' West Ham huwa lest. 21:51 – 21.33 – Jidher li fl-aħħar Mario Balotelli ffirma mat-tim ta' Nizza u ser iħalli lill-Liverpool. 21.00 – Il-plejer ta' Newcastle Sissoko jinsab fi triqtu lejn Liverpool sabiex jagħmel test mediku. Dan ifisser li Everton ser jista' jkun li jiffirmaw dan il-pljer f' inqas minn tliet siegħat oħra. Apparti minn hekk Everton jinsabu viċin sabiex iġibu wkoll lill- Valencia b'self ta' sena. 20:37 – 20:35 – Jidher li Arbeloa wasal f'Londra, eżattament fil-ground ta' West Ham United, sabiex jiffinalizza t-trasferiment tiegħu. 20:15 – Problemi għal Juventus dwar Axel Witsel. Zenit iridu iktar flus u ma tawx il-permess biex isiru t-testijiet mediċi. 20:10 – Alessio Cerci mhux se jissieħeb ma' Bologna. Dan wara li l-plejer, li weġġa l-irkoppa f'Mejju li għadda, se jkun irkupra f'Novembru u jerġa jibda t-taħriġ f'Diċembru. Għal Bologna, dan huwa tard wisq, u allura se jerġaw jippruvaw f'Jannar li ġej. 19.40 – Jidher li Everton daħlu wkoll fit-tiġrija sabiex jakkwistaw lil Valencia minn għandu West Ham. 19.27 – Jidher li Chelsea ser iħabbru akwist fil-ħin li ġej. 19.00 – Huwa uffiċjali li Juan Cuadrado rritorna mat-tim ta' Juventus. 18.40 – L-ewwel ritratt ta' Alonso mat-tim ta' Chelsea. 18.17 – Jidher li t-trasferiment ta' Cuadrado għal ma' Juventus huwa lest. Juventus qablu li jħallsu 5 miljun Euro għal self u jista' jkun jiċaqlaq b'mod permanenti sena oħra gas-somma ta' 20 miljun Euro. 18.10 – Jidher li David Luiz jinsab fi triqtu b' helikopter biex jagħmel test mediku sabiex ikun jista' jiffinalizza it-trasferiment tiegħu ma' Chelsea. 18.05p.m – Id-difensur ta' Manchester City Mangala iffirma mat-tim Spanjol ta' Valencia b'self sal-aħħar tal-staġun. 18.02p.m – L-eks plejer ta' Fulham Philipe Senderos iffirma mat-tim Skoċċiż ta' Rangers. 18.00p.m – Jidher li Wilshere iddeċida. Huwa ma aċċettax l-offerti ta' AC Milan, Crystal Palace u Roma sabiex jingħaqd għal self ta' sena ma' Bournemouth. Jidher li bħalissa qiegħed fi triqtu u mistenni li jasal daqs siegħa u nofs oħra. 17.50p.m – Jidher li l-midfielder eks-Milan Nigel De Jong iffirma ma' Galatasaray għal sentejn wara li matul sena li għaddiet kien ma' LA Galaxy. Chelsea li jidhru qegħdin viċin li jiffirmaw lil David Luiz għat-tieni darba għadhom kemm iffirmaw difensur ieħor, Marcos Alonso minn ma' Fiorentina. 17.00 – Iktar żviluppi fil-kamp Juventin. Dan hekk kif il-klabb Taljan iffinalizza r-ritorn ta' Juan Cuadrado mingħand Chelsea. Huwa ffirma kuntratt ġdid mal-bianconeri. Il-ftehim huwa ta' self b'obbligazzjoni ta' xiri jekk jagħmel numru t' apparenzi. Intant, għadhom għaddejjin in-negozjati dwar Axel Witsel bejn Juventus u Zenit. Jidher li dawn waslu fl-aħħar dettalji. Iżda qabel ma' Witsel jitlaq mir-Russja, jeħtieġ li jintleħaq ftehim aħħari.\ 16.58 – Il-gowler Spanjol Diego Lopez mistenni jkompli l-karriera tiegħu f'pajjiżu. Wara żewġ staġuni fl-Italja ma' Milan, jinsab viċin li jingħaqad ma' Espanyol. F'Milanello, huwa sellem lill-plejers ta' Milan u l-kowċ Vincenzo Montella, u issa jinsab f'Casa Milan biex ikunu ffinalizati l-aħħar dettalji. 16.47 – "Jovetic kien, għadu u se jibqa plejer tal-Inter." Kliem id-direttur sportiv ta' Inter Piero Ausilio wara li ntemmet laqgħa oħra dwar il-bejgħ tal-attakkant Montenegrin. Hekk kif ninsabu ftit sigħat 'il bogħod mit-tmiem tas-suq tat-trasferimenti, Stevan Jovetic mistenni jibqa għad-dispożizzjoni ta' Frank de Boer sa Jannar żgur. L-istess jista jingħad għal Marcelo Brozovic . Dan wara li l-aġent tiegħu Miroslav Bicanic ikkonferma li l-Kroat se jibqa ma' Inter. Iktar minn hekk, se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid u aħjar li se jorbot lil Brozovic ma' Inter għal iktar snin. 15.48 – Jack Wilshere aċċetta li jkun trasferiet lejn Roma, wara telefonata ma' Franco Baldini, li huw al-intermedjarju li qed jaħdem fuq il-ftehim. Il-midfieldes t' Arsenal xorta għadu mfittex minn Milan, iżda Roma jinsabu f'diskussjonijiet iktar avvanzati. Arsenal u Roma għadhom qed ifittxu ftehim għat-trasferiment. 15.42 – Matul il-lejl li għadda, Bologna bdew negozjati biex jakkwistaw lil Alessio Cerci . Jidher li l-plejer mistenni jasal fil-belt biex jagħmel it-testijiet mediċi. Il-ftehim ta' self jinsab fi stadju avvanzat, iżda qabel ikun iffirmat il-ftehim, Bolgna jridu jkunu ċerti mill-kundizzjoni ta' Cerci, hekk kif fil-passat sofra injury. Cerci huwa plejer t' Atletico Madrid iżda ftit li xejn impressjona fi Spanja, tant li huwa kienu misluf lil Milan u Genoa. 15.28 – Wara 20 minuta li l-attakkant Wilfred Bony iffirma ma' Stoke City huwa kien diġa qiegħed jilgħab. 15.20 – 15.15 – Jidher li l-interess f' Sissoko qed ikompli jikber. West Brom offrew 20 miljun sterlina u l-plejer Callum McManaman sabiex jakkwistaw lill-Franċiż wara l-interess ta' Tottenham dalgħodu. 15.12 – Milan qed isegwu mill-qrib lil Inter. Dan hekk kif wara li saqsew lil Chelsea dwar Cesc Fabregas , jidher li issa tkellmu mal-aġent ta' Stevan Jovetic, li min-naħa tiegħu informa lid-direttur sportiv ta' Inter Piero Ausilio. Jidher li Milan qed jagħmlu minn kollox biex ikomplu jsaħħu l-iskwadra fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti. 15.05 – Tidher kważi ċerta li Mario Balotelli se jkun qed jilgħab fil-kampjonat Franċiż. L-attakkant diġa għamel it-testijiet mediċi filwaqt li Liverpool u Nice qed jiffinalizzaw il-ftehim. Il-klabb Franċiż offra erba miljun u ħames mitt elf ewro għal plejer Taljan. Wieħed mill-aħħar dettalji li jrid ikun ikkonfermat huwa l-presentaġġ ta' kemm jieħdu Liverpool jekk Nice ibiegħu lil Balotelli fil-futur. 14.52 – Jidher lit-tifel tac-Chairman ta' West Ham, Jack Sullivan, huwa infurmat li West Ham ser ikunu qed jiffirmaw plejer ieħor wara l-akkwist ta' Zaza minn Juventus. 14.36 – Id-direttur sportiv ta' Inter Piero Ausilio qal li s-suq ta' Inter huwa magħluq. Mistoqsi mill-ġurnalisti ta' Premium Sport, huwa wieġeb li jkunu jafu b'affarijiet ġodda llejla, iżda s-suq tat-trasferiment ta' Inter huwa magħluq. Stephan Lichtsteiner jibqa l-iktar imsemmi mal-klabb Taljan. Irrifjuta saħansitra lil Borussia Dortmund, li offrew tmien miljun ewro għas-servizzi tiegħu, hekk kif hu jrid lil Inter biss. 14.00 – Il-klabb Taljan Milan staqsew dwar Cesc Fabregas ta' Chelsea. Dan wara li kien hemm ix-xniegħat li seta jkun hemm skambju bejn Fabregas u Marcelo Brozovic ta' Inter. Sorsi ta' Sky Sports qalu li huwa se jibqa Stamford Bridge. 13.54 – Jidher li Stoke mistennija jħabbru l-plejer li ser jingħaqad magħhom. Skont l-aħħar rapporti u d-dell li hemm fuq dan ir-ritratt, il-plejer m'huwa ħadd ħlief l-attakant ta' Manchester City, Bony . 13.45 – Jidher li l-midfielder ta' Manchester City Samir Nasri jinsab viċin li jingħaqad ma' Sevilla fi Spanja. Skont id-direttur tal-futbol Monchi jidher li fadal biss l-aħħar irqaqat. 13.31 – Jidher li l-Alġerin Islam Silmani jinsab fi triqtu lejn Bologna fl-Italja sabiex jagħmel it-test mediku tiegħu biex jingħaqad ma Leicester City għas-somma ta' 27 miljun sterlina. 13.30 – Il-goalkeeper ta' Derby Lee Grant ingħaqad ma' Stoke b'self sa' Jannar. 12.45 – Dwar it-trasferiment tal-Brażiljan David Luiz , it-tim Franċiż ta' Paris St. Germain jidhru li ma jridux li jitilfu 20 miljun sterlina minn dan l-istess trasferiment. Dan għaliex Chelsea jixtiequ jixtruh lura għal 30 miljun. 12.36 – Jidher li se tkun diffiċli biex Stevan Jovetic jerġa jilbes il-flokk ta' Fiorentina. Dan minħabba l-paga tal-Montenegrin, li hija seba miljun ewro kull staġun. Din hija somma kbira għall-Viola, u mingħajr xi forma t' għajnuna mingħand Inter, mhux se jkun possibbli li Jo-Jo jerġa jingħaqad magħhom. Iż-żewġ klabbs se jerġgħu jiltaqgħu fis-sigħat li ġejjin, iżda jidher li l-affari mhux se tirnexxi. 12.30 – Id-difensur ta' Manchester City Eliaquim Mangala qed jagħmel il-viżti mediċi f'Valencia. Sentejn ilu, City kienu xtrawh għas-somma ta' iktar minn sebgħa u tletin miljun ewro mingħand Porto. 12.29 – Wara l-wasla ta' Alex Witsel, Juventus qed jistennew l-iva mingħand il-kowċ ta' Chelsea Antonio Conte għal Cuadrado . Intant, jidher li Stephan Lichsteiner irid li jingħad ma' Inter, iżda l-bianconeri ma jridux isaħħu klabb li huwa avversarju dirett tagħhom fis-Serie A. Interessati f'Lichsteiner hemm ukoll il-klabb Franċiż Monaco. 12.18 – Fuq Twitter, il-klabb Tork Besiktas jikkonfermaw lil Gokhan Inler mingħand Lesicester City, Caner Erkin mingħand Inter u Atin Nukan minn Lipsia. 12.13 – Tkompli tiżviluppa l-istorja ta' Jack Wilshere . Jidher li issa daħlu wkoll it-tim Taljan ta' Roma sabiex jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Ingliż b'self. 11.45 – Iċ-Champions tal-Ingilterra jidhru ukoll li ser ikunu impenjati fl-aħħar ġurnata tat-transfer window. Jidher li l-attakant Alġeriż Islam Slimani ta' Sporting Lisbon mistenni jingħaqad mat-tim fil-ħin li ġej għas-somma ta' 30 miljun ewro. 11.40 – Id-difensur ta' Leicester City Gokan Inler ingħaqad mat-tim Tork ta' Besiktas għal tliet snin. 11.30 – Jidher li ser tkun ġurnata kwieta għat-tim ta' Arsenal, dan għaliex mhux mistennija li jixtru aktar plejers. L-aħħar plejer li wasal fl-Emirates Stadium kien Mustafi minn Valencia. Biss, huwa mistenni li Wilshere jitlaq minn mal-club u wkoll bħalissa għaddejin negozjati għall-plejer S erge Gnabry. 11.15 – Jidher li wara li spiċċa l-esperjenza tiegħu minn ma' Crystal Palace s-sena l-oħra l-eks attakant ta' Tottenham Emmanuel Adebayor ser imur fic-Championship biex jilgħab mat-tim ta' Fulham. 10.57 – Wara l-aġġornament ta' ftit minuti ilu jidher li Newcastle ser ikunu qed ibiegħu lil Sissoko . Sissoko ser ikun qed jinbiegħ għas-somma ta' 30 miljun Euro. Għalhekk il-plejer ser ikun qed jinxtara fuq ħames pagamenti ta' 6 miljun ewro kull wieħed. Aktar dettalji mistennija fil-ħin li ġej. 10.50 – Jidher li l-attakant ta' West Ham, Enner Valencia , jista' jingħaqad ma' Swansea. Dan wara li dawn tal-aħħar huma mħajjra li jieħdu l-attakant b'self. Dan is-slef jidher aktar reali wara li matul din il-ġimgħa ssieħeb ma' West Ham l-attakant ta' Juventus, Zaza. 10.45 – Dwar l-għajdut li kien hemm fuq il-Pollakk Robert Lewandowski u l-klabb Spanjol Real Madrid, ikkumenta l-plejer innifsu. Filwaqt li rringrazzja lill-klabb Ġermaniż Bayern Munich tal-fiduċja li għandu fih, tenna dak li kien intqal mill-istess klabb, iġifieri li hu mhux għal bejgħ. Huwa qal li l-fatt li l-klabb ma jridx ibiegħu jagħmlu kburi, u għalhekk ma jħoss l-ebda pressjoni fuqu hekk kif fadallu tlett snin fil-kuntratt tiegħu maċ-champions Ġermaniżi. 10.17 – Bla dubju li waħda mill-ikbar sorpriżi f'dan is-suq tat-trasferimenti kien il-gowler nazzjonali Ingliż Joe Hart . Wara li taħt Pep Guardiola ma baqax il-gowler numru wieħed ta' Manchester City, Hart kellu l-għażla bejn Torino u Sunderland. Fil-fatt, huwa għażel lill-klabb Taljan, u tħalla jitlaq mill-kamp ta' taħriġ tal-Ingilterra biex jagħmel il-viżti mediċi. F'Turin, huwa xiref f'gallarija bil-flokk ta' Torino b'kunjomu fuqu. Il-konferma ta' self mingħand Manchester City mistennija tasal illum. 10.15 – Wara dak li kien rappurtat ftit tal-ħin ilu, jidher li Wilfred Bony deher jasal fit-training grounds ta' Stoke F.C. biex ikompli jiddiskuti mal-club. 10.07 – Wilfred Bony ser jibda sfida ġdida. Sostna dan huwa stess fuq Tweet li tefa aktar kmieni dalgħodu. 10.05 – Tkompli t-tfittxija ta' Inter għal difensur. Dan wara li fallew l-attentati għal Matteo Darmian u Stephan Lichsteiner . Manchester United qalu li Darmian mhux għal bejgħ filwaqt li Juventus qalu li jekk Lichsteiner jinbiegħ, jinbiegħ lil klabb mhux Taljan. Bla dubju d-deċiżjoni ta' Juventus jista jkun ukoll ifluwenzata mill-attentat li għamlu biex jakwistaw lil Marcelo Brozovic tal-istess Inter, b'dawn tal-aħħar jgħidu li jinbiegħ biss barra mill-Italja. Intant, l-aħħar isem li qed jissemma mal-klabb immexxi minn Frank de Boer huwa Fabio Coentrao , li bħalissa jinsab mat-team Spanjol Real Madrid. Dan filwaqt li l-alternattiva Martin Caceres tibqa hemm. 10.00 – Marcos Alonso ta' Fiorentina jidher li jinsab aktar viċin ta' Chelsea issa. Dan għaliex dalgħodu Marcos Alonso għamel 'follow' fuq Twitter il-profil uffiċjali ta' Chelsea F.C. Jidher li kollox huwa lest biex Alonso jkompli l-karriera tiegħu minn Stamford Bridge. Moussa Sissoko ta' Newcastle jidher li huwa l-mira l-ġdida ta' Tottenham Hotspurs. Diversi rapporti qed jgħidu li l-offerta hija ta' 16-il miljun sterlina izda Newcastle mhux lesti li jaċċetaw inqas minn 30 miljun. 09.35 – David Luiz jista' jerġa' jirritorna mal-blues ta' Londra, Chelsea, dan hekk kif dawn tal-aħħar għamlu offerta ta' aktar minn 30 miljun sterlina għad-difensur Brażiljan minngħand Paris St. Germain. Huwa kien iffirma f'Pariġi sentejn ilu għas-somma ta' 50 miljun ewro. Skont numru ta' sorsi viċin il-plejer jidher li Luiz jinsab ħerqan li jerġa' jmur lura f'Londra. 09.28 – Jack Wilsher jidher li huwa viċin biex jingħaqad ma' Crystal Palace jew inkella Bournemouth. Jidher li huwa diġa qal lid-deriġenti tal-Gunners li huwa jixtieq jħalli lit-tim ta' Arsenal b' self. Ir-rappreżentanti ta' Wilshere iltaqgħu maż-żewġ clubs u qed jevalwaw l-offerti tagħhom. Deċiżjoni mistennija tittieħed fis-siegħat ta' filgħodu. 08.37 – Davide Brivio u Genoa jinsabu viċin ħafna. Id-difensur imwieled fl-1998, kien diġa lagħab mal-Grifone fl-istaġun tal-2008/2009, u issa se jkun qed jerġa jilbes il-flokk rossoblu. Brivio, li lagħab anke ma' Vicenza, Lecce, Verona u Atalanta, beda jagħmel il-viżti mediċi l-Erbgħa filgħodu, qabel ma jiffirma l-kuntratt mal-klabb immexxi minn Ivan Juric. 08.32 – Axel Witsel jidher li jinsab viċin li jingħaqad ma' Juventus minn ma' Zenit. Kien il-kowċ Max Allegri li talab għall-midfielder Belġjan bħala sostitu għal Paul Pogba. Jidher li l-ftehim bejn il-klabb Taljan u dak Russu wasal wara ġurnata twila ta' negozjati, bid-direttur ġenerali Beppe Marotta jilħaq ftehim ta' tmintax-il miljun ewro u tlieta oħra f'bonus. Il-Belġjan huwa mistennija li jasal Turin biex jagħmel il-viżti mediċi u jiffirma l-kuntratt.
[ 10 ]
Il-velu abjad bil-faxxex blu, li huwa s-simbolu ta' ħidmet waħda mill-iktar ikoni għal qalb l-Insara, nhar il-Ħadd mistenni joħnoq pjazza San Pietru fil-Vatikan għal ta' Madre Tereza. Il-vjaġġ li l-eluf ta' insara qed jagħmlu biex ikunu parti mill-jum ta' fidi storiku qed jissejjaħ bħala 'vjaġġ sagru uniku', fejn dawn se jkunu preżenti għall-ewwel mumenti li l-beata Tereża se ssir Santa Tereża ta' Kalkutta. Iċ-ċerimonja se ssir nhar l-erbgħa ta' Settembru wara li lura f'Marzu il-Papa Franġisku ħabbar li se tiġi dikjarata qaddisa għall-ħidma umanitarja li għamlet propju fil-Belt Indjana li għada ġġor ma' isimha. Isem familjari u ikoniku għar-reliġjon Nisranija, Madre Tereża hija simbolu ta' mħabba, hena u faraġ għall-foqra, li kontinwament tispira lil missjunarji kollha. Għalkemm mwielda f'dik li llum hija Maċedonja, Madre Tereża hija assoċċjata b'mod dirett mal-belt Indjana fejn wara t-Tieni Gwerra Dinjija marret biex tgħin lil dawk maħkuma mill-faqar. Wara għaxar snin ta' ħidma kontinwa, Tereza fetħet l-ewwel dar għat-tfal abbadunati. Il-legat tagħha għadu jidher fl-erbat elef u ħames mitt soru tal-Missionaries for Charity, li tagħha Madre Tereza hija fundattriċi. Dawn is-sorijiet komplew jimxu fuq il-passi tagħha, fejn jgħixu ħajja umli, bil-patt ma' Alla li jgħinu lill-ifqar fost il-fqar. Madre Tereza ingħatat il-Premju Nobel għall-Paċi lura fl-1979. Issa se tingħata l-ikbar titolu għall-Kattoliċi fejn ħajjitha se tibqa turi relevanza għall-ħajja qaddisa, f'kuntest ta' realtajiet moderni li għandna llum.
[ 10 ]
Shimon Peres, li serva bħala Prim Ministru Iżraeljan darbtejn u darba bħala President, miet wara li ġimgħatejn ilu sofra minn attakk f'qalbu. Bosta mexxejja jinsabu fl-Iżrael għall-funeral ta' Peres li miet fl-etá ta' 93 sena. Shimon Peres se jkun qed jindifen fiċ-ċimiterju Nazzjonali ta' Ġerusalemm. Fost dawk preżenti hemm il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-mexxej Palistenjan Mahmoud Abbas, li qed iżur l-Iżrael għall-ewwel darba mill-2010. Dan il-mexxej kien wieħed minn negozjaturi ewlenin fi ftehim ta' paċi fl-1993, li għalih Shimon Peres rebaħ il-premju Nobel flimkien mal- Prim Ministru ta' dan iż-żmien Yasser Arafat u l-mexxej Iżraeljan Yitzhak Rabin. Mahmoud Abbas stqarr li bil-preżenza tiegħu għal dan il-funeral xtaq iwassal messaġġ lis-soċjetá Iżraeljana li l-Palestinjani jridu l-paċi u li japprezzaw l-isforzi li għamel Shimon Peres. It-tebut ta' Peres ġie eskortat mill-Militar mill-Parlament lejn iċ-ċimiterju Nazzjonali ta' Iżrael Mount Herzl. Fejn bħalissa bosta Mexxejja qed jitkellmu dwar Peres u jsellmu l-ħidma tiegħu.
[ 10 ]
Il-maġġoranza ta' tfal li għandhom ħames snin, normalment iqattgħu l-ġranet tagħhom jilgħabu u jgawdu l-inoċċenza tagħhom. Iżda dan ma kellux ikun id-destin taċ-ċkejkna Anna Wang li tgħix iċ-Ċina, ta' kuljum hija tieħu ħsieb lin-nanna u l-bużnanna tagħha – u dan ma tagħmlux b'għażla. Din iċ-ċkejkna spiċċat f'din ir-realtà mingħajr ebda ħtija u qed ikollha taffaċċja ħajja mimilja sfidi li ebda tifel jew tifla m'għandhom jaffaċċjaw. Missier Anna ntbgħat il-ħabs meta hi kellha biss tliet xhur filwaqt li ommha reġgħet iżżewġet u ddeċidiet li tabbanduna lil bintha. Hija spiċċat tgħix man-nanna tagħha u mal-bużnanna tagħha li llum għandha 92 sena. Hija bdiet tagħmel ix-xirja għall-familja, issajjar u tagħmel xogħlijiet oħra fid-dar u saħansitra taħsel lin-nanniet tagħha. Dawn huma realtajiet li xi kultant ninsewhom, iżda huma r-realtà ta' kuljum għal dawn it-tfal.
[ 10 ]
Banek kbar fir-Renju Unit qed iħejju għal rilokazzjoni. Kienet din it-twissija tal-British Bankers' Association. F'The Observer, il-kap tal-Assoċjazzjoni Anthony Browne wissa li banek żgħar ukoll jaf ifittxu li joperaw barra r-Renju Unit sas-sena d-dieħla. Qal li d-dibattitu politiku bħalissa mhux jiffavorixxi li banek jibqgħu fir-Renju Unit. Waqt konferenza annwali tal-Assoċjazzjoni l-ġimgħa li għaddiet, huwa diġa' qal li ħafna banek qed iħejju timmijiet apposta biex dawn jiddeterminaw liema partijiet mill-operat jeħtieġ jiċċaqalqu, sa meta, u kif se jagħmluha. Qal li s-settur bankarju huwa aktar effetwat minn Brexit minn setturi oħra fl-ekonomija. Qal li huwa l-ikbar suq li jesporta u l-iktar suq li huwa internazzjonali u kapaċi jiċċaqlaq.
[ 10 ]
Il-gvern tar-Renju Unit qal li se jipproponi sistema innovattiva u mhux ittestjata għall-kontroll tad-dwana bħala parti min-negozjati Brexit. Il-mudell, wieħed minn tnejn li qed jitmexxa 'l quddiem f'dokument ippubblikat riċentament, ikun ifisser li ma jsirux spezzjonijiet tad-dwana fil-fruntieri bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Il-proposta alternattiva tar-Renju Unit, b'sistema aktar effiċjenti għall-kontroll fil-fruntieri tkun tinvolvi żieda fl-amministrazzjoni. Fuq Twitter, Guy Verhofstadt, in-negozjatur tal-Parlament Ewropew żied li jeħtieġ qbil fuq kwistjonijiet oħra qabel ma jibdew in-negozjati fuq il-kummerċ.
[ 10 ]
Minn tal-inqas sitt mitt persuna għadhom nieqsa wara li valanga u għargħar qerdu partijiet minn Freetown, il-kapitali ta' Sierra Leone. Il-President Ernest Bai Koroma appella għall-għajnuna urġenti, hekk kif sostna li kommunitajiet sħaħ inqerdu. Madwar erba mitt persuna kienu kkonfermati mejta b'konsegwenza tal-valanga li seħħet fiż-żona Regent u għargħar f'postijiet oħra f'Freetown fil-jum tat-Tnejn. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar avżat li kienet ġirja kontra l-ħin biex jinstabu dawk li setgħu salvaw. Matul-il-jum tal-Erbgħa se ssir difna kbira biex jerġa' jkun hemm l-ispazju fil-kmamar mortwarji.
[ 10 ]
Bla ebda dubju, kulħadd għandu xi ħabib/a li ma jkunux fil-ħin. Nifmhu li l-għan ta' dawn in-nies mhuwiex biex jirrabjawna jew idejquna, iżda kienu hekk – minn dejjem. Il-mistoqsija hi, imma dawn ma jistgħux ikunu fil-ħin bħali? Il-mod ta' kif inqasmu l-ħin, huwa differenti għal kull persuna u dan iwassal biex kull wieħed u waħda minna jkollu stil ta' ħajja differenti. Dawn it-tip ta' nies, bla dubju, ma tantx jidħkulhom fuq il-post tax-xogħol u wisq anqas jieħu pjaċir bihom min ikun ilu jistennihom. Iżda jista' jagħti l-każ li dawk li jkunu tard ikollhom platt mimli mhux ħażin u jkunu nies attivi ferm. Artiklu ta' Business Insider jispjega kif nies li jkunu dejjem tard, jista' jkun li għax huma ottimisti. Huwa ddeskriva lil dawn in-nies b'dan l-aġġettiv għaliex bniedem ottimist dejjem jaħseb li għandu iżjed ħin biex ilesti l-affarijiet. Studju li sar fuq numru ta' salesmen juri kif bniedem li huwa ottimist, jagħmel aktar suċċess fil-ħajja, dan l-istudju jikxef kif 88% tal-bejjiegħa li huma ottimisti, jagħmlu iktar bejgħ mill-kollegi tagħhom. Jekk int dejjem tard, jaf tgħix iżjed minn dawk li tħalli jistennewk, dan għaliex normalment dawn in-nies ma jinkwetawx ħafna u jħarsu lejn il-ħajja minn għajn pożittiva li tnaqqsilhom ħafna mill-pressjoni u stress li jkollhom. Fis-snin ħamsin, riċerkaturi poġġew nies li għandom personalita aktar kompetitiva u inqas kalmi fi grupp A u dawk li huma iżjed kalmi u kreattivi fi grupp B. Jiġifieri skond dan l-istudju, li inti tkun tard jagħmlek persuna iżjed kreattiva. M'għandekx inkwiet, mhux tort tiegħek li dejjem tard iżda tort ta' kif tħares lejn il-ħin u l-ħajja. Dan mhux qed ngħidu jien, iżda studju xjentifiku u r-riċerka li saret!
[ 10 ]
Madwar id-dinja, qed jingħataw kondoljanzi għall-mewta tal-membru parlamentari Laburista Ingliża, Jo Cox li tilfet ħajjitha wara daqqa ta' sikkina u sparatura. Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron iddeskriva lil Jo Cox bħala waħda mill-aktar persuni li tikkampanja b'kompassjoni. Min-naħa tiegħu, il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn fisser il-mewta tagħha bħala attakk fuq id-demokrazija. Il-kandidata Presidenzjali Demokratika, Hillary Clinton stqarret li huwa terribli l-mod li ħajjet Cox intemmet hekk ħesrem. Stqarret li kienet kruċjali li l-Ingilterra u l-Istati Uniti jingħaqdu flimkien kontra l-mibgħeda u l-vjolenza. Madwar l-Ewropa mijiet ta' nies ingħaqdu biex jagħtu tislima lil Cox li kkampanjat biex l-Ingilterra tibqa' fl-Unjoni Ewropea. Il-familja tagħha rċeviet diversi messaġġi ta' dispjaċiri għall-mewta tagħha u żewġha appella lill-pubbliku biex jiġġieled kontra l-istess mibgħeda li qatlet lil martu.
[ 10 ]
Kien lejl li sippost kellu jkun ta' ferħ għal bosta persuni li t-Tnejn filgħaxija rħewlha lejn Manchester Arena biex jaraw lill-idolu tagħhom, il-kantanta ta' fama internazzjonali, Ariana Grande. Iżda propju ftit wara li ntemm il-kunċert u kulħadd beda ħiereġ 'il barra nstemgħet splużjoni kbira – splużjoni li kellha tkun raġel estremist ta' 23 sena li sploda lilu nnifsu. Sfortunatament kawża tal-isplużjoni mietu 22 persuna; fosthom tifla ta' tmien snin, tfajla ta' 15-il sena u tfajla oħra ta' madwar 18-il sena, u 64 persuna ndarbu – b'20 minnhom jinsabu f'kundizzjoni kritika. Iżda minkejja t-terrur u d-dwejjaq li dawk li kienu preżenti dak il-ħin jew li kienu fil-qrib ħassew; ftit wara li seħħet l-isplużjoni, il-qlub twajba spikkaw – bħal raġġ ta' dawl f'sitwazzjoni mdallma. Fil-fatt għal dawk li bdew isegwu minn fuq il-pjattaforma Twitter fis-sigħat bikrin seta' jilmaħ messaġġi ta' residenti jinfurmaw lil dawk li kienu fil-bżonn li fetħu djarhom u qed joffru sodda jew post ta' kenn. Residenti, li għalkemm xorta waħda ntlaqtu minn dan it-terrur li kien tant viċin tagħhom; warrbu l-biża' u għamlu ħilithom biex jgħinu lil min kien fil-bżonn. Messaġġi oħra ta' kumpaniji tat-taxis kienu fost l-ewwel sejħiet li bdew iduru fuq il-midja b'bosta sewwieqa li kienu Musulmani joffru servizz b'xejn għal dawk li kellhom bżonn jaslu lura d-dar wara dak kollu li seħħ. Spikkat ukoll l-għajnuna ta' mara partikolari. Paula Robinson ta' 48 sena kienet fl-istazzjon tal-ferrovija meta kif semgħet l-isplużjoni telqet tiġri biex tara x'ġara u kif indunat qalet liż-żgħażagħ li kien hemm biex jiġru warajha. Hi ħadithom f'lukanda li kienet fil-qrib u ħadet ħsieb madwar 50 żagħżugħ u żagħżugħa fejn permezz tal-midja soċjali xerrdet in-numru tal-mowbajl tagħha biex tinforma lill-ġenituri li kienet qed tieħu ħsieb lil dawn it-tfal. Pesuna oħra li verament spikkat kien Stephen Jones, raġel li jgħix barra t-triq u li kif ra dan kollu jseħħ quddiemu mal-ewwel qam minn fejn kien rieqed u flimkien ma' sieħbu bdew jassistu lil dawk milquta biex joħorġu mill-istabbilment. F'intervista ma' midja barranija Jones qal "aħna kollha umani u kollha għandna qalb. Irridu ngħinu lil xulxin u kif tista' ma tgħinx meta tara tfal midruba b'dak il-mod." Dawn huma wħud mill-ħafna li f'lejl ta' terrur kienu l-persuni li nislu t-tama fi qlub bosta. Persuni li għalkemm il-ġest tagħhom jaf kien ċkejken, dawn huma l-persuni li għandhom jibqgħu mfakkra għas-snin li ġejjin.
[ 10 ]
Sa ftit tal-jiem ilu qtates li jinsabu abbandunati fid-dar tal-annimali Etobicoke Humane Society f'Ontario kienu qed jorqdu fil-kesħa mal-art. Dan kollu inbidel hekk kif il-kumpanija IKEA tat bħala donazzjoni għaxar sodod tal-pupi lill-qtates abbandunati u $300 f'kontribuzzjonijiet għal ħajja aħjar għal dawn il-qtates. "L-art vera faċli biex innaddfuha iżda mhix komda biex jorqdu. Issa l-qtates se jkollhom il-kumdità li jorqdu f'sodod komdi," sostna hekk kelliem għad-dar tal-annimali abbandunati.
[ 10 ]