text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kamp tar-refuġjati Al-Za'atari tal-UNHCR waqt iż-żjara tagħha fil-Ġordan. Dan huwa kamp li għandu poplazzjoni ta' 80,000 u li x-xahar li għadda żaru l-Prim Ministru Joseph Muscat. Wara li ngħatat spjegazzjoni ta' kif jopera l-kamp, il-President ltaqgħat ma' tfal refuġjati.
[ 10 ]
Żewġ ħaddiema tas-salvataġġ fil-Ġreċja, Panagiotis Konstantaras u Antigoni Piperaki, f'dawn ir-ritratti jidhru qed jgawdu ftit ħin liberu fil-paċi. Fi kliemhom, din hija sena li qatt ma jistgħu jinsew. "Fl-eżerċizzji ta' taħriġ, aħna nipprattikaw salvataġġ fuq erba' jew ħames persuni li jkunu qed isibu diffikultá fuq il-baħar. Meta tara dgħajsa jew dinghy b'aktar minn 50 persuna fuqu, ssaqsi lilek innifsek – X'se nagħmel issa? Moħħok jintilef f'ħafna ħsibijiet, b'dak ewlieni jkun li l-ħajja tagħhom tiddependi fuq l-azzjonijiet tiegħek" Huma assistew numru kbir ta' refuġjati fl-ikbar kriżi tal-imigrazzjoni fl-2015. Il-gżira ta' Lesvos waħedha, rat aktar minn 10,000 immigrant f'ġurnata waħda. Il-volontiera stqarru kif ta' kuljum jkunu fuq allert massimu, u li kważi f'kull ġurnata ta' xogħol isalvaw dawk li jkunu qed jiġġieldu għal ħajjithom bejn sema u ilma. Panagiotis spjega kif f'Marzu n-numru ta' immigranti beda jżid b'rata mgħaġġla ħafna. "Kien hemm għaxar dgħajjes mal-kosta. Iżda dan ma kienx biżejjed. Mis-6.00a.m sal- 10.00a.m, kellna bejn 35 u 40 dgħajsa bir-refuġjati." Huma ddeskrivew d-dgħajjes li kienu magħmulin minn injam antik u li fihom kien ikun hemm aktar minn 200 persuna. "Fl-2015 kellna aċċident kbir, dgħajsa li kellha tlett livelli, b'refuġjati f'kull livell, ħabtet max-xtajta – Għamilna ġimgħa sħiħa niġbru l-katavri mill-baħar." Huma stqarru li jibqgħu jiftakru kull wiċċ, kull tifel u tifel, kull persuna. Antigoni spjegat kif iddeċidiet li tixtieq tgħin fuq bażi volontarja f'dawn is-salvataġġi wara l-eżempju li tawha omma u missiera meta ta' kuljum, minn filgħodu sa filgħaxija, kienu jieħu ħsieb oħtha li kienet tbagħti bil-kundizzjoni ta' cystic fibrosis. "Oħti m'għadhiex ħajja, issa rrid ngħin lir-refuġjati li jiġu f'pajjiżna bi problemi akbar minn tiegħi."
[ 10 ]
Alex Borg ikkwalifika għall-main tour sabiex ikun jista' jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker b'wild card. Borg ikkwalifika mit-tielet tournament tal Q-School li sar f'Wigan, l-Ingilterra. Wara li għadda l-ewwel tliet rounds, Alex Borg lagħab kontra Patrick Whelan fir-round tat-32 u rebaħ 4-2, u fir-round tas-16 għeleb l-isfida t'Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba Borg rebaħ kontra Billy Joe Castle 4-3 biex b'hekk rebaħ il-wild card sabiex jikkompeti ma l'aqwa plejers professjonali tas-snooker. Barra minn hekk, iċ-champion Malti Duncan Bezzina wasal sal-kwartifinali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed jintghlab f'Belgrad is-Serbja. Bezzina spiċċa eliminat meta tilef kontra Shachar Lubeg ta' Iżrael 4-2. F'dan l'istess kampjonat qed jikkompetu ukoll 4 players Maltin fil-kategorija ta' timijiet, tal- Masters u tal- Men. Fil-kategorija tal-Masters it-tim kompost min Arthur Cachia u Ivan Attard għelbu lit-tim ta' Serbia 4 bil-punteġġ ta' 5-0,u għelbu lit-tim ta' Irlanda2, bil punteġġ ta'3-2. Fil-kategorija tal-Men, it-tim Malti kompost min Duncan Bezzina u Tony Drago , għelbu lil Serbia 5, bil punteġġ ta'5-0 u għelbu ukoll lit-tim tal Germanja bil-puntegg ta'4-1.
[ 15 ]
Familja ta' erba' membri tilfu ħajjithom kmieni llum wara li r-residenza tagħhom spiċċat midfuna fis-silġ kawża ta' valanga f'Gurez qrib Kashmir. Uffiċjal tal-Pulizija qal li tim ta' salvataġġ qed jgħamlu kull sforz biex jinstab uffiċjal tal-armata dan hekk kif hu safa midfun taħt is-silġ. L-awtoritajiet f'Kashmir ħarġu twissija li hemm ċans kbir li sseħħ aktar minn valanga waħda, dan wara li tul il-jum tal-bieraħ niżlet ħafna borra. Il-pubbliku qed jiġi mwissi biex ma jersaqx lejn żoni li jaf ikunu perikolużi, b'mod partikolari żoni qrib il-muntanji.
[ 10 ]
Dak li jidher fir-ritratt huwa dak suspettat li huwa responsabbli għall-isplużjoni li seħħet fi New York is-Sibt li għadda. Ir-raġel huwa Ahmad Khan Rahami ta' 28 sena, oriġinarjament mill-Aghanistan iżda ċittadin Amerikan. L-isplużjoni darbet 29 persuna u seħħet peremzz ta' ammont ta' pressure cookers mimlija materjal splussiv.
[ 10 ]
Il-Papa Franġisku, l-Ġimgħa, għamel żjara ta' sorpriża fi sptar San Giovanni f'Ruma. Matul din iż-żjara huwa iltaqa' ma numru ta' trabi li qed isofru minn kumplikazzjonijiet serji. Huwa iltaqa' mal-ġenituri ta' 12-il tarbija li qed jinżammu f'inkubaturi għal kura intensiva. Matul iż-żjara huwa kellu kliem ta' wens u kuraġġ għall-ġenituri li għaddejjin minn żmien diffiċli u li f'wiċċhom tidher dik id-dieqa meta jaraw lit-tarbija tagħhom tbagħti. Il-Papa Franġisku rringrazzja wkoll lill-istaff mediku għall-ħidma bla heda tagħhom. Din hija waħda minn numru ta' żjarat li qed jagħmel il-Papa kull nhar ta' Ġimgħa bħala parti mill-inizjattivi għas-sena ddedikata għall-ħniena. Din iż-żjara kienet marbuta wkoll mal-kanonizazzjoni ta' Madre Tereża li għamlet ħafna ġid mal-iżjed nies foqra.
[ 10 ]
Nistgħu insejħulha 'waqa' Papali' dik li ġrat lill-Papa Franġisku waqt ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Polonja. Qed jiżdied it-tħassib, peress li l-Papa ħadha għall-wiċċu kemm-il dabra f'dawn l-aħħar sentejn.
[ 10 ]
Ritratt ta' tifla oħra, b'ħarsa inoċċenti, imwerwra u mbikkma. Dan ir-ritratt huwa ta' tifla li għandha 8 snin u li kienet vittma ta' attakk ieħor mill-arju fis-Sirja. Ir-ritratti ta' din it-tifla jikxfu r-realta' kifra ta' numru kbir ta' nies li ta' kuljum jgħixu attakk wara l-ieħor, bid-demm iċarċar ma' moħħha u miksija bit-trab, din it-tifla tidher konfuża u tibqa tgħajjat "Papa, fejn qiegħed, ejja ħdejja?" It-tifla spjegat li waqa' s-saqaf tad-dar fuq il-familja tagħha. L-istaff mediku u l-volontiera bdew jippruvaw inadfu u jikkuraw liċ-ċkejkna, iżda fl-istess ħin it-tifla ma' setgħetx tieqaf tibki.
[ 10 ]
Il-Papa Franġisku ħatar sbatax-il kardinal ġdid minn madwar id-dinja fi ħdan il-Knisja Kattolika. Dawn ġejjin mill-ħames kontinenti, u fosthom hemm ukoll il-mibgħut tal-Vatikan għas-Sirja. B'hekk, il-Papa għażel kważi terz tal-Kulleġġ tal-Kardinali li se jgħinuh jagħżel is-suċċessur tiegħu meta jasal il-waqt. Kardinali li għandhom inqas minn tmenin sena jistgħu jivvutaw għal Papa li jmiss. Tlettax mill-kardinali l-ġodda għandhom inqas minn tmenin, u b'hekk huma eliġġibli li jilħqu minfloku. Din hija t-tielet darba fi tliet snin li l-Papa Franġisku, li huwa l-ewwel Papa Latin Amerikan, ħatar kardinali ġodda. Huwa uża kull opportunita biex jippromwovi membri minn barra l-bażi tradizzjonali Ewropea tal-Kulleġġ.
[ 10 ]
Ta' kull sena fl-Amerka, il-pubbliku jista' jlesti kaxxa taż-żraben u jimliha b'oġġetti differenti għal tfal li f'dan iż-żmien ta' festi, dan jaf ikun l-unika rigal li jirċievu. Jispikka s-sens ta'innoċenza u t-tbissima fuq fomm dawn it-tfal li l-aktar oġġetti sempliċi nisslu fihom sens ta' ferħ. F'dinja li aktar kemm jgħaddi ż-żmien qed tonqos milli taprezza affarijiet sempliċi, filmati bħal dawn iżidu l-għarfien fost il-pubbliku li xi ħaġa żgħira, jaf tfisser ħafna għal dak iċ-ċkejken jew ċkejkna li xi kultant ikun diffiċli għalihom li jsibu x'jieklu matul il-ġurnata. Din l-inizjattiva, ilha ssir mill-1993, u jkun fit-tielet ġimgħa ta' Novembru li dawn il-kaxxi ta' żraben jinġabru sabiex ikunu jistgħu jaslu għand dawn it-tfal. Sal-2016, se jkunu ingħataw 100 miljun kaxxa ta' żraben mimlija rigali li jferħu liċ-ċkejknin f'130 pajjiż differenti,
[ 10 ]
Il-Korea ta' Fuq qalet li għad għandha r-rieda li meta trid titkellem mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump wara li ħassar il-laqgħa tiegħu ma' Kim Jong-Un. Il-viċi ministru tal-affarijiet barranin, Kim Kye-gwan qal li d-deċiżjoni ta' Trump kienet estremament ta' dispjaċir. Il-President Trump ta t-tort lill-ostilità miftuħa tal-Korea ta' fuq, li wasslet biex il-laqgħa ġiet ikkanċellata. Is-summit kien ikun l-ewwel darba li President tal-Istati Uniti jiltaqa' ma' mexxej tal-Korea ta' fuq. Qabel id-deċiżjoni ta' Trump, il-Korea ta' Fuq qalet li wettqet il-wegħda tagħha li żżarma l-mini fl-uniku sit tat-test nukleari tagħha.
[ 10 ]
L-arkitett Taljan famuż Renzo Piano aċċetta li jissorvelja il-kostruzzjoni ta' pont ġdid f'Genova, li se jieħu post dak li ġġarraf u ħalla mejta 43 persuna. Fl-14 t' Awwissu, parti mill-pont Morandi, li kien ilu mibni 51 sena, waqgħet bil-konsegwenza li kissret numru ta' djar u vetturi li kienu taħt. Il-proġett il-ġdid se jiswa iktar minn 200 miljun ewro u mistenni jkun lest fi żmien sena. Piano huwa magħruf għad-disinji tiegħu ta' diversi binjiet, fosthom ix-Shard f'Londra, il-kwartieri ta' New York Times u l-Parlament Malti. Żewġ kumpaniji li ngħataw il-kuntratt biex jibnu l-istruttura qalu li Piano se jkun inkarigat mill-proġett, li se jkun ibbażat fuq disinn li ressaq b'mod volontarjat u li għandu jservi sa elf sena.
[ 10 ]
"Dan hu t-Teatru Nazzjonali, hu tiegħek ukoll, li ħallejt dan kollu". Hekk qal messaġġ kmieni l-Ġimgħa filgħodu fuq il-paġna soċjali tat-Teatru Nazzjonali, li l-Ħamis filgħaxija spiċċa vittma ta' traskuraġni kbira minn xi membri tal-udjenza, li ħallew l-iskart warajhom f'waħda mill- boxes tat-teatru. Huwa mifhum li dan sar wara l-wirja tal-Ħamsi filgħaxija tal-pantomima tradizzjonali tal-Milied li bħalissa tinsab għaddejja fit-Teatru Manoel. Fuq il-paġna uffiċjali, it-tmexxija tat-Teatru wriet dispjaċir kbir għal din it-tip ta' atitudni, u fakkar kif fit-Teatru Manoel mhux permess ikel u xorb, ħlief ilma.
[ 2 ]
Il-Ministru għall-affarijiet barrannin Russu, Sergey Lavrov saħaq li l-pjanijiet tar-Russja u l-Istati Uniti għat-tmiem tal-ġlied fis-Sirja għandu jiġi salvagwardjat. Lavrov qal dan lin-Nazzjonijiet Maqgħuda hekk kif fil-belt t'Aleppo reġa' kompla t-taqbid imdemmi permezz t'attakki mill-ajru. Dan bil-konsegwenza li l-forzi tal-Gvern ta' Bashar al-Assad għamlu avvanzi kbar għas-spejjeż tar-ribelli. Il-Ministru Russu tefa' l-ħtija għat-tkomplija tal-vjolenza fis-Sirja fuq l-Amerka wara li skont hu l-Amerikani naqqsu li jikkontrollaw lil fazzjonijiet tar-ribelli li joperaw taħt l-influwenza tagħhom. Minkejja dan, Lavrov spjega li s-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry saħaq miegħu li l-impenn tal-Istati Uniti huwa li jkun hemm distinzjoni bejn fazzjonijiet tar-ribelli meqjusa moderati u dawk li m'humiex.
[ 10 ]
Meta nisimgħu dwar pressjoni biex persuna tibda tpejjep sigaretti, normalment jiġu f'moħħna dak iż-żgħażugħ jew żgħażugħa li jiġu nfluwenzati mill-ħbieb biex jibdew jagħmlu dan. Iżda mid-dehra din il-pressjoni qed isir ukoll fuq vittmi inoċċenti li joqgħodu fuq dak li jgħidulhom l-adulti u jkunu għadhom ma jafux jagħmlu distinzjoni bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. Filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali ta' facebook juri lil Lamel Yancey, li huwa z-ziju ta' tifel ta' 3 snin, jħeġġeġ lin-neputi tiegħu ipejjep il-marijuana. Il-Pulizija spjegat kif dan it-tifel jidher jieħu nifs minn dan il- joint fuq wara ta' karozza. L-akkużat għandu biss 17-il sena, u ġie arrestat mill-Pulizija fuq akkużi li poġġa fir-riskju l-ħajja ta' minuri. L-uffiċjali tal-Pulizija spjegaw kif raw dan il-filmat b'kumbinazzjoni hekk kif kienu qed jagħmlu investigazzjoni dwar serqa.
[ 10 ]
Il-kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, baqgħet l-iktar mara b'saħħitha fid-dinja skont ir-rivista awtorevoli Forbes. Hija ġiet quddiem il-kandidat għall-Presidenza Amerikana, Hillary Clinton li kienet segwita miċ-ċerpersin tar-riserva federali Amerikana Janet Yellen. Fost dawk fuq quddiem, ngħidu aħna mal-aqwa tletin, wieħed isib nisa mid-dinja tan-negozju bħal Sheryl Sandberg li hija l-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Facebook u l-Kap Eżekuttiv ta' General Motors, Mary Barra. Fost dawk li daħlu fil-lista għall-ewwel darba hemm Tsai Ing-wen li nħatret President tat-Taiwan u r-Reġina Eliżabbetta tinsab fid-29 post. Biex fis-sena li għalqet disgħin sena telgħet 14–il post.
[ 10 ]
Jair Bolsonaro rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Brażil. Il-kandidat tal-lemin estrem irnexxieelu jikseb il-fiduċja ta' ħamsa u ħamsin punt tnejn tal-elettorat mentri Fernando Haddad mill-partit xelluri kiseb erbgħa u erbgħin punt tmienja fil-mija. Bolsonaro bbaża l-kampanja tiegħu fuq il-wegħdiet li jelimina l-korruzzjoni kiff ukoll li jindirizza l-livell għoli ta' kriminalita' fl-istess pajjiż.
[ 10 ]
Żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi wara li Pulizija spara u laqat żewġ persuni waqt li l-President Franċiż Francois Hollande kien qed jagħmel diskors f'Villognon. Hollande ma sofra minn ebda ġrieħi u b'xorti tajba dawk milquta mill-isparatura li qed tiġi trattata bħala inċident mhux intenzjonat ma jinsabux fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Il-filmat juri l-mument li fih Hollande sema' l-isparatura u qal "nispera li xejn serju," u wara ftit sekondi qal lil dawk preżenti li ma jaħsibx li kien każ serju. Iżda dwar dan il-każ infetħet investigazzjoni. Fid-dawl tal-attakki terroristiċi fi Franza, mal-aħbar tal-isparatura ħafna ħasbu li dan kien attakk terroristiku li kellu fil-mira tiegħu lill-President Franċiż Francois Hollande, iżda mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dan kien biss inċident.
[ 10 ]
Il-Prinċep Hary tal-Ingilterra u l-prinċipessa figurattiva tal-Barbados, il-kantanta Rihanna, ingħaqdu biex raw għandhomx l-HIV. Mhux għax kellhom xi suspett fir-realtà, imma għax xtaqu jgħaddu messaġġ fil-jum li mmarka World Aids Day; l-ewwel jum ta' Diċembru. Riedu juru fuq kollox li dan mhux proċess diffiċli, u test wieħed f'waqtu jista' jagħti lok għal kura aktar malajr u ħajja iktar twila. Dan minbarra ħajjiet oħra li jistgħu ikunu salvati jekk il-marda ma tinxteridx. Madanakollu saħqu li għad hemm wisq stigma dwar l-HIV fil-Karibew, il-post fejn għamlu t-testijiet. Tista' tara dan il-mument hawn, fejn Rihanna ċċajtat mal-Prinċep u offrietlu ftit kuraġġ.
[ 10 ]
Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi tal-Coronavirus f'Malta. Din il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar b'mod dirett fuq l-istazzjon ONE.
[ 1 ]
Christopher Guest More Jr kien estradit lejn ir-Renju Uniti f'titjira kkordinata bejn l-Awtoritajiet Ingliżi u dawk Maltin il-Ħadd li għadda. Guest More kien meqjus fost l-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa u r-Renju Unit, u kien skortat mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għall-ajruport Malti hekk kif l-awtoritajiet Ingliżi bagħtu ajruplan apposta għalih. Il-Pulizija Ta' Malta arrestat lil Christopher Guest More Jr b'mandat ta' arrest Ewropew fis-6 ta' Ġunju li għadda, u eventwalment tilef battalja legali biex ma jitbagħatx lura pajjiżu. Il-ħidma tal-Pulizija tal-aħħar sigħat saret taħt sigurtà stretta bl-involviment tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, il-Forzi Armati ta' Malta u Aviation Security Malta.
[ 1 ]
Minn nhar il-Ġimgħa filgħodu vjaġġi għal divertiment minn u lejn Għawdex mhux se jkunu aktar permessi. Dan wara li f'konfereza tal-aħbarijiet il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar ristrezzjonijiet ġodda għal kull min se jkun qed jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex. Il-Ministru qal li wara diskussjonijiet fit-tul mal-awtoritajiet involuti, dak li jkun se jkun jista' jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex għal dawn ir-raġunijiet biss. "Bħala parti mill-iscreening ser jidħol ukoll fis-seħħ screening għall-iskop jew individwi ser ikunu qegħdin jaqsmu bejn iż-żewġt gżejjer. Dan l-iscreening ser jippermetti biss vjaġġar għal dawn ir-raġunijiet. Għal raġuni ta' xogħol, għal raġunijiet mediċi, għal żjarat mill-familjari lill-pazjenti rikoverati l-isptar, żjara lill-qraba, ġarr tal-merkanzija jew inkella ritorn fir-residenza ordinarja tal-individwu." In-nies se jkunu mistoqsija dwar l-iskop tal-vjaġġ tahħhom huma u jistennew fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa qabel jirkbu l-vapur. "Dan ifisser li traġitti għal skop ta' vaganza, divertiment jew xi mawra m'humiex ser ikunu permessi." Il-Ministru għal Għawdex qal ukoll kif miżuri bħall-iscreening ta' kull persuna li tkun trid taqsam il-fliegu għal sintomi relatati mal-coronavirus se jibqgħu fis-seħħ. Temm jgħid li dan kollu qed isir biex titħares saħħet kulħadd u appella għall-koperazzjoni f'dawn il-ġimgħat kruċjali.
[ 1 ]
Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f'Qorti Spanjola dwar frodi. Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009. Awtoritajiet Spanjoli allegaw li Lionel u Jorge Messi ħbew qliegħ f'Belize u l-Uragwaj, biex b'hekk ma ħallsux taxxi. L-Ispanjoli qed jitolbu multi kbar u sentezi ta' priġunerija. Kemm Lionel Messi u kemm missieru ċaħdu li kisru l-liġi. Minħabba l-kawża, Messi tilef parti mill-preparamenti għall-Copa America, li jibdew nhar il-Ġimgħa fl-Istati Uniti. L-ewwel logħba tal-Arġentija hija nhar it-Tnejn 6 ta' Ġunju.
[ 10 ]
330 kilo marijuana ġet issekwestrata f'Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x'aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin. Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f' siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta' Ibla. Jidher li d-droga nstabet f'qiegħ falz ta' trailer . Il-pulizija ta' kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta' 39 sena u Carmelo Incardona ta' 52 sena. Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.
[ 10 ]
Il-Parlament Kanadiż approva l-użu tal-kannabis rekreazzjonali. Dan wara li l-Att kontroversjali għadda mis-Senat b'52 vot favur u 29 kontra. Issa, il-marijuana għal użu oltre minn dak mediċinali se tkun tista tiġi mkabbra u mibjugħa fil-pajjiż minn Settembru li ġej wara li l-użu tagħha kien ilu att kriminali mill-1923. Minkejja dan, il-kannabis mediċinali ilha tintuża mill-2001. Il-Kanada hija t-tieni pajjiż fid-dinja li llegalizzat l-użu tal-kannabis wara l-Uruguay, fl-2013. Fi tweet, il-Prim Ministru Kanadiż esprima s-sodisfazzjon għal din il-bidla tant mistennija.
[ 10 ]
Tanker taż-żejt mill-Malażja inħataf u ttieħed fl-ibħra tal-Indoneżja, meta kien qed iġorr 900,000 litri diesel. Dan ikkonfermawh uffiċjali marittimi mill-Malażja , li qalu li l-MT View Harmoni kien sejjer mill-port Tanjung Pepelas fil-Malażja meta nħataf. Aktarx li issa t-tanker jinsab qrib il-gżira Batam. Iż-żejt abbord huwa stmat li jiswa £300,000. Għadu mhux magħruf min huwa l-moħħ wara l-ħtif ta' dawn it-tanker.
[ 10 ]
L-Istat Iżlamiku jew kif isejjaħ lilu nnifs, l-ISIS assuma responsabbiltà għall- attakk li sar ilbieraħ f'Manchester ilbieraħ filgħaxija wara kunċert tal-kantanta Ariana Grande. Fuq Telegram, permezz ta' stqarrija, l-ISIS qalu li f'dan l-attakk intuża tagħmir bi splussivi li tpoġġa fl-Arena li fiha sar il-kunċert. Attakk li ħalla 22 vittma u 59 persuna midruba, li fil-maġġoranza tagħhom huma tfal. Liema attakk se jibqa' memorja kerha għal dawk li għexu din l-esperjenza qarsa.
[ 10 ]
Il-predeċessur ta' Sepp Blatter fit-tmun tal-Fifa, Joao Havelange miet fl-età ta' mitt sena. Huwa serva bħala president tal-fifa bejn l-1974 u l-1998. Huwa rriżenja minn President onorarju f'April tal-2013 wara li kien qed jiġi investigat fuq allegazzjoni ta' tixħim. Sena wara ddaħħal l-isptar is-sena ta' wara infezzjoni fil-pulmun. Havelange serva fil-Kumitat Internazzjonali Olimpiku bejn l-1962 u l-2011. Kien irriżenja minħabba raġunijiet ta' saħħa.
[ 10 ]
Il-forzi tal-gvern Iraqi ħadu lura f'idejhom il-maġġoranza ta' Falluja, wara li din kienet ilha f'idejn l-Istat Iżlamiku minn Jannar tal-2014. Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana Ash Carter qal li għad fadal xi ġlied xi jsir hekk kif l-Istat Iżlamiku għadu jikkontrolla parti sinifikanti tal-belt. Madanakollu, il-Prim Ministru tal-Iraq iddeskriva s-suċċess miksub s'issa bħala ħelsien. Kelliem għall-armata qal li qed jistenna li l-Istat Iżlamiku se jsofri telfa kbira fis-siegħat li ġejjin.
[ 10 ]
Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, se tkun qed tikkontesta għar-raba' terminu għall-uffiċċju. Dan qaluh il-membri tal-partit konservattiv tagħha. Merkel, li għanda 62 sena, mistennija tħabbar formalment l-intenzjoni tagħha aktar tard il-Ħadd fil-kwartieri ġenerali tal-Unjoni Demokratika Kristjana (CDU). L-Elezzjonijiet Ġenerali fil-Ġermanja huma mistennija jkunu fil-Ħarifa tas-sena d-dieħla. Stħarriġ wera li l-popolarità ta' Merkel naqsat meta mqabbla fl-aħjar tal-popolaritá tagħha, iżda xorta waħda għandha l-maġġoranza warajha. Intant, hija sofriet telfa imbarazzanti fl-elezzjoni reġjonali aktar kmieni din is-sena u qed tiġi sfidata mill-populisti tal-lemin.
[ 10 ]
Il-President Amerikan Barack Obama wasal Hiroshima u u b'hekk sar l-ewwel President Amerikan li żar il-belt Ġappuniża mindu seħħ il-bumbardament nukleari fl-1945. Huwa qal li mhux se jkun qed jitlob apoloġija għal dak li ġara, iżda se jkun qed jonora dawk li mietu fit-Tieni Gwerra Dinjija. F'kummenti lil media Ġappuniża, Obama qal li ż-żjara turi li anke għedewwa tal-passat jistgħu isiru l-iktar alleati b'saħħithom. L-ewwel attakk b'bomba nukleari fid-dinja, li seħħ f'Awwissu tal-1945, qatel minn tal-inqas 140,000 persuna. Jumejn wara, bomba oħra nukleari ħasdet il-ħajja ta' 74,000 persuna f'Nagasaki.
[ 10 ]
Il-pjazza ta' Duomo f'Milan hija mimlija turisti dilettanti tal-futbol, partikolarment Spanjoli, li llejla jridu jkunu viċin it-tim tagħhom meta jilgħab l-iktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Ewropew. Fi grawnd li jesa' tmenin elf ruħ il-partitarji ta' Real Madrid u Atletico Madrid ingħataw ftit iktar minn 30,000 biljett bejniethom u għalhekk mhumiex wieħed u tnejn li l-vjaġġ lejn Milan għamluh mingħajr ebda assigurazzjoni li se jkunu qegħdin jappoġġjaw lill-idoli tagħhom minn San Siro. Dan iwassal biex bħalissa f'Milan wieħed jista' jinnota 'negozjati' għaddejin f'diversi kantunieri. Persuni jidhru b'kartelluni u noti jgħidu li lesti jixtru biljett, u oħrajn, li forsi xtraw il-biljett kmieni għax ħasbu li se jkun hemm it-tim tagħhom, lesti jinnegozjawh. Biljett jaf iġib ħames darbiet iktar mill-prezz oriġinali, jekk mhux iktar. F'Milan one.com.mt għamel esperiment żgħir. Morna fuq wieħed mill-persuni li b'kartellun f'idu kien qed jgħid li għandu bżonn biljett. Għidnilu li għandna biljett tal-ewwel kategorija (prezz oriġinali ta' €420) u li ridna nsibu bejgħ tiegħu. Qalilna li kien lesti joffri elf ewro. Għidnilu ma konniex se nikkuntentaw b'inqas minn €4,000. Daqshekk ma kienx lest joffri. Iżda, sa €2,800 kien lest li jasal. Dan huwa bejn wieħed u ieħor l-istess prezz li qed ikun mitlub fuq l-internet minn siti li normalment jintużaw minn dilettanti li ma jkollhomx biljetti bħal sports events365 jew viagogo. Dawn qed jitolbu bejn €2,355 u €3,000. Dawn it-tip ta' nies, li għal biljett lesti jagħmlu kollox, tiltaqa' magħhom kull kantuniera taċ-Champions League Village li ntrama fil-qalba ta' Milan. Juventin li tkellimna miegħu qalilna kif biljett ta' valur ta' ftit iktar minn €300 biegħu għal €1,500. "La darba m'hemmx it-tim tiegħi nippreferi nneħih u ninvesti dawk il-flus f'logħba għat-tim għas-sena d-dieħla," qalilna t-Taljan li rebaħ il-biljett mill-kompetizzjoni online li tagħmel il-UEFA fl-ewwel ġimgħat tas-sena. U bil-logħba jonqosha ftit sigħat biss in-negozjati mistennija jissoktaw u l-prezzijiet jibdew jiżdiedu hekk kif mhux wieħed u tnejn japprofittaw mid-deni li jibda tiela' fis-sigħat li ġejjin. Bil-partitarji tat-timijiet ewlenin tal-belt ta' Madrid se jagħmlu minn kollox biex ikunu d-differenza li tara lit-tim favorit tagħhom jerfa' t-tazza ta' widnejha kbar.
[ 10 ]
Illejla se jkun jum speċjali mhux biss għall-plejers ta' Real Madrid u Atletico Madrid li se jilagħbu l-finali taċ-Champions League. Iżda, se jkun ukoll jum importanti għall-kantanta Alicia Keys li se tkun qed tkanta qabel il-finali. L-Amerikana se tkun l-ewwel kantanta li se tkun mistiedna tagħti dan it-tip ta' spettaklu qabel l-logħba tant importanti. "Il-familja ta' ommi mill-Italja u kull meta mmur hemm dejjem inħossni li nintlaqa' tajjeb," qalet Alicia Keys. Il-logħba tintwera f'220 pajjiż u l-UEFA qalet li s-sehem ta' Keys ikompli jżid il-profil tal-logħba. Keys qalet li l-messaġġ irid ikun li fil-futbol u l-mużika hemm messaġġ wieħed: "dak li jirrappreżenta l-ispirtu li aħna lkoll l-istess, ġejjin minn fejn ġejjin u ngħixu fejn ngħixu."
[ 10 ]
Il-lords Ingliżi bdew id-dibattitu dwar l-abbozz li jwitti t-triq għall-bidu tal-Brexit. Il-membri parlamentari diġà appoġġjaw il-liġi proposta li tawtorizza lil Theresa May biex tinforma lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tar-Renju Unit biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Il-Gvern iżda m'għandux il-maġġoranza tal-'House of Lords' fejn rekord ta' 190 lords mistennija jitkellmu. Il-lords tal-oppożizzjoni qed ifittxu garanziji dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea fir-Renju Unit u tal-irwol tal-parlament biex jiskritunizza l-proċess. Intant, Theresa May qalet li trid tinvoka l-Artikolu ħamsin tat-Trattat ta' Lisbona sal-aħħar ta' Marzu.
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, akkuża lill-eks President Barack Obama fuq spjunaġġ ta' telefonati, xahar qabel ma ġie elett. Trump kmieni dalgħodu kiteb fuq Twitter "Għadni kif sirt naf li Obama għamel spjunaġġ tat-telefonati tiegħi fi Trump Tower ftit qabel ma rbaħt l-elezzjoni." Kienu ftit id-dettalji li ta l-President tal-Istati Uniti li juru li dak li qed jgħid huwa fattwali.
[ 10 ]
Is-Sibt filgħaxija l-Pulizija Norveġiża għamlet sejba ta' materjal splussiv fiċ-ċentru ta' Oslo. Iż-żona ta' Gronland ġiet evakwata u ngħalqet għall-pubbliku sakemm il-materjal splussiv ġie nnewtralizzat u tneħħa minn fuq il-post. Dan il-materjal instab wara li ħoss ta' bomba ħasad lil dawk li kienu fil-viċinanzi. Is-suspettat b'rabta ma' din is-sejba ġie arrestat mill-Pulizija. Il-Pulizija ma tawx aktar informazzjoni dwar dan il-każ iżda parti kbira miċ-ċentru ta' Oslo tinsab taħt sigurtà stretta. Il-Pulizija appellat ukoll liċ-ċittadini biex jibqgħu fi djarhom filwaqt li ebda restorant ma fetaħ fiż-żona. L-aħbar ħarġet jumejn biss wara li erbà persuni inqatlu u għexieren sfaw midruba f'attakk terroristiku fl-Iżvezja.
[ 10 ]
Il-vjolenza qed tiddomina u teskala fil-protesti kontra l-Gvern li qed isiru f'bosta bliet Iranjani. Numru ta' persuni sofrew ġrieħi kkawżati minn sparaturi. Bosta filmati juru protestanti jagħtu n-nar lil vetturi tal-Pulizija u attakki fuq binjiet tal-Gvern. Dawn il-protesti qed ikunu deskritti bħala reazzjonijiet għall-ikbar nuqqas ta' qbil fil-pajjiż sa mill-2009. Biex jidher li d-dimostranti njoraw it-twissija tal-Ministru tal-Intern tal-Iran dwaar "laqgħat illegali". Fl-isfond ta' dawn il-protesti, stqarrija mill-White House qalet li l-Iranjani ddejqu bil-korruzzjoni tar-reġim u bil-mod kif qed jinħela l-ġid tan-nazzjon biex ikun iffinanzjat it-terroriżmu.
[ 10 ]
In-nirien f'Kalifornja ġew deskritti bħala l-akbar nirien fl-istorja. In-nirien tferrxu b'rata allarmanti u sa issa ħarqu ftit aktar minn 280,000 tomna t'art, medda t'art hija daqs Los Angeles. Il-pumpiera qed jissieltu ma' madwar sittax-il nar li kompla jikber permezz tas-sħana qawwija, riħ u nuqqas ta' umdità. Minn tal-inqas seba' persuni tilfu ħajjithom f'dawn in-nirien. Sadanittant il-President Amerikan Donald Trump xejjen għal kollox li n-nirien komplew jitferrxu minħabba liġijiet ambjentali imposti.
[ 10 ]
Il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa sar programm ta' tiġrijiet bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-Condition Race għall-Klassi Premier. Din intrebħet miż-żiemel pjuttost ġdid I won't Dance misjuq minn Clint Vassallo. Wara t-tiġrija ic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg ippreżenta tifkira ta' l-okkażjoni lis-sid Dunstan Bugeja. Charles Camilleri irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet – Uveo de Maza fi Klassi Gold ħa it-tielet rebħa tas-sena, fi Klassi Silver id-debba Trytocatchme ħadet it-tieni rebħa tagħha f'dan l-istaġun u Concerto Cehere ħa r-raba' rebħa tiegħu fi klassi Bronze. Rodney Gatt żied żewġ rebħiet oħra meta fi klassi Silver iż-żiemel Carat Darby ħa l-ħames rebħa tiegħu u fi klassi Bronze Cesar du Bouillon irnexxielu jirbaħ għad-disa' darba din is-sena. Un Amour du Pont ukoll irnexxielu jieħu l-ħames rebħa tiegħu f'dan l-istaġun meta misjuq minn Andrew Farrugia rebaħ tiġrija tal-klassi Gold. Fi Klassi Silver Veulnes ħareġ rebbieħ għall-ewwel darba misjuq minn Noel Baldacchino filwaqt li għal Sillon du Breuil fi Klassi Bronze irnexxielu jirbaħ l-ewwel tiġrija f'dan l-istaġun. Il-programm fetaħ b'tiġrija tal-klassi Copper li intrebħet mid-debba Cherie de Noyelles misjuqa minn Cliferty Calleja u għaliha din kienet it-tielet rebħa tas-sena. Il-programm li jmiss ikun nhar il-Ħadd wara nofsinhar bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-finali tat-Tazza Johnnie Walker għall-klassi Gold. Ritatt: Alex Azzopardi
[ 15 ]
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, Andrew Cohen mistenni li jirritorna għal logħob għal Gzira fi tmiem il-ġimgħa wara li kellu s-sospenzjoni tiegħu imnaqqsa minn tliet logħbiet għal logħba waħda. Cohen kien tkeċċa fl-ewwel minuti tal-logħba bejn Gżira u Senglea għal fawl ta' ritaljazzjoni. Sorsi viċin One Sport ikkonfermaw li wara li ntużat l-evidenza tal-filmati, ġie deċiż li Cohen jiġi sospiż logħba u mhux tlieta kif kien oriġinarjament. B'hekk il-veteran tal-maroons ser ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Darren Abdilla għal logħba ta' tmiem il-ġimgħa kontra Pieta Hotspurs.
[ 15 ]
Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel rawnd mill-Yamaha Gozo Motocross Championship 2019 bil-parteċipazzjoni ta' sewwieqa Għawdxin flimkien ma oħrajn Maltin. It-tlielaq kienu kompettittivi hekk kif rajna kompetituri ta' kalibru kbir jissieltu għall-ewwel tliet postijiet. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-13;00, b'numru kbir ta' spettaturi li għażlu li jqattgħu l-ħin tagħhom f' Ta' Xħajma jissapportjaw lil dawn is-sewwieqa u dan l-isport tant maħbub. Diversi sewwieqa ġodda ingħaqdu ma' l-assoċċjazzjoni u minħabba f'hekk l-għaqda ddeċidiet li żżid klassi oħra mat-tlieta tas-soltu. Fi klassi D rajna 3 sewwieqa ġodda li t-tlieta li huma ġabu riżultati tajbin ħafna fil-kompetizzjonijiet. David Mercieca akkwista punti massimi f'din ir-rawnd filwaqt li kien segwit minn Isaac Bartolo, ġuvni ta' 15 il sena, fuq il-mutur Yamaha YZ 125cc. It-tielet post intrebaħ minn Eric Cardona segwit mill-qrib minn Steve Cassar u Mark Camilleri rispettivament. Fi klassi C kellna lil Jorn Stellini li ħareġ b'saħħa kbira u akkwista wkoll punti massimi. Warajh daħal is-sewwieq Malti William Sant fuq Honda CR 250cc. Fit-tielet post Matthew Spiteri, rebbieħ tal-kampjonat 2018 fi klassi C, akkwista 41 punt. Sadanittant fil-kategorija B, Keith Bugeja daħal fit-tielet post. Fit-tieni post daħal Robert Spiteri filwaqt li din il-klassi ġiet mirbuħa minn Glenn Vella ukoll b'punti massimi. Intant Klassi A giet mirbuħa minn David Camilleri. Warajh daħal ic-'champion' kurrenti Steve Xuereb, segwit minn Nataniel Camilleri li wkoll kien rebbieħ overall fi klassi B tal-2018. Fl-aħħar tal-ġurnata il-president Frank Xuereb qassam trofej lis-sewwieqa rebbieħa bl-appoġġ ukoll ta' J&D Cycles. Gozo Motocross Association javża li t-tieni rawnd ta' dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018. Il-GMA tħabbar li nhar il Ħadd li ġej, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill tal-Munxar, il-Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Ghawdex se jorganizzaw MotoTrials fil-Pjazza tal-Munxar. L-attività tikkonsisti f'kompetizzjonijiet bil-muturi Trials minn sewwieqa professjonali Maltin, kif ukoll wirjiet minn tfal bl-istess muturi żgħar tagħhom. L-attività tibda mill-10:00 sal-16:00.
[ 15 ]
Ingħata bidu għall-kampjonat il-ġdid tal-futsal lokali, bis-sehem ta' diversi plejers li baqgħu mat-timijiet li kienu magħhom fl-istaġun li għadda u oħrajn li bidlu t-tim. Dak li kien it-tim ta' Mriehel ESS u li issa sar Birkirkara FC Futsal, kellu jsofri l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Luxol St. Andrews, bl-iskor ta' 7-1. Logħba li Luxol ikkontrollaw tajjeb, speċjalment fit-tieni taqsima. Fl-ewwel taqsima Luxol marru 2-0 minn fuq permezz ta' Celino Alves u George Frendo. Fit-tieni taqsima Luxol komplew ikabbru l-iskor b'żewġ gowls oħra ta' Celino Alves u gowl kull wieħed għal Maicon Da Silva Gaiewski, Zvezdan Vukovic u Daniel Mifsud li ddebbutta ma' Luxol. Birkirkara skurjaw il-gowl ta' konsolazzjoni permezz tal-plejer kowċ Eslam Khalifa. F'aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa Swieqi United għelbu lil Pieta Hotspurs bl-iskor ta' 6-2 u Tarxien Rainbows għelbu lil Luxol U19 7-1. Fid-derby bejn l-UM Futsal Academy u t-tim tal-Università ta' Malta, tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 9-1. Illum tibda it-tieni ġurnata:- (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin) Għada:- Swieqi United vs Birkirkara (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin)
[ 15 ]
Il-ġimgħa d-dieħla ċ-Champions Maltin tal-Futsal Valletta jibdew bl-avventura tagħhom fil-Maċedonja fir-Round Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League fi grupp li jinkludi ukoll liċ-Champions tal-Estonia, tal-Irlanda u dawk tal-Maċedonja. F'konferenza stampa qabel it-tluq tal-kontinġent lejn il-Maċedonja nhar it-Tnejn, il-kowċ ta' Valletta FC Futsal Xavier Saliba, akkumpanjat mill-assistant tiegħu Josef Borg, qal li t-team ilu diversi ġimgħat jipprepara għal din l-esperjenza. Il-bidu ma kienx faċli bi players barranin ġodda sakemm jambjentaw ruħhom f'Malta, iżda llum jemmen li l-iskwadra hija kompettitiva biżżejjed u li kapaċi taqta' figura tajba f'dan l-impenn triplu lil hinn minn xtutna. Apparti nukleju ta' Maltin t'esperjenza u oħrajn żgħażagħ, l-iskwadra Beltija tinkludi tmien players barranin, tlieta mill-Ġorġja, Taljan, Spanjol, Kolumbjan, Serb u Libjan. Xavier Saliba qal li jinsab ottimist li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, il-players jibqgħu konċentrati u bi ftit fortuna ukoll, Valletta jaqtgħu figura tajba u jisfidaw għall-ewwel post u l-kwalifikazzjoni minn dawn it-tliet logħbiet. Min-naħa tiegħu ċ-Chairman ta' Valletta FC Futsal Edward Bartolo tkellem dwar il-ħidma fl-aħħar ġimgħat biex il-klabb jonora bl-aħjar mod dan l-impenn barra l-pajjiż u jintlaħaq l-objettiv tal-kwalifikazzjoni. Dwar il-Kampjonat li dan l-istaġun se jintlgħab bejn għaxar teamijiet biss, flimkien mal-President Chris McKay, Bartolo tenna li l-livell dejjem jogħla tal-Futsal f'Malta seta' wassal biex xi teamijiet għażlu li ma jappikawx. "Spiċċa dak iż-żmien li jkollok ħafna teamijiet, barranin ta' livell inqas u li jkunu diġa jgħixu Malta, illum player barrani jinġieb bħala player professjonali biex jilgħab Futsal biss u jkun ta' livell għoli ħafna", tennew Bartolo u McKay. Valletta intant jibdew bl-impenji fil-Jane Sandanski Arena ta' Skopje minn Grupp E nhar l-Erbgħa li ġej fil-ħamsa u nofs ta' wara nofsinhar kontra ċ-Champions tal-Estonja Cosmos. L-għada l-Ħamis jiltaqgħu kontra l-Irlandiżi ta' Futsamba Naas, qabel l-aħħar impenn, is-Sibt l-ewwel ta' Settembru kontra t-team ospitu, Veles, Champions tal-Maċedonja. Valletta jridu jirbħu dan il-Grupp biex jikkwalifikaw għal Main Round tal-UEFA Futsal Champions League, liema grupp eventwalment jintlgħab fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru.
[ 15 ]
Ilbierah filgħaxija t-tim nazzjonali Malti kien fl-azzjoni fit-tieni logħba tal-UEFA Nations League fejn kontra l-Azerbaijan, it-tim Malti irnexxilu jieħu draw ta' 1 – 1. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia għamel tlett tibdiliet mit-telfa kontra l-Faroe Islands fejn Ryan Camilleri, Ryan Fenech u Jean Paul Farrugia hadu post Zack u Rowen Muscat kif ukoll Alfred Effiong. Fl-ewwel taqsima t-tim Malti kien tajjeb biżżejjed biex fetaħ l-iskor minn penalty wara li l-Captain Michael Mifsud twaqqa' fil-kaxxa u mill-11 il-metru Andrei Agius ma falliex għal 1 – 0. Wara li l-Azeri laqtu l-lasta mal-25 minuta logħob, huma ġabu d-draw minuta wara meta Hogg irnexxielu jsalva free-kick ta' Almeida iżda Khalilzade fajjar xutt b'saħħtu li spiċċa fix-xibka Maltija għal 1 – 1; liema skor għalqet bih l-ewwel taqsima. L-aħjar ċans fit-tieni taqsima ġie mill-Maltin hekk kif wara 5 minuti logħob konklużjoni ta' Paul Fenech għaddiet ftit barra. It-tieni taqsima ftit li xejn kellha azzjonijiet perikolużi b'ħafna logħob f'nofs il-grawnd biż-żewġ goalkeepers ftit li xejn impenjati. L-impenn li jmiss għat-tim nazzjonali Malti jkun l-Hamis 11 t'Ottubru away kontra l-Kosovo.
[ 15 ]
L-ewwel purċissjoni fil-Mosta ħarġet fl-1866, jiġifieri ftit snin wara li tlesta l-bini tal-Knisja. Kien ċertu Girgor, sagristan tal-Mosta li ħabrek biex isiru l-vari. Sal-1866 il-Mosta kellha żewġ vari: dik tal-Ort u l-marbut. Il-Monument sar fl-1924. Is-sett tal-Mosta huwa uniku għaliex 9 minn 6 vari kienu saru mill-istess artist, jiġifieri Karlu Darmanin. Id-Duluri kienet inbidlet fl-1918 minħabba li kienet tinħass żgħira mal-kumplament tas-sett.
[ 2 ]
Illum il-President ta' Malta l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet laqgħa mal-membri tad-delegazzjonijiet tal-kummerċ li se jkunu preżenti fil-laqgħat li ġejjin waqt viżti statali fil-Bulgarija u l-Kroazja. Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar l-importanza li tmexxi dawn id-delegazzjonijiet fejn qalet li permezz taghhom, ir-relazzjonijiet diplomatiċi u politiċi li diġa' huma eċċellenti isiru aktar tanġibbli ekonomikament. Il-President saħqet li l-Gvernijiet huma kruċjali biex jiftħu bibien għan-negozji ħalli dawn jikbru, jifjorixxu u jissaħħu flimkien fl-aqwa interess tan-nies u l-kummerċ ta' pajjiżna kif ukoll tal-Bulgarija u l-Kroazja.
[ 10 ]
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed isemmi miżuri mingħajr ma jgħid kemm jiswew, biex jilqgħu għall-impatt ekonomiku li laqat id-dinja kollha riżultat tal-imxija tal-Coronavirus. Mistoqsi mill-ġurnalist ta' ONE News fuq miżura li semma dwar il-ħlas tas-salarji ta' dawk li jitilfu xogħolhom, il-Kap Nazzjonalista ma lissinx imqar ċifra ta' kemm se tiswa l-miżura, anki jekk mistoqsi dirett kemm se tiswa. "Li hu żgur li tiswa kemm tiswa li tħallas 50%." Adrian Delia sejjaħ il-ġurnalisti f'konferenza ta' nofs siegħa li fiha kien negattiv għal passi li qed jieħu l-Gvern fis-sitwazzjoni li laqtet il-pajjiż kawża tal-Coronavirus. Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni hi bla direzzjoni. Il-Partit Laburista qal li wara li fl-aħħar ġimgħat, l-għajta tal-Partit Nazzjonalista kienet li f'dan iż-żmien delikat isir lockdown, mingħajr ma kien konxju tar-riperkussjonijiet li dan jista' jġib miegħu, issa l-istess Oppożizzjoni ddeskriviet il-pakkett ta' kważi żewġ biljun ewro f'miżuri għan-negozji u l-familji mħabbra mill-Prim Ministru bħala daħka fil-wiċċ. "Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinġarr mal-kurrent u jfajjar miżuri mingħajr lanqas biss jikkalkula ċ-ċifri tagħhom, il-Gvern kommess li dan il-pakkett ambizzjuż u b'saħħtu mhux biss ikun ta' għajnuna għan-negozji u l-familji iżda wkoll jiggarantixxi serħan il-moħħ u jipproteġi l-likwidità tan-negozji Maltin u Għawdxin u l-ħaddiema kollha li jaħdmu f'pajjiżna", saħaq il-Partit Laburista.
[ 1 ]
Attakk suwiċida ħdejn post sakru fil-Pakistan ħalla 70 persuna mejta. Persuna sploda lilu nnifsu ħdejn persuni li kienu qed iżuru s-santwarju ta' Sufi saint Lal Shahbaz Qalandar fil-villaġġ ta' Sehwan. L-Istat Iżlamiku sostna li hu huwa l-moħħ wara dan l-attakk. L-attakk seħħ ilbieraħ, il-Ħamis, jum li hu magħruf sew biex ikun hemm diversi persuni hekk kif hu msejjaħ bħala l-jum sakru għall-Musulmani.
[ 10 ]
Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence għamel żjara fi Brussell fejn iltaqa' ma' uffiċjali għoljin tal-UE, fosthom il-kap tal-Politika Barranija Federica Mogherini. Huwa qal li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump jibqa' kommess biex jikoopera mal-Unjoni Ewropea. Sostna li l-amministrazzjoni mmexxija minn Donald Trump ħerqana biex tibni relazzjonijiet aktar b'saħħithom mal-Unjoni Ewropea. Pence rrimarka wkoll li Trump huwa kommess għall-patt tan-NATO dwar il-paċi.
[ 10 ]
Unġeriża li kienet qed tiġbed filmat f'Roszke, mal-fruntiera ta' bejn l-Ungerija u s-Serbja, ingħatat sentenza ta' tliet snin probation wara li dehret quddiem il-Qorti ta' Szeged. Dan wara filmat li deher fuq is-sit soċjali facebook li juri l-mara tagħti bis-sieq lil tifla ċkejkna ta' seba' snin li kienet id f'id ma' missierha, refuġjat Sirjan. Dan fil-mument li madwar 400 immigrant irnexxilhom jaqsmu din iż-żona minkejja l-infurzar li sar mill-Pulizija. Il-filmat rawh aktar minn 2,400 ruħ fuq Twitter. Ftit wara dan l-inċident, Lazlo tilfet l-impjieg tagħha mill-istazzjon nazzjonali tal-Ungerija, N1TV.
[ 10 ]
Tinsab miftuħa esebizzjoni ta' fotografija u skultura, imtella' mill-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli, fil-premises tan-19th Dingli Girl Guides f' Misraħ Francis Ebejer f'Ħad-Dingli. Fl-okkazzjoni ta' Jum Ħad-Dingli li jaħbat nhar il-Ħadd 18 ta' Settembru, l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli ħaseb sabiex itella' esebizzjoni tat-talent ta' żewġ artisti Dinglin, Joe Smith (fotografu) u Charles Sammut (skultur). L-esebizzjoni bit-tema' "Is-Sensi" tesplora t-tema' li l-Kunsill għażel għall-Jum Ħad-Dingli, hekk kif wieħed jista' jesperjenza s-sħubija ta' raħal pittoresk bl-użu tal-ħames sensi. L-artist Joe Smith studja l- arti u d-diżin f'Malta u f'Firenze. Huwa rebbieħ ta' diversi premji prestiġjużi u esebixxa ħafna mix-xogħol tiegħu anke f'pajjiżi barra minn Malta. L-iskultur Charles Sammut studja ukoll mal-artist Daniż Yan Alan Johnson. Għamel diversi esebizzjonijiet, anke barra minn pajjiżna. Huwa għandu biċċiet tal-arti mifruxha ma' Malta kollha magħmulin kemm miċ-ċeramika, kemm mill-ġebla Maltija kif ukoll mill-ħadid. L-esebizzjoni se tkun miftuħa sal-Ġimgħa 16 ta' Settembru mis-6:00pm sad-9:00pm.
[ 2 ]
Illejla, avveniment kbir mistenna: L-Erbgħa tat-Tniebri f' Ħaż-Żabbar. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi għal din l-attivita mhux tas-soltu bejn is-7:00pm u l-10:00pm, bis-sehem tal-Banda San Mikiel u aktar minn 200 parteċipant.
[ 2 ]
Ġimgħa 'l bogħod mill-Festa tal-Imnarja, fil-Buskett għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal din il-festa tradizzjonali. Il-Fest tal-Imnarja se tiġi iċċelebrata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla. Il-Buskett jinbidel f'villaġġ agrikolu fejn l-bdiewa u r-raħħala jingħataw l-opportunità li jesebixu l-frott u l-ħxejjex tagħhom. Filfatt, Anna Zahra li ilha snin taħdem ir-raba' spjegat kif l-Imnarja hija festa ta' ċelebrazzjoni ta' dak kollu li huwa prodott malti. "Ix-xahar ta' Ġunju xahar nippreparaw festa sabiħa għalina. Nieħdu gost nipparteċipaw." F'konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa filgħodu ngħataw id-dettalji b'rabta mal-festa tal-Imnarja ku tfajjar iż-żewġ qaddisin San Pietru u San Pawl. Festa li qiegħda tiġi organizzata mis-segretarjat parlamentari għall-agrikultura u d-drittijiet tal-animali u t-taqsima festi rurali u s-soċjeta agrarja . Il-Festa tibda lejlet l-Imnarja, b'parata li titlaq minn fuq is-Saqqajja u tidħol fil-Buskett bil-pubbliku jkollu lejl ta' divertiment. Il-Buskett se jkun ikkaraterizzat minn dak kollu li hu Malti bħal mużika, żfin folkloristiku, għana u ma jonqosx ikel bnin u tradizzjonali Malti. L-għada l-Ġimgħa l-Buskett jisbaħ kmieni bil-wasla ta' diversi bhejjem bħal baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel , ħmier u klieb li fost oħrajn se jipparteċipaw f'kompetizzjoni ta' sbuħija. Is-segretarju parlamentari Clint Camilleri tkellem dwar l-importanza li din il-festa tinżamm ħajja. Festa li sejjaħ bħala opportunità għal pubbliku sabiex jiltaqa' mal-bdiewa u r-raħħala u jitkellem magħhom dwar ix-xogħol importanti tagħhom fl-ambjent Malti.
[ 2 ]
Il-kandidata f'isem id-demokratiċi fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana, Hillary Clinton, sejħet lir-rivali tagħha Donald Trump "bully" talli jikkritika lin-nisa fuq id-dehra tagħhom. Qalet li Trump għandu tletin sena passat ta' tgħajjijr, insulti, kliem disperġjattiv u attakki fuq nisa. Trump, minn band'oħra, qal li Clinton hija korrotta u li jekk tkun hi president, tirrovina s-sistema tas-saħħa Amerikana darba għal dejjem. L-aħħar stħarriġ dwar opinjoni pubblika wera li d-distakk bejn Clinton u Trump dejjem qed jonqos, ftit jiem biss qabel il-poplu Amerikan jivvota.
[ 10 ]
Fit-Taiwan tilfu ħajjithom tmien persuni wara li ġġarraf ħelikopter tal-forzi armati. Fost il-vittmi hemm wieħed mill-aqwa uffiċjal militari li kellu dan il-pajjiż. Il-Ministru għad-Difiża tal-pajjiż ħabbar li ħames persuni salvaw minn dan l-inċident li seħħ barra l-Belt kapitali ta' dan il-pajjiż.
[ 10 ]
B'investiment ta' ftit inqas minn €40,000 l-Gvern ser ikun qed jipprovdi aċċess għall-internet lil madwar 250 student li m'għandhomx il-faċilità tal-Internet. Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici hekk kif spjega li fid-dawl tal-fatt li l-iskejjel għalqu l-bibien tagħhom kawża tal-Coronavirus, l-istudenti xorta jridu jkomplu bl-istudji tagħhom. Il-Ministru qal kif b'hekk dawk l-istudenti li jiffurmaw parti minn Skema 9 u li ġie verifikat li m'għandhomx internet fi djarhom, ser ikun qed jingħatalhom l-internet b'xejn sabiex ikomplu bit-tagħlim edukattiv tagħhom. Dwar dan tkellimna mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Dr Frank Fabri hekk kif spjega li dawn il-kaxxi tal-internet se jibdew jitqassmu fil-jiem li ġejjin. Is-Sur Fabri spjega: "Is-servizz li ser inkunu qed nagħtu huwa servizz faċli ħafna. Se jingħataw kaxxa żgħira kulma jridu jagħmlu hu li jqabbduha mad-dawl, jixgħelu l-iswitch tad-dawl u jqabbdu l-kaxxa mal-kompjuter jew mal-printer." Frank Fabri qal kif madwar 150 familja se jibbenefikaw minn din il-miżura. Huwa sostna: "Naturalment ittieħdu l-proċeduri kollha neċessarji biex jiġi identifikat supplier biex jinxtara dan is-servizz u se nkunu qed nilħqu madwar 150 familja fil-verità li bejn wieħed u ieħor se tkun qed tiswa qrib l-€40,000 f'sena." Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi qal li permezz ta' din l-inizjattiva mill-Gvern l-ebda student ma' hu se jibqa' lura. Il-Ministru Bonnici sostna: "Dawn il-persuni li huma f'riskju ta' faqar aħna ridna ngħinuhom l-ewwel nett billi nqassmu l-lunches li aħna konnha qed nipprovdulhom fl-iskejjel u issa wkoll se nkunu qed nagħtu internet connection lil dawk kollha li m'għandhomx internet connection id-dar biex naċċertaw li f'dan iż-żmien ebda persuna ma jibqa' lura."
[ 1 ]
Jum wara jum fuq il-midja soċjali qed jibqgħu jiddominaw messaġġi ta' tifħir għat-tobba u l-infermiera kollha li qed jiġġieldu kontra l-mard u t-tixrid tal-Coronavirus. Iżda ċ-ċkejken Lydon iddeċieda li jirringrazzja lil dawn hekk imsejħa 'eroj' bit-talent uniku tiegħu, l-għana. Fuq il-filmat Lydon deher jgħanni u jirringrazzja lill-istaff mediku kollu fosthom il-Professur Charmaine Gauci u anke lill-Gvern ta' Malta. Filmati bħal dawn u diversi atti oħra żgur li qed jimlew b'kurapp lil dawk kollha nvoluti sabiex jegħlbu kemm jista' jkun malajr il-Coronavirus.
[ 1 ]
L-aħħar figuri b'rabta mal-Coronavirus juru li l-Istat ta' New York fl-Amerka għandu aktar każijiet minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Istati Uniti. Matul il-jum tal-Ħamis, in-numri ta' każijiet ġodda żdiedu b'10,000 biex b'hekk fi New York biss il-każijiet telgħu għal kważi 160,000. Isgwu l-Istat ta' New York hemm Spanja b'153,000 każ u l-Italja b'143,000 każ. Madanakollu minkejja li l-Istat għandu l-akbar amont ta' każijiet, in-numru ta' mwiet huma inqas minn dawk tal-pajjiżi msemmija. In-numru ta' fatalitajiet fi New York huwa ta' 7,000 filwaqt li fi Spanja u l-Italja huwa ta' 15,500 u 18,000 rispettivament. Diversi ritratti juru ħaddiema libsin ilbies protettiv biex jidfnu numru ta' twiebet f'qabar kbir, f'sit li ilu jintuża għal dan l-aħħar 150 sena għal dfin tal-massa kif ukoll għall-persuni li ma għandhomx qraba jew familji li ma jifilħux iħallsu l-ispejjeż ta' funeral.
[ 1, 10 ]
Għall-ħabta ta' 12:30 is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi tal-coronavirus. Din il-konferenza se tixxandar fuq is-sit one.com.mt.
[ 1 ]
Kull manifestazzjoni pubblika tad-Duluri u dawk marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa tħassru nkluż il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u dawk bi Kristu Irxoxt. Ikkonferma dan ma' one.com.mt il-President tal-kulleġġ tal-kappillani Dun Mario Mangion. L-Arċipriet tal-Kolleġġjata tal-Knisja ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi spjega kif il-kongregazzjoni għall-kult divin u d-dixxiplina tas-sagramenti ħarġet digriet rigward il-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Id-digriet jgħid li d-direttivi rigward iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f'Malta se jiġu kkomunikati fil-jiem li ġejjin. Dun Mangion spjega ma' ONE News li kien pass li jobdi d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa fuq attivitajiet tal-massa. Qal li dan id-digriet kien importanti bħala mezz ta' prekawzjoni kontra t-tixrid tal-coronavirus.
[ 1 ]
Iż-żjara tal-Papa ġiet posposta minħabba l-imxija tal-coronavirus. Fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Vatikan u l-Kurja ntqal li l-Papa Franġisku mhux se jżur pajjiżna fit-30 u l-31 ta' Mejju li ġej wara qbil mal-awtoritajiet u l-Knisja Kattolika f'pajjiżna. "Id-data tal-vjaġġ appostoliku tal-Papa tiġi definita aktar 'il quddiem", stqarret il-Knisja f'Malta. L-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex stiednu lill-insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom. Il-kap tal-Knisja Kattolika kellu jagħmel ir-raba' żjara uffiċjali ta' Papa f'pajjiżna iżda r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa minħabba t-tixrid tal-Covid-19, wasslu biex iż-żjara tiegħu timxi għal data oħra li għadha mhiex magħrufa. Iż-żjara tal-Papa kienet tħabbret b'mod uffiċjali mill-President ta' Malta waqt il-quddiesa pontifikali tan-Nawfraġju ta' San Pawl. Dakinhar kien hemm ċapċipa li damet tidwi mal-knisja ta' San Pawl kollha u eżatt wara l-Gvern kien laqa' bil-ferħ din l-aħbar.
[ 1 ]
F'aġġornament ekonomiku li ħareġ il-Bank Ċentrali ta' Malta għax-xahar ta' Frar intqal li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom. Il-Bank Ċentrali, li saħaq li dan kien aġġornament ekonomiku qabel it-tifqiegħa tal-coronavirus f'pajjiżna spjega kif f'Jannar kienet reġistrata żieda sinifikanti fil-wasliet ta' turisti u l-infiq tagħhom. Spjega li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut żdiedu wkoll. Il-kundizzjonijiet fis-suq tax xogħol baqgħu favorevoli. Il-qgħad aġġustat għall-effetti staġjonali kien f'livell baxx ta' tlieta punt erbgħa fil-mija f'Jannar, filwaqt li n numru tal impjegati kompla jikber b'ritmu qawwi, żieda ta' ħamsa punt sebgħa fil-mija fis sena sa Settembru li għadda. Il-Bank Ċentrali qal ukoll li l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur baqgħet moderata. Sostna li kien hemm titjib fil-fiduċja fl-oqsma tal kostruzzjoni u s servizzi.
[ 1 ]
Fl-aħħar sigħat kien hawn ħames każijiet ġodda ta' Coronavirus f'pajjiżna minn fost elf mitejn u seba' testijiet illi saru. B'hekk b'kollox għandna 463 każ. Dawn id-dettalji tathom is-supretendent tas-saħħa pubblika l-Professur Charmaine Gauci, fejn ħabbret li fiequ sitta u tletin persuna oħra fosthom żewġt itfal taħt id-9 snin. Il-każijiet attivi issa jammontaw għal mija u għoxrin, b'persuna waħda qed tingħata l-kura fit-taqsima tal-kura intensiva. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li Filippin ta' 41 sena li jaħdem u jgħix Malta rriżulta pożittiv wara li kellu sintomi ta' uġigħ ta' ras u nuqqas ta' xamm. Sudaniż ta' tlieta u tletin li jgħix fil-komunità jinsab ukoll infettat bil-virus u qed jiġu ntraċċati l-persuni li jaħdmu u jgħixu miegħu. Malti ta' disgħa u erbgħin sena li jaħdem f'residenza tal-anzjani rriżulta pożittiv għall-Coronavirus wara li kellu sintomi ta' sogħla u uġigħ fil-griżmejn. Ir-raġel ma kellu l-ebda kuntatt mal-anzjani. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li żewġ nisa, li ma kellhom l-ebda sintomi, rriżultaw fil-pożittiv għal virus minn eżaminar li qed jagħmlu l-awtoritajiet tas-saħħa. Mara ta' erbgħin sena taħdem f'uffiċċju privat, filwaqt li Maltija ta' tnejn u ħamsin sena taħdem Mater Dei iżda mhix ħaddiema tas-saħħa. Dwar iċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far, il-Professur Gauci qalet li ġiet estiża l-kwarantina f'dan iċ-ċentru wara li t-Tlieta kien hemm każ ġdid ta' persuna infettata bil-Coronavirus. Qalet li fl-aħħar sigħat saru 96 test iżda ħadd mill-immigranti ma rriżulta fil-pożittiv. Fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far hemm 48 każ, b'7 persuni fiequ. Meta wieġbet il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Professur Gauci tkellmet fuq min qed jagħti s-servizzi fid-djar tan-nies. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika stqarret: "Allavolja l-avviż legali jgħid li dan m'għandux isir, imma tpoġġi l-persuni f'riskju u anki lil dawk li jagħmlu s-servizzi." Intant, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li l-aħħar każ ta' Coronavirus f'Għawdex kien ħmistax ilu, bil-persuni nfettati fiequ mill-virus kollha. Għaldaqstant Għawdex huwa ħieles mill-Coronavirus.
[ 1 ]
Żwieġ għall-koppja Brażiljana ma tantx beda fuq nota tajba dan hekk kif raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, daħal warajhom fil-knisja b'kalma kbira u spara fuq żewġ persuni li kienu qed jattendu ċ-ċerimonja. Il-każ seħħ l-Ħadd wara nofsinhar fi knisja f'Limoeiro de Anadia fil-Brażil. Skond informazzjoni li ppubblika Miscopy, r-raġel daħal bl-għan li jispara tiri fuq Cicero Barbosa da Silva, ta' 62 sena, u t-tifel tiegħu Edmilson Bezerra da Silva, ta' 37 sena, waqt li kienu xhud fiċ-ċerimonja. Iż-żewġ persuni, li sfaw feruti, ittieħdu b'ambulanza l-isptar biex jirċievu l-kura neċessarja. Huma ġew iċċertifikati li huma f'kundizzjoni stabbli. L-aggressur ħarab minn fuq il-post.
[ 10 ]
Londra, il-belt li tiġbed numru kbir ta' turisti għal raġunijiet differenti, fosthom li għarus jipproponi lill-għarusa tiegħu bix-xeni mill-isbaħ ta' Londra fl-isfond. Iżda dan il-pjan ma spiċċax tajjeb wisq għal tfajla mir-Rumanija li l-Erbgħa waqgħet fix-xmara Thames fil-mument li twettaq attakk terroristiku. Is-sieħeb tagħha kellu l-pjan li jipproponielha propju matul il-ġurnata tal-Erbgħa iżda minflok spiċċat tiġġieled għal ħajjitha wara dan l-attakk, li ħalla erba' persuni mejta. Andreea Cristea ta' 29 sena kienet Londra mal-għarus tagħha Andrei Burnaz, kienet qed tiċċelebra l-għeluq snin il-maħbub tagħha. Ċelebrazzjoni li nbidlet f'mumenti ta' biża u niket. Filmati fuq il-midja soċjali juru l-mument li t-tfajla spiċċat fix-xmara hekk kif seħħ l-attakk. L-ambaxxatur tar-Rumanija Dan Mihalache qal li huwa mifhum li l-karozza l-ewwel laqtgħet lil Burnaz u imbagħad wassal biex Cristea tispiċċa fix-xmara. Huwa spjega li dan huwa każ drammatiku li jinvoli żewġ turisti li d-destin tagħhom ma tantx kien wieħed tajjeb. It-tfajla ngħatat l-ewwel għajnuna minn bastiment għat-turisti li kien għaddej mix-xmara fil-mument li ġara dan kollu. Hija ttieħdet l-isptar u ġiet operata u tinsab fil-periklu tal-mewt. Is-sieħeb tagħha weġġa' l-irkoppa iżda ħareġ mill-isptar. Id-destin ta' din il-koppja nbidel hekk kif għad mhux magħruf jekk il-maħbuba ta' Burnaz hux se tkun tista' tgħix għall-mument li s-sieħeb tagħha jsaqsiha biex tiżżewġu.
[ 10 ]
Kelly Fidoe-White, mara miżżewġa, issofri mill-kundizzjoni Trimethylaminuria. Kundizzjoni li minħabba fiha jkollha riħa tinten ta' ħut fejn kawża ta' hekk hi qed tiġi sfurzata taħdem tul il-lejl wara li l-kollegi tagħha ma felħux jaħdmu madwarha. Il-mara ta' 36 sena tiddeskrivi r-riħa tagħha nnifisha bħala waħda li tixbaħ ir-riħa li jkollhom il-ħut u kif ukoll ta' basal. Minħabba l-kundizzjoni tagħha, Kelly kienet tinħasel erba' darbiet kuljum, tbiddel l-uniformi tax-xogħol darbtejn kuljum u tuża kważi bott fwieħa biex tneħħi r-rieħa. Iżda dan kollu ta' xejn. Minn mindu kienet ta' età żgħira l-ġenituri tagħha kienu jmorru għand diversi tobba iżda qatt ma tawha solluzzjoni għal din il-kundizzjoni, fejn saħansitra għal diversi snin kienu jgħidulha li m'għandha xejn. Ir-raġel tagħha Michael qal li għall-ewwel kienet iddejqu iżda llum il-ġurnata m'għadux jagħti kas u l-importanti li t-tnejn li huma jħobbu lil xulxin.
[ 10 ]
Il-kandidata demokratika għall-Presidenza Amerikana, Hillary Clinton żammet id-dijanjosi tal-pneumonia tagħha sigrieta minn ħafna mill-istaff tagħha. Dan hekk kif għażlet li tinforma biss lill-persuni qrib tagħha u lil tal-familja għaliex kienet imħassba wkoll dwar il-fatt li l-aħbar tal-marda tagħha, tista' tiġi sfruttata mill-avversarji tagħha. Kien nhar il-Ġimgħa li għadda li Clinton saret taf li qed issofri mill-pneumonia u minkejja li ingħatat il-parir biex tistrieħ, hija ddeċidiet li tkompli bil-kampanja tagħha. Għalkemm, kellha tħassar iż-żjara tagħha f'Kalifornja. Barra minn hekk, l-aħbar xterdet aktar wara li l-Ħadd li għadda, waqt iċ-ċerimonja li tfakkar il-vittmi tal-attakk li seħħ fil-ħdax ta' Settembru tal-elfejn u waħda, Hillary Clinton ħassitha ma tiflaħx u dehret ma tilfħax iżżomm fuq saqajha.
[ 10 ]
Is-sitwazzjoni bejn Birkirkara FC u Paul Zammit kompliet tieħu xejra oħra fl-aħħar jiem wara li l-stess Birkirkara ħatru lil ex-Liverpool John Arne Riise bħala d-direttur sportiv tal-klabb. Minn informazzjoni li għandu one.com.mt, jidher li Zammit intlagħab mit-tmexxija ta' Birkirkara FC sabiex ikun Riise li jibda jmexxi s-sessjonijiet ta' taħriġ u mhux iżjed hu. Dan ikkonfermah il-President tal-istess Birkirkara Frank Zarb dalgħodu f'kuntatt li għamel ONE Sport. Zarb sostna li nhar il-ġimgħa iltaqa' ma' Zammit biż-żewġ partijiet ma qablux u għalhekk ġie deċiż li Zammit għalissa jkun skużat milli jattendi għas-sessjonijiet ta' taħriġ. Fl-aħħar jiem Birkirkara FC kienu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti bil-President Frank Zarb, id-direttur tekniku Michael Valencia u t-tim manager Jeffrey Farrugia jaħdmu bis-sħiħ biex ikomplu jsaħħu lit-tim b'diversi akkwisti. Nifhmu li n-negozjati bejn Zammit u t-tmexxija ta' Birkirkara FC għadhom għaddejjin sabiex jintlaħaq ftehim u tiġi riżolta darba għal dejjem il-problema li ilha tkarkar għal dawn l-aħħar ġimgħat.
[ 15 ]
L-imxija tal-Coronavirus f'pajjiżna kabbret l-apprezzament tal-konsumatur Malti lejn il-prodott agrikolu lokali, hekk kif bosta qed iduru fuq il-bidwi Malti għall-ħxejjex li jkollu bżonn sabiex ikewwes xi platt tajjeb. ONE News żar ir-raba' taħt il-Manikata fejn hemmhekk sibna lil Clyde Camilleri, bidwi ta' 28 sena li kien qed ilesti għall-ġurnata oħra ta' ħidma. Clyde saħaq li l-Maltin f'dawn iż-żminijiet qed jafdaw iżjed lil gabillott Malti u għalkemm il-prodott irid il-ħin tiegħu biex jikber, il-bidwi Malti żied kemxejn il-produzzjoni tiegħu biex ilaħħaq mad-domanda. Caruana stqarr, " Żidna naqra fil-produzzjoni. Qed naraw li forsi se jkun hemm aktar domanda, allura qed nippruvaw inżidu l-produzzjoni tagħna għad-domanda li tista' tinqala' ." Saħaq li min-naħa l-oħra l-għeluq tar-ristoranti u l-lukandi qed iwassal għal tnaqqis drastiku fil-qliegħ li jagħmel il-bidwi malti. Kompla jgħid, " Forsi l-klijent li jsajjar id-dar qed jixtri iktar għax qiegħed id-dar pero fl-istess ħin naqsu l-hotels, naqsu r-restaurants. Trid tqis dawk ukoll. Il-hotels u r-restaurants kienu jagħmlu parti kbira mid-domanda tas-settur, allura dik irridu nżommuha f'moħħna ." Caruana spjega kif il-pitkalija wkoll ġew addottati numru ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus. Fosthom qed ikun illimitat n-numru ta' bdiewa li jidħlu jħottu x-xogħol f'daqqa. Dan għal ġid tal-bdiewa u tal-konsumatur li jmur biex jagħmel ix-xirja tiegħu. Saħaq, " Il-bdiewa meta jidħlu l-pitkalija jilbsu l-ingwanti u l-maskli, Qed issir attenzjoni partikolari fuq il-ħasil tal-kaxxi, illi m'hemmx kaxxi li qed jidħlu maħmuġa allura qiegħdin jiġu iddiżinfettati sewwa. Kif ukoll, ix-xerrejja qed jinkoraġġuhom biex jibgħatu email u jagħmlu l-ordni tagħhom bit-telephone ." Malcolm Borg, lettur tal-agrikoltura fl-istitut għax-xjenza applikata fl-MCAST spjega li bħalissa huwa ż-żmien li wieħed jibda japprezza l-mistjieri li qabel ftit li xejn kien jagħti kas l-importanza tagħhom. Borg qal, " Il-bdiewa, r-raħħala, s-sajjieda li kienu qed jipprovdulna l-ikel, l-ikel frisk, u l-ikel li għandna kontroll fuqu. Aħna ma nafu qatt x'jista' jiġri fil-pajjiżi li nimportaw l-ikel minnhom, ma nafux jekk hux se tibqa' l-istess is-sitwazzjoni, ma nafu xejn. Li għandna kontroll fuqu huwa l-ikel li jiġi prodott Malta u allura naħseb anke strateġikament tajjeb li naħsbu u nirriflettu fuq l-essenzjalitá ta' dan is-settur ." Il-bidwi Clyde Caruana appella biex f'dan iż-żmien ikun apprezzat ix-xogħol tal-bidwi u ħadd ma jixtri iktar ħxejjex milli jkun se juża biex b'hekk ma jkunx hawn ħela.
[ 1 ]
 Bl-imsieħba soċjali madwaru, it-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar patt soċjali storiku biex jgħin lin-negozji u l-ħaddiema f'dan iż-żmien ta' sfida li laqat lid-dinja kollha riżultat tal-imxija tal-Coronavirus. Dr Abela qal li l-Gvern se jkun qed iħallas paga ta' €800 fix-xahar lil 60,000 ħaddiem li ġejjin minn oqsma milquta mill-impatt ekonomiku kawża t'azzjonijiet drastiċi li kellhom jittieħdu kontra t-tixrid tal-Covid-19. Il-Prim Ministru Robert Abela spjega li din il-miżura se tiswa lill-Gvern €44 miljun fix-xahar. Din il-miżura se tgħodd ukoll għal dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom mid-9 ta' Marzu 'l hawn u li min iħaddem jirrevoka s-sensja tagħhom. Fost il-ħaddiema li se jibbenefikaw hemm dawk fl-oqsma tat-turiżmu, trasport u anki tad-divertiment. Il-Prim Ministru tenna li l-Gvern irid jinċentiva x-xogħol u mhux il-qgħad u saħaq li din il-miżura saħansitra se tagħti żieda fid-dħul lil dawk l-aktar vulnerabbli. Huwa stqarr: "Ħarisna lejn x'għamel ħaddieħor. Mhux se nħallsu 50%, mhux se nħallsu 80% mhux se nħallsu 100% imma iżjed minn 100% tal-paga li qed jirċievu llum għax din il-paga se tfisser żieda ta' €23 fix-xahar." Il-Prim Ministru spjega li min iħaddem se joħroġ id-differenza ta' dħul sa €1,200 fix-xahar jekk il-finanzi tal-kumpanija jippermettu dan. Hawnhekk Dr Abela appella għall-flessibilità tal-ħaddiema biex jikkoperaw ma' min iħaddem ħalli b'ponn wieħed noħorġu minn dan iż-żmien ta' sfida. Intant f'setturi milquta anqas bħal dawk tal-manifattura u tal-ħwienet, il-Gvern se jkun qed iħallas l-ekwivalenti ta' ġurnata paga għal kull ħaddiem li tista' titla' għal jumejn. Miżura li se tolqot 50,000 ħaddiem u se tiswa €15-il miljun fix-xahar. Għawdex ukoll se jingħata injezzjoni diretta billi n-negozji Għawdxin milquta se jirċievu mal-ewwel ħlas ekwivalenti għal jumejn xogħol. Dawn il-miżuri kollha japplikaw ukoll għal dawk li jaħdmu part-time fuq bażi pro-rata ta' €500 fix-xahar. Il-Prim Ministru fakkar li l-ewwel żewġ settijiet ta' miżuri ammontaw għal €1.8 biljun. Filwaqt li qal li dan jista' ma jkunx l-aħħar pakkett ta' miżuri t'għajnuna għall-familji, il-Prim Ministru qal li n-negozji jridu jkunu lesti għal dik l-għada meta r-rota ekonomika terġa' tibda ddur. Il-Prim Ministru sostna: "Aħna rridu li n-negozji tagħna ikunu lesti biex mal-mument li noħorġu minn din is-sitwazzjoni ikunu up and running biex nerġgħu naħarbu bis-saħħa u hemm hekk se naslu. Dik hija l-mira u bħala Gvern se nixħtu s-saħħa kollha tagħna wara n-negozji biex naslu hemhekk." Dr Abela rrimarka għall-għaqal li qed jimxi bih dan il-Gvern f'ċirkostanzi li l-ebda ġenerazzjoni qatt għaddiet minnhom. Il-Prim Ministru saħaq: "Għandna dan il-war chest, illi trid tkun prudenti, trid tkun iggalbat kif se tqassmu. Tista' tieħu għażla forsi tkun l-għażla popolista u stajna morna għal din l-għażla popolista li ngħidu fl-ewwel sett ta' miżuri ħa nutilizzaw dan il-war chest kollu. Żgur li kulħadd kien se joħroġ ifaħħarna u jgħidilna fosri l-aqwa Gvern fid-dinja. Stajna għamilna hekk imma konna nkunu qed nissugraw li jasal mument li jkun għandek bżonn illi tinjetta aktar inċentivi biex tgħin lin-negozji u lill-poplu biex joħroġ minn dan il-mument u tiġi f'sitwazzjoni fejn ma jkollokx biżżejjed flus." Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ukoll li se jkun qed iċedi il-paga tiegħu bħala sens ta' solidarjetà ma' dawk kollha li ġew affetwati ħażin mit-tifqiegħa tal-Coronavirus. Huwa kompla jispjega: "Jiena għamilt ġest ma kontx se nħabbru llum imma diġà ħsibt dwaru issa la staqsejtni ħabbartu. Naturalment dan huwa l-ġest ta' kif jien nara l-affarijiet. Żgur mhux se nobbliga l-ebda ħaddiem taċ-ċivil biex inaqqas mill-paga tiegħu però l-ispirtu tas-solidarjetà qiegħed hemm u għandu jkun hemm. Dan huwa l-mument tal-aħna. Meta jien għedt il-mument tal-aħna ifisser illi kulħad dirid ikun solidali ma' ħaddieħor."
[ 1 ]
Ir-restawr tal-pittura fuq il-ħajt ta' Sidtna Marija fis-Santwarju tal-Mellieħa wasal biex jitlesta. Il-pittura tal-Madonna u t-Tarbija ġiet skoperta fl-1972 mir-restawratur Samuel Bugeja taħt pittura oħra. Il-proġett kofinanzjat mill-Bank of Valletta, beda f'Novembru 2012 u sar f'kollaborazzjoni maċ-ċentru nazzjonali tar-riċerka ta' Firenze. Charles Azzopardi, kap marketing fil-Bank of Valletta ltaqa' ma' Fr Joe Caruana, il-Kappillan tal-Mellieħa, u mar-restawraturi fis-Santwarju tal-Mellieħa. Il-pittura fuq il-ħajt hija maħsuba li tmur lura għas-seklu 15. Kienet sofriet sekli ta' esponiment għall-elementi u għaddiet minn diversi proċeduri ta' restawr. Wara studju ambjentali twil tat-temperatura, l-umdità u l-preżenza ta' mluħa fil-blat, beda r-restawr fiżiku. Imbagħad skoprew l-uniku saba' li fadal mill-pittura oriġinali. Dan ippermetta li tinstab il-pożizzjoni oriġinali tal-id, li tfisser ħafna fl-ikonografija ta' waħda mill-pitturi l-aktar bikrija ta' Malta li għad fadal. "Ir-restawr tal-pittura titolari jikkompleta l-proġett olistiku ta' konservazzjoni tas-Santwarju kemm minn perspettiva arkitettonika kif ukoll dik artistika," qal Fr Joe Caruana. "Minkejja li d-dettalji storiċi dwar il-pittura ma jeżistux, l-evidenza tal-pellegrinaġġi sa mill-15-il seklu huma prova definittiva li s-Santwarju kien, u għadu sal-lum sit ta' sinifikat spiritwali."
[ 2 ]
Ajruplan tas-Singapore Airlines li kien sejjer Milan ħa n-nar ftit wara li niżel b'emerġenza. Għaddew sagħtejn mill-ħin tat-titjijra SQ368 meta rriżluta li kien hemm problema fil-magni. L-ajruplan dar lura u laħaq niżel qabel il-magna tal-lemin tal-Boeing 777 ħa n-nar. Il-222 passiġġier abbord u 19 membru tal-ekwipaġġ kienu evakwati u ħadd ma' weġġa'.
[ 10 ]
Min jibża' mill-ajruplani aħjar ma jaqra xejn. Madanakollu filmat ta' passiġġieri jitolbu flimkien qed idur dawra sew mal-internet. Titjijra minn London Stansted kellha tagħmel inżul ta' emerġenza f'Amsterdan, wara li l-Boeing 767 beda jitlef il-pressa fil-kabina u dawk abbord kellhom jilbsu l-maskli tal-ossiġnu sakem il-ajruplan niżel f'Schipol. Kellha tkun titjijra lejn Rzeszow, fil-Polonja, fejn ħafna minn dawk Lhudin abbord kellhom pellegrinaġġ pjanat. Fil-filmat jinstemgħu jkantaw qabel l-ajuplan jagħmel inżul ta' emerġenza.
[ 10 ]
Ċittadini Ewropej b'ħiliet limitati se jkollhom iċ-ċans isibu xogħol fir-Renju Unit minn tal-anqas sal-2025. Dan hekk kif il-Gvern Ingliż nieda White Paper dwar il-migrazzjoni minn u lejn l-Ewropea wara Brexit, li fost oħrajn qed tipproponi skema li se tippermetti biex migranti jkomplu jidħlu fir-Renju Unit. Dan minkejja tensjoni bejn iż-żewġ partijiet minħabba l-giljottina fuq il-moviment ħieles li huwa permessibbli bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-iskema se tapplika għal kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u l-migranti se jkunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit għal sena qabel ma jkunu mitluba jerġgħu japplikaw.
[ 10 ]
Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex ittemm il-vaganzi tal-Milied tal-Parlament, sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jieħdu vot dwar Brexit. Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija lura fil- House of Commons fis-7 ta' Jannar li ġej, u l-Prim Ministru May qalet li l-vot dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jittieħed il-ġimgħa ta' wara. Corbyn kien pront joġġezzjona għal dan, u qal li l-vot għandu jittieħed mill-aktar fis possibbli. Intant, sors minn Downing Street qal mal-midja Ingliża li l-kumment ta' Jeremy Corbyn qed jitqies bħala wieħed "redikolu".
[ 10 ]
Knisja storika li għandha madwar 400 sena reġgħet ħadet in-nifs hekk kif inkixfet minn taħt l-ilma wara kważi diċenju mgħerrqa kompletament. Jidher li filwaqt li tqatta' ħafna minn ħinha taħt l-ilma, din il-Knisja Dumnikana fil-Messiku għadha f'kundizzjoni tajba fejn skond filmati miġbudin minn drone tidher bi struttura intatta. Il-Knisja maħsuba li nbniet fis-seklu ħmistax minn sorijiet li marru l-Messiku biex jgħallmu r-reliġjon. Fl-1962 inbniet struttura li żżomm l-ilma dan sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb l-agrikoltura fiż-żoni li l-ilma kien aktar bżonjuż. Minħabba din id-deċiżjoni, il-Knisja spiċċat mgħerrqa taħt l-ilma u terġa' titfaċċa biss meta jkun hemm nixfa kbira. Filwaqt li normalment il-knisja tidher biss ftit fiż-żminijiet ta' Marzu, il-fatt li tidher kollha kemm hu diġà fi Frar turi kemm hi serja l-problema tan-nixfa li l-pajjiż bħalissa jinsab fiha. L-aħħar li l-Knisja dehret kollha kemm hi kienet fis-sena 2008 meta l-pajjiż kien għaddej minn nixfa kbira.
[ 10 ]
Fl-2009, Gina Buliga, omm ta' żewġt itfal mir-Rumanija, iddeċidiet li titlaq mix-xogħol li kienet taħdem fultajm u bdiet taħdem fuq il-passjoni tagħha, dik li kienet il-fotografija. L-omm qalet li għall-ewwel ma kinitx faċli biex qabdet, iżda bi ftit għajnuna, b'diversi opportunitajiet li qatt ma rrifjutat u bis-saħħa taż-żewġ mudelli ċkejknin tagħha, irnexxiela tasal fejn xtaqet. Buliga qalet li s-suġġett li l-aktar tieħu gost tieħu huma ż-żewġt itfal tagħha. Filfatt kien bis-saħħa tagħhom li tgħallmet kif tuża d-dawl fil-fotografija. Temmet tgħid li hi tinsab vera ferħana bil-progress li għamlet f'ħajjitha fejn saħansitra ngħatat it-titlu ta' Ambaxxatur għad-ditta NIKON fir-Rumanija u tinsab kburija bit-tfal tagħha, fejn qalet li kieku ma kinux huma żgur mhux forsi ma tinsabx fejn hi.
[ 10 ]
Wara r-Renju Unit, il-Ġermanja ukoll għaddejja bi proċess biex tiġi legalizzata l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hekk kif l-abbozz ta' liġi għadda mill-Parlament Germaniż. Dan l-abbozz ġie approvat mill-kabinett f'Mejju tal-2016. Il-ħamis, il-voti fil-kamra kienu unaniment favur mediċina magħmula mill-kannabis – liġi li se tidħol fis-seħħ f'Marzu 2017. Persuni li jbatu minn multiple sclerosis u mard ieħor sejru se jkunu jistgħu jużaw din id-droga legalment bi preskrizzjoni tat-tabib. It-tobba se jkunu jistgħu ukoll jippreskrivu din il-mediċina lil pazjenti li tista' ttaffilhom is-sintomi, bħal mard kroniku kif ukoll lil dawk il-pazjenti li tgħinhom ifiequ aktar malajr. Il-Ministru għas-saħħa, Hermann Grohe qal li jeħtieġ li pazjenti li għandhom marda terminali jeħtieġ li jingħataw iċ-ċans u jibbenefikaw mill-aqwa kura. Huwa spjega li l-fondi biex titħallas din il-mediċina magħmula mill-kannabis se jkunu qed jiġu koperti mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ladarba ebda trattament ieħor ma jista' jkun effettiv.
[ 10 ]
Saret b'suċċess operazzjoni fuq panda popolari f'Zoo ġewwa Washington. F'dawn l-aħħar ġimgħat kien innutat li din il-panda ma kinitx qed tiekol u tirreaġixxi kif suppost sakemm nstab li kellha l-qasab ġo l-intestin tagħha. Preżentament, il-panda qegħda taħt osservazzjoni u mhux se ddum ma terġa taffaxxina lill-viżitaturi.
[ 10 ]
Nhar il-Ħadd li ġej, il-Katakombi Ta' Bistra se jkunu miftuħa għall-pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Mosta. Il-Katakombi Ta' Bistra huwa l-akbar kumpless ta' oqbra u katakombi li nstab s'issa il-barra mir-Rabat, Malta. Peress li qiegħed f'distanza ta' madwar 15 il-minuta miċ-ċentru tal-Mosta, dan is-sit ta' Heritage Malta huwa ideali biex jikkumplimenta lil postijiet popolari oħra fl-inħawi, fosthom il-Bażilika tal-Assunta, li hija aktar magħrufa bħala r-Rotunda tal-Mosta. Dawn il-katakombi Paleokristjani li jmorru lura għar-4 seklu WK tnaqqxu ġewwa medda vertikali li tħares fuq San Pawl il-Baħar. Is-sit huwa 90 metru twil u jikkonsisti minn 57 qabar imqassma f'16 il-kmajra. Għalkemm dawn l-oqbra ġew inizzjalment dokumentati lejn l-aħħar tas-snin 1880, kienu biss investigati arkeoloġikament fl-1933 mill-Kaptan Charles Zammit. Din id-dokumentazzjoni saret minħabba li dawn l-oqbra kienu maħsuba biex jinqerdu ħalli jagħmlu post għal triq ġdida li kellha twassal għal Burmarrad. Inċidentalment, fl-2004, il-Katakombi Ta' Bistra reġgħu tfaċċaw waqt li kien qiegħed isir moniteraġġ arkeoloġiku minħabba xi xogħolijiet fl-inħawi. Kien hawn li ġie żvelat li wara kollox il-katakombi ma kienux inqerdu. Matul is-snin, inbena razzett fuq dawn l-oqbra u dan hu maħsub li kkaġunalhom ħsarat, anki peress li kien hemm żmien meta nżammu xi annimali fil-post. Barra minn hekk, sar ukoll żvilupp ieħor f'dawn l-inħawi, fosthom il-bini ta' numru ta' vilel, flimkien ma' triq prinċipali li tgħaqqad il-Mosta mar-Rabat. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija jingħad illi dan is-sit serva wkoll bħala xelter għan-nies tal-post. Il-Katakombi Ta' Bistra huma maħsuba li jiffurmaw parti minn sistema akbar ta' oqbra u katakombi li jista' jkun li ġarrbet xi ħsarat minħabba t-tħaffir estensiv tal-barrieri fl-inħawi, partikolarment għall-ġebel li ntuża biex tinbena l-knisja tar-Rotunda għall-ħabta tal-1833. Is-sit tal-Katakombi Ta' Bistra ifforma parti minn tliet proġetti iffinanzjati mill-U.E. li taw lwog għal xogħol estensiv ta' skavar arkeoloġiku, dokumentazzjoni u preservazzjoni ta' dawn l-oqbra antiki, restawr tar-razzett li jinsab fuq l-oqbra, u d-disinn u l-kostruzzjoni ta' struttura adattata biex tipproteġi dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi. Illum il-viżitaturi jistgħu jesploraw dawn il-katakombi kif ukoll jagħmlu użu mill-faċilitajiet eċċellenti li hemm fis-sit, fosthom parkeġġ spazzjuż u żona għat-tfal. Ir-razzett restawrat li jinsab fuq parti minn dawn l-oqbra huwa disponibbli biex jinkera għal diversi attivitajiet. Il-Katakombi Ta' Bistra jinsabu fi Triq il-Missjunarji Maltin, il-Mosta. Is-sit ikun miftuħ għall-pubbliku kull nhar ta' Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, bejn id-9:00am u l-5:00pm (l-aħħar dħul fl-4:30pm). Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit ta' Heritage Malta www.heritagemalta.org Ta' Bistra Catacombs - 1 Ta' Bistra Catacombs - 2 (1) Ta' Bistra Catacombs - 2 Ta' Bistra Catacombs - 4
[ 2 ]
Il-Gvern Sirjan għadi kif ħa taħt idu parti kruċjali mil-Lvant t'Aleppo; progress li se jkun qed jaqsam it-territorju li sfa maħtuf mir-ribelli. L-armata Sirjana u l-allejati tagħhom ħadmu flimkien biex jakkwistaw lura l-kontroll f'Aleppo lura f'Settembru. Eluf ta' persuni telqu minħabba li l-Lvant ta' Aleppo jinsab taħt it-tmexxija tar-ribelli u li fl-aħħar jiem kien hemm wħud mill-agħar attakki. Eluf ta' persuni abbandunaw djarhom u telqu mid-distretti li jinsabu fil-Lvant ta' Aleppo, dan hekk kif l-armata Sirjana qed tkompli tagħmel ħilitha biex takkwista din il-belt li tinsab fis-Sirja taħt idha. L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani qali li madwar 10,000 residenti telqu f'postijiet li huma mmexxija minn Gvern, f'żoni li jinsbau fil-Punent tal-pajjiż. Madwar 250,000 persuna għadhom jgħixu fil-Lvant ta' Aleppo, fejn ikel u kif ukoll provvisti mediċi huma skarsi.
[ 10 ]
Id-Dukessa ta' Sussex Meghan Markle iltaqgħet mal-grupp mużikali Take That hekk kif fl-aħħar ħin attendiet għall-ewwel darba l-kunċert tar-Royal Variety f'Londra. Il-kunċert huwa magħruf għal wirjiet impekkabbli ta' talent għall-pajjiż li jiġbor fondi għall-karità. Il-grupp mużikali TakeThat għalaq l-ispettaklu. Fost kantanti oħrajn, kien hemm Rick Astley, George Ezra, u l-kast tal-musical Hamilton.
[ 10 ]
Meta kellha biss erba' snin, Gabby, li issa għandha 12-il sena, kien instab li għandha l-alopeċja, kundizzjon tal-ġilda li biha wieħed jitlef xagħaru. Minħabba li l-familja tagħha qatt ma kienet tista' taffordja tixtrilha parrokka, Gabby kienet tuża mkatar u kif ukoll kpiepel. Fl-2014 Gabby saret ħbieb ma' Tyler minn Michigan, tifel li kellu 10 snin, li tant xtaq jgħinha li dakinhar iddeċieda li jtawwal xagħru għal sentejn sħaħ. Dan sabiex ikun jista' jagħtih bħala donazzjoni lil għaqda li tipprovdi parrokki lil tfal li jkunu tilfu xagħrom kawża ta' xi marda jew kundizzjoni. "Huwa ġest ferm sabiħ li tifel ta' età tant żgħira għamel ħiltu biex jagħmel differenza il-ħajja ta' xi ħadd," sostniet omm Gabby. Gabby se tkun qed tirċievi parrokka fil-ġimgħat li ġejjin bis-saħħa ta' Tyler.
[ 10 ]
Tifel ta' 12-il sena minn New York City allegatament ipponta arma tan-nar lejn studenta li kienet fl-istess klassi tiegħu u ordnalha tagħtih chicken nuggets kmieni din il-ġimgħa, dan skond uffiċjali tad-Dipartiment tal-Pulizija ta' New York. Qed jingħad li dan kien it-tieni attentat li t-tifel ipprova jakkwista mingħand din it-tifla. It-tifel ra lit-tifla tixtri c-chicken nuggets mingħand il-McDonalds u meta rrifjutat it-tifel beda jsegwiha. Ġara li f'punt minnhom waqqafha u ppunta arma tan-nar lejn rasha u ordnalha li tagħtih chicken nugget. It-tifla neħħietlu l-arma tan-nar minn ma rasha u qaltlu biex ma jdejjaqiex. Minn hemm telgħet fuq il-ferrovija. It-tifel ġie arrestat mill-Pulizija wara li t-tifla rrappurtatu lill-uffiċjali tal-iskola.
[ 10 ]
Xahar wara li tilfet lil bintha ta' 16-il sena f'inċident tat-traffiku, Cindy Mathis, sabet xi ħaġa li kienet ta' għajnuna kbira għaliha fl-aktar żmien diffiċli ta' ħajjitha. Din l-omm sabet 25 ittra li bintha kienet tat lilha bħala rigal f'għeluq snina. Wieħed mill-envelopes li din il-bint preparat għal ommha, kien jgħid "Iftaħni...meta timmisjani." L-ittri l-oħra kienu kollha simili, li jagħtu istruzzjonijiet lil omm biex tiftaħ dawn l-ittri meta tħossha waħedha fost oħrajn. L-omm stqarret li wħud mill-ittri jgħinuha tidħak u oħrajn ibbikkuha, iżda dawn l-ittri qed jgħinuha ferm hekk kif jgħinuha tħoss lil bintha aktar viċin u li dawn l-ittri għaliha mhumiex biss kliem fuq biċċa karta. Mathis, kienet insiet totalment dawn l-ittri, iżda meta kienet qed tnaddaf sabet waħda minn dawn l-ittri li kienet tgħid "Meta ma tkunx tista' torqod." Din l-ittra kienet tgħid: "Irridek tkun taf li jiena inħobbok. Naħseb ma ngħidlekx biżejjed. Fid-dawl li ma tistax torqod wisq probabli inkwetata dwar xi ħaġa u għalhekk irridek tħoss kemm inħobbok." Fi żminijiet diffiċli xi kultant huma l-aktar affarijiet sempliċi li jtuna t-tama u l-għajnuna biex inkomplu mexjin 'il quddiem.
[ 10 ]
Is-serje Ingliża I'm A Celebrity tara lill-parteċipanti jagħmlu minn kollox għal ftit popolarità. L-aħħar att ta' kuraġġ, però, ġibed ħafna attenzjoni. Il-parteċipanti Martin Roberts u Adam Thomas għamlu sfida bl-isem "Pick and Crit", u verament kellu jkollhom kuraġġ kbir. Ħafna kritika kienet indirizzata lejn il-mod li bih trattaw annimali li kienu għadhom ħajjin. U tabilħaqq ħadd ma jieħu gost jittiekel meta jkun għadu ħaj! Dawn l-annimali iqarmċu b'saqajn iferfru kellhom jinżammu f'ħalq il-parteċipanti għal mill-inqas tletin sekonda. Bħala kumpens ingħataw ikel biex ikunu jistgħu ikomplu bl-avventura.
[ 10 ]
Harry Potter kien fost dawk li mar jgħin turist li ndarab f'wiċċu minn grupp ħallelin. Mhux propja Harry Pottre, imma l-attur Daniel Radcliffe, li jinterpreta l-parti. Din ma kinitx reċta iżda realtà. It-turist li għandu madwar ħamsin sena kien ir-Renju Unit għal btala qasira, u l-inċident seħħ f'Chelsea. It-turist kellu bakset tad-ditta Louis Vuitton; ħaġa li attirat lill-ħallelin. Dawn darbuh f'wiċċu b'sikkina u ħatfulu l-bakset, wara li telqu 'l hemm b'mutur. Daniel Radcliffe kien fost dawk li marru joffru l-għajnuna immedjata lit-turist, li għamel l-iżball li ssielet mal-ħallelin minflok ħallihom jieħdu l-basket millewwel.
[ 10 ]
Bosta kienu dawk li lbieraħ 16 ta' Marzu 2019 żaru ċ-Ċittadella f'Għawdex fejn l-atmosfera nbidlet għal dik ta' seħer bit-tnemnim tad-dwal tax-xemgħa b'forom u disinni differenti. Fiċ-Ċittadella nħolqot atmosfera maġika mill-isbaħ fejn kienu mixgħula minn aktar minn 30,000 xemgħa, li minnhom inħolqot arti li tirrappreżenta suġġetti kultrali u l-istorja ta' Malta. Il-lejl offra wkoll bosta attivitajiet, bħal re-enactments , dħul b'xejn fil-mużewijiet li jinsabu fiċ-Ċittadella u spettaklu mużikali minn Dcapitals, The Busker u Klinsmann.
[ 2 ]
Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li se jirriżenja waqt il-kungress straordinarju tal-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp. Kungress li se jsir fit-22 ta' Mejju. Spekulazzjoni dwar ir-riżenja tiegħu nibtet wara li l-istess Davutoglu ltaqa' mal-President Recep Tayyip Erdogan nhar l-Erbgħa. Huwa mifhum li l-Prim Ministru Tork m'approvax il-pjanijiet ta' Erdogan li jimplimenta gvern b'sistema presidenzjali. Davutoglu ħabbar ir-riżenja tiegħu wara li kellu diskussjonijiet mal-mexxejja tal-Partit. Kelliem għall-President qal li mhux se jkun hemm elezzjonijiet bikrija wara li jinħatar mexxej ġdid, filwaqt li saħaq li l-pajjiż u l-ekonomija se tistabilizza iktar meta jkun hemm Prim Ministru li jaħdem id f'id mal-President.
[ 10 ]
Sanjana Madappa u Aditya Raheja, koppja li għandhom il-klieb bħala membri tal-familja u li kien se jkollhom tarbija, għamlu l-oppost ta' dak li qalilhom it-tabib u tal-familja. Dan hekk kif kulħadd beda itihom il-parir biex jeħilsu minnhom għax it-tarbija għandha tiġi l-ewwel. Minkejja l-kummenti, il-koppja ddeċidiet li tiċċelebra l-imħabba li għandhom lejn il-klieb tagħhom billi jieħdu s-sett ta' ritratti ta' qabel it-twelid tat-tarbija, bil-klieb inklużi fir-ritratti! "Ma nistax nifhem kif xi ħadd jeħles mill-kelb tiegħu għax ikun se jkollu tarbija. Ma nafx kif tista' ġġib tarbija fid-dinja u teħles minn oħra fl-istess ħin," qalet Aditya.
[ 10 ]
Ġieli rajtu dan it-tifel f'xi meme fuq l-internet? Dan huwa Sammy Griner minn Jacksonville Florida, li llum għandu għaxar snin. Meta ommu ħadet ir-ritratt fl-2007, qatt ma basret li kien se jsir famuż daqhsekk. Dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar. B'ħarsa determinata, beda jissejjaħ 'Success Kid' meta r-ritratt sar viral fl-2010. Hemm sigriet wara r-ritratt: it-tifel kien daħħal xi ramel f'ħalqu u għalhekk dak il-wiċċ xi ftit qares. Hemm ukoll storja ta' kuraġġ. Missier Sammy, bl-isema ta' Justin, marad b'mod serju bil-kliewi fl-2009, tant li kellu bżonn dialysis . Wara sitt snin, qalulu li għandu bżonn trapjant tal-kliewi. Il-familja nediet paġna fuq GoFundMe biex tiġbor dawn il-flus. Meta l-pubbliku rrealizza li dan kien 'Success Kid', il-familja ġabret aktar minn $100,000 f'temp ta' ftit jiem! Dawn il-flus intużaw kollha biex missier it-tifel ingħata l-aqwa kura. F'Awwissu 2015, il-missier għamel l-operazzjoni, u kienet suċċess. Każ ta' ritratt wieħed li biddel ħajjet familja.
[ 10 ]
L-itwal raġel tal-Ingilterra, twil seba' piedi, tilef ħajtu fl-età ta' 36 sena. Neil Felington, famuż għall-parti li ħadem fil-parti ta' Mag the Giant fis-serja famuza mondjali Game of Thrones, tilef ħajtu lbieraħ kawża ta' attakk tal-qalb. Bosta segwaċi ta' Felington urew solidarjetà mal-familja u ħbieb li ġarrbu din it-telfa.
[ 10 ]
Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f'taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita. The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta' dak imsejjaħ 'double handling' minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb. Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta' trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta' suffara jew ġugarell. B'hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt. Dan kollu qiegħed jiġri wara investigazzjoni fuq German shepherd li rebaħ l-unur tal-aqwa razza meta ħafna sostnew li din il-kelba ma setgħatx tirbaħ, minħabba problemi f'darha. Sidha madanakollu ssostni li l-kelba b'saħħitha u għandha ċ-ċertifikati li juru dan. Esperti sabu li t-tattika, li mid-dehra ilha tintuża deċenji, ġġiegħel lill-klieb iqajjmu widnejhom ħafna aktar, filwaqt li jidtrittaw. Aktarx li issa se jkun hemm membri fost il-pubbliku jaraw jekk hemmx min qiegħed jaġixxi ta' 'second handler'.
[ 10 ]
Nigel Farage wissa li jista' jkun hemm vjolenza fit-toroq Ingliżi jekk Brexit ma jseħħx. Huwa kien qed jiddibatti ma' Gina Miller fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi. Miller, li qed tmexxi l-battalja legali kontra Brexit, insistiet li l-mexxej tal-Ukip messu jkun l-ikbar 'fan' tagħha għax il-każ li ressqet quddiem il-Qorti Suprema wassal biex il-poter reġa mar lura għand il-Parlament. Iżda Faraga weġibha billi qal li jaf ikun hemm min jinżel fit-toroq f'rabja jekk ma jkunux implimentati x-xewqat ta' dak li l-poplu ivvota għalih. "Liema parti mill-kelma 'itlaq' ma tifhimx?" saqsiha, meta fl-isfond hemm il-possibiltà legali li l-pjan li tixtieq twettaq Theresa May ikun imxekkel.
[ 10 ]
L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-pajjiżi Afrikani talbet lil-President tal-Istati Uniti Donald Trump jiskuża ruħu wara li allegatament sejjaħ nazzjonijiet fil-kontinent Afrikan: " shitholes ". Il-grupp f'Washington DC esprima "xokk, dispjaċir u rabja" u qal li l-amministrazzjoni Trump ma fehemietx lill-Afrikani. Il-mexxej tal-Istati Uniti għamel l-allegat kumment f'laqgħa tal-Ħamis dwar l-immigrazzjoni iżda Trump ċaħad li uża l-lingwa rrapportata. Huwa kien appoġġjat minn żewġ Repubblikani li kienu fil-laqgħa tal-White House, iżda s-Senatur Demokratiku Dick Durbin qal li Trump sejjaħ verament pajjiżi Afrikani " shitholes " bosta drabi u uża lingwa razzista. Nhar il-Ġimgħa, Trump fi tweet qal li l-lingwa li huwa uża fil-laqgħa privata mal-leġislaturi biex jiddiskutu l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni kien "iebsa". Imma żied jgħid li l-kliem attribwiti lilu ma kinux "il-lingwa użata".
[ 10 ]
Ħames persuni ġew arrestati b'suspetti marbuta mal-attentat fi Strasburgu fil-ħdax ta' Diċembru f'suq tal-Milied. Skont il-mezzi tax-xandir, il-ħames persuni arrestati jagħmlu parti mill-istess familja, u se jiġu akkużati li għaddew l-armi lill-aggressur Cherif Chekatt. Cherif Chekatt ta' disgħa u għoxrin sena, is-suspettat ewlieni, li kien inqatel jumejn wara l-attentat, kien instab filmat tiegħu joffri l-appoġġ sħiħ lill-Istat Iżlamiku. Fl-attentat tal-11 ta' Diċembru kienu nqatlu ħames persuni.
[ 10 ]
Tarbija ta' 4 xhur bl-isem ta' Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b'31 saba'. It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism . Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b' iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children's Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna. Dawn is-swaba żejda jistgħu jitneħħew permezz ta' operazzjoni. L-ġenituri ta' Hong Hong qiegħdin jipruvaw jiġbru biżejjed flus sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-operazzjoni għat-tifel tagħhom, li bla dubju ser tkun qed tbiddilu ħajtu. L-omm ta' dan it-tifel tbagħti wkoll minn din il-kundizzjoni u huwa propju għalhekk li Hong Hong twieled b'din il-kundizzjoni għaliex hemm possibilita' kbira li tintiret mill-familja.
[ 10 ]
Johanna Watkins, tfajla ta' 29 sena minn Minnesota, ma tistax tbus lir-raġel tagħha Scott, u lanqas tgawdi ftit ħin fl-istess kamra miegħu. Watkins issofri minn kundizzjoni li tissejjaħ Mast Cell Activation Syndrome, kundizzjoni rari fis-sistema mmunitarja, li tfisser li hi allerġika għal kważi kollox. Saħansitra għar-riħa tar-raġel tagħha. "Ngħamlu ħilitna biex nqattgħu ftit ħin flimkien iżda ma nistawx. Allura, ġieli naraw film flimkien. Id-differenza tkun li jien inkun f'sular u hu f'sular ieħor, u nitkellmu permezz ta' messaġġi fuq il-kompjuter," spjegat Watkins. Johanna tgħix fl- attic tad-dar, b'twieqi u bibien magħluqa sew u b'arja li tiġi ppurifika 'l ħin kollu minħabba li l-kundizzjoni tagħha hi waħda severa. Ritratt: Ftit qabel ma avvanzat il-kundizzjoni ta' Johanna
[ 10 ]
Minn tal-inqas sitta u tletin persuna nqatlu fi splużjoni fl-ajruport ta' Istanbul, it-Turkija. Dawn l-imwiet kienu kkonfermati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ntqal li dan ġara wara bomba suwiċida u a sparatura. Kawża ta' dan mija u erbgħin persuna oħra sfaw feruti. Uffiċjali qegħdin jgħidu li kienu tlieta l-persuni li fetħu n-nar qrib entratura fit-terminal tal-ajruport u li dawn splodew lilhom infushom wara li l-pulizija fetħu n-nar fuqhom. Il-Prim Ministru Tork qal li l-ewwel sinjali jindikaw li l-Istat Islamiku kien il-moħħ wara dan l-attakk. Jidher li l-isplussiv ħa qabel marru biex taparsi jgħaddu mill-magna tal-X Ray. One News jista' jikkonferma li ma kien hemm ebda Malti.
[ 10 ]
Żewġ fotografi li saru famużi fid-dinja ta' Instagram, Jack Morris u Lauren Bullen, riċentament irċevew aħbar stramba. Din l-aħbar kienet tgħid li żewġ persuni oħra qed isegwu kull pass tagħhom, kemm fil-pajjiżi li jżuru u kif ukoll ir-ritratti li bdew jieħdu. Kienu diversi individwi fost iż-żewġ miljun persuna li qed issegwihom li nnotifikawhom dwar din is-sejba vera stramba. Jidher li din il-koppja ħolqot profil fejn qed taqsam ritratti li mhux biss qed ikunu fl-istess lokalità iżda saħansitra qed jippużaw u jiġbdu l-istess ritratti. Lauren sostniet li "Meta jkollok numru kbir ta' segwaċi tesperjenza diversi esperjenzi li forsi ma tinzertax fil-ħajja ta' kuljum. Iżda din kienet waħda mill-aktar strambi li qatt ġrat s'issa."
[ 10 ]