text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-Korea ta' Fuq ikkonfermat li ħadmet missila nukleari ġodda b'aktar reqqa minn testijiet li saru minn Mejju s'issa. Il-missila li ntużat fl-aħħar ħin mill-pajjiż kienet il-ħdax il-test nukleari ta' din is-sena. Din tmexxiet minn sottomarin li dak il-ħin kien ftit 'il barra mill-kosta Koreana. Jidher li din taret għal aktar minn 400 kilometru qabel ma eventwalment waqgħet fil-baħar. Hija laħqet ukoll għoli ta' 900 kilometru. Dan it-test nukleari sar sigħat biss wara li l-Korea ta' Fuq qalet li se tkompli tiddiskuti dan is-settur mal-Istati Uniti. | [
10
] |
Ritratt - Parti minn Filmat Domani (Twitter -Andrea Conti) 52 uffiċjal tal-ħabs fl-Italja ġew sospiżi għall-allegat involviment tagħhom fi swat ta' priġunieri li kienu qed jipprotestaw minħabba n-nuqqas ta' maskri tal-wiċċ u t-testijiet tal-Covid-19 fl-eqqel tal-pandemija fl-Italja s-sena l-oħra. Vidjows ta' sorveljanza, ippubblikati mill-gazzetta Il Domani, juru uffiċjali li jħabbtu wiċċhom isawtu, jagħtu daqqiet ta' sieq u ta' ponn lill-priġunieri f'ċelel hekk kif kienu tilgħin u niżlin t-taraġ. Le immagini dal #carcere di #SantaMariaCapuaVetere pic.twitter.com/TQqE8oiXtU — Andrea Conti (@IlContiAndrea) June 29, 2021 Uħud mill-priġunieri fil-ħabs ta' Santa Maria Capua Vetere f'Napli kienu qed jiġu msawta ripetutament waqt li kienu mal-art, anke jekk kellhom id-demm ħiereġ minn ġisimhom jew waqt li kienu qed jiġu mġiegħla jimxu b'idejhom imdawra wara rashom. Il-Gvern ħabbar li dawn l-uffiċjali ġew sospiżi sakemm issir investigazzjoni kriminali dwar l-avvenimenti tas-6 ta' April, 2020. | [
10
] |
Ritratt: mill-arkivji Mil-lum fl-3.05pm fuq TVM se jixxandar l-ewwel episodju tas-serje Wirt li kien inħadem fl-1989 f'okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena ta' Malta Indipendenti. Wirt jiddeskrivi l-ġrajja mqanqla li għaddiet minnha l-familja Fremaux, familja għanja fejn għall-omm u għall-bint, iż-żmien ikun bħal donnu wieqaf u minkejja l-kalma esterna, il-familja tkun għaddejja minn taqlib emozzjonali. Din il-kalma qiegħda tiġi mqabbla parallelarment ma' dik ta' Malta fil- bidu tas-seklu 20, fejn iċ-ċittadin beda jduq ideat ġodda li kellhom iwassluh biex jibda jieħu d-deċiżjonijiet f'idejh u ma jibqax iżjed taħt il-ħakma kolonjali. Elda Fremaux hi mara sinjura u tgħix ma' ommha, is-Sa Karm. Naraw kif Elda flimkien ma' bintha Marika jkunu mistiedna għall-ikel għand il-Gvernatur. Aqra wkoll: Wirt se jerġa' jixxandar fuq it-TV Is-Sur Alfons Camilleri, li huwa ħabib antik ta' Elda, ikun ilu żmien, jekk mhux snin jitlobha biex tiżżewġu. Alfons jieħu ħsieb l-istedina għand il-Gvernatur biex Elda tkun tista' tgħinu fin-negozju u fl-istess waqt, Alfons ikun qabad ħbiberija ma' Nina l-kantanta tat-Tabarin. Pietru huwa dak il- bniedem li jieħu ħsieb l-oqsma tad-dar u joġġezzjona bil-wisq li t-tifel tiegħu, Neriku qiegħed iqatta' wisq ħin ma' Marika. Neriku flimkien ma' sieħbu Ġakbu, huma studenti tas-sur Tonin, professur li qiegħed jitlob riforma sħiħa fil-pajjiż. Fil-palazz tal-Gvernatur, Elda tiltaqa' ma' Klara li tkun ġiet mill-Italja u turi li taf bosta affarijiet fuqha. Neriku u Ġakbu jlaqqtu xebgħa u Ġakbu jweġġa' serjament. It-tifla ta' Elda tkun ilha titħasseb dwar missierha, l-aktar meta ssir taf li Pietru u ommha huma midħla ta' xulxin. Ritratt: Arkivji Karmen Azzopardi, Manuel Cauchi, Ethel Farrugia, Antoinette Soler, Mario Attard, Veronica Borg, Monica Attard, Tony Ellul, Godwin Scerri, Michael Sciortino, Mario Micallef, Lina Galea Cumbo, Ines Farrugia, Hubert Puglisevich, Narcy Calamatta u Lino Grech huma fost l-atturi li se nkunu qed nerġgħu naraw f'din il-produzzjoni li kellha direzzjoni artistika ta' Lino Farrugia u direzzjoni televiżiva ta' Lino Giuliano. Il-produzzjoni eżekuttiva kienet ta' Karmen Azzopardi, filwaqt li l-mużika tal-ftuħ u tal-għeluq kienet ta' Toni Sant. Il-kitba u d-direzzjoni artistika ta' Wirt kienet ta' Lino Farrugia. Tkellimna ma' Lino Farrugia… Ritratti: "B'Wirt il-ħolma tiegħi kienet saret realtà" – Lino Farrugia | [
2,
6
] |
Runaway hija l-isem tal-kanzunetta ġdida li Owen Leuellen għadu kif nieda. Din hija t-tielet kanzunetta mill-album Dreams li mistenni joħroġ fil-15 ta' Lulju. "Ninsab eċitat ħafna dwar din is-single u ġenwinament nemmen li għandha l-ingredjenti biex tkun kanzunetta għas-sajf. Naturalment, nistenna bil-ħerqa li l-album kollu jinħareġ fi ftit jiem wara stennija tant twila. L-album ilu lest mhux ħażin u nħoss li issa wasal iż-żmien li jinħareġ għall-pubbliku," ikkummenta Leuellen. Il-vidjow mużikali ta' Runaway għandu direzzjoni ta' Steven Levi b'mużika bi produzzjoni ta' Matteo Depares, b'editing minn Howard Keith Debono għal Jagged Edge. Is-single l-ġdida se tkun fuq Spotify fil-11 ta' Lulju, filwaqt li l-album se joħroġ fil-15 ta' Lulju. Ritratt: mill-filmat tal-vidjow Runawayo | [
2
] |
Ritatt: Twitter - Sea-Watch International Il-prosekuturi fi Sqallija se jibdew investigazzjoni kontra l-gwardja tal-kosta Libjana wara li ġew ippubblikati filmati li jidhru l-uffiċjali jisparaw lejn id-dgħajsa li fuqha kien hemm l-immigranti fiż-żona tat-tfittxija u s-salvataġġ Maltija. Fit-30 ta' Ġunju, l-Għaqda mhux Governattiva Sea Watch fl-Italja ppubblikat filmat li juri, il-Gwardja tal-Kosta Libjana tispara fuq l-immigranti li jinsabu fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ Maltija (SAR). Jidher li l-bastiment Libjan spara tiri lejn id-dgħajsa tal-injam li fuqha kien hemm 64 persuna biex iduru lejn il-Libja. Ara l-filmat tal-Libjani jisparaw fuq l-immigranti fl-ibħra Maltin Il-Ġimgħa li għadda, il-prosekuzzjoni f'Agrigento ddeċidiet li tibda investigazzjoni konta l-uffiċjali Libjani wara li rċeviet ilment mingħand l-għaqda Sea-Watch. L-għaqda ppreżentat filmati u ritratti ta' dak li seħħ. Il-prosekuturi se jkunu qegħdin jinvestigaw jekk dak li seħħ poġġiex il-ħajja tal-immigranti fil-periklu. Din hija l-ewwel darba li pajjiż Ewropew se jinvestiga lill-gwardja tal-kosta Libjana, li ffaċċjaw numru ta' akkużi fosthom, traffikar ta' bnedmin kif ukoll trattament ħażin ta' dawk li qegħdin ifittxu ażil. S'issa aktar minn 800 persuna mietu matul l-2021 waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn il-Baħar Mediterran. | [
10
] |
Ritratt: l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta Read in English . Ryanair żied żewġ destinazzjonijiet ġodda għall-2021: Chania (jew Hania) u Cagliari. Dan ġie mħabbar mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li laqa' l-ewwel titjiriet minn dawn il-postijiet matul tmiem il-ġimgħa. It-titjiriet lejn Chania ser ikunu qegħdin jitilqu minn Malta kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Sibt. Chania hija gżira bil-bajjiet, l-ilmijiet ċari kristall, u toffri wkoll għadd ta' rotot qalb in-natura għall-mixi u t-trekking. Barra minn hekk, hemm numru ta' fortizzi, kastelli, monasteri u fdalijiet arkeoloġiċi, li kollha huma xhieda ta' storja twila u rikka influwenzata minn diversi ċivilizzazzjonijiet. It-titjiriet lejn Cagliari jitilqu minn Malta kull nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ħadd. Cagliari hija belt b'kultura, arkitettura u postijiet ta' interess li huma l-prodott ta' passat imsawwar minn għadd ta' ħakkiema differenti. Il-kapitali ta' Sardinia toffri bilanċ tajjeb ta' siti u attivitajiet kulturali u bajjiet pittoreski mħaddnin minn pajsaġġi u promontorji blatin. Il-gastronomija tal-post ukoll hija parti importanti mill-esperjenza. Biex issiefer għandek bżonn iċ-ċertifikat tal-vaċċin Ewropew. Segwi l-konferenza stampa tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fejn spjega kif tniżżlu. Aqra hawn 90% tal-każi tal-Covid mhumiex imlaqqmin – Fearne | [
2
] |
Il-film Luzzu, rebbieħ tal-premju Sundance, se jkun qed jintwera fl-Eden Ċinema f'Malta mit-8 ta' Settembru 2021. Qabel se jkun qed isir premiere fuq it-tapit l-aħmar għal udjenza limitata fit-3 ta' Settembru. Il-film, b'direzzjoni minn Alex Camilleri, kiseb suċċess fil-Film Sundance 2021 Festival, b'Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi, jirbaħ rebaħ il-World Cinema Dramatic Special Jury għad-debutt tiegħu bħala attur. Ritratt: Facebook – Luzzu film Minn dakinhar, il-film bil-lingwa Maltija kien il-favorita mal-udjenzi u rebaħ premjijiet f'festivals prestiġjużi madwar id-dinja, inklużi in-New Directors/New Films u s-Sofia International Film Festival. Luzzu jirrakkonta l-istorja fittizja ta' Jesmark, sajjied li minħabba fi żminijiet iebsin ikollu jagħti dahru fuq ġenerazzjonijiet ta' tradizzjoni u jirriskja kollox billi tidħol fid-dinja tas-sajd fis-suq tal-black market biex jipprovdi għal martu u t-tarbija li għadha kif twieldet. Id-direttur Camilleri jemmen li dan il-film se jkun l-iktar apprezzata mill-udjenzi Maltin. "Jien ferħan li fl-aħħar se nġibu Luzzu biex jintwera f'Malta," ikkummenta hu. Aqra wkoll: Filmat: Suċċess għal sajjied mis-Siġġiewi fis-Sundance Film Festival Rebecca Anastasi u Oliver Mallia, il-produtturi tal-film, żiedu jgħidu li "Aħna eċċitati tant li Luzzu se jkollu l-ewwel wirja teatrali tiegħu hawn Malta, qabel ma jiftaħ barra. Nisperaw li l-udjenzi se tkun qed tapprezza l-prestazzjoni kommoventi ta' Jesmark u tidħol fl-emmozzjoni tal- istorja ambjentata fil-komunità tas-sajd ta' Malta." Il-bejgħ tal-biljetti mill-Eden Cinemas għall-premiere tat-3 ta' Settembru issa huwa miftuħ u disponibbli mis-sit tal-Eden Cinemas. Il-film Luzzu sar bl-appoġġ ta' Screen Malta u l-inċentivi finanzjarji pprovduti mill-Malta Film Commission u l-Gvern ta' Malta. Ritratt: Facebook – Luzzu film | [
2
] |
Ritratti: Facebook / Muntaġġ Il-logħba tant mistennija tal-lejla bejn l-Italja u Spanja bħala parti mill-kampjonat tal-EURO 2020 se tieħu xejra pjuttost emozzjonanti hekk kif qabel il-partita li se ssir fl-istadium ta' Wembley se tingħata tislima lill-kantanta, preżentatriċi u attriċi Raffaella Carrà li mietet il-bieraħ fl-età ta' 78 sena. Raffaella kienet dilettanta kbira tal-futbol u llejla kienet tkun partita importanti għaliha peress li se jilagħbu t-timijiet ta' żewġ pajjiżi importanti għaliha, l-Italja u Spanja, pajjiż li għexet fih għal bosta snin fejn ippreżentat bosta programmi televiżiv. Maħbuba wkoll mal-Maltin… Ritratti: Raffaella f'Għawdex fl-1977 Il-Federazzjonai Taljana tal-Futbol kisbet il-permess mingħand il-UEFA biex fil-playlist ta' kanzunetti li jindaqqu qabel il-partita biex tqajjem lil dawk preżenti, se tkun qed tindaqq il-kanzunetta A Far L'Amore Comincia Tu. Tista' ssegwi wkoll… Il-funeral ta' Raffaella f'xandira diretta fuq it-TV | [
10,
15
] |
Ritrtatt: Emvigee Malta bħalissa qed tieħu sehem fil-Kampjonati tal-Juniors Ewropej, ospitati mill-LEN li qed isiru f'Ruma. Il-kontinġent huwa magħmul minn Thomas Woods, Luke Sullivan, Maya Galea, Sasha Gatt u Kristina Camenzuli. Huma mmexxija mill-kowċ nazzjonali Artem Goncharenko li huwa assistit minn Catalin Stan u Roland Eskudt. L-ewwel li kkompeta kien Thomas Woods li għam fl-ewwel heat tal-400m freestyle. Huwa għamel ħin ta '4: 14.67. Huwa kien segwit minn Sasha Gatt li tellqet fir-raba' heat tal avveniment ta' 800m freestyle. Gatt spiċċat f'ħin ta' 8: 56.76 L-iskeda għall-kumplament tal-ġimgħa huwa dan: 7 ta' Lulju 2021 Kristina Camenzuli 200m butterfly Luke Sullivan 100m freestyle 8 ta' Lulju 2021 Maya Galea 200m breaststroke 9 ta' Lulju 2021 Kristina Camenzuli 50m butterfly Maya Galea 200m Individual Medley Sasha Gatt 1500m freestyle Thomas Woods 200m freestyle 10 ta' Lulju 2021 Kristina Camenzuli 100m butterfly Maya Galea 100m breaststroke Luke Sullivan 50m freestyle Thomas Woods 800m freestyle 11 ta' Lulju 2021 Sasha Gatt 400m freestyle Ir-Riżultati Uffiċjali jistgħu jinstabu permezz ta' din il-link Dan it-taghrif twassal minn emvigee. | [
15
] |
Ritratt: Alesia Kozik / pexels.com Ingredjenti 350g ross 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa 3 basliet, imqattgħin 4 sinniet tewm, imqattgħa 3 mgħaref klin frisk 150 piżelli tal-friża nofs kuċċarina noċemuskata, maħkuka 4 bajdiet, imħabbtin ħafif 200g ġobon Gruyère, maħkuk melħ u bżar ġobon Gruyère maħkuk għall-wiċċ ftit qarabagħli mgħolli u mqatta' għal wiċċ Metodu Idlek landa tal-kejk bil-butir. Iksi bil-karta tal-forn imidluka wkoll. Għalli r-ross għal 9 minuti biss u saffih. Saħħan iż-żejt f'borma, żid il-basal u sajru sakemm jibdel il-kulur. Żid it-tewm u l-klin u sajjar għal 3 minuti. Żid il-piżelli u n-noċemuskata, ħawwad u sajjar għal 4 minuti. Poġġi t-taħlita fi skutella u ħalliha tibred. Żid il-bajd, il-ġobon u r-ross. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u ħawwad kollox flimkien. Ferra' t-taħlita fil-landa u ferrex il-ġobon maħkuk extra fil-wiċċ. Aħmi f'forn moderat għal 50 minuta. Oħroġ mill-forn u ħalli joqgħod għal 5 minuti. Oħroġ mil-landa għal fuq dixx. Ferra' z-zalza fuq ir-ross u servi minnufih bi ftit klin fil-wiċċ. | [
2
] |
Iż-żiemel Baby qed jagħmel ħafna progress. RMJ's Horse Rescue b'mod kontinwu qed jagħtu aġġornamenti fuq il-kundizzjoni taż-żiemel Baby li proprju sa ftit ġranet ilu kien bla saħħa u f'kundizzjonijiet mill-aktar gravi. Baby qed jiekol tajjeb u l-feriti tiegħu qed jagħlqu. Jorqod ħinijiet twal u l-aħbar it-tajba hi li qed jirnexxielu jqum fuq saqajh bl-inqas għajnuna possibbli. Mhux biss issa qed iħossu komdu fl-ambjent li jinsab fih u anke qed jiċċaqlaq ftit il-barra. Min hu interessat li jgħin lil RMJ's Horse Rescue b'mod ġenerali, jista' jagħmel dan b'wieħed minn dawn il-metodi: PayPal rmjhorserescue@gmail.com BOV 99947633 IBAN MT53VALL22013000000040023793448 Filmat: Facebook – RMJ's Horse Rescue. | [
2
] |
Facebook: Marciano Vd Burg Il-ġurnalist investigattiv Peter R. de Vries intlaqat minn tiri f'Lange Leidsedwarsstraat f'Amsterdam. Sorsi tal-kamra tal-aħbarijiet tal-NOS qalu li De Vries kien mistieden fuq l-istazzjon RTL u wara li ħareġ, ġew sparati tiri lejh fit-triq. Sorsi qalu lil NOS li ħames tiri kienu sparati lejn de Vries, u persuni li kienu fuq il-post qalu li l-ġurnalist intlaqt b'tir f'rasu. Fuq il-midja soċjali qegħdin iduru ritratti tal-ġurnalist li juru li kellu ġrieħi f'rasu. De Vries li għandu 64 sena ttieħed l-isptar isofri minn ġrieħi serji. Il-pulizija qed ifittxu persuna li kienet liebsa kowt aħdar u beritta sewda. De Vries huwa ġurnalist famuż fil-kriminal u ħafna drabi kien il-kelliem tal-pulizija jew fil-qorti. | [
10
] |
Ritratt: Amy Hirschi fuq Unsplash Fl-Iżlanda ġiet ippruvata sistema fuq il-postijiet tax-xogħol biex il-ħaddiema jaħdmu erba' darbiet fil-ġimgħa u inqas siegħat iżda jitħallsu l-istess. Din is-sistema, meta kienet għadha fil-fażi ta' prova, bejn l-2015 u l-2019, kellha suċċess kbir hekk kif mir-riżultati li ġew ippublikati dan l-aħħar irriżulta li l-produttività tal-ħaddiem baqgħet l-istess fuq il-postijiet tax-xogħol.B'kollox kien hemm 2,500 ħaddiem li ħadu sehem f'dan l-istudju li dam għaddej għal erba' snin. Ħafna mill-ħaddiema ħadmu 35 siegħa jew 36 siegħa minflok 40 siegħa. Il-ħaddiema qalu li kellhom inqas stressfuq il-post tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja tagħhom marret għall-aħjar ukoll. Il-ħaddiema qalu wkoll li kellhomaktar ħin mal-familja. Din is-sistema qedtiġi ppruvata f'pajjiżi oħra wkoll, fosthom fi Spanja u New Zealend. | [
10
] |
Ritratt: Rikordja F'dawn l-aħħar ġranet beda l-ġbid tas-sensiela ġdida Noli li se tkun qed jixxandar minn Ottubru fuq TVM. Din is-sensiela hi produzzjoni ta' Rikordja , li huwa l-isem ġdid ta' Rewind li fl-imgħoddi wasslulna numru kbir ta' produzzjonijiet bħal Manwela, Emilja, F'Ġieħ l-Imħabba, Ċirkostanzi u D.R.E.A.M.S. Apparti Noli, Rikordja se jkunu qed iwasslu wkoll it-tielet staġun ta' Sorelle. Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa tkellmu ma' newsbook.com.mt fejn spjegaw li l-bdil fl-isem sar peress li l-kumpanija qed tespandi s-servizzi tagħha u aktar dettalji wieħed se jkun jista' jsibhom fuq il- paġna Facebook tal-kumpanija . Posted by Rikordja on Sunday, July 4, 2021 Dwar is-sensiela Noli, Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa qalu lu jinsabu eċitati bil-proġett ta' Noli. Iżda x'inhu s-sinifikat wara dan l-isem? X'għandna nistennew f'din is-sensiela ġdida? "L-isem Noli għandu tliet sinjifikat," bdiet biex tgħidilna Evelyn Saliba La Rosa li qaltilna li għalissa jistgħu jiżvelaw biss wieħed minnhom. Hi assoċjat it-titlu mal-logħob ta' hide and seek għax "meta l-kriminal joqtol, il-pulizija toħroġ biex tfittxu." Dr. Michael Vella Haber qalilna li t-tim kollu ta' Rikordja jinsab eċitat b'dan il-proġett li hu ġeneru ġdid ta' drama għalihom. L-awturi spjegaw kif fl-isfond tas-sensiela hemm storja li tkompli minn ġimgħa għall-oħra, iżda mbagħad kull każ jissolva fi tliet puntati. F'din is-sensiela ġdida se nkunu qed naraw kast mill-aqwa b'Mark Mifsud u Rebecca Dimech fil-partijiet ewlenin. Se nkunu qed naraw numru kbir ta' atturi f'partijiet regolari kif ukoll oħrajn li se jkunu qed jidhru bħala mistiedna. Aqra wkoll: Filmat: Jibda x-xogħol fuq drama ġdida għal Ottubru "L-istejjer ta' Noli huma mexxejja u l-fatt li se jkollna atturi differenti jidhru f'puntati differenti se jagħmel din is-sensiela aktar friska minn episodju għall-ieħor," spjega Dr Vella Haber. Apparti li hemm bosta atturi magħrufa fis-sensiela, se nkunu qed naraw ukoll uċuh ġodda. "Meta għamilna s-sejħa għall-atturi ma konniex qed nsitennew rispons daqtsant kbir u wisq aktar ma stennejna li se niskopru ħafna u ħafna talent ġdid," ikkummentat Evelyn Saliba La Rosa li qaltilna wkoll li l-ħidma fuq is-sensiela issa bdiet u hemm ħafna sigħat twal ta' xogħol. Se nkunu qed naraw ukoll għall-ewwel darba bħala attriċi lill-kantanta Maria Spiteri kif ukoll lil Kurt Harmsworth. Fis-sensiela Noli se naraw ukoll lill-attur Laurent Coleiro li niftakruh bħala Oliver fis-sensiela Giżelle. | [
2,
6
] |
Il-Papa Franġisku bagħat tweet fejn irringrazzja lin-nies madwar id-dinja għall-messaġġi ta' sapport u talb għal saħħtu, hekk kif ikompli bl-irkupru tiegħu fl-Isptar Gemelli ta' Ruma wara l-operazzjoni tiegħu. Fit-tweet il-Papa kiteb "Ninsab emozzjonat bil-ħafna messaġġi li wasluli f'dawn il-jiem. Nirringrazzja lil kulħadd għat-talb tagħkom." Diversi mexxejja minn madwar id-dinja awguraw lil Papa fejqan ta' malajr, inkluż il-President tar-Repubblika taċ-Ċina, Tsai Ing-Wen, il-President tal-Istat tal-Palestina u tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PLO, Mahmoud Abbas, kiteb minn Ramallah: "Ejjew nitolbu lkoll flimkien lil Alla biex jagħtik is-saħħa sabiex tkompli fl-impenn tiegħek għall-ħolqien tal-paċi u l-imħabba fost il-popli". Il-Papa jirkupra aħjar mill-operazzjoni tal-Ħadd Il-Papa Franġisku qed ikompli jirkupra mill-operazzjoni li saritlu fuq il-musrana l-kbira. L-operazzjoni skedata fuq il-Papa saret fl-Isptar Gemelli f'Ruma nhar il-Ħadd wara nofsinhar. Fl-aħħar aġġornament dwar saħħet il-Papa, id-direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede Matteo Bruni, qal li l-Papa Franġisku qed ikompli jirkupra b'mod sodisfaċenti, u li kompla jiekol b'mod regolari. Bruni qal ukoll li l-intervent bid-drip tneħħa wkoll. | [
10,
13
] |
Ritratt: Facebook - Raffaella Carra Raffaella Carra ħallietna nhar it-Tnejn li għadda fl-età ta' 78 sena iżda l-mużika tagħha tibqa' popolari. Biss biss fl-aħħar ġranet il-kanzunetti ta' Raffaella Carrà ddomminaw il-klassifika tal-iTunes. Raffaella ħabbet lill-pubbliku bl-istess mod li hu ħabb lilha… Ma xtaqitx li l-pubbliku jkun jaf li waslet biex tmut F'karriera ta' aktar minn 50 sena Raffaella rrikordjat numru kbir ta' kanzunetti u albums iżda bla dubju dawn huma it-tlieta li baqgħu popolari. Tuca Tuca (1971) Miktuba minn Gianni Boncompagni li għal bosta snin kien ukoll f'relazzjoni ma' Raffaella, din il-kanzunetta kienet meqjusa bħala rivoluzjonarja fix-xena tal-mużika Taljana. Il-korjografija kienet qajmet diskussjoni iżda minkejja li f'dak iż-żmien ma kinitx niżlet tajba ma' kulħadd, Tuca Tuca baqgħet popolari sal-lum il-ġurnata, 50 sena wara li ħarġet. A Far l'Amore Comincia Tù (1977) Il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn Carrà f'bosta fosthom Do It Again With Love li spiċċat fil-klassifiċi Ingliżi u Carrà kienet ukoll ġiet mistiedna tkantaha fuq il-programm popolari Top of the Pops. Fl-2011 Bob Sinclair avviċina lil Carrà biex joħorġu verżjoni ġdida ta' din il-kanzunetta. Wara li ltaqgħu Raffaella aċċettat u wara li ħarġu l-verżjoni l-ġida, sentejn wara, A Far l'Amore Comincia Tù intużat bħala t-tema mużikali tal-film La Grande Bellezza. Maħruġa fl-1980 din il-kanzunetta kienet simbolu tal-libertà femminili. Il-funeral ta' Raffaella Carrà sar ilbieraħ il-Ġimgħa 9 ta' Lulju u twassal f'xandira diretta fuq l-istazzjon Rai Uno. Tislima dinjituża lil Raffaella Carrà: Isir il-funeral ta' Raffaella Carrà | [
2
] |
Ritratt: Facebook - Kate: Writing My Story Iċ-ċkejkna Kate Ferriggi tinsab lura d-dar wara li fil-ġramet li għaddew għamlet operazzjoni minħabba fil-kundizzjoni tat-Tatton Brown Rahmann Syndrome li hija tbati minnha. Nhar it-Tnejn li għadda… "Mulej għinni sabiex dan l-intervent jirnexxi u nirkupra saħħti malajr" – Kate Kate Ferriggi hija l-unika persuna f'Malta li tbati minn din il-kundizzjoni rari li tolqot persuna waħda minn 7 miljuni madwar id-dinja. Aqra wkoll: "Grazzi tat-talb u l-messaġġi tagħkom" – Kate Ferriggi F'messaġġ fuq il-paġna taħha ta' Facebook Kate: Writing My Story , tniżżel li ċ-ċkejkna qed tirkupra d-dar. Madanakollu huwa l-lejl li hu aktar iebes imma hemm ukoll sens ta' pożittività għax dan jgħaddi wkoll. Recovering at home ❤️🩹 … night is the worst, but will pass ☺️ Posted by Kate: Writing My Story on Wednesday, July 7, 2021 | [
2
] |
Ritratt provdut minn Malcolm Ellul Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Malcolm Ellul , li dan l-aħħar rajna bħala Salvatore Cuppola fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba. Huwa twieled nhar il-11 ta' Lulju tal-1975. Fost is-sensiliet li rajnieh fihom insibu Solitaire (2005), Tgħanniqa (2007), Kristu Tal-Kerrejja (2008), Miriana Coljerò (2008), Dejjem Tiegħek Becky (2008), FIVE06 (2009), L-Evanġelisti (2009/10), F'Salib it-Toroq (2009/10/11), Deċeduti (2011), La Famiglia (2011), Atlantis (2012), Eklissi (2012), Klassi Ghalina (2013), Prima Facie (2013) u Katrina (2013). Malcolm huwa miżżewweġ lill-attriċi Elizabeth Ellul Hawes, li għada t-Tnejn ukoll tiċċelebra għeluq sninha. Tagħlaq 45 sena. Il-koppja Ellul għandhom tlett ulied, Kim, Natham u Liam. Nawguraw lil Malcolm l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. Malcolm Ellul bħala Salvatore fis-serje F'Ġieħ L-Imħabba | [
2
] |
L-Awstralja se tnaqqas bin-nofs in-numru ta' titjiriet lejn il-pajjiż hekk kif bħalissa nofs il-popolazzjoni Awstraljana tinsab f'lockdown wara li żdiedu l-infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Awstralja. Min-nofs dan ix-xahar l-Awstralja se tibda taċċetta biss id-dħul ta' ftit aktar minn 3,000 persuna kull ġimgħa, bil-maġġoranza jkunu ċittadini Awstraljani jew persuni b'permess li jidħlu fil-pajjiż. Din il-miżura mistennija tibqa' fis-seħħ sas-sena d-dieħla. | [
1,
10
] |
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jiddiskuti r-restrizzjonijiet ta' COVID ma' Angela Merkel fl-aħħar żjara uffiċjali tagħha fir-Renju Unit bħala Kanċillier Ġermaniż. Fuq l-aġenda hemm ukoll il-kummerċ u r-relazzjonijiet wara Brexit. Huwa maħsub li Merkel tixtieq li tipprojbixxi lit-turisti kollha mir-Renju Unit milli jidħlu fl-Unjoni Ewropea minħabba tħassib dwar il-varjant Delta. Il-laqgħa saret fir-residenza tal-Prim Ministru f'Bukinghamshire. Merkel se tindirizza laqgħa tal-Kabinett Ingliż, u se tkun l-ewwel mexxej barrani wara li fl-1997 l-eks President Amerikan Bill Clinton kien ukoll indirizza l-Kabinett. Il-Kanċillier Ġermaniż se tkun qed tiltaqa' mar-Reġina fil-Kastell ta' Windsor. | [
10
] |
Il-Boy Scouts tal-Amerika (BSA) laħqu ftehim li jlaħħaq it-850 miljun dollaru Amerikan ma' madwar 60,000 persuna dwar akkużi ta' abbużi sesswali li saru matul is-snin. Dan huwa l-akbar ftehim dwar abbuż sesswali fl-istorja tal-Istati Uniti. Il-BSA talbu skuża lill-vittmi u minkejja li s-sena li għaddiet fallew finanzjarjament, l-organizzazzjoni se tkun qed twaqqaf trust ta' kumpens għall-vittmi ta' abbuż sesswali. Lura fl-2012, il-gazzetta Los Angeles Times kixfet madwar 5,000 każ ta' abbuż fosthom kontra l-mexxejja tal-iscouts. | [
10
] |
Ajruplan tal-għamla Boeing sebgħa tlieta sebgħa ġġarraf fil-baħar barra l-Kosta ta' Honolulu fil-Hawaii. Rapporti mill-midja internazzjonali qalu li ż-żewġ bdoti ġew salvati f'operazzjoni wara li l-ajruplan iġġarraf. | [
10
] |
Fil-jiem li għaddew il-Kanada rat katar minn 130 post fejn qed qed jinfirex in-nirien kawża tas-sħana qawwija li qed jesperjenza il-pajjiż bħalissa. Il-Gvern Federali tal-Kanada qal li se jkun qed jibgħat ajruplan militari sabiex jassisti fil-punent tal-pajjiż sabiex jiġu kkontrollati n-nirien maljar kemm jista' jkun. L-ogħla temperatura li ġiet irreġistrata kienet ta' kważi ħamsin grad celcius. Din il-mewġa ta' sħana wasslet għall-mewt ta' mijiet ta' nies. | [
10
] |
Il-Ġnus Maqgħuda qalet kif il-ġlied fir-reġjun ta' Tigray fl-Etjopja wassal biex erba' mitt elf persuna jispiċċaw ibatu l-ġuħ. Fl-ewwel laqgħa pubblika li trattat din il-kriżi, membri mill-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda qalu kif tlieta u tletin tifel ġew trattati b'mod mhux xieraq u spiċċaw fi stat ħażin ta' saħħa. Uffiċċjali oħra qalu kif kważi żewġ miljun persuna oħra qegħdin fix-xifer li jispiċċaw ukoll ibatu l-ġuħ kawża tal-ġlied. Il-kunflitt bejn il-Gvern u r-ribelli ta' Tigray li dam għaddejj għal tmien xhur sħaħ, ħalla eluf ta' persuni mejta. | [
10
] |
Għoxrin persuni ntilfu wara li valanga enormi laqtet lil-Belt ta' Atami fil-Ġappun. Il-midja internazzjonali rrappurtat kif bosta djar inqerdu kompletament u ndifnu taħt it-tafal li niżel minn għolja. Dan l-inċident seħħ wara jiem sħaħ ta' xita qalila fil-pajjiż. Għal dan, il-Prim Ministru Ġappuniż qal li waqqaf grupp ta' emerġenza biex jirrispondi għal dan id-diżastru naturali. | [
10
] |
Uffiċċjal Korrettiv f'ħabs fi Fresno County f'Kalifornja ngħatat sentenza ta' seba xhur ħabs u sentejn probation wara li kellha x'taqsam b'mod intimu ma' priġunier fil-ħabs fejn kienet taħdem. Tina Gonzalez ta' 26 sena ġiet arrestata f'Mejju li għadda wara investigazzjoni mill-Pulizija tal-lokal tagħha. Il-każ beda jiġiinvestigat wara li l-awtritajiet tal-ħabs irċievew rapporti li kien hemm priġunier li kellu aċċess għal mobile kif ukoll oġġetti oħra li mhux suppost daħlu fil-ħabs. Steve McComas, id-direttur tal-Ħabs spjega kif tul karriera ta' 26 sena ra u sema diversi moqżieżati madankollu dan il-każ xorta waħda ħallih bla kliem. Kompla jispjega kif Gonzalez kellha x'taqsam sesswalment mal-priġunier quddiem ħdax-il priġunier ieħor. Sabiex tagħmel dan aktar faċilment hija saħansitra għamlet toqba fil-qalziet tal-uniformi tagħha. Il-kap tal-ħabs kompla jispjega li apparti li kellha x'taqsam aml-priġunier hija ssuplixxietu wkoll b'numru ta' xfafar tal-leħja kif ukoll tatu informazzjoni dwar is-siġurtà tal-faċilità fejn kienet taħdem. | [
10
] |
Il-grupp mużikali Kantera, li jħaddan l-istil tradizzjonali Malti, nieda t-tieni kanzunetta bl-isem ta' 'Tliet Kitarri u Mandolina', mill-pinna ta' Alfred C. Sant. Dan il-grupp, li jifforma minn mużiċisti kemm Maltin kif ukoll Għawdxin, rajnih ukoll fil-Festival Nazzjonali ta' kanzunetti Maltin, Mużika Mużika, fejn ikklassifikaw fit-tielet post bl-isem ta' 'L-ewwel Jien'. L-għan tagħhom huwa sabiex fl-istess waqt li bil-mużika jżommu kumpanija lin-nies, ikomplu jippreseraw it-tradizzjonijiet Maltin, fosthom il-lingwa, ilbies u anke strumenti mużikali ta' pajjiżna. | [
2
] |
It-tfittxijiet għal persuni li jaf għadhom ħajjin mirduma taħt it-tifrik ta' binja li ġġarrfet f'Miami, waqfu. Dan hekk kif issa hu mistenni li jkomplu jwaqqgħu l-kumplament tal-binja. Bosta timijiet qed iħejju pjan kif se jwaqqgħu l-kumplament tal-istruttura bl-użu ta' splussiv. It-twaqqigħ ta' dak li fadal mill-binja ġie ppjanat wara tħassib fuq is-sigurtà ta' dawk li jgħixu fiż-żona hekk kif mistenni maltemp kbir. Kien fl-24 ta' Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet fejn s'issa nstabu 24 persuna mejta filwaqt li 121 persuna għadhom meqjusa neqsin. | [
10
] |
29 persuna tilfu ħajjithom, 50 huma midruba u u 17-il persuna huma meqjusa neqsin wara li ġġarraf ajruplan militari fil-Filippini. Għexieren ta' persuni nħarġu mit-tifrik u n-nirien li nħolqu kawża tat-tiġrif, ħajjin. Meta ġġarraf, l-ajruplan kien qed iġorr aktar minn 90 persuna, bil-maġġoranza tagħhom huma truppi. Dawk midruba ttieħdu l-isptar militari li jinsab fil-viċinanzi. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat feġġew 12-il każ minn fost 2,916-il test. Dan ifisser li issa f'pajjiżna hawn 68 każ attiv ta' COVID-19. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 996,631 test. Ingħataw ukoll 682,731 doża tal-vaċċin. Minnhom, 362,262 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 335,153 persuna huma kompletament imlaqqma. Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19. | [
1
] |
Fl-ewwel logħba għat-tim Malti tal-waterpolo ta' taħt il-15-il sena, fil-Kampjonati Ewropej, tilef kontra t-tim Taljan bl-iskor ta' 19-6. It-tim Malti qed jilgħab f'dawn il-kampjonati Ewropej għall-ewwel darba, li qed isiru fil-Portugall. Il-gowls tat-tim Malti waslu minn żewġ gowls ta' Enrico Mallia u Zak Cutajar Licari u gowl kull wieħed minn Cain Cutajar u Jayden Cutajar. It-tim Malti jmissu jilgħab it-Tnejn kontra r-Rumanija. | [
15
] |
Il-Papa Franġisku li għandu 84 sena jinsab fl-Isptar Gemelli f'Ruma. Huwa ddaħħal l-isptar sabiex ikun operat fil-musrana. Din l-operazzjoni hija waħda skedata iżda nżammet sigrieta. Intant, il-Ħadd f'nofsinhar, waqt il-ħin tal-Angelus, il-Papa ħabbar li se jkun qed iwaqqaf l-udjenzi ġenerali matul ix-xahar ta' Lulju. | [
10
] |
Twaqqgħet il-kumplament tal-binja li kien għad fadal f'Miami wara li parti minnha ġġarrfet ftit tal-jiem ilu. Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif kien hemm tħassib dwar nuqqas ta' sigurtà għal dawk li kienu għaddejjin bi tfittxijiet hekk kif mistenni maltemp kbir. Il-binja twaqqgħet permezz ta' splussiv. Kien fl-24 ta' Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet, fejn s'issa 24 persuna nstabu mejta, filwaqt li 121 għadhom meqjusa neqsin. | [
10
] |
Il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel, li jinsab pożittiv għall-Covid-19, iddaħħal l-isptar il-Ħadd. Rapporti qalu li Bettel, li għandu 48 sena ddaħħal l-isptar bħala prekawzjoni u se jqatta' ġurnata sakemm isiru t-testijiet neċessarji. | [
10
] |
Minn għada l-Ġermanja sa tneħħi r-restrizzjonijiet ta' vjaġġar mir-Renju Unit u erba' pajjiżi oħra milquta mill-varjat Indjan Delta. Dan tħabbar ftit tas-sigħat wara li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ikkonferma li se jkun qed ineħħi r-regoli kollha relatati mal-COVID-19 mid-19 ta' Lulju. Intant, ir-restrizzjonijiet ġew imneħħija wkoll għall-persuni li jkunu ġejjin mill-Portugall, ir-Russja, l-Indja u n-Nepal. Turisti li jkunu mlaqqma kompletament kontra l-COVID-19 mhux se jkunu obbligati li jagħmlu kwarantina; iżda, persuni mhux imlaqqma kompletament ikollhom joqogħdu fi kwarantina għall-għaxart ijiem, bil-possibilità li joħorġu qabel f'każ li jipprovdu test negattiv tal-coronavirus wara l-ħames jum mal-wasla tagħhom fil-Ġermanja. | [
1,
10
] |
Aktar minn 100,000 persuna f'Kuba ġew evakwati filwaqt li tliet persuni tilfu ħajjithom kawża tal-maltempata tropikali Elsa li laqtet lill-Karibew. Din il-maltempata issa riesqa lejn l-istat ta' Florida, bl-uffiċjali qed jittamaw li l-maltemp ma jxekkilx l-isforzi kollha li qed isiru waqt l-operazzjoni ta' salvataġġ li għaddejja bħalissa fil-bini li ġġarraf ġimagħtejn ilu. Minħabba dan il-ħsieb, fil-jum tat-Tnejn, b'mod ikkontrollat, twaqqgħet il-parti tal-bini li ma ġġariftx hekk kif żdiedet il-biża' li l-maltemp seta' kkawża t-tiġrif tal-bini, li kellu problemi strutturali, b'mod li tfixkel il-ħidma ta' salvataġġ. | [
10
] |
28 persuna jinsabu nieqsa hekk kif ajruplan li kienu abbord fuqu tilef il-kuntatt mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mumenti qabel ma kellu jinżel fil-Lvant tar-Russja. Skont rapporti fil-midja Russa, l-ajruplan huwa maħsub li ġġarraf fil-baħar filwaqt li nstab sinjal mill-kaxxa s-sewda tiegħu. Fost il-passiġġiera kien hemm tifel kif ukol sitt membri tal-ekwipaġġ. | [
10
] |
Sa issa f'Malta saru miljun swab tests għall-COVID-19. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter fejn anke ta' rringrazzjament tiegħu għat-tim iddedikat li jopera t-telefonati tal-111, kif ukoll ħaddiema fiċ-ċentri tal-ittestjar madwar Malta u Għawdex u laboratorji. Intant, f'konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-Ministru għas-Saħħa qal li 90% tal-każijiet pożittivi fl-aħħar ġimgħat kienu ta' persuni mhux imlaqqma kontra l-coronavirus u għalhekk reġa' tenna l-importanza tal-vaċċin. S'issa 82.5% tal-adulti f'pajjiżna ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża filwaqt li 77% huma mlaqqma kompletament. Bħalissa f'pajjiżna qed jitlaqqmu t-tfal u ż-żgħażagħ ta' bejn it-12 u l-15-il sena. Ara wkoll: Iż-żewġ pazjenti li hemm l-isptar bil-COVID-19 ma ħadux il-vaċċin… 90% tal-infezzjonijiet huma ta' nies mhux imlaqqma | [
1
] |
Ġurnalist prominenti fl-Olanda jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ġew sparati tiri lejh fil-belt ta' Amsterdam. Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija bil-vittma jkun Peter R de Vries. Filmati mtella' fuq il-midja soċjali wrew lir-raġel mitfugħ mal-art f'għadira demm b'feriti f'rasu. Rapporti fil-midja barranija qed jgħidu li l-Pulizja arrestat persuna ftit 'l barra minn Amsterdam madankollu dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx kkonfermati mill-Pulizija Olandiża. Fl-istess waqt il-Pulizija qed tfittex persuna oħra meqjusa bħala perikoluża b'rabta ma' din l-isparatura. Il-Prim Ministru caretaker Olandiż Mark Rutte mistenni jagħmel stqarrija pubblika wara laqgħa li għandu mal-awtoritajiet tal-intelliġenza u Pulizija Olandiża. Permezz ta' Tweet, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Dunja Mijatovich qalet li tinsab ixxukjata b'dak li ġara u appellat lill-awtoritajiet Olandiżi sabiex jagħmlu ħilithom kollha biex jaqbdu l-imħuħ wara dan l-attakk. Il-ġurnalist li safà fil-mira ta' dan l-attakk kiteb fuq diversi suġġett jaħarqu tul il-karriera tiegħu b' wieħed mill-akbar stejjer tiegħu kienet b'rabta mal-ħtif ta' Freddy Heineken fl-1983. | [
10
] |
L-Italja għelbet lil Spanja waqt penalties biex b'hekk issa se tkun kisbet post fil-finali tal-EURO 2020, liema logħba se tkun qed issir f'Wembley. Kienet logħba ta' taqtigħ il-qalb hekk kif sal-aħħar minuta, kollox kien inċert dwar min kien se jikseb postu fil-finali, bi Spanja tat logħba mill-isbaħ fejn kienet għadma iebsa għall-Italja. Wara li l-penalty, li ta l-plejer Spanjol Alvaro Morata, ġie salvat – kien il-penalty li ta l-plejer Taljan Jorginho li serva bħala d-daqqa finali għal Spanja biex poġġa lill-Italja fil-finali. Issa jmiss logħba oħra bejn l-Ingilterra u d-Danimarka biex b'hekk ikun deċiż bejn min se tkun it-taqtigħa fil-finali tant mistenni tal-Euro 2020. | [
10
] |
Il-Pulizija fil-Haiti qatlu erba' suspettati bil-qtil tal-President Jovenel Moïse u arrestaw tnejn oħra. L-uffiċjali għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għas-suspettati l-oħra fil-kapitali Port-au-Prince. Il-President, ta' tlieta u ħamsin sena, inqatel b'tiri waqt li ġie attakkat f'daru kmieni l-Erbgħa. L-aggressuri daħlu fir-residenza privata tiegħu għall-ħabta tas-1:00 ta' filgħodu. Huwa nqatel mill-ewwel filwaqt li martu ttieħdet fi sptar fi Florida fejn tinsab f'qagħda kritika. Ritratti: EPA Aqra wkoll: Il-President tal-Haiti maqtul f'daru | [
10
] |
Fid-Danimarka nbena l-itwal kastell tar-ramel fid-dinja. B'tul ta' aktar minn wieħed u għoxrin metru, dan il-kastell inbena fil-belt ta' Blokhus. L-istruttura, li ssaħħet bil-kolla u t-tafal, ħadet xejn inqas minn erbat elef, tmien mija u sittin tunnellata ta' ramel biex inbniet. Dan il-kastell huwa miftuħ għall-viżitaturi u se jibqa' hemm sax-xitwa. | [
10
] |
It-timijiet ta' salvataġġ li għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet qalb it-tifrik li ħalla t-tiġrif ta' binja fi Florida, m'għandhomx iktar tama li jsibu nies ħajjin, tant li l-missjoni tagħhom inbidlet minn waħda ta' tfittxija u salvataġġ, għal sforz ta' rkupru, u se jieqfu t-tfittxijiet. Id-deċiżjoni ttieħdet ġimagħtejn wara li l-binja ta' tnax-il sular iġġarrfet f'nofs ta' lejl. Erbgħa u ħamsin vittma nstabu u sitta u tmenin għadhom irrappurtati nieqsa. | [
10
] |
Il-Haiti talbet biex jintbagħtu għal truppi barranin biex jipproteġu l-pajjiż wara l-assassinju tal-President Jovenel Moïse. It-talba ntbagħtet mill-Gvern lill-Istati Uniti u n-Nazzjonijiet Magħquda, iżda l-Istati Uniti tenniet li m'għandha ebda pjanijiet li toffri assistenza militari bħalissa. Il-Pulizija tal-Haiti qalet kif grupp ta' 28 persuna li huma eks suldati barranin, qatlu lill-President l-Erbgħa li għadda. Sostniet li 17-il persuna minnhom ġew arrestati. | [
10
] |
Il-Pulizija fil-Bangladesh arrestat lil sid il-fabbrika li l-Ħamis filgħaxija nħakmet min-nirien bil-konsegwenza li mietu 52 persuna. Abul Hashem, is-sid ta' Hashem Foods, flimkien mal-erba' wliedu huma fost tmien persuni li ġew arrestati tul il-jum tas-Sibt. Il-Pulizija qalet li dawk arrestati kollha qed jaffaċċjaw akkużi ta' qtil. L-awtoritajiet qalu li l-maġġoranza tal-vittmi nqabdu fil-binja għax waħda mill-entraturi maġġuri kienet imsakkra. Fost il-vittmi kien hemm numru ta' tfal u nfetħet inkjesta separata dwar l-impjegabilità tat-tfal kontra l-liġi. | [
10
] |
L-għada li tħabbru miżuri ġodda marbuta mal-ivvjaġġar sigur minn u lejn pajjiżna, diversi unjins u assoċjazzjonijiet kellhom reazzjonijiet pożittivi. Il-General Workers Union qalet li issa li l-attività ekonomika bdiet tirkupra bil-mod, huwa importanti li nipproteġu dak li ksibna flimkien. L-istess unjin laqgħet il-miżura li kull min jiġi f'pajjiżna jrid bilfors ikollu ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut, u qalet li issa li s-settur turistiku beda jiftaħ, jeħtieġ nipproteġu s-saħħa ta' kull ħaddiem u l-impjiegi, kemm dawk diretti kif ukoll indiretti. | [
1
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus f'pajjiżna u feġġew 109 każijiet minn fost 3,164 test, biex bħalissa hawn 359 każ attiv. B'kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,012,577 test. Ingħataw ukoll 703,928 doża tal-vaċċin. Minnhom, 369,854 kienu l-ewwel doża u 349,133 persuna huma kompletament imlaqqma. Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-COVID-19. | [
1
] |
Mistennija sħana qawwija fl-Istati Uniti u l-Kanada, bit-tbassir huwa ta' mewġ ta' sħana b'temperaturi li jaqbżu kull rekord fl-istati ta' Kalifornja u Nevada. Din l-aħbar tiġi ġimgħat biss wara mewġa ta' sħana perikoluża li laqtet liż-żewġ pajjiżi li wkoll kienet waħda rekord għax-xahar ta' Ġunju. Il-Ġimgħa, f'Kalifornja, kienet irreġistrata t-temperatura ta' erbgħa u ħamsin punt erbgħa gradi celcius. Miljuni ta' persuni fl-Amerka qed jiġu mwissija jixorbu ħafna ilma u joqogħdu f'arja kkundizzjonata. | [
10
] |
Immaġina. L-imħabba ta' ħajtek titolbok tagħlaq għajnejk f'jum San Valentinu. Tistenna li ġej xi bukkett fjuri, xi ċurkett, xi rigal li forsi ma messitekx ix-xorti għalih fil-Milied...imma minflok tiġi riħa qawwija ta' bejken. Din hija idea innovattiva li ħareġ biha stabiliment tal-ikel din is-sena. Dejjem jivvintaw...pero forsi hija idea tajba għal min ir-romantiċiżmu ma jagħmilx ħafna bih u jippreferi jimla żaqqu minflok xi vażun. | [
10
] |
Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li jissospendi l-Parlament, ġabet reazzjoni ta' rabja bla preċedent fost Membri Parlamentari u dawk li jopponu li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Sigħat wara li Johnson talab lir-Reġina biex tissospendi l-Parlament Ingliż minn issa sal-bidu t'Ottubru li ġej, kienu bosta li ħarġu fit-toroq tal-pajjiż jipprotestaw. Barra minn hekk skattat petizzjoni li diġà ġabret aktar minn miljun firma. Il-Gvern Ingliż qal li perjodu ta' ħames ġimgħat sospensjoni f'Settembru u Ottubru, xorta jagħti lok għal diskussjoni dwar Brexit . Iżda kritiċi argumentaw li dan huwa biss tentattiv li jmur kontra d-demokrazija, biex ma jħallix lill-Membri Parlamentari milli jwaqqfu lir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, bla ftehim. | [
10
] |
Tliet persuni mietu, u oħrajn indarbu, wara li sfaw vittmi ta' sparaturi li seħħew tard it-Tnejn filgħaxija f'Malmo, fl-Iżvezja. Dan waqt li miġgħema kbira ta' Żvediżi kienu barra jiċċelebraw ir-rebħa tat-tim nazzjonali tal-futbol fuq it-tim Korean. Il-vittmi, huma tliet irġiel, bl-etajiet ta' dsatax, sebgħa u għoxrin, u disgħa u għoxrin sena. Ġie rrappurtat kif għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija, qrib għassa tal-Pulizija fil-kapitali Żvediża, waqfet karozza, li minnha ħareġ raġel li fetaħ in-nar fuq il-folla. Xhieda qalu li semgħu madwar għoxrin tir. Intant il-Pulizija qalu li għadhom qed ifittxu lill-agressur, li ħarab minn fuq il-post permezz ta' karozza. Huma kkonfermaw li dan l-attakk ma kienx terroristiku, iżda x'aktar marbut ma' gruppi kriminali. | [
10
] |
Wara li tħabbar l-għeluq tal-iskejjel fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż, bdiet il-ħidma sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jibqgħu jsegwu mas-sillabu billi jsiru lezzjonijiet ta' tagħlim b'mezzi online mal-edukaturi rispettivi tagħhom. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol żar klassi fl-Iskola Primarja Sant'Anna f'Marsaskala, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas More, fejn kienet qed issir lezzjoni bejn l-edukatur u l-istudenti li kienu qed isewgu minn djarhom stess. Dawn il-lezzjonijiet online normalment isiru mir-residenza tal-għalliema. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qal, "Kemm nieħu gost nara li għalkemm l-iskejjel huma magħluqa u l-istudenti ma jistgħux imorru fiżikament biex jitgħallmu, xorta waħda sibna mezz sabiex it-tagħlim ikun possibbli li jibqa' jsir xorta waħda. Ninsab kuntent bix-xogħol li baqa' jsir mill-edukaturi tagħna sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bit-tagħlim u bl-edukazzjoni tagħhom. Din il-ħidma hi, wara kollox, għall-benefiċċju ta' wliedna u ta' wlied uliedna." Il-Ministru Bonnici kellu ċ-ċans isegwi l-proċess li bis-saħħa tas-sistema iLearn l-edukaturi jistgħu jibagħtu xi xogħol lill-istudenti biex jgħinuhom fl-akkademja. Hekk kif jidħlu fl-iLearn, l-istudenti jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq li jkun ingħatalhom mill-għalliema u jibagħtuh lura permezz tat-tablet li għandhom. Il-Ministru rringrazzja lill-għalliema kollha tax-xogħol siewi li qed jagħmlu kif ukoll lill-ħaddiema tal-iskola primarja f'Marsaskala flimkien mal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Tumas More għax bis-saħħa tagħhom kien possibbli li x-xogħol jibqa' jsir kif ukoll li l-istudenti jkollhom din l-esperjenza, anke kontinwazzjoni tas-sillabu tagħhom. Dr Owen Bonnici rringrazzja wkoll lill-ġenituri u lill-kustodji għall-koperazzjoni tagħhom u għall-mod kif ħafna qed jappoġġaw lit-tfal tagħhom waqt li jkunu fi djarhom. | [
1
] |
L-MPE Marlene Mizzi fi stqarrija li ħarget, ħeġġet lill-Kummissjoni għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, biex tappoġġja l-isforzi tal-Parlament Ewropew biex jitnaqqsu t-tariffi fuq telefonati u SMSs internazzjonali, u biex jiżdied il-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur taħt ir-regoli l-ġodda tat-telekomunikazzjoni. Fir-rwol tagħha bħala shadow rapporteur tal-S&D fuq it-telekomunikazzjoni li tirrappreżenta l-konsumaturi u s-suq intern fin-negozjati li għaddejjin dwar l-abbozz il-ġdid dwar it-telekomunikazzjoni, Marlene Mizzi talbet lill-Kummissarju Gabriel biex tispjega x'inhi l-perspettiva tal-Kummissjoni dwar telefonati internazzjonali tal-UE u dwar il-livell ta' armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fi Stati Membri differenti. Marlene Mizzi qalet li "saru studji li juru li f'xi Stati Membri l-fornituri tal-mobile qed jagħmlu medja ta' marġini ta' profitt ta' 5,000% fuq kull telefonata internazzjonali. Minbarra hekk, bl-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming, issa sar irħas għall-konsumatur li jaqsam il-fruntiera jagħmel it-telefonata internazzjonali waqt li jkun qiegħed jagħmel roaming." "Din hija problema li trid tiġi solvuta. B'differenza mir-roaming, li tolqot biss lil dawk il-konsumaturi li jivvjaġġaw fl-UE, prezzijiet abbużivi fuq telefonati u messaġġi internazzjonali jaffettwaw lil kull konsumatur tal-UE li jridu jikkomunikaw ma' persuna, organizzazzjoni jew kumpanija fi Stat Membru differenti," qalet Marlene Mizzi. "Ir-regoli tat-telekomunikazzjoni l-ġodda jridu jipprovdu garanzija lill- konsumaturi biex ma jkollhomx iħallsu prezzijiet abbużiviu mhux ġustifikati, meta jċemplu jew jibagħtu messaġġi f'pajjiżi oħrajn tal-UE," qalet l-MPE Mizzi lill-Kummissarju Gabriel. Marlene Mizzi wriet ukoll it-tħassib tagħha dwar il-perspettiva tal-Kummissjoni dwar il-livell ta' armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni qiegħda tissuġġerixxi approċċ li jista' jħalli impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-konsumaturi f'dawn l-Istati Membri fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali diġà tipprovdi livell għoli ħafna ta' protezzjoni tal-konsumatur. "F'settur tant dinamiku bħalma hu s-settur tal-komunikazzjoni, inflessibilità simili tista' tkun ta' detriment għall-konsumaturi. Ir-regoli l-ġodda m'għandhomx itellfu lill-gvernijiet u r-regolaturi nazzjonali milli jirreaġixxu għal żviluppi problematiċi fis-swieq tagħhom u bl-ebda mod m'għandhom ibaxxu l-livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumatur fejn dan diġà qiegħed hemm," temmet tgħid l-MPE Marlene Mizzi. | [
10
] |
Eks uffiċjal tas-CIA ġie arrestat fl-Istati Uniti fuq akkużi li żamm b'mod illegali informazzjoni klassifikata. Jerry Chun Shing Lee, ċittadin Amerikan, inżamm fl-ajruport JFK ta 'New York nhar it-Tnejn li għadda. Dan qalu d-dipartiment tal-ġustizzja tal-Istati Uniti. Huwa ħadem għas-CIA bejn l-1994 u l-2007, meta mbagħad telaq lejn Ħong Kong. Il-każ hu maħsub li huwa marbut ma' investigazzjoni tal-FBI li bdiet fl-2012, dwar tfixkil tal-operat tas-CIA fiċ-Ċina. Fis-sentejn ta' qabel, madwar 20 informatur inqatlu jew inħelsu; wieħed mill-aktar nuqqasijiet diżastrużi tal-intelliġenza tal-Istati Uniti f'dawn l-aħħar snin. | [
10
] |
Sensiela ta' spluzzjonijiet f'maħżen tal-murtali fil-Messiku ħalla 24 persuna mejta u 40 oħra feruti. L-ikbar splużżjonijiet seħħew hekk kif il-pulizija u ħaddiema tat-tifi tan-nar waslu fuq il-post f'Tultepec. Fost dawk midruba hemm ħaddiema tal-emerġenza. Filmati li tpoġġew fuq il-midja soċjali wrew sħaba kbira ta' duħħan fuq l-istess belt. Tultepec, li jinsab 30 kilometru 'il bogħod minn Mexico City, li huwa magħruf bħala l-belt kapitali tal-piroteknika. | [
10
] |
"Biex tiddiskuti madwar mejda, għandek bżonn żewġ naħat li jafu xi jridu. In-naħa Ingliża mgħandix l-iċken idea f' dan il-mument ta' x' arranġament trid mal-Unjoni Ewropea." Kien għalhekk li l-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu xagħrejn ċans biex il-Gvern Ingliż, immexxi mis-suċċessur ta' David Cameron, jiddeċiedi x'hini t-triq 'il quddiem. Il-Prim Minsitru Joseph Muscat saħaq li dan ma jfissirx li r-Renju Unit se jkun liberu jieħu ż-żmien tiegħu- id-deċiżjoni għandha tittieħed sa' Settembru jew l-iktar tard Ottubru. Muscat stqarr li t-tieni punt ta' konverġenza bejn il-Mexxejja tas-27 stat membru hu li kwalunkwe ftehim li jista' jkun hemm mar-Renju Unit se jkun inferjuri għal sħubija. Sostna li r-Renju Unit ma jistax jingħata aċċess għas-suq waħdieni mingħajr ma jkun hemm il-libertajiet l-oħra li tipprovdi l-Unjoni Ewropea, inkluża l-libertà tal-moviment ta' persuni. Waqt l-aħħar laqgħa għall-jum tat-Tlieta, il-Prim Ministru Ingliż fisser kif bdew arranġamenti f' 10 Downing Street u Whitehall biex ikunu analiżżati il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull mudell ta' ftehim jista' jintuża. Iżda jidher li uħud mill-mexxejja kienu iritati li dan l-eżerċizzju ma sarx qabel dan il-Kunsill Ewropew. | [
10
] |
Bomba oħra f'Brussell- bla dubju wieħed jinkwieta meta jisma aħbar bħal din wara l-attakki terroristiċi li saru u li fihom saħansitra kienu nvoluti l-Maltin. Ħames persuni ġew arrestati b'rabta mal-bomba li saret dalgħodu f'laboratorju tal-kriminoloġija li jinsab fi Tramuntana tal-pajjiż, l-uffiċjali jemmnu li l-ħsieb wara din il-bomba kien li tintilef evidenza forensika. Kien propju fis-2.00a.m li karozza baqgħet dieħla fl-ilqugħ tal-bini, b'xorti tajba ħadd ma kien fil-binja fil-ħin li splodiet din il-bomba. Il-prosekuturi stqarru li din il-bija ma ntgħażiltx b'kumbinazzjoni iżda bl-għan li teqred numru ta' dokumenti fundamentali ma' investigazzjonijiet li għaddejjin. | [
10
] |
Mil- midfielder Ċilen Arturo Vidal mistenni li jsir plejer ta' Inter fis-sigħat li ġejjin. Skont il-midja Taljana, intlaħaq ftehim bejn Bayern Munich u Inter bil-plejer mistenni li jiġi misluf għal staġun biex eventwalment jingħaqad b'mod permanenti ma' Inter fl-istaġun ta' wara. Vidal mistenni li jiswa lill-Inter madwar €25 miljun. L-ex plejer ta' Juventus mistenni li jiffirma kuntratt ta' tlett snin ma' Inter b'salarju ta' €5 miljun kull staġun. | [
15
] |
Il-kampjonat tal-futbol Amerikan intrebaħ waqt avveniment magħruf bħala s-Super Bowl mill-Kansas City Chiefs. Dan wara li għelbu t-tim rivali s-San Francisco 49ers fil- Hard Rock Stadium f'Miami, bir-riżultat finali jkun dak ta' 31-20. Minkejja l-logħba tant maħbuba mill-Amerikani tattira udjenza liema bħala, ħafna iktar ikunu qed jistennew b'ħeġġa kbira dawk il-ħmistax -il minuta pawża f'nofs il-logħba fejn il-grawnd li fih tintlagħab il-logħba tinbidel f'palk li ta' kull sena jkollu stilel tax-xena mużikali differenti. Din is-sena kien imiss lill-kantanti ta' fama mondjali Shakira u Jennifer Lopez li taw prestazzjoni liema bħala lill-udjenza preżenti u lil dawk li kienu qed isegwu b'mod virtwali. Fuq il-palk kien hemm ukoll il-kantanti J Balvin u Bad Bunny iżda mument li żgur ħadd mhu ser jinsa huwa l-mument meta t-tifla ta' Lopez, Emme, serqet ix-xena u kantat Let's Get Loud u fl-istess ħin id-dwal iffurmaw salib bil-kuluri vjola u isfar u lluminaw il-palk biex ifakkru l-memorja tal-istilla tal- basketball Kobe Bryant u bintu li tilfu ħajjithom traġikament b'ħelikopter f'Kalifornja. Ta' min jinnota li l-istilel fuq il-palk oriġinaw kollha mill-Amerika t'isfel tant li Jennifer Lopez innifisha kellha kostum magħmul li wera l-bandiera ta' Puerto Rico. Din ħafna qed iqisuha bħala manuvra politika u bħala battuta għall-President tal-Istati Uniti, Donald Trump. Min-naħa tiegħu l-President Amerikan għamel żball oħxon meta mar jawgura lir-rebbieħa imma rrefera għal Kansas bħala stat meta fil-verità Kansas City hija reġjun fl-istat Amerikan ta' Missouri. | [
10
] |
Fi New Zealand għaddejja ħidma sabiex ikunu salvati mal-240 balena li għadhom fuq ix-xatt. Kmieni dalgħodu għadd ta' voluntiera irnexxielhom isalvaw 100 balena mill-400 li nhar il-Ħamis spiċċaw fuq xatt. Hija biċċa xogħol diffiċli anke jekk numru kbir ta' voluntiera qed jgħinu f'Farewell Spitt. Ammont kbir mietu, minkejja li l-pubbliku u professjonisti għamlu minn kollox biex isalvawhom. Hemm it-tama li l-baleni li spiċċaw fuq il-bajja dalgħodu jsalvaw meta jerġ'a jidħol l-ilma fix-xatt għada filgħodu. Persuni qed josservaw is-sitwazzjoni mill-qrib u għad mhux magħruf jekk ix-xatt se jara iktar baleni li jidħlu fiż-żona. Qed jingħad li xi klieb il-baħar setgħu iddirieġew lill-baleni lejn din il-parti u dan minħabba li fuqhom nstabu marki ta' gdim. | [
10
] |
Mara għadha kif welldet mogħża wara li għamlet sentejn tqala, dan skond x'ġie rrapportat fil-midja Niġerjana. Il-mara, li ma ntqalx x'jisimha, ġie rrapportat li għamlet sentejn tqila u kien għalekk li marret f'ċentru tal-komunità tfittex l-għajnuna. Ċentru li joffri servizz tas-saħħa b'xejn kien infetaħ minn patri, l-istess ċentru li l-mara marret fih. Diversi persuni ngħaqdu flimkien biex isegwu dan il-fenomenu fejn il-midja lokali rrapportat li kien hemm ferħ ta' mogħza fl-art miksija demm. Bosta qed jgħidu li filwaqt li hu każ li ma jitwemminx, filmat li beda jdur fuq il-midja juri propju dak li ġie rrapportat. Il-każ seħħ fil-belt ta' Port Harcout fin-Niġerja u ġie rrapportat fuq il-midja soċjali fejn ħa l-fama wara li ttella' fuq siti bħal The Herald, u Daily Post. Nota: Il-filmat hu wieħed grafiku | [
10
] |
Nirien kbar ħakmu scrapyard tat-tyres f'Madrid fi Spanja. Dawn in-nirien żiedu fl-intensita taħhhom kawza tar-rih, bis-sema tintela duħħan iswed li kien visibli saħansitra minn tlettin kilometru bod. Aktar minn għaxar timijiet tat-tifi tan-nar marru fuq il-post, iżda xorta waħda ma rnexxilhomx jikkontrollaw in-nirien aktar minn għaxar sighat wara li bdew in-nirien. In-nirien jinsabu viċin żvilupp residenzjali f'Sesena, fin nofsinhar ta' Madrid F'din iż-żona hemm mal-mitt elf tunellata ta' tyres ta' karozzi użati, f'dik li x'aktarx hija l-ikbar scrapyard ta' dan it-tip fl-Ewropa. | [
10
] |
It-Temperaturi fl-Amerka niżlu għall-anqas darba fl-istorja meta mmarkaw 35 taħt iz-zero fil-kosta tal-Lvant tal-pajjiż. Metereoloġisti qalu li t-temperaturi fil-viċinanzi tal-muntanji Berkshire jinħassu anke ta' 37 taħt iz-zero u ta' 45 taħt iz-zero ħdejn il-muntanji ta' Vermont . Minn tal-anqas mietu 12-il persuna f'dawn it-temperaturi mhux tas-soltu b'bosta nies ikollhom ukoll inċidenti minħabba l-kundizzjonijiet xejn tajba tat-temp. Dan it-temp mistenni li se jkompli jippersisti. L-uffiċċji metereoloġiċi tal-pajjiż ħarġu twissijiet ta' riħ kiesaħ sa anke f'partijiet ta' New York, Virginia, West Virginia, Maryland u fi New Hampshire. | [
10
] |
Il-White House ħabbret sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja. Dan b'allegat interferenza Russa fl-elezzjoni presidenzjali tal-Pajjiż. Is-sanzjonijiet jinkludu t-tkeċċija mill-pajjiż ta' 35 ta' diplomatiċi u disa' entitajiet Russi. Il-President Barack Obama qal li ħamsa u tletin Diplomatiku russu ġew ordnati jitilqu mill-pajjiż u sostna li l-interferenza tagħhom fi proċess delikat hija inaċċettabbli u intollerabli. L-attivitajiet ta' cyber li wettqet ir-Russja kienu mmirati li jkisru l-prinċipji ta' demokrazija fl-Istati UNITI u li jnaqqsu l-fiduċja f'istituzzjonijiet importanti u l-gvern amerikan. L-individwi ingħataw tnejn u sebgħin siegħa ċans biex jitilqu mill-pajjiż. Dwar dan ikkumenta l-President elett Donald Trump li qal li kulħadd għandi jibqa' għaddej b'ħajtu. Paul Ryan, l-ispeaker tal-kamra u jirrapreżentalir-Republikani qal li l-mossa hija turija ċara li l-politika mar-Russja li ilha għal dawn l-aħħar tminn snin falliet. | [
10
] |
Minn tal-inqas tmienja u għoxrin persuna nqatlu u ħamsin oħra weġġgħu f'splużjoni doppja f'suq ippakkjat fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Iraq Baghdad. Reuters kwotaw lill-pulizija jgħidu li l-isplużjonijiet saru viċin ħwienet li kienu jbiegħu spare parts tal-karozzi fis-suq al-Sinak. L-Istat Iżlamiku ħarġu stqarrija fejn qalu li tnejn mill-militanti tiegħu wettqu dan l-attakk. Uffiċjal fi ħdan il-Ministeru tal-Intern kien kwotat li bomba minnhom kienet attivata minn aggressur suwiċida filwaqt li l-oħra kienet impoġġija minn qabel. | [
10
] |
Il-Gvern spjega li minn għada persuni vulnerabbli fosthom anzjani ta' ħamsa u sittin sena, nisa tqal u persuni b'mard kroniku għandhom jibqgħu miġbura d-dar bħala prekawzjoni mill-Coronavirus. Madankollu l-Gvern saħaq li jeżistu eżenzjonijiet għal dawn in-nies milquta. Dawn in-nies għandhom joħorġu minn djarhom biss għall-appuntament mediku, jixtru ikel, mediċini u ħtiġijiet oħra. Intqal ukoll li dawn in-nies għandhom joħorġu biss għall-affarijiet essenzjali jew urġenti. Il-Gvern qal li dawn il-persuni vulnerabbli li joħorġu għal vera bżonn għandhom xorta jżommu d-distanza u ma jdumux aktar mill-ħin meħtieġ. Intqal li dawk il-persuni li jgħixu fl-istess dar jistgħu jmorru għax-xogħol u għal ħtiġijiet oħra bħal xiri, kif saħqet illum waranofsinhar, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Intqal ukoll li l-persuni vulnerabbli li jintlaqtu b'dawn il-prekawzjonijiet ta' ġid għalihom, jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-miżuri finanzjarji diġà mħabbra mill-Gvern. Dawn il-miżuri ta' prekawzjoni biex tiġi protetta saħħet dawk l-aktar vulnerabbli mill-Coronavirus se jibqgħu fis-seħħ b'mod indefinit. | [
1
] |
Il-Papa Franġisku se jippermetti lill-qassisin kattoliċi jaħfru lil dawk li jkunu għamlu l-abort. Dan ħabbru f'ittra maħruġa illum, fejn qal li l-abort huwa dnub gravi għax itemm ħajja innoċenti. Madanakollu, żied jgħid, m'hemm ebda dnub li l-ħnien t'Alla m'hu kapaċi jaħfer, jekk isib qalb li verament tkun trid il-maħfra u toqrob lejn il-Missier. Qal li kull qassis għandu jkun ta' gwida, appoġġ, u faraġ għal min jiddispjaċih. | [
10
] |
Tifel ta' 9 snin ġie rrappurtat nieqes wara mawra sal- fil-bandli ma' sħabu l-Ħadd waranofsinhar f'Lancashire, l-Ingilterra. Bħalissa għaddejja tfixxija intensiva mill-Pulizija ta' Blackburn għal Leon Langford. Huwa ntlemaħ l-aħħar sigħat ilu. Jidher li sħabu li kienu miegħu fil-ħin li għeb irnexxielhom jasslu d-dar, iżda Langford qatt ma tfaċċa. | [
10
] |
Bomba splodiet fl-Istitut tal-Kriminoloġija fi Brussell, iżda ma ħalliet ebda persuni mejta. Dan seħħ għall-ħabta tas-02:30. L-ewwel indikazzjonijiet huma li karozza daħet fil-parkeġġ tal-binja u persuna jew persuni xeħtu bomba qrib laboratorji. L-allerta fi Brussell għadha għolja ħafna minn mindu kien hemm attakk fl-ajruport ta' Brussell u l-metro, liema attakki twettaqu mil-Istat Iżlamiku u ħatfu l-ħajja ta' 32 persuna. | [
10
] |
Il-kampanja referendarja fir-Renju Unit kienet waħda kkulurita. B'personalitajiet bħal Boris Johnson u Nigel Farage fuq naħa u politiċi ta' awtorità bħal Prim Ministru David Cameron u l-eks Prim Ministru Gordon Brown fuq naħa oħra, il-poplu Brittaniku kellu ħafna x'jixtarr. Fil-filmat ta' hawn taħt inħarsu lejn il-personalitajiet f'din li kienet kampanja li waslet għal waħda mill-ikbar deċiżjonijiet tar-Renju Unit. | [
10
] |
Applawż qawwi u standing ovation għal David Cameron mill-Konservattivi Ingliżi wara li wieġeb l-aħħar sensiela ta' mistoqsijiet fil-Parlament bħala Prim Ministru. Issa jmissu jmur il-palazz Buckingham sabiex jagħti r-riżenja tiegħu lir-Reġina. Huwa rrapportat jgħid lill-membri parlamentari li se jħoss in-nuqqas tal-appoġġ tal-folla. Huwa semma l-kisbiet tiegħu u qal li kien hemm ħafna mumenti sbieħ ħafna f'dawn is-sitt snin li fihom serva. Theresa May, s'issa responsabbli mill-affarijiet interni, qed tħejji biex tieħu post Cameron. Hija mistennija tagħżel il-membri li se jkunu qed jaħdmu magħha fi żmien qasir. Cameron qal li bi ħsiebu jibqa' fil-ħajja pubblika. Fost l-aħħar kliem li tenna, kienu dawk li darba qal lil Tony Blair: "I was the future once". B'ton ċajtier qal li kien mistoqsi 5,500 u se jħalli f'idejn ħaddieħor jiddeċiedu kemm minnhom wieġeb. REUTERS – Theresa May li se ssir it-tieni Prim Ministru mara aktar tard illum. | [
10
] |
Vadim Kondratyuk, raġel ta' 26 sena minn Kalifornja u li jaħdem bħala sewwieq tat-trakkijiet, ma tax każ uġiegħ li kellu f'ħalqu hekk kif ħaseb li kienet sinna u xejn iktar. Kien għalekk li hu kompla b'xogħolu u vvjaġġa mil-lokalità tiegħu għal New York fuq xogħol, vjaġġ li qatt ma rritorna minnu. Fil-ħin bikri tat-Tnejn filgħodu, Kondratyuk tilef ħajtu wara li ttieħed l-isptar f'Utah. Ġara li l-uġiegħ li ħass f'ħalqu kienet infezzjoni f'sinna li inxterdet sal-pulmun. Martu Vanessa, li hi omm għaż-żewġt itfal tagħhom, ingħatat l-aħbar b'telefonata fejn it-tabib qalilha "Illejla se jkun il-lejl li żewġek sfortunatament se jmut." Minn hemm Vanessa telqet minn Kalifornja u leħqitu ħaj għall-aħħar ftit, biżżejjed biex tilħaq issellimlu. Vadim, li kien dijabetiku, kien qal lil martu dwar l-uġiegħ ġimgħatejn qabel iżda meta mar għand dentist u naddaflu s-sinna beda jħossu ħafna aħjar. Kienu ftit tal-jiem wara li waqt li kien ġej lura d-dar, wiċċu intefaħlu u spiċċa ttieħed l-isptar b'emerġenza. Minn hemm ġie diterminat li l-infezzjoni leħqet infirxet u li m'hemm xejn iktar li t-tobba jistgħu jgħamlu | [
10
] |
Michu Meszaros, l-attur wara l-karattru mis-snin tmenin, miet fl-età ta' 76 sena. Mezaros kien twil biss 33 pulzier – fattizza li għenitu biex kiseb ir-rwol ta' ALF. Huwa sofra minn stroke il-Ħamis li għadda u kien l-isptar minn dakinhar. Il-ħabib u manager tiegħu, Dennis Varga, ikkonferma l-mewt tiegħu ftit ilu. | [
10
] |
Psikoloġisti li qed iħarsu lejn informazzjoni miġbura tul dawn l-aħħar għaxar snin dwar 20,000 raġel sabu li dawk li jippreferu li jkollhom aktar poter min-nisa u li jħobbu l-attitudni ta' playboy ta' spiss għandhom probabbiltà akbar li jsofru minn problemi psikoloġiċi. B'attitudni ta' playboy fissru bniedem li jemmen li ħafna iriduh, li jieħu gost kbir fil-preżenza femminili u li jdejqu l-irbit emozzjonali. Hemm tendenza kbira ukoll li dawn it-tip ta' nies ma jfittxux l-għajnuna. L-informazzjoni ġiet ippubblikata din il-ġimgħa fil-Journal of Counseling Psychology, li ħares lejn studju mwettaq bejn l-2003 u l-2013. Il-parteċipanti kellhom minn tnax-il sena sa 'l fuq minn 65 sena. Riċerkaturi identifikaw ħdax-il karatteristika meqjusa "tradizzjonalment maskili". Fosthom kien hemm il-ħtieġa li jirbħu, il-bżonn li jkunu f'kontroll emozzjonali, li lesti jieħdu riskju, tendenza ta' vjolenza, li jkun dominanti u bosta oħrajn. Wara ħarsu jekk dawn għandhomx relevanza ma' riżultat ta' kundizzjonijiet ta' saħħa mentali. B'mod ġenerali, l-irġiel li jipprattikaw dawn in-normi kellhom tendenza ikbar li jesperjenzaw problemi bħal dipressjoni u stress, kellhom problemi jaċċettaw id-dehera tagħhom, tendenza li jabbużaw minn sustanza u problemi dwar kif jiffunzjonaw fis-soċjetà. Dawn il-problemi kienu ferm aktar probabbli fost l-irġiel imlaqqma u meqjusa mis-soċjetà bħala playboys , li għandhom poter fuq in-nisa u awtonomija. Esperti qalu li l-fatt li ftit huma l-irġiel li jfittxu għajnuna psikoloġija jagħmilha aktar diffiċli biex jiġu studjati. Mhux kull norma maskulina tradizzjonali kienet relatata ma' problemi psikoloġiċi. Eżempju minnhom kien li jpoġġu x-xogħol l-ewwel, fejn la kellha effett pożittiv u lanqas negattiv fuq is-saħħa mentali. Iżda li tagħti valur lill-imġieba ta' playboy u li wieħed jippreferi jkollu poter fuq in-nisa, apparti li jkun sessist estrem, hi korrelatata ħafna ma' problemi psikoloġiċi. L-esperti temmew jgħidu li "imbilli wieħed ikun ilu għal ħafna żmien iġib ruħu b'ċertu mod ma jfissirx li m'għandux għażla." | [
10
] |
Mit-Tnejn li ġej kumpaniji u negozji jistgħu jibdew japplikaw għal miżuri t'għajnuna mħabbra mill-Prim Ministru. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal li fuq is-sit elettroniku tal-Malta Enterprise, min iħaddem jista' japplika għal miżuri ta' għajnuna minħabba li l-Coronavirus affettwa l-operat tagħhom. Is-Sur Farrugia spjega: "Propju nhar it-Tnejn fuq il-website min iħaddem se jkun qed jitla' applikazzjoni u japplika għal ħaddiema u jieħu l-ħlas ta' €800 għal kull ħaddiema. Dawk il-buisness l-aktar milquta u li l-gvern qalhom li ma jistax jiftaħ." L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit covid19.maltaenterprise.com. Fuq is-sit hemm il-miżuri mħabbra mill-Gvern fi 3 pakketti finanzjarji. Minn dan l-istess sit tal-Malta Enterprise wieħed jista' jikseb applikazzjonijiet relatati ma' taxxa u sigurtà soċjali. Is-Sur Farrugia spjega kif il-Malta Enterprise se tkun qed tagħti gwida lil min iħaddem dwar liema miżuri jistgħu jibbenefikaw minnhom. Huwa sostna: "Matul il-weekend se jkun hemm il-listi kollha u l-metodoliġija li se tħaddem il-Malta Enterprise għal ħlas. Fil-website minn nhar it-Tnejn se jkun hemm taħt liema skemi se jibbenefikaw." Saħaq li n-negozji u kumpaniji huma sodisfatti bil-miżuri li jolqtu lil madwar 110,000 elef ħaddiem. Miżuri li permezz tagħhom, meta r-rota terġa' tibda ddur, in-negozji se jkunu kapaċi jkomplu bl-operat tagħhom. Is-Sur Farrugia kompla jispjega: "Meta l-ekonomija terġa' tibda taħdem fi ftit ġimgħat. Il-buisness jerġa jqum fuq saqajh. Ma jintilfux impjieg u jirpilja mill-ewwel. U min iħaddem l-impjiegi jibqgħu hemmhekk." L-applikazzjonijiet ħa jibqgħu miftuħa għal żmien indefinit. Kumpaniji u negozji jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-Malta Enterprise billi jċemplu fuq 144 jew jibagħtu email fuq [email protected] | [
1
] |
Min iħaddem, fi provinċja Kanadiża, ma jistax jobbliga lill-ħaddiema tiegħu jilbsu żraben bit-takkuna fuq il-post tax-xogħol. Dan hekk kif dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala diskriminatorju kif ukoll perikoluż. Il-Gvern qal li dawk li jilbsu t-takkuna għandhom aktar ċans li jweġġgħu hekk kif il-probbabilità li jaqgħu jew li jkollhom effetti negattivi fuq ir-riġlejn u d-dahar hija akbar. Intqal li l-ħaddiema għandhom jippermettu li l-ħaddiema tagħhom jilbsu aktar żraben komdi u anqas perikolużi. Din l-aħbar ġiet wara li politikant mill-partit tal-Ħodor f'Marzu introduċa abbozz fil-leġiżlatura tal-provinċja bl-għan li ma jsirux rekwiżiti fuq l-ilbies tal-ħaddiema abbażi tal-ġeneru. | [
10
] |
Żewġt irġiel instabu mejta f'lukanda fiċ-ċentru ta' Manchester, l-Ingilterra. Wieħed mill-vittmi, li għandu ftit iktar minn 20 sena, jidher li waqa' milll-għoli fl-lukanda f'Portland Street, u miet fuq il-post. Iktar tard, il-Pulizija sabet il-katavru tat-tieni raġel f'kamra fil-lukanda Brittania. It-toroq fil-viċinanzi tal-lukanda bħalissa jinsabu magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija tinvestiga dan il-każ. | [
10
] |
L-attur Scott Wilson miet ilbieraħ fl-età ta' 76 sena. Tul il-karriera tiegħu ħadem iktar minn 50 film, iżda se jibqa' mfakkar l-iktar għall-irwol tiegħu ta' Hershel Green f' The Walking Dead . Qrabatu qalu li x-xena tal-ispettaklu tilfet teżor u talent kbir bil-mewt ta' Wilson, hekk kif kien magħruf ukoll għall-qalb tad-deheb li kellu. Mewtu kienet ikkonfermata mill-istazzjon AMC tard il-Ħadd filgħaxija. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lis-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson. Postu se jieħdu d-direttur tas-Central Intelligence Unit Mike Pompeo. F'messaġġ fuq Twitter, Trump irrangrazzja lil Tillerson għal ħidmietu, u qal li s-Segretarju tal-Istat il-ġdid se jagħmel xogħol mill-aqwa. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump ikkonferma li d-direttur tas-CIA, Mike Pompeo iltaqa' mal-mexxej tal-Korea ta' Fuq, Kim Jong-un. Fi tweet tal-President Amerikan, intqal li matul din il-laqgħa ġiet stabbilita' relazzjoni tajba. Skont uffiċjali Amerikani, din il-laqgħa kellha l-għan li tipprepara għal summit bejn Trump u Kim. Iktar kmieni Trump ta ħjiel li kien hemm taħditiet diretti mal-Korea ta' Fuq, iżda din il-laqgħa mhux mistennija, immarkat l-ewwel laqgħa tal-ogħla livell bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta' Fuq mis-sena 2000 'l hawn. "Kellna taħditiet f'livell għoli ħafna," qal Trump minn Florida, fejn bħalissa qiegħed jospita lill-Prim Ministru Ġappuniz Shinzo Abe. Trump żied jgħid ukoll li ta l-kunsens tiegħu biex il-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel jibdew taħditiet li għandhom iwasslu għal trattat ta' paċi li formalment iġib fi tmiemu l-gwerra fil-peniżola Koreana. Dan wara li l-Korea t'Isfel indikat li lesta għall-resoluzzjoni formali għall-kunflitt li kien seħħ bejn l-1950 u l-1953. Il-President tal-Korea t'Isfel Moon Jae-in u Kim mistennija jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla, filwaqt li s-summit tant mistenni bejn Kim u Trump hu mifhum li se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. | [
10
] |
Il-President Iranjan Hassan Rouhani rebaħ l-elezzjoni presidenzjali biex se jservi fit-tieni terminu tiegħu bħala President tal-Iran. Ivvutaw iktar minn 40 miljun persuna, b'57% minnhom, jiġifieri 23 miljun, juru appoġġ bla preċedent lil Rouhani. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li inċentiv li rebbaħlu ħafna voti kien dak li jillimita aċċess tal-programm nukleari tal-Iran lill-poteri mondjali. Intant il-maġġoranza assoluta tal-voti favur Hassan Rouhani tfisser ukoll li m'hemmx ċans li jkun hemm tieni rawnd ta' votazzjoni. | [
10
] |
Fl-Ingilterra twieled kunċett ġdid: l-ewwel klassijiet tal-fitness fejn bniedem joqod kompletament għarwien – ħlief għall-papoċċ u forsi sports bra, jekk wieħed iħoss li huma neċessarji. Hija Helen Smith ta' 35 sena li ħarġet bl-idea ta' klassijiet ta' siegħa, fejn min jattendi jrid ikollu bejn 33 u 70 sena. Jagħmlu minn kollox: jumping-jacks, sit-ups, push-ups u dak li jissejjaħ partner work. Għal min jitħajjar, biex tattendi trid tmur Southampton. Smith kienet konsulenta fejn jidħol l-ingaġġ tan-nies, iżda hija wkoll membru f'għaqda li tissejaħ British Naturism. Temmen li meta toqod bla ħwejjeġ, tista' verament turi l-eżerċizzju li qed tagħmel lil min ikun qed isegwi. Vantaġġ ieħor hu li ma jkollokx ħwejjeġ kollha għaraq x'taħseb wara. | [
10
] |
L-attur Gerard Butler huwa mistenni li jġorr it-torċa ta' Sparta qabel il-logħob tal-Olimpjadi li se jsiru fis-sajf li ġej fil-belt Ġappuniża, Tokyo. Is-Sindku ta' Sparta, Petros Doukas ikkonferma li Butler, l-attur li ħadem fil-film 300, se jkun qed iġorr it-torċa fl-14 ta' Marzu. L-attur Skoċċiż ħadem il-parti tar-re Leonidas, fil-film ibbażat fuq il-battalja ta' Thermopylae fis-sena 480 qabel Kristu. Gerard Butler se jkun ukoll fil-belt ta' Sparta f'għeluq l-2,500 anniversarju mill-battalja kontra l-qawwa tal-Persja li riedet tieħu l-Greċja kollha taħt idejha. | [
10
] |
Żewġt itfal bniet ta' bejn is-sebgħa u t-tmien snin, intużaw biex splodew lilhom infushom f'attakk b'bomba suwiċida f'suq fin-Niġerja, li dak il-ħin kien miżgħud bin-nies. Attakk li fih minbarra li mietu huma, qatlu minn tal-inqas persuna oħra u darbu mat-tmintax. Ħadd għadu ma refa' r-responsabbiltà għal dan l-attakk, madanakollu fid-dawl li attakki simili twettqu mill-Boko Haram, is-swaba' kollha qed jippuntaw lejhom. | [
10
] |
Żball oħxon minn ajurplani militari Niġerjan, hekk kif ibbumbardja kamp ta' refuġjati f'Rann u qatel minn tal-inqas tnejn u ħamsin persuna. Fost il-mejtin hemm ħaddiema tal-għajnuna, bl-organizzazzjoni Salib l-Aħmar tgħid li sitta mill-impjegati tagħha nqatlu. L-aġenzija Tobba Mingħajr Fruntieri qalet li iktar minn mitejn persuna weġġgħu u appellat għall-għajnuna bl-evakwazzjonijiet. Il-President Niġerjan, li l-armata tiegħu qed tiġġieled kontra l-militanti tal-Boko Haram, qal li kien ixxukjat b'dan u appella għall-kalma. | [
10
] |
Xjentisti Brittaniċi għamlu l-ewwel avvanz fid-dijanjosi tat-tuberkulosi. Riċerkaturi f'Oxford u f'Birmingham qed jgħidu li jistgħu jiżolaw tipi differenti tal-mard permezz ta' proċess imsejjaħ jew magħruf bħala sekwenzi tal-'genes' Dan ifisser li pazjenti li kellhom jistennew xhur biex jiksbu l-mediċini adattati, issa tista' ssirilhom dijanjosi fi ftit jiem sabiex ikollhom ċans akbar ta' rkupru. Is-segretarju għas-saħħa Jeremy Hunt qal li dan l-avvanz "se jsalva l-ħajjiet". Każijiet ta' TB fir-Renju Unit bdew jinżlu b'mod drastiku reċentement, iżda l-Ingilterra xorta għandha waħda mill-ogħla rati ta' tuberkulosi fl-Ewropa. Ix-xjentisti li għamlu l-iskoperta jgħidu li l-proċess jippermettilhom li jiddentifikaw DNA ta' kampjuni differenti fl ftit aktar minn ġimgħa. Id-dijanjosi tista' tfisser ukoll li jnaqqas l-opportunitajiet li l-infezzjoni tinfirex. | [
10
] |
Erba' kumpaniji ntgħażlu biex jibnu prototipi għall-ħitan mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti l-Messiku, skont kif imwiegħed mill-President Donald Trump. L-erba prototipi se jkunu disa metri twal u disa metri għoljin, u se jinbnew fix-xhur li ġejjin. Uffiċjali mbagħad se jkollhom xahrejn fejn jeżaminaw il-ħitan għal tbagħbis u resistenza billi jintużaw għodod żgħar. L-erba kuntratti huma stmati li jiswew ħamsin elf dollaru Amerikan kull wieħed. | [
10
] |
"Qed inħarsu b'entużjażmu u ottimiżmu lejn il-logħba kontra l-Krozja, logħba li se tiddeċiedi minn jispiċċa l-ewwel fil-grupp tar-Rugby Conference South." Dan qalu l-coach tat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby Union Damien Neill waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ingħataw l-aħħar dettalji dwar l-aħħar logħba li t-tim Malti għandu mill-Conference South ta' Rugby Europe nhar is-sibt li ġej kontra l-Kroazja fil-Hibs Stadium f'Kordin. Malta u l-Kroazja jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-grupp bl-istess ammont ta' punti u rebħiet, u l-konfront tas-sibt li ġej se jiddeċiedi minn minnhom se jirbaħ il-grupp u jgħaddi għall-play offs tal-promozzjoni għal divizjoni għola. Neill qal li mill-Kroazja qed jistenna logħba aggressiva, l-aktar tim ippreparat mill-pajjiżi kollha tal-grupp tagħna. Madanakollu l-Maltin huma lesti għall-isfida u fiduċjużi li jkolhom riżultat pożittiv. Ir-rebbieħ ta' din il-logħba f'Ġunju li ġej jilgħab il-play off għall-promozzjoni kontra r-rebbieħ ta' Conference North li se jkun xi ħadd bejn Ukrajna u Svezja. Damien Neill appella għall-appoġġ mill-pubbliku Malti. Il-logħba Malta vs Krozja tintlagħab nhar is-sibt fis-14.00, bil-bibien jinfetħu fin-12.30. | [
15
] |
Luxol għalqu l-istaġun bl-aħjar mod possibli, hekk kif wara li rebħu l-kampjonat tal-Elite, rebħu wkoll il-Finali tan-Knock Out għal darb'oħra kontra Valletta bl-iskor ta' 6-2. Logħba li fil-bidu kienet bilanċjata u li baqgħet eċċitanti u interessanti sal-aħħar. Kienu li l-Beltin li fit-tielet minuta fetħu l-iskor permezz ta' Dylan Musu u f'inqas minn minuta Andy Mangion għamilhom 1-1. Żewġ minuti mit-tmiem Leanderson Sant' Anna Coriolano poġġa lil Luxol fil-vantaġġ u hekk intemmet l-ewwel taqsima. Wara seba' minuti milgħuba tat-tieni taqsima Luxol għamluhom 3-1 hekk kif il-ballun ġie mxellef ma' idejn Musu u daħal ħelu ħelu fix-xibka. 40 sekonda biss wara kien imiss lil Nicola Del Re, li lbieraħ kellu l-faxxa ta' captain li skurja r-raba' gowl għal Luxol. Meta kien fadal 7 minuti u 52 sekonda Celino Alves għamilhom ħamsa u 36 sekonda wara Leanderson għaqqad doppjetta personali u għamilhom 6-1. Madwar ħames minuti wara Mohamed Abdussalam Elamari skurja t-tieni gowl ta' Valletta, biex għamel l-iskor finali ta' 6-2. Wara tmiem il-logħba il-Viċi President tal-MFA Dr Matthew Paris flimkien ma' Mireille Vella ippreżentaw il-midalji u t-tazza lil Nicola Del Re u Mark Zammit għollew flimkien fost il-briju ta' sħabhom. Matul din il-ġimgħa wkoll fl-aħħar Promotion Play Off Tarxien Rainbows għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 4-0. B'hekk ġie fi tmiemu staġun ieħor ta' futsal lokali, bl-impenn li jmiss ikun is-sehem ta' Luxol fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Champions League. | [
15
] |
Valletta ser jkollhom jgħaddu mingħajr id-difensur Joseph Żerafa kif ukoll l-attakant Ibrahim Reid Saleh għad-decider tas-Sibt kontra Hibernians wara li ġew sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA. Żerafa ġie sospiż 3 logħbiet filwaqt li Saleh ġie sospiż logħba wara li tkeċċa fil-logħba ta' nhar is-Sibt kontra Hamrun Spartans. Anke l-plejer ta' Hamrun Wilfried Domoroud gie sospiż 3 logħbiet. Caetano Calil u Matthew Gauci ta' Ħamrun ukoll gew sospiżi logħba kull wieħed. L-agħar li mar kien il-plejer ta' Balzan Elkin Serrano Valero li ġie sospiż 6 logħbiet wara li ukoll tkeċċa fil-logħba kontra Hibernians. Zachary Brincat ta' Mosta u Yannick Yankam ta' Qormi ġew sospiżi logħba kull wieħed. | [
15
] |
Wara nofsinhar l-MFA ħabbret tibdil fit-tlett partiti li ser jintlagħbu fit-tmiem din il-ġimgħa bl-aktar waħda important bla dubju tkun il-logħba li ser tiddeċiedi minn ser jirbaħ il-Kampjonat u li ser tlaqqa lil Valletta u Hibernians. Dan il-konfront issa ser jibda fl-16.30 u mhux kif kien avżat qabel. Anke l-play-offs tal-Ħadd bejn St. Andrews u Santa Lucia kif ukoll Vittoriosa Stars kontra Mġarr United ser jibdew fil-17.00 fil-Hibernians Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium rispettivament u mhux kif kien avżat qabel. | [
15
] |
Rosello Cassar, sewwieq popolari tad-Drag Racing li din is-sena qiegħed jiċċelebra għoxrin sena ta' sewqan f'dan l-isport permezz tal-Escort Mk1 tiegħu, jinsab f'Santa Pod fl-Ingilterra fejn bejn is-17 u id-19 ta Mejju ser jkun qiegħed jikkompeti f'avveniment bl-isem ta Doorslammers. Doorslammers huwa avveniment li kien popolari mmens fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet proprju fl-istess trakka ta Santa Pod. Ftit tas-snin ilu reġa' beda dan l-avveniment, b'format ġdid, ikbar u malajr sar aktar popolari billi attira ħafna sewwieqa. Apparti Rosello Cassar ser jkun hemm ukoll sewwieq Malti ieħor Paul Fenech li ser isuq karozza Escort ukoll, din d-darba ta Andy Harris. Kemm Rosello Cassar u Paul Fenech, huma membri tal-Malta Drag Racing Association u sewwieqa regolari u ta suċċess ġewwa t-trakka tal-kwart ta' mil f'Ħal Far | [
15
] |
Raġel u mara nstabu mitlufin minn sensihom f'Wiltshire wara li ġew esposti għall-kimika Novichok, l-istess kimika li ġie avvelenat biha l-eks spija Russu, Sergei Skripal. Il-koppja, Charlie Rowley ta' 45 sena u Dawn Sturgess ta' 44 sena, bdew iħossuhom ma jifilħux fir-residenza tagħhom f'Amesbury s-Sibt li għadda u għadhom f'qagħda kritika. Il-Pulizija qalet li s'issa ma nstab ħadd li ġie avvelenat bl-istess mod u li qed isofri minn sintomi simili. Spjegat kif m'hemm xejn li jindika x'wassal biex dawn iż-żewġ persuni jiġu avvelenati. | [
10
] |
Meta s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes mexxa l-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea fil-bini l-ġdid tal-istess kunsill spikkaw il-protesti b'rabta mal-prezz tal-ħalib. Biex nistgħu ngħidu li l-binja l-ġdida tal-Kunsill kellha "magħmudija tal-ħalib" għax spikkat ix-xena bajda ta' 1,100 kilogramma ta' trab tal-ħalib. Liema trab twaddab mill-bdiewa bħala protest kontra l-biża li l-ħalib jibda jinbiegħ b'prezz orħos. Minn għaxar pajjiżi differenti, kienu madwar 100 il-bdiewa li fi Brussell protestaw kontra l-pjan tal-Unjoni Ewropea li tbiegħ tunnellati ta' ħalib ta' trab li xtrat fl-2015 u l-2016 bħala miżura t'emerġenza biex tgħin lill-bdiewa Ewropej. Is-settur tal-argikoltura, speċjalment bdiewa li jipproduċu prodotti magħmula mill-ħalib, ġew affettwati ħażin mill-produzzjoni żejda u mid-deċiżjoni tar-Russja li ma timportax prodotti mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea minħabba t-tensjonijiet politiċi marbuta mal-kriżi fl-Ukraina. F'kummenti ma' one.com.mt is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li ltaqa' ma' dak magħruf bħala l- milk board fil-kariga tiegħu ta' president tal-kunsill qabel il-laqgħa tal-kunsill. Din il-protesta żgur li ġibdet l-attenzjoni, hekk kif dawk li kienu għaddejjin miż-żona spiċċaw miksija trab tal-ħalib li twaddab minn crane. Tgħid kien hemm min ħaseb li dan it-trab kien xi ħaġa oħra? Minjaf, li hu ċert li t-tindif ħa sigħat twal. | [
10
] |
Ċempel 1772 jekk qed tħossok waħdek, iżolat jew sempliċiment tixtieq tgħid kelma. Il-Gvern nieda helpline ġdid kontra s-solitudni li forsi f'dan il-perjodu taż-żmien li għaddejjin minnu jkun hawn min iħossu waħdu jew sempliċiment jixtieq jibqa' f'kuntatt ma' xi ħadd. Waqt konferenza tal-aħbarijiet virtwali, l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis niedu din il-linja ta' wens li se tinfetaħ fis-sigħat bikrin tas-Sibt. Il-helpline se jkun miftuħ 24 siegħa kuljum mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, l-FSWS. Numru ta' professjonisti se jkunu fuq in-naħa l-oħra tat-telefonata jisimgħu u jagħtu pariri lil dawk li jħossuhom waħdihom anki f'dan iż-żmien ta' sfida minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Il-Ministru Michael Falzon sostna li l-Gvern hu konxju li minbarra problemi b'rabta ma' saħħa fiżika, se niltaqgħu wkoll ma' sfidi mentali bħal anzjetà u dipressjoni. Huwa spjega: "Dan huwa servizz fejn noffru kumpanija lin-nies, fejn verament nuru li aħna Ministru u Gvern li kapaċi nagħmlu r-reaching out lin-nies hemm barra u ngħinu fejn nistgħu." Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis appella lil dawk l-aktar vulnerabbli biex ikomplu jirrikorru għal kull tip ta' għajnuna. Huwa sostna: "Ejja flimkien ħa napprezzawha, però flimkien se noħorġu minn din l-isfida. Dawn il-miżuri kollha li qegħdin nagħmlu, qegħdin nagħmlu biex noħorġu minnha." Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti u t-Terapista tal-Familja Charles Azzopardi li jmexxu l-Istitut għat-Terapija tal-Familja f'Malta, saħqu li dan hu servizz psikoloġiku li qed jingħata biex tinżamm is-saħħa mentali f'dawn il-mumenti. L-għan aħħari hu li kemm jista' jkun ħadd ma jbati mis-solitudni, li hija pjaga soċjali anki mhux waqt dawn iż-żminijiet fejn il-virus fired minn xulxin bosta nies. | [
1
] |
Il-kumpanija Microsoft issiebħet ma' kumpanija bbażata f'California bl-isem ta' Kind Financial u se tgħin negozji u aġenziji tal-Gvern jżommu amment tal-bejgħ tal-marijuana. Dan huwa l-ewwel partnership tat-tip tiegħu għal Microsoft. Il-kumpanija Kind ilha tliet snin tipprovdi tracking software fis-suq tal-marijuana legali. Is-software jismu Agrisoft Seed to Sale u għandu l-għan li jarmonizza r-relazzjoni bejn negozji, aġenziji regolatorji u istituzzjonijet finanzjarji. Fi stqarrija Microsoft qalet li qed timmira li tagħmel differenza fejn jidħlu programmi regolatorji. | [
10
] |
Jekk tkun bilgħaqal, jiġi San Niklaw u jtik rigal. S'hemm it-tfal Maltin huma konxji. It-tfal tar-Repubblika Ċeka għandhom biċċa inkwiet oħra, għax mhux biss iridu jkunu bilgħaqal, imma jridu juru dan l-għaqal lix-xitan! Tradizzjoni ħelwa u b'intenzjoni tajba li iżda twerwer lit-tfal hija spejgata f'dan il-filmat. | [
10
] |
Jekk r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, ikun mhedded it-tkabbir globali. Dikjarazzjoni li għamlu pajjiżi tal-G7 wara laqgħa l-Ġappun, filwaqt li wissew li ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ikun ifisser pass lura fejn jidħol in-negozjar fuq livell globali, l-investiment u l-ħolqien ta' impjiegi. L-aktar seba' pajjiżi industrijalizzati madwar id-dinja jagħmlu parti mill-G7. It-twissija waslet hekk kif ir-referendum mistenni jsir nhar it-23 ta' Ġunju. Polls riċenti jindikaw li jisabu fuq quddiem dawk favru li r-Renju Unit jibqa' fl-UE. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel offra r-riżenja tiegħu ftit jiem wara li wieħed mill-imsieħba ewlenin tal-koalizzjoni tiegħu irriżenja fuq tilwima b'rabta mal-migrazzjoni. Michel tilef is-sostenn tan-'New Flemish Alliance' fuq l-appoġġ tiegħu għal ftehim tan-Nazzjonijiet Magħquda fuq il-migrazzjoni li kien iffirmat il-ġimgħa l-oħra f'Marrakech. Il-pass li joffri r-riżenja segwa protesti ħorox fi Brussel kontra dan l-istess ftehim. Michel qal lir-Re Philippe bid-deċiżjoni tiegħu, bir-re għadu jrid jgħid jekk hux se jaċċetta r-riżenja. Il-Prim Ministru Belġjan, li għandu 42 sena u nħatar f'Ottubru 2014 wara li fforma koalizzjoni, kien sar l-iżgħar Prim Ministru tal-pajjiż mill-1841. | [
10
] |
Minn tal-inqas 58 gwardjan inqatlu fil-Pakistan wara li tliet militanti armati b'bombi attakkaw akkademja tal-Pulizija fil-belt ta' Quetta. Kien biss wara operazzjoni ta' salvataġġ li damet għaddejja sigħat, li l-irġiel li wettqu l-attakk inqatlu. Dan wara li żammew numru t'ostaġġi. Ħadd għadu ma refa r-responsabbiltà għal dan l-attakk, għalkemm attakki simili fil-belt inkwistjoni twettqu minn separatisti u militanti Iżlamiċi. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.