text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Żewġ pakketti maħsuba bombi intbagħtu lil kritiċi tal-President Amerikan Donald Trump, din id-darba lill-Uffiċjal għoli tad-Demokratiċi, is-Senatur Cory Booker, u lill-eks kap tal-Intelliġenza Nazzjonali, James Clapper. Fost dawk li kienu fil-mira ta' dawk li qed jissejħu bħala attentati terroristiċi, kien hemm l-attur Robert De Niro, u l-eks President Amerikan, Barack Obama. Filmati minn kameras tas-sigurtà fil-faċilità postali f'Miami fi Florida, fejn instab il-pakkett indirizzat lil Booker, qed ikunu studjati mill-FBI. | [
10
] |
Mara Awstraljana inħatfet minn erba rġiel armati fl-Afganistan, wara li qattgħat lejl barra ma' sħabha. Il-mara, li taħdem ma' aġenzija li toffri l-għajnuna fl-Afganistan, sabet ruħha mdawwar bl-irġiel li jingħad li kellhom snieter AK-47. Dawn ġiegħluha tidħol f'karozza u saqu 'l bogħod biha. Għalkemm hija Awstrljana, il-mara għandha nazzjonalità doppja u hija wkoll Afgana. Ġurnalist li jgħix ftit bogħod minn fejn inħatfet il-mara qal li qed ikun hemm bosta rapporti ta' persuni barranin li jinħatfu, b'min jaħtafhom jitlob il-flus. L-Ambaxxata Awstraljana f'Kabul qed taħdem kemm tiflaħ biex tikseb informazzjoni dwar il-mara, filwaqt li kompliet twissi biex Awstraljani ma jersqux lejn Kabul minħabba l-biża' ta' ħtif. Din is-sena inħatfu żewġ Awstraljani oħra. | [
10
] |
Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f'kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta' punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta' Sport Malta Dr Luciano Busuttil u l-President ta' l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef. Finalisti Kategorija Żagħżugħa tas-Sena: Mya Azzopardi – Għawm Finalisti Kategorija Żagħżugħ tas-Sena: Il-Finalisti Kategorija Uffiċjal tas-Sena: John Zammit – Ċikliżmu Il-Finalisti tal-Kategorija Kowċ tas-Sena: Edward Caruana Dingli – Sport Paralimpiku Il-Finalisti Tim tas-Sena: Tim tal-Luxol – futsal Tim Kampjonat Ewropew kompost minn: Tony Drago u Duncan Bezzina – Snooker Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn: Sue Abela u Sara Xuereb – Ten Pin Bowling Tim Nazzjonali tal-Irġiel – Waterpolo Il-Finalisti tal-People's Choice Award: Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel Il-Finalisti Kategorija Sportiva tas-Sena: Mya Azzopardi – Għawm Il-Finalisti fil-Kategorija Sportiv tas-Sena: Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel | [
15
] |
Il-Pulizija f'Alberta fil-Kanada, illum qed jiċċelebraw dan minħabba li se jkunu qed jgħalqu każ ta' żewġ persuni nieqsa, li għandu 24, sena fuq nota pożittiva. Familjari ta' Anna u Kym Hakzr qalu li l-aħħar li raw liż-żewġt aħwa kien f'Edmonton f'Alberta mis-snin 80. Iż-żewġ nisa ma rawx lil ommom minn dakinhar 'l hawn iżda għamlu kuntatt magħha fl-1993. L-oħt il-kbira, Anna, li dak iż-żmien kellha 43 sena, kienet diġa tkeċċiet mill-familja u peress li hi u oħtha Kym, li kellha 29 sena, kienu inseparabbli u sparixxew flimkien. Wara diċenju mingħajr ebda kuntatt, l-omm marret tagħmel rapport għand il-Pulizija fejn fl-2003 qalet li ulieda kienu neqsin. L-investigazzjoni, mmexxija mill-Pulizija ta' Lethbridge, għamlu żewġ diċenji jfittxu izda waqfu meta ma sabu ebda evidenza. F'Ottubru tal-2015, il-Pulizija ppruvat titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq is-sit soċjali Facebook iżda kien kollu ta' xejn. Kien f'Jannar ta' din is-sena meta l-Pulizija rċeviet informazzjoni li lura fl-1999 mara bl-istess isem bħal ta' Anna Hakze rrapportat li xi ħadd daħal jisraqha d-dar. Meta kkuntatjawha ma kinitx l-istess persuna, iżda tathom informazzjoni biżżejjed biex isibu lil Anna li kienet nieqsa. Dan hekk kif snin qabel kienet rat biċċa kitba ta' persuna bl-istess isem u baqgħet imbellħa għax kien l-ewwel darba li rat persuna li jisimha eżatt bħalha. Minn hemm u minn hawn il-Pulizija rnexxielhom isibu fejn kienet toqgħod Anna iżda meta marru biex jgħidulha għalfejn ħarbet, hi qaltilhom li ma kellha l-ebda idea li hi u oħtha Kym kienu rrapportati neqsin wara li telqu mid-dar minn jeddhom biex jgħixu ħajjithom. Minħabba raġunijiet ta' privatezza l-Pulizija ma setgħetx tagħti informazzjoni ta' fejn jinsabu l-aħwa iżda ħuhom Ken ipprovda biżżejjed informazzjoni biex jekk qatt jasal jum li jkunu jridu jiltaqgħu miegħu, ikunu jistgħu. | [
10
] |
In-numru ta' persuni rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta' Kalifornja, niżel għal 25. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, u fl-eqqel ta' dan id-diżastru naturali, in-numru ta' persuni nieqsa kien ilaħħaq l-1,200. L-agħar inħawi li kienu milquta min-nirien kienu dawk li jinsabu fin-naħa ta' fuq tal-Istat, fosthom ir-raħal bl-isem Paradise. Intant, ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed iwettqu operazzjonijiet mill-aktar delikati fost il-fdalijiet tat-18,000 dar li nqerdu fin-nirien. | [
10
] |
Donald Trump qed jhedded li pajjiżi li qedgħin jopponu li l-Amerika ta' Fuq tkun ir-reġjun ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2026, jistgħu jitilfu l-appoġġ politiku tal-Istati Uniti. Quddiem il-FIFA bħalissa hemm l-offerta tal-Marokk u offerta konġunta bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku. Il-President Trump ta' l-appoġġ tiegħu lejn l-offerta bejn it-tliet pajjiżi kostitwenti tal-Amerika ta' Fuq bid-deċiżjoni tal-FIFA mistennija jum qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. Fi tweet Trump qal l-Amerika u l-pajjiżi l-oħra għamlu biċċa xogħol tajba u li tkun ħasra li pajjiżi li dejjem sabu l-appoġġ tal-Amerika jopponu l-offerta Amerikana. Staqsa wkoll għalfejn l-Istati Uniti għanda tagħti l-appoġġ lejn dawn il-pajjiżi meta lanqas fil-Ġnus Maqgħuda ma jissaportjaw lill-Istati Uniti. Dawn il-kummenti ta' Trump jistgħu possibilment jiksru regoli tal-FIFA rigward intħil politiku fil-proċess ta' għażla ta' pajjiż ospitu tat-Tazza tad-Dinja. | [
10
] |
F'dawn l-aħħar jiem il-paċi, id-divertiment u r-rilassament tas-sajf kienu xi ftit interrotti b'numri tal-Covid-19 li f'temp ta' ftit jiem marru minn ftit iktar minn 10, għal madwar 100. Naturalment il-midja soċjali u anke d-diskursati privati kienu mixgħulin bid-diskussjoni, ħafna minnha aktar rabja milli diskussjoni, dwar din iż-żieda mhux mistennija u ovvjament mhux mixtieqa fin-numri ta' każi ta' Covid-19. Tajjeb li nieħdu dawn in-numri f'kuntest pero'. L-ewwenett iż-żieda fin-numri dan is-sajf ma tista' b'ebda mod titqabbel ma' dik tas-sena l-oħra għal raġuni waħda tant importanti: Is-sajf li għadda lanqas persuna waħda ma kienet ħadet il-vaċċin. Dan is-sajf - sa ftit jiem ilu - 78% tal-poplu kien ivvaċinat, b'mod sħiħ (l-ewwel u t-tieni doża). Din hija differenza qawwija ħafna li sal-lum u għall-aħħar ġimgħat ħalliet riżultat ċar: Naqsu bil-kbir dawk li qed ikollhom jiddaħlu l-isptar, filwaqt li għal ġimgħat sħaħ pajjiżna ma rreġistrax mewt waħda ta' persuna li kellha l-Covid-19 (u vvaċċinata). Jekk dan mhuwiex sinjal tajjeb li l-vaċċin għamel differenza pożittiva, mela ma nafux x'jista' jkun sinjal pożittiv! It-tieninett, iż-żieda fil-każi li iżda mhux qed timxi parallel ma' żieda fin-numri ta' persuni li qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar mhux fenomenu lokali, iżda fenomenu f'ħafna pajjiżi madwarna - b'mod speċjali fl-Ewropa. Dan huwa riżultat tal-varjant Delta li minkejja illi ma jidhirx li huwa b'saħħtu daqs il-vaċċin (sa issa!), xorta jinfirex malajr! it-tielet: Jeħtieġ nagħmlu differenza bejn li jkollok il-Covid-19 u li jkollok bżonn kura minħabba l-Covid-19. L-akbar problema, f'pajjiż bi kważi 80% tal-poplu vvaċinat mhumiex in-numri ta' każi ġodda, daqs kemm huma n-numri ta' nies li qed jiddaħħlu għall-kura minħabba l-Covid-19. Dan jidher li ħafna sempliċiment ma jridux jifhmuh. Kulħadd jħares lejn numru wieħed, daqslikieku dak in-numru huwa l-bidu u t-tmiem ta' kollox! Meta fil-fatt mhux jew m'għadux! Il-Coronavirus jidher li qegħda magħna għal ħafna snin. Xogħlna mhuwiex li neradikawha, daqs kemm huwa li ninnormalizzawha - jiġifieri li ndgħajfu l-virus biżżejjed, biex ninnewtralizzaw kemm nistgħu l-effetti tiegħu! Iva, kulħadd jixtieq li l-Covid-19 ma teżistix, bħal ma nixtiequ li ħadd ma jmut b'tumuri, attakki tal-qalb, l-HIV u miljuni ta' raġunijiet oħrajn - imma nafu li dik mhix xewqa reali! Żmien il-ħolm spiċċa! Qatt mhu se ndoqqu l-qniepen tal-kampnari biex niċċelebraw it-tmiem tal-Covid-19 - bħal ma kienu ċċelebraw it-tmiem ta' diversi gwerer, tant eluf qabilna. Din hija storja differenti, għax il-Covid-19 qegħda hawn biex tibqa' - għallinqas għas-snin li ġejjin! Xogħlna huwa li niġġilduha! Imma min-naħa l-oħra din il-ġimgħa rajna wkoll poplu li b'orgolju - mingħajr differenzi partiġġjani - lest jiġġieled għal-libertà li kiseb b'sagriffiċju finanzjarju u psikoloġiku kbir! Jekk l-affarijiet ma jsirux sew, jew jillaxkaw, il-Gvern lanqas fuq l-akbar attivisti tiegħu mhu se jkun jista' jserraħ għaċ-ċapċip fuq din il-biċċa xogħol! Fil-fatt il-pressjoni f'temp ta' jumejn kienet kbira biżżejjed biex il-Gvern iddikjara li min jiġi Malta jrid ikun ivvaċinat, minn nhar il-Erbgħa li ġej! U dan l-editorjal jgħid li hekk sewwa u xieraq! Lilhinn mir-riperkussjonijiet legali, politikament din hija deċiżjoni li tagħmel sens, inkella ħa nibqgħu sejrin biha din - lockdowns u restrizzjonijiet tul xitwa sħiħa, biex imbagħad niftħu għal xahar u nerġgħu nibdew ngħalqu! Il-poplu Malti dan ma jridux għax-xeba' - bħal ma xebgħu l-popli madwar id-dinja kollha! B'dfferenza waħda! Aħna qegħdin fost l-aqwa fl-Ewropa u saħansitra fid-dinja f'termini ta' każi u vaċċinazzjoni - allura tkun verament kundannabbli u pastażata kbira li b'azzjoniet l-awtoritajiet jew xi erba' cowboys, nitilfu dak kollu li ħdimna għalih! Id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern nhar il-Ġimgħa kienu tajbin, diffiċli u f'waqthom (jekk mhux tard). U għandha tkun ċara għal kulħadd - inkluż mal-UE - li daqshekk logħob ma' ħajjet in-nies, ma' ħajjet negozjanti u ma' ħajjet familji u individwi! Is-sagrifiċċji saru, il-poplu qeda dmiru billi ħa l-vaċċin u ħafna wrew li lesti jerġgħu jiħduh - mela ma għandu jsir xejn li jerġa' jkisser dak kollu li nbena fl-aħħar xhur! Għax tkun ħafna iktar minn sempliċiment ħasra! | [
11,
12
] |
L-aħbar li bdiet ħierġa fuq il-mezzi tax-xandir fit-23 ta' Ġunju ħasdet lil bosta. Oħrajn qalu li kienu qed nistennewha u oħrajn qalu li hekk kien ħaqqna. Malta tpoġġiet fil-lista l-griża (grey list) li jfisser li pajjiżna se jkollu jgħaddi minn monitoraġġ aktar robust fejn jidħol il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F'dan l-aħħar review kienu 4 pajjiżi minn madwar id-dinja li tpoġġew f'din il-lista l-griża: Malta, il-Haiti, is-Sudan t'Isfel u l-Filippini. B'kollox hemm 18-il pajjiż f'din il-lista. Pajjiżna jibqa' l-uniku pajjiż fost il-membri tal-Unjoni Ewropea li qatt tpoġġa fuq din il-lista. Qatt ma kellna naslu sa hawn. Bil-business as usual wasalna għall-grey listing u biex noħorġu minnha għandna bżonn politika differenti. Kull Malti u Għawdxi jaf li meta jkollok problema, din issir agħar jekk tittraskuraha. Ċerta kummenti u attitudni tal-Gvern, li qisu xejn mhu xejn, tinkwetani. Ħafna qed iħossu li hekk qiegħed jagħmel il-Gvern Laburista bħalissa, qiegħed jaħseb li l-grey listing ser jgħaddi waħdu u jagħmel minn kollox biex ma nitkellmux wisq fuqu. Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna Il-Gvern Laburista ġab ir-reputazzjoni ta' kull Malti u Għawdxi għarkuptejha. Ilna snin nitkellmu dwar dan. Ma nafx kemm 'il darba semmejtha waqt xi diskussjoni. Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna hi kollox. Speċjalment għall-oqsma tas-servizzi finanzjarji u ekonomiċi, il-loġistika, il-gaming u l-marittimu, ir-reputazzjoni ta' pajjiżna hi kruċjali. Kull ġurnata li qed nagħmlu fuq il-lista l-griża, potenzjalment ser inpattuha b'nuqqas ta' investiment dirett barrani, investiment li tant ħdimna għalih bħala poplu sabiex bis-saħħa tiegħu pajjiżna kiber u kien l-għażla naturali ta' ħafna. Ara kemm professjonisti u ħaddiema matul is-snin ħadmu qatigħ biex itejbu r-reputazzjoni ta' Malta tagħna. Dawn l-istess ħaddiema u professjonisti llum huma mweġġħin b'dan kollu. Ix-xogħol tagħhom ta' kuljum tgħabba b'ħafna burokrazija u wħud li tkellmu miegħi ġenwinament qed jibżgħu li x-xogħol tagħhom jinsab f'riskju. Nuqqas kbir ta' kredibbiltà Biex nipprova nissimplifika l-affarijiet, kien hemm it-test tekniku u dak politiku li jiddependi fuq il-kredibbiltà. Minn tal-ewwel jidher li għaddejna għaliex it-tibdil fil-liġijiet saru u dan wara ħafna diskussjonijiet fil-Parlament bis-sehem tal-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra. Il-problema hi ċara, dik ta' kredibbiltà. Għalxejn l-ispin li ċertu apoloġisti tal-Gvern Laburista jippruvaw jagħtu, għaliex kulħadd jaf x'ġara matul l-aħħar tmien snin. Minkejja dak kollu li prova jagħmel il-Ministru tal-Finanzi l-ġdid fl-aħħar xhur, biex jikkonvinċi lil uhud mill-pajjiżi li rieduna fuq il-grey list, ma kienx biżżejjed. Nafu lkoll min hu responsabbli għal dan kollu. Il-ħafna propaganda u buzzwords forsi jikkonvinċu xi partitarji Laburisti li kollox miexi ħarir, li kollox xejn mhu xejn u li aħna l-aqwa fid-dinja. Però jibqa' fatt li l-grey listing żgur li mhux l-aqwa żmien għal pajjiżna. X'għandu jsir? Robert Abela ġie elett mexxej tal-Partit Laburista u allura Prim Ministru wara Joseph Muscat bl-għajta ta' kontinwità. Hu stess kien jiftaħar li kien spalla ma' spalla ma' ta' qablu fid-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu Kastilja bħala konsulent tal-Kabinett ta' Joseph Muscat. Naturalment, naqblu li għandu jkompli fuq it-tajjeb li sar, imma żgur li għandu jkollu s-sinsla li l-ħazin li sar jirrikonoxxih u jwarrbu darba għal dejjem. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, sfida lil Robert Abela sabiex jekk verament irid jgħaddi messaġġ lill-poplu Malti għandu mingħajr dewmien u pubblikament jiċħad lil Joseph Muscat, jammetti li Joseph Muscat wassal lil pajjiżna f'dan l-istat, jammetti li dan hu l-legat ta' Joseph Muscat u jneżża' lil Joseph Muscat mill-ogħla onorefiċenzi ta' pajjiżna. Bernard Grech saħaq li jekk ma jagħmilx hekk, allura, Robert Abela kburi b'dak li għamel Joseph Muscat u li verament se jibqa' kontinwità tiegħu. Għal dawk li lil Joseph Muscat jarawh bħala xi alla jew saħansitra aqwa minn Mintoff dawn it-talbiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni jidhru kemxejn esaġerati. Però kull min iħares lejn il-lenti b'mod oġġettiv, jista' jara li minkejja l-kisbiet ta' Joseph Muscat bħala Prim Ministru, il-legat tiegħu (u ta' nies tant qrib tiegħu li kien jiddependi minnhom) se jibqa' mċappas b'allegazzjonijiet kbar ta' korruzzjoni, ħmieġ, tixħim u saħansitra dak li ħareġ fil-Qorti, b'allegazzjonijiet kbar tal-involviment, dirett jew indirett, ta' Kastilja fil-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Quddiem dan kollu dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu stampa iktar ċara u jagħmel sens. Il-Prim Ministru Abela m'għandux għażla oħra quddiemu. L-eks Prim Ministru Dom Mintoff kien jgħid "Malta l-ewwel u qabel kollox". Il-Prim Ministru Abela lest li jagħmel l-istess mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd? Lest li jpoġġi l-interess ta' pajjiżna l-ewwel u qabel kollox? Il-Gvern u kull min hu responsabbli għandu jagħmel li jista' biex noħorġu minn din il-lista l-griża llum qabel għada. Ma jistax ikun li pajjiżna jibqa' jiġi mzeblah minħabba r-rebgħa tal-ftit. Pajjiżna jixraqlu aħjar. Il-poplu Malti jixraqlu aħjar. Il-ħaddiema, il-professjonisti u s-self employed jixirqilhom aħjar. | [
11,
12
] |
Is-suspettati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħwa George u Alfred Degiorgio, jallegaw li "soffrew trattament inuman u degradanti" wara li sfaw issegregati waħedhom f'ċella. Huma spiċċaw f'iżolament wara li kienu involuti f'aċċident. L-aħwa, li qegħdin jinżammu f'Diviżjoni 5 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, permezz ta' ittra ġudizzjarja ppreżentata dalgħodu, qalu li kienu qed jiġu kkastigati inġustament għal inċident ikkawżat minn priġunier ieħor. L-ittra formali ffirmata mill-avukat tagħhom William Cuschieri, titlob lid-direttur tal-ħabs biex itemm dak li skonthom huwa "trattament inuman u degradanti" jew inkella se jkollhom jirrikoru għal azzjoni legali. Huma qegħdin imsakkra fiċ-ċella tagħhom għal 26 siegħa konsekuttiva u jitħallew barra biss għal perjodu qasir, wara jerġgħu jissakkru għal 26 siegħa konsekuttivi. Huma qalu li d-direttur tal-ħabs ma għarrafhomx kemm se ddum din "il-piena". Intant fl-ispjegazzjoni tagħhom, huma sostnew li fit-3 ta' Lulju, priġunier li kien ġie trasferit għad-diviżjoni tagħhom, daħal fi ġlieda magħhom. L-aħwa insistew li filmati minn ġewwa Diviżjoni 5 jikkonfermaw li ma kienux huma li nstigaw il-ġlieda u skont huma dan kien ukoll rikonoxxut mill-uffiċjali tas-CCF. Minkejja dan, huma qalu li d-direttur tal-ħabs ħa d-deċiżjoni li kienet tpattija marbuta ma' informazzjoni li għandhom fuq eks ministru u ministru sedenti. L-aħwa insistew li irrispettivament mid-diskrezzjoni mogħtija fil-liġi lid-direttur tal-ħabs, hu qatt ma jista' jittratta lill-priġunieri b'mod li mhuwiex aċċettabbli f'soċjetà demokratika. L-ittra ġudizzjarja ġiet innotifikata lid-direttur tal-ħabs kif ukoll lill-Avukat Ġenerali. | [
0
] |
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-FATF li jqiegħed lil Malta fuq il-lista l-griża kien riżultat mhux mistenni għal pajjiżna, b'mod partikolari wara li ksibna riżultat pożittiv mingħand il-Moneyval. L-isforzi u t-titjib li sar minn pajjiżna ġew rikonoxxuti mill-Moneyval fejn Malta kienet għadha kemm irreġistrat riżultat tajjeb hafna, u kklassifikat fost l-aqwa fl-Ewropa fil-konformita` mal-istandards kollha. Għalhekk it-tqegħid ta' Malta, pajjiż li għamel titjib konsiderevoli fl-istandards ta' konformità tiegħu kontra l-ħasil tal-flus, fuq il-lista l-griża ħalla lil kulħadd konfuż. Wieħed ma' jistax ma jikkumentax li hemm grupp ta' pajjiżi oħra fuq il-lista, li kollha jeħtieġu monitoraġġ sostanzjali għal kontra l-ħasil tal-flus minħabba l-laxkezza li teżisti f'pajjiżhom. Kollox ma' kollox, ibbażat fuq ir-riżultati miksuba, Malta għandha tiġi mfaħħra għall-kisbiet tagħha u mhux tiġi ppenalizzata. In-nies jistaqsu, "X'wassal għal din id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kumitat tal-FATF?" u hawnhekk ser nispjega b'mod sempliċi. Il-President tal-FATF, Markus Pleyer, iddikjara li l-FATF analizza mhux biss l-implimentazzjoni tal-liġijiet iżda wkoll l-effettività tagħhom. L-eżerċizzju dwar l-effettivita' tal-liġijiet huwa suġġettiv ħafna u għalhekk dak li qal Pleyer jimplika illi din id-deċiżjoni ittieħdet fuq il-bażi ta' kif għandha ssir iktar implimentazzjoni effettiva fil-mekkaniżmi kontra l-ħasil ta' flus. Wieħed ma' jistax ma jinnotax li l-FATF faħħret lil Malta billi stqarret li pajjiżna għamel progress tajjeb f'diversi nuqqasijiet li kellu fil-passat, u dan filwaqt li l- maġġoranza kbira tal-pajjiżi fil-kumitat kienu kontra li Malta tkun ippenalizzata. F'termini sempliċi, Malta ġiet ippenalizzata abbażi ta' deċiżjoni suġġettiva ta' ftit pajjiżi membri iżda li huma influwenti f'dan il-kumitat. Ir-raġunijiet ipprovduti mill-FATF għar-riżultat ta' Malta jistgħu jinqasmu f'żewġ oqsma speċifiċi (i) nuqqas ta' trasparenza dwar is-sidien ta' strutturi benefiċjarji, u (ii) nuqqas ta' effettività fl-identifikazzjoni ta' reati li jinvolvu l-evażjoni tat-taxxa. Dawn iż-żewġ oqsma problematiċi huma universali u "dejjem preżenti" fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u mhux biss attribwibbli għal Malta. Nagħtu ħarsa lejn iż-żewġ oqsma. Mill-bidu tas-sena 2018, il-kumpaniji Maltin kollha kienu obbligati jidentifikaw, jirreġistraw u jinfurmaw dwar min huma s- sidien benefiċjarji lill-Malta Business Registry (MBR). Dan ir-rekwiżit ġie introdott bħala parti mir-Raba' Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra l-ħasil tal-flus, li hija Direttiva li għandha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni ta' miżuri effettivi għal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus jew l-iffinanzjar terroristiku fl-Istati Membri kollha. Il-kwistjonijiet enfasizzati mill-FATF huma kwistjonijiet ta' legat li ilhom preżenti għal għexieren ta' snin u li Malta ilha tindirizza matul iż-żmien billi tgħaddi liġijiet u regolamenti li jesiġu aktar trasparenza fl-istrutturi, kif ukoll tiddixxiplina b'mod attiv lil dawk li jippruvaw jiffaċilitaw il-kriminalità finanzjarja. Mill-esperjenza personali, nista' ngħid li r-rekwiżiti lokali imposti mill-MBR lokalment - f'termini ta' trasparenza tas-sidien benefiċjarji, huma ħafna aktar rigorużi minn dawk f'pajjiżi oħra. Dan huwa fatt li jaqblu miegħu ħafna professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' tassazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi matul l-aħħar sena kkummenta diversi drabi dwar din il-kwistjoni. Il-messaġġ tal-Gvern huwa ċar li t-taxxa dovuta – kurrenti u tal-passat – trid titħallas b'mod sħiħ minn kulħadd, irrispettivament mill-persuna, l-pożizzjoni, l-industrija u l-influwenza finanzjarja. Ħafna nnutaw li s-settur tas-Servizzi Finanzjarji se jkun l-aktar milqut wara dan ir-riżultat, l-aktar minħabba żieda fil-monitoraġġ minn kontropartijiet internazzjonali, bħal banek korrispondenti. Madanakollu, dan is-settur huwa ppreparat sew minħabba li l-organi relattivi internazzjonali ilhom jeħtieġu monitoraġġ imsaħħaħ fuq il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji Maltin mill-2019. Barra minhekk, is-settur tas-servizzi finanzjarji f'Malta huwa reżiljenti ħafna u dejjem qam għall-okkażżjoni inkluż fil-pandemija reċenti tal-COVID-19, kif ukoll fil-kriżi finanzjarja tal-2008. Fl-aħħar mill-aħħar, is-settur tas-servizzi finanzjarji f'Malta huwa konformi mal-liġijiet u r-regolamenti ta' kontra l-ħasil tal-flus tal-UE u anke dawk internazzjonali. Filwaqt li nikkunsidra l-azzjonijiet tal-FATF kontra Malta bħala sproporzjonati, l-awtoritajiet ikkonċernati flimkien mal-industrija se jieħdu in konsiderazzjoni l-punti ta' azzjoni meħtieġa mqajma mill-FATF u se tkompli l-ħidma tajba li wasslet għar-riżultat pożittiv tal-Moneyval. Kif enfasizza u spjega l-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern ser ikompli jara li l-kriminalità finanzjarja tiġi evitata u ppenalizzata b'mod attiv u b'hekk, bla dubju ta' xejn, ma ndumux ma naraw lil Malta titneħħa mil-lista l-griża. | [
11,
12
] |
Huma b'kollox madwar 15% biss ta' dawk pożittivi għall-Covid-19 bħalissa li huma Maltin, filwaqt li hemm xi wħud li huma barranin li jgħixu Malta - bil-maġġoranza tal-każi jkunu barranin li qegħdin hawn vaganza. Kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li ħabbar dan illum waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha qal ukoll li 90% tal-persuni li huma pożittivi ma ħadux il-vaċċin kontra l-Covid-19. L-istudenti tal-Ingliż jidher li baqgħu l-akbar proporzjon ta' każi b'16-il skola tirreġistra każi pożittivi. Id-Deputat PM u Ministru tas-Saħħa fil-fatt ħafna drabi appella lin-nies biex jieħdu l-vaċċin għax fakkar li dan huwa l-aqwa għodda biex il-pajjiż jiġġieled il-virus u jkun lest għall-firxa tal-varjanti, bħad-delta li ammetta illi qed jinfirex fost il-komunità hawn Malta wkoll. Huwa qal illi sa issa 80% tal-poplu huwa vvaċċinat, filwaqt li l-medja fl-Unjoni Ewropea hija biss ta' madwar 30%. Fearne sostna għall-mistoqsijiet dwar akkużi li Malta qed tkun diksriminatorja għaliex se tibda taċċetta turisti vvaċinati biss, illi mhux nuqqas ta' Malta li l-bqija tal-UE għandha rata baxxa ta' vaċċinazzjoni. "Dawk li għadhom ma ħadux it-tilqima għandhom jirreġistraw u jiħduha, " qal Fearne hekk kif illum tħabbar ukoll li min-nhar it-Tnejn, kull min irid jieħu l-vaċċin tal-COVID-19 jista' jitlaqqam bla appuntament. Intant Fearne ħabbar ukoll li l-mewt ta' tifla ta' ħames snin u nofs għad ma hemm ebda konferma li hija riżultat tal-Covid-19 , irriżultat fin-negattiv f'test qabel mewtha, imma rriżultaw traċċi ta' Covid-19, wara mewtha. Ikkonferma li ħadd mill-familja tagħha ma rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Intant Fearne qal ukoll li għaddejjin diskussjonijiet biex il-Gvern japprova aktar ċertifikati tal-vaċċin ewropej. | [
12
] |
Tnejn mill-membri tal-familja tat-tifla ta' ħames snin u nofs li mietet nhar is-Sibt li għadda, esprimew rabja u frustrazzjoni għall-fatt li fuq xi portals u f'xi kummentarji ġie rrappurtat jew qed jintqal - bħala fatt - li t-tifla ta' ħames snin u nofs li semma Chris Fearne illum mietet bil-Covid-19. Dan meta d-Deputat Prim Ministru qal f'konferenza b'mod ċar li ma hemm ebda konferma li l-mewt ta' din it-tifla kienet ikkaġunata mill-Covid-19, sa issa. Huwa qal ukoll li meta kienet għadha ħajja t-tifla sarilha test li ġie 'negative' għall-Covid-19. Waqt investigazzjonijiet forensiċi, wara mewtha, sarilha test ieħor, li rriżulta 'mildly reactive' - jiġifieri li kien hemm traċċi tal-virus, jew inkella riflessjoni ta' fejqan mill-istess virus. Persuna bl-isem Eman Cilia - li huwa kuġinuha - appella biex kulħadd jieqaf jivvinta u jistenna t-testijiet forensiċi. Huwa appella biex kulħadd jieqaf jispekula u jivvinta. F'post ieħor li tefa' saħansitra sostna li mhux vera mietet bil-Covid-19 u għalhekk reġa' talab għall-prudenza. F'kumment ieħor membru tal-familja oħra staqsiet għaliex ma kienx hemm riproduzzjoni aktar fidili lejn dak li qal Fearne u talbet biex kulħadd jirrispetta d-dulur li għaddejja minnu l-familja. | [
12
] |
L-Ewropa qed issir aktar anzjana, hekk kif ir-rata tat-twelid kompliet nieżla, bil-persuni anzjani mistennijin jiżdiedu b'57% sal-2030 u r-rata tat-twelid tibqa' xi ftit jew wisq baxxa. Din id-dilemma u l-effetti kollha li ġġib magħha kienu diskussi din il-ġimgħa fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew permezz tar-rapport fuq l-inizjattiva tal-MEP Beata Szydło, liema rapport jagħmel elenku ta' fatti u numri fir-rigward tad-demografija imma anke l-faqar u l-esklużjoni fost l-anzjani ewropej. Ir-rapport jagħmel ukoll diversi proposti magħmulin sabiex l-Unjoni Ewropea tagħti aktar valur u dinjità lill-anzjani. Fir-rapport jingħad kif l-UE qed titlef madwar €370 biljun fis-sena minħabba nisa li ma jkunux jistgħu jmorru jaħdmu jew ikollhom inaqqsu mill-ħin tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-familja jew inkella jagħtu kura lil anzjani fil-familja tagħhom. Imma ejja nibdew billi nħarsu lejn il-fatti demografiċi u l-effett tagħhom, li dan ir-rapport bl-isem "On an old continent growing older – Possibilities and Challenges related to ageing policy post-2020' jelenka f'dettall. Fl-2070 l-Ewropej se jkunu 4% tal-popolazzjoni dinjija minn 13.5% fl-1960 L-ewwenett ifakkar illi l-popolazzjoni Ewropea qed tonqos u filwaqt li fl-1960 l-Ewropej kienu jifformaw 13.5% tal-popolazzjoni globali, fl-2018 kienu jammontaw għal 6.9% u fl-2070 se jkunu madwar 4%. Il-ħaddiema - jiġifieri dawk bejn il-15 u l-64 sena se jonqsu b'mod sinjifikanti, bir-rapport jgħid illi minn 333 miljun ħaddiem Ewropew fl-2016, fl-2070 dawn se jinżlu għal 292 miljun. Dan filwaqt li huwa pproġettat illi sal-bidu tas-seklu l-ġdid (2100) dawk li għandhom 80 sena jew aktar se jkunu jiffurmaw 14.6% tal-popolazzjoni globali. L-effetti ta' dan kollu fuq il-qasam tax-xogħol diġà beda jinħass mil-lum stess, hekk kif miljuni ta' impjiegi madwar l-UE qed jimtlew minn żgħażagħ li ġejjin minn pajjiżi terzi (immigranti ekonomiċi). Ir-rapport fil-fatt ifakkar illi sa mill-2012 dejjem kien irreġistrat tkabbir negattiv, bl-2019 tara 4.7 miljun mewt u 4.2 miljun twelid - differenza ta' nofs miljun. Dan filwaqt li r-rata ta' fertilità niżlet għal 1.55 fl-2018. Ir-rapport tal-MEP jisħaq illi dan huwa frott ta' diversi fatturi, "fosthom livelli aħjar ta' saħħa u edukazzjoni, imma wkoll titjib fis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika, kif ukoll inċertezzi u tnaqqis fid-dħul li jaffetwaw l-aktar liż-żgħażagħ." Kien hawn li r-rapport jgħid illi fid-dawl ta' dan it-tnaqqis l-UE qed tbassar li l-popolazzjoni anzjana se tiżdied b'57% sal-2030 u meta mqabbla mal-2010. 80% tal-kura mogħtija fl-UE hija minn carers informali Ir-rapport jelenka wkoll diversi punti u fatti dwar in-nisa, kemm anzjani kif ukoll dawk l-impjegati carers - formali jew le - li ħafna drabi jkunu nisa. 50% tal-carers taħt il-65 sena fl-UE jikkombinaw il-kura max-xogħol. Il-familja u l-kura ta' anzjani fil-familja hija fil-fatt waħda mir-raġunijiet għaliex l-Ewropa għad għandha livelli baxxi ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Kif diġà rrimarkajna dan qed iwassal għal telf biljunarju kull sena lill-UE. Fil-fatt ir-rapport jgħid li 80% tal-kura mogħtija fl-UE hija minn carers informali (mhux carers bħala impjieg) u li 75% minnhom huma nisa. Dan qed joħloq differenzi bejn il-ġeneru f'termini ta' dħul li qed iwassal ukoll għal differenzi notevoli fil-pensjonijiet tan-nisa u dawk tal-irġiel. L-ewwel li jaqilgħuha mill-ispekulaturi Ir-rapport jisħaq fuq l-importanza tad-dinjità lil persuni anzjani li ħafna drabi jkunu aktar vulnerabbli u allura li jkunu ħafna inqas protetti minn abbuż u sitwazzjonijiet soċjali mhux daqstant tajbin. Ifakkar illi l-għixien b'dinjità, "partikolarment għall-anzjani ma jistax ikun maqtugħ mid-dritt ta' housing aċċessibbli, sanitarju u f'kundizzjonijiet komdi li jippermettu lill-anzjani illi jgħixu f'ambjent soċjali protett." Ir-rapport ifakkar illi f'sitwazzjonijiet ta' pressjoni minn spekulaturi tal-proprjetà, ħafna drabi kienu l-anzjani l-ewwel li ħallsu l-prezz bi żgumbramenti, li wassal għal dipendenza u iżolament soċjali. L-ekonomija tal-fidda: Potenzjal li toħloq triljuni għall-ekonomija tal-UE Le m'aħniex nirreferu għall-fidda li nilbsu jew li narawha ssebbaħ xi palazz jew Knisja armata waqt il-festa. Imma għal dik li bl-Ingliż jgħidulha The Silver Economy, li hija dak kollu li jitratta l-anzjani, il-kura tagħhom, ħolqien ta' teknoloġija li jużaw huma, edukazzjoni u aktar. Huwa mifhum li l-ispiża totali tal-anzjanità sal-2070 se tkun 26.7% tal-Prodott Gross Domestiku - aktar minn kwart. Dan filwaqt iżda li rapport tal-Kummissjoni Ewropea jistma li l-kontribut li jista' jagħti dan is-settur għandu potenzjal li jlaħħaq is-€6.4 triljun u joħloq 88 miljun impjieg sal-2025 - li huwa 32% tal-Prodott Gross Domestiku tal-UE u 38% tal-impjiegi fuq il-kontinent. Xi proposti qed isiru? U r-rapport xi proposti qed jagħmel? Il-proposti huma varji wħud minnhom vagi għall-aħħar, pero' bosta oħrajn qed iwittu t-triq għal viżjoni ta' Ewropa mibnija fuq il-wens u d-dinjità kif ukoll ta' ħarsien lejn setturi li mistennijin jintlaqtu sew minħabba li ħafna li jaħdmu fihom huma anzjani. Ir-rapport juri sentiment ta' dispjaċir u tħassib għad-differenzi fil-pensjonijiet bejn anzjani nisa u rġiel u qed titlob lill-Istati Membri biex iressqu miżuri konkreti sabiex din id-differenza titnaqqas. Hemm bżonn li persuni anzjani jingħataw appoġġ li jippermetti l-aċċess affordabbli, ħolistiku u ta' kwalità għas-servizzi ta' appoġġ. Dan dejjem fil-promozzjoni tal-bżonnijiet individwali, awtonomija, indipendenza u inklużjoni fil-komunità. Qed jappella lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar fost in-nisa, speċjalment fl-anzjanità Qed jappella lill-istati Membri biex jassiguraw kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati lil dawk li huma carers u fis-settur mediku Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għal pagi diċenti għall-ħaddiema kollha, jew permezz ta' paga minima statutorja jew permezz ta' ftehim kollettiv Sejjaħ għall-Kummissjoni u l-istati Membri biex jieħdu nota tal-potenzjal tal-ekonomija fl-UE u strateġiji nazzjonali li jippromovuha Ifakkar li l-housing sigur huwa dak fejn il-possibilità tal-perikli titnaqqas u fejn ir-rispons għall-periklu huwa aktar faċli Isejjaħ lill-Istati Membri biex jipprevjenu u jindirizzaw vjolenza kontra nisa anzjani, bħala parti mir-rispons tal-Covid-19, b'attenzjoni partikolari lejn il-kura residenzjali Jappella għal miżuri li jtejbu s-saħħa mentali u jiġġieldu kontra l-iżolament. Jappela wkoll biex isir investiment fis-saħħa tan-nies u fl-edukazzjoni biex jiġi assigurat illi l-anzjani jibqgħu attivi u fi stat ta' saħħa tajba Huma 11% biss tal-irziezet fl-UE li huma mmexxijin minn persuni ta' taħt l-40 sena. Għalhekk qed jappella dan ir-rapport biex jitneħħew l-ostakli li qed iwaqqfu bdiewa żgħażagħ milli jidħlu fis-settur | [
3
] |
Il-Forzi Armati ta' Malta salvaw madwar 81 immigrant li kienu fuq dgħajsa fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ, bl-NGO Sea Watch tisħaq illi tlieta minn dawn l-immigranti mietu, probabbilment minħabba nuqqas ta' ilma. L-għaqda non governattiva saħqet ukoll illi l-AFM kienet infurmata b'din id-dgħajsa filgħodu, iżda s-salvataġġ dam ma seħħ. L-immigranti ddaħħlu Malta dalgħodu. Huma kienu qed jivvjaġġaw fuq dgħajsa tal-injam u talbu għall-għajnuna wara li d-dgħajsa kienet f'diffikultà minħabba bażar imqalleb. Jidher li dawn l-immigranti telqu mil-Libja u ġew salvati fuq in-naħa tal-lvant tat-Tuneżija. | [
12
] |
Ilmenti u saħansitra kampanji fuq il-midja biex jitwaqqfu minħabba l-istorbju u l-effett li hemm min jgħid li jkollhom fuq l-annimali u persuni vulnerabbli - il-maġġoranza kbira tal-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu favur l-użu tal-murtali fil-festi. Il-murtali huma parti mill-varjetà ta' nar li jinħaraq waqt festa, b'mod speċjali bħala salut, fit-tmienja u nofsinhar - matul il-ġimgħa tal-festa, waqt li jingħad it-Te Deum u fil-'kaxxa' hi u ħierġa l-purċissjoni tal-festa nhar il-Ħadd. Fid-dawl tal-ilmenti li jqumu kważi kull sena fis-sajf, il-gazzetta ILLUM f'sondaġġ xjentifiku permezz ta' Polar, staqsiet lin-nies jekk jaqblux jew le mal-użu tal-murtali fil-festi. Maġġoranza qawwija ta' 73.2% wieġbu illi jaqblu, filwaqt li kienu biss 20.4% li qalu li ma jaqblux u 6.4% ma tawx risposta. Interessanti li l-aktar favur u l-aktar kontra huma l-aktar żgħażagħ u l-anzjani, rispettivament. Fil-fatt 79.8% ta' dawk li pparteċipaw u għandhom bejn is-16 u l-35 sena qalu li jaqblu, filwaqt li kienu biss kważi 11% li qalu li ma jaqblux. Dan jista' jkun frott dversi fatturi, fosthom il-fatt li l-ħoss idejjaq inqas lil dawk iżgħar fl-età, pero' wkoll il-qawmien tal-entużjażmu u l-volontarjat f'diversi oqsma tal-festa fost iż-żgħażagħ fl-aħħar 15-20 sena, inkluż fil-logħob tan-nar. Kuntrarjament, minkejja li dawk aktar anzjani huma fil-maġġor parti xorta favur, hemm iżda element ħafna ikbar ta' persuni kontra din il-prattika. Fost dawk bejn il-51 u l-65 sena, filwaqt li dawk favur jinżlu għal 66%, dawk kontra jitilgħu għal 27%. Fost dawk li għandhom aktar minn 65 sena, dawk favur jerġgħu jitilgħu għal 70.6%, filwaqt li dawk kontra jinżlu ftit għal 24.5%. Fuq livell ġeografiku ma hemmx differenzi notevoli lanqas, bil-maġġoranza assoluta u kbira - kullimkien - tibqa' favur l-użu tal-murtali. Fil-fatt f'kull żona ta' Malta aktar minn 70% jaqblu mal-użu tal-murtali u fil-każ tan-nofsinhar tal-port (Kottonera, Ħaż Żabbar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien…) u anke fit-tramuntana (Il-Mosta, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Imġarr u Mellieħa) dawk favur jaqbżu s-77%. F'termini politiċi l-votanti Laburisti huma ftit aktar favur minn dawk Nazzjonalisti, anke jekk mhux b'differenza kbira. Fil-fatt kienu 19.8% tal-parteċipanti li vvotaw PL fl-aħħar elezzjoni li qalu illi ma jaqblux u 22.7% tal-votanti tal-PN fl-2017 li wkoll qalu li ma jaqblux mal-użu tal-murtali. Differenza ftit iktar notevoli hija bejn in-nisa u l-irġiel, b'dawn tal-aħħar ħafna iktar favur (76.4%), milli huma n-nisa (70%). | [
12
] |
Rapporti fuq il-midja Ingliża qed jindikaw li l-gżejjer Baleriċi (Ibiza, Mallorca u Menorca) - li huma l-uniċi destinazzjonijiet fil-Mediterran, flimkien ma' Malta fuq il-Lista l-Ħadra Ingliża - jafu jerġgħu jitneħħew minn fuq din il-lista. Dan hekk kif il-każi qed jiżdiedu kemm fi Spanja in ġenerali u fuq dawn il-gżejjer, imma wkoll fir-Renju Unit. Fil-fatt Mallorca qed tirreġistra 258 każ għal kull 100,000 persuna bħalissa. Spanja rat żieda qawwija - bħal kumplament tal-Ewropa, inkluż Malta - fil-każi ta' Covid-19. Fil-fatt illum Spanja rreġistrat kważi 47,000 każ ġdid ta' Covid-19, l-ogħla numru fl-aħħar ġimgħa. Id-deċiżjoni dwar il-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit tittieħed għada mill-Gvern Ingliż li wkoll qed jara żieda fil-każi tal-Covid-19, bin-nies li jiddaħħlu l-isptar u l-imwiet jibqgħu relattivament baxxi, ħlief xi ftit illum. Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm b'kollox 36,216-il każ ġdid u 50 mewt, fir-Renju Unit fejn il-varjant tad-Delta inxtered sew u huwa l-varjant prevalenti, | [
12
] |
L-avukat Jonathan Attard se jkun qed jieħu l-ġurament bħala deputat parlamentari iktar tard illum, wara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qablu unanimament li jkun co-opted fil-parlament. Din hija biddla oħra fil-Grupp Parlamentari Laburista, wara li ddaħħal l-eks Chairperson tal-KNPD Oliver Scicluna u l-eks MEP Miriam Dalli. Attard se jidħol fil-Parlament wara r-riżenja ta' Manuel Mallia, li nħatar bħala Kummissarju Għoli ta' Malta għar-Renju Unit. Jonathan Attard ilu jipprattika ta' avukat mill-2015 u minbarra li hu gradwat b'dottorat fil-liġi, gradwa wkoll fil-Komunikazzjoni u l-Istudji Soċjali. Huwa wkoll kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ir-raba' distrett (Raħal Ġdid, Ħal Tarxien …) u t-12-il distrett (San Pawl il-Baħar, Mellieħa…). Fl-aħħar snin kien fdat biex jaħdem fuq diversi riformi leġiżlattivi u riformi kostituzzjonali. Għandu wkoll esperjenza fil-ġurnaliżmu u kien involut ukoll fit-trejdjunjoniżmu mal-General Workers Union. | [
12
] |
In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 telgħu għal 218 fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 4,188 swab test, li tfisser rata ta' pożittività li hija ta' 5%. Il-każi attivi intant issa telgħu għal 1,000 hekk kif ma kien hemm ebda persuna li fieqet fl-istess perjodu ta' ħin. Sa issa ngħataw b'kollox 711,973 doża tal-vaċċin, li minnhom 352,523 huma persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. Mill-ġdid ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. | [
12
] |
Il-każ tal-Qorti ppreżentat minn Lovin Malta kontra l-Avukat tal-Istat dwar l-imparzjalità fix-xandir se jkompli kif ippjanat. Is-sit Lovin Malta kkonferma li d-deċiżjoni ta' Christian Peregin li jirriżenja minn Lovin Malta u jissieħeb fil-Partit Nazzjonalista mhux se taffettwa l-każ, li kien inizjattiva crowdfunded. Il-kawża kien bdieha propju Peregin lura fi Frar, liema kawża ġiet milqugħha ħażin minn bosta speċjalment mill-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-istazzjonijiet politiċi, ONE u NET. Il-każ quddiem il-Qorti mhux qed jitlob li stazzjon tat-TV jagħlaq iżda qed topponi t-tmexxija u l-influwenza kemm tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista fuq l-istazzjonijiet tagħhom - fi kliem ieħor trid li l-PN u l-PL ma jibqgħux sidien tan-NET u l-ONE, rispettivament. | [
12
] |
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jinsisti li l-Gvern għandu jaċċetta t-talba tal-iskejjel tal-Ingliż biex jiftħu biss għal studenti ivvaċċinati filwaqt li sostna li l-Gvern qiegħed jitlef il-kontroll tal-Coronavirus f'pajjiżna. Dan qiegħed jintqal fid-dawl taż-żieda ta' każi wara li llum Malta laħqet l-1,000 każ attiv . "L-iskejjel tal-Ingliż m'humiex il-problema, imma jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni. Il-Gvern għandu jaċċetta t-talba tal-iskejjel tal-Ingliż biex jiftħu biss għal studenti ivvaċċinati. Għandu wkoll jassisti lill-istess skejjel li lesti li joffru t-tagħlim online imma l-Gvern qed iħallihom ifendu għal rashom," tenna l-PN. Fil-fatt bħalissa huwa kważi fl-Ewropa kollha li qed jiżdiedu n-numri bir-Renju Unit illum biss jirreġistra 36,216-il każ ġdid ta' Covid-19 u Spanja tirreġistra kważi 44,000 każ ġdid ta' Covid-19, biċ-ċans li l-gżejjer Baleriċi jitneħħew mil-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit. Fl-Olanda s-sitwazzjoni hija ugwalment ħażina, bil-PM Olandiż kostrett japoloġizza għall-fatt li reġa' fetaħ il-clubs. Dan huwa frott it-tixrid tal-varjant Delta. Lura f'Malta, il-PN sostna li "wara li l-Gvern ħa diversi deċiżjonijiet immaturi u bla viżjoni" huwa ċar li bin-numru ta' każi tal-COVID-19 jitilgħu b'ritmu xokkanti, l-Gvern qed jitlef il-kontroll u m'għandux viżjoni." Kompla jgħid li l-vouchers ta' €300 messhom ingħataw biss lit-turisti vvaċċinati bħala inċentiv u mhux lil kulħadd u l-ftuħ tas-settur turistiku ried ikun aktar kawt. Il-PN jgħid li l-pass li jmiss hu li l-Gvern jassigura nfurzar ferm aktar strett fil-portijiet, jassigura contact tracing rigoruż u jindirizza s-sitwazzjoni tal-istudenti tal-Ingliż li nqabdu Malta wara li kien il-Gvern stess li nkoraġġihom jidħlu. 'Il-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq il-pandemija biss meta jitilgħu n-numri' - Partit Laburista Fir-risposta tiegħu, il-Partit Laburista qal li l-PN jitkellem fuq il-pandemija biss meta jitilgħu n-numri kif ukoll li m'għandu ebda kredibbiltà meta jitkellem fuq il-pandemija. Il-PL qal li "ta' kuljum joħorġu verżjonijiet totalment opposti minn ħdan l-istess Covid Team tal-Partit Nazzjonalista. Min qed f'estrem u min f'ieħor." Qal ukoll li l-PN hu kontinwament kontra l-pariri tal-esperti tal-awtoritajiet tas-saħħa "Jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista ma jridx l-affarijiet jitjiebu tant li fi stqarrija wara oħra jonqos milli jappella biex in-nies jikkonkorru għal vaċċin li hu parti mis-soluzzjoni. Il-Gvern jibqa' jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħares is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista jibqa' jilgħab għall-gallarija." | [
12
] |
Chelsea jistgħu jiffirmaw lill-midfielder ta' Marseille, Boubacar Kamara Chelsea jistgħu jipprovaw jiffirmaw lill-midfielder ta' Marseille, Boubacar Kamara, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena għamel 122 dehra għall-club tiegħu tal-Ligue 1 fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja tliet goals u pprovda ħames assists fil-proċess. Il-midfielder kien player vitali għal Les Olympiens fl-istaġun li għadda fejn lagħab 43 partita, iżda huwa maħsub li Franċiżi jinsabu taħt pressjoni biex ibiegħu lil da nil-player dan is-sajf minħabba l-problemi finanzjarji tagħhom. Chelsea ġew imwissija dwar l-iżviluppi riċenti madwar il-Franċiż u jistgħu jagħmlu offerta fis-suq kurrenti. Il-Blues iqisu lil Kamara bħala alternattiva orħos għal Declan Rice, li se jkun diffiċli biex jiffirmawh dan is-sajf minħabba l-prezz għoli mitlub minn West Ham United. Newcastle United ġew ukoll ikkreditati b'interess fiż-żagħżugħ, li fadallu inqas minn 12-il xahar fil-ftehim attwali tiegħu ma' Marseille. | [
15
] |
Tennis: Novak Djokovici jirbaħ is-sitt titlu ta' Wimbledon Novak Djokovic rebaħ is-sitt titlu tiegħu ta' Wimbledon biex laħaq ir-rekord ta' Roger Federer u Rafael Nadal ta' 20 rebħa fil-Grand Slam tal-irġiel wara li għeleb lit-Taljan Matteo Berrettini. Is-Serb ta' 34 sena rebaħ bl-iskor ta' 6-7 (4-7) 6-4 6-4 6-3 quddiem folla ppassjonata u vokali ta' 15,000 fis-Center Court. Il-player li jinsab irrankjat fis-seba' post fir-rankings uffiċjali tal-ATP, Berrettini li għandu 25 sena rċieva appoġġ qawwi iżda ma setax iżomm il-vantaġġ tiegħu fl-ewwel finali ewlenija tiegħu. Dan sabiex Djokovic li min-naħa tiegpu jinsab rrenkjat fl-ewwel post fl-imsemmija rankings issa rebaħ it-tliet titli tal-irġiel Grand Slam fl-2021. Wara li diġà rebaħ l-Open tal-Awstralja u l-Open tal-Franċiż, Djokovic huwa l-ħames tennista fl-istorja – u t-tieni biss fl-era Open wara Rod Laver fl-1969 – li rebaħ l-ewwel tliet kompetizzjonijiet prinċipali tal-istaġun. B'hekk, issa jrid jirbaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi u t-titlu tal-US Open biex isir l-ewwel tennista li qatt rebaħ Golden Slam. Din ir-rebħa kienet it-tielet rebħa konsekuttiva ta' Djokovic f'Wimbledon u issa rebaħ tmienja mit-12-il kompetizzjoni maġġuri li għaddew b'mod ġenerali. U b'Djokovic jerġa' jirbaħ it-trofew fl-All England Club, huwa mexa pass eqreb biex isir it-tieni l-aktar player li kiseb 'Grand Slams'. Il-Ġermaniża Steffi Graf biss fl-1988 rebħet l-erba' kompetizzjonijiet prinċipali u l-Olimpjadi f'sena kalendarja. Diversi ċelebritajiet segwew din il-finali mill-isbaħ, fosthom Tom Cruise u d-Dukessa ta' Cambridge, Catherine Elizabeth Middleton, li magħha kien hemm ukoll missierha, Michael Middleton, filwaqt li l-Prinċep William ma kienx preżenti hekk kif se jkun qed isegwi l-finali tal-Euro 2020 f'Wembley Stadium. | [
15
] |
Neptunes jegħlbu lil Exiles mingħajr tbatija Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Neptunes……………14 Exiles……………………6 (3-0 , 6-1 , 3-2 , 2-3) Neptunes ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta' Exiles bl-iskor kbir ta' 14-6. Għalihom spikkaw iż-żewġ żgħażagħ Jake Muscat u Sam Gialanze li rreġistraw poker kull wieħed. Ghal Neptunes irritornaw l-aħwa Stevie u Jordan Camilleri wara li ma lagħbux fil-finali tal-Enemed Cup kontra San Ġiljan … tal-ewwel minħabba li għamel l-operazzjoni fil-cartilage u Stevie Camilleri minħabba li kellu xi jiem ta' mistrieħ wara li rritorna mill-impenji fis-Serie A2 fl-Italja ma' Muri Antichi. Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-0 bil-goals jaslu minn Jake Muscat u Sam Gialanze (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty. It-team mill-Balluta kompla jiddomina u rebaħ it-tieni sessjoni b'vantaġġ ta' ħames goals, jiġifieri bl-iskor ta' 6-1, bl-iskorers ikunu Alec Fenech, Jake Muscat (3) u Stevie Camilleri minn penalty. Nicky Paris skorja l-uniku goal għal Exiles. Bil-partita mirbuħa u mitlufa, fit-tielet sessjoni Neptunes naqqsu mir-rendiment tagħhom iżda xorta rebħuha 3-2, b'Jordan Camilleri, Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa Max Aquilina u Alec Fenech iniżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers …. filwaqt li Timmy Sullivan u Max Aquilina, minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa James Spiteri Staines, wieġbu għal Exiles. Exiles rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 3-2 bl-awturi tal-goals kienu Max Aquilina, Niall Saliba minn man-up wara li tkeċċa Max Zammit u l-captain Kurt Griscti. Jeremy Abela u Sam Gialanze wieġbu għal Neptunes. | [
15
] |
Brighton ma jaċċettaw l-ebda offerta għal Ben White Brighton ma aċċettaw l-ebda offerta għall-internazzjonali Ingliż, Ben White. Fi żmien meta d-difensur versatili kien membru mhux utilizzat fl-iskwadra tal-Euro 2020 ta' Gareth Southgate, baqgħet għaddejja l-ispekulazzjoni dwar il-pass li jmiss tal-karriera tiegħu. Arsenal jingħad li huma lesti li jħallsu fir-reġjun ta' £50 miljun għas-servizzi tiegħu, filwaqt li l-player huwa ħerqan għal trasferiment lejn l-Emirates Stadium. Madankollu, Brighton għad iridu jirċievu dak li jqisu bħala offerta aċċettabbli għaż-żagħżugħ ta' 23 sena. Il-ġerarkija tas-Seagulls mhux se tbigħ lill-iktar player prezzjuż tal-club sakemm ma jkunux ippreżentati b'offerta li tissodisfa l-prezz mitlub tagħhom. Filwaqt li Chelsea jingħad ukoll li qed isegwu s-sitwazzjoni, Brighton mhumiex taħt pressjoni biex ibiegħu lil White li għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu. | [
15
] |
Real Madrid jingħaqdu fit-tellieqa għall-akkwist ta' Mikkel Damsgaard Real Madrid ingħaqdu fit-tellieqa għall-akkwist tal-attakkant ta' Sampdoria, Mikkel Damsgaard. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena kien strumentali fil-mixja tad-Danimarka għall-post fis-semifinali tal-Euro 2020 – fejn skorja żewġ gowls inkluż free kick spettakolari kontra l-Ingilterra waqt li pprovda assist wieħed. Damsgaard u d-Danimarka sfaw eliminati fil-ħin barrani kontra t-Three Lions, iżda l-player ta' Sampdoria huwa mifhum li għandu diversi clubs interessati fih. Tottenham Hotspur ilhom marbuta ma' trasferiment għall-ex player ta' Nordsjaelland, iżda huwa mifhum li Real Madrid issa ngħaqdu wkoll fit-tellieqa. Arsenal u Juventus huma wkoll lesti li jikkompetu ma' Los Blancos għas-servizzi tiegħu, iżda nuqqas ta' football Ewropew jista' jfixkel iċ-ċansijiet tal-Gunners. Damsgaard gawda wkoll l-ewwel staġun ta' suċċess fis-Serie A ma' Sampdoria, fejn skorja żewġ goals u pprovda erba' assists f'35 partita tal-ogħla livell. | [
15
] |
Sirens miżmuma minn Birżebbuġa Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Sirens……………… ..8 Birżebbuġa………8 (4-1 , 2-3 , 1-2 , 1-2) Kienet partita ferm akkanita u bilanċjata hekk rat lil Sirens jisfaw miżmuma fi draw ta' 8-8 minn Birżebbuġa f'partita li fiha saħansitra kieku t-team immexxi mill-coach Pierre Borg ħareġ rebbieħ ma kien jisraq xejn. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-ewwel sessjoni li ntemmet b'vantaġġ ta' tliet goals favur Sirens seta' faċilment jaħseb li huma kien se jkollhom il-ħajja faċli iżda għarralhom hekk kif Birżebbuġa wettqu reazzjoni mill-aqwa u kisbu draw meritat. Għal Sirens l-aqwa skorers kienu l-aħwa Matthew u Jacob Sciberras u Jerome Zerafa Gregory li rreġistraw doppjetta personali. Min-naħa l-oħra Christian Mifsud u Gabriel Sammut spikkaw għal Birżebbuġa hekk kif irreġistraw hat-trick kull wieħed. Sirens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħuha bl-iskor ta' 4-1 bil-goals jaslu minn Jerome Zerafa Gregory, Matthew Sciberras (2) u ħuh Jacob Sciberras. Min-naħa l-oħra, Christian Mifsud skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa. Birżebbuġa wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni 3-2 fejn għalihom skorjaw Gabriel Sammut (2) u Christian Mifsud. Jerome Zerafa Gregory u Marc Grech wieġbu għat-team minn San Pawl il-Baħar. Birżebbuġa rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta' 2-1 bi Christian Mifsud u Gabriel Sammut isibu x-xibka waqt li Gabriel Melillo, minn man-up wara li tkeċċa Julian Farrugia, skorja l-uniku goal għat-team immexxi mill-coach Mark Orlovic. It-team min-nofsinhar ta' Malta kompla bir-rimonta tiegħu biex rebaħ ukoll l-aħħar sessjoni 2-1, bl-iskorers ikunu David Pace Lupi u David Cutajar minn penalty filwaqt li Jacob Sciberras wieġeb għal Sirens. Nofs minuta minn tmiem il-logħba Matthias Azzopardi kellu f'idejh il-goal tar-rebħa iżda falla penalty hekk kif ra lill-goalkeeper ta' Birżebbuġa jsalva bi bravura. Rimarkabbli huwa l-fatt li lejn nofs din is-sessjoni tkeċċa John Napier permezz ta' karta ħamra diretta għal Sirens wara xi rimarki li għadda fil-konfront tar-refereee Stefan Licari. | [
15
] |
San Ġiljan jaċċertaw fl-ewwel sessjoni Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Marsaxlokk……………….5 San Ġiljan………………..21 (1-7 , 1-3 , 2-6 , 1-5) San Ġiljan kienu diġá aċċertaw ruħhom mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel sessjoni hekk kif kienu bnew vantaġġ ta' sitt goals biex għelbu lil Marsaxlokk mingħajr ebda tbatija bl-iskor ta' 21-5, b'din tkun l-ikbar rebħa s'issa tal-istaġun. Kif jindika r-riżultat, San Ġiljan kienu għal kollox superjuri u ddominaw il-partita mill-bidu sat-tmiem waqt li Marsaxlokk iddiżappuntaw bis-sħiħ fejn dehru għal kollox mingħajr ideat. Il-players taċ-champions kollha kellhom partita mill-aqwa iżda spikka fost oħrajn Dino Zammit li skorja xejn inqas minn sitt goals. Il-Ġiljaniżi ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta' 7-1 bil-goals jaslu minn Dino Zammit (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Darren Zammit (2), il-captain Matthew Zammit u Andreas Galea (2) … filwaqt li Zach Micallef skorja l-uniku goal għax-Xlukkjari. Koxni mill-fatt li r-rebħa kienet diġá assigurata, is-Saints naqsu ftit mir-rendiment tagħhom fit-tieni sessjoni fejn rebħuha bl-iskor ta' 3-1 bl-awturi tal-goals ikunu Ben Plumpton u Dino Zammit (2), waqt li Sebastian Busuttil wieġeb għax-Xlukkajri minn penalty. San Ġiljan komplew jiddominaw fit-tielet sessjoni u rebħuha bl-iskor ta' 6-2. Il-protagonisti kienu Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Kyle, Jake Bonavia, Ben Plumpton, Mattias Ortoleva u Matthew Zammit (2). Kyle Cremona u Sebastian Busuttil irrispondew għal Marsaxlokk. F'nofs din is-sessjoni is-Saints fallew penalty mogħti miż-żagħżugħ Dean Ciantar li ra lill-goalkeeper ta' Marsaxlokk, Benji Busuttil, isalva tajjeb. U biex jagħmluhom erbgħa minn erbgħa, San Ġiljan rebħu wkoll l-aħħar sessjoni, 5-1 b'gaols minn Jake Bonavia (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jadyn Portelli, Darren Zammit, Ben Plumpton u Dino Zammit. Kyle Cremona skorja l-goal waħdani għal Marsaxlokk. | [
15
] |
Salvatore Sirigu viċin li jingħaqad ma' Genoa Salvatore Sirigu jinsab f'negozjati ma' Genoa, hekk kif id-direttur tal-Grifone Vincenzo Marroccu kkonferma li l-goalkeeper ta' Torino jkun 'akkwist importnati għalihom.' Huwa għamel dehra qasira bħala sostitut fil-konfront kontra Wales waqt l-Euro 2020 u bosta sħabu faħħru l-influwenza tiegħu fid-dressing room. Madankollu, Torino diġà għamluha ċara li Sirigu m'għadux meħtieġ hekk kif jidher li Vanja Milinkovic-Savic se jkun utilizzat bħala l-goalkeeper titolari tal-Granata. Huwa probabbli li saħansitra jtemmu l-kuntratt tiegħu b'kunsens reċiproku, u jippermettu lill-player ta' 34 sena jiċċaqlaq bħala free agent. Genoa tidher li hija l-iktar destinazzjoni probabbli għal Sirigu, hekk kif irritornaw lil Mattia Perin lil Juventus wara l-perjodu ta' self tiegħu. In-negozjati bejn iż-żewġ naħat sejrin tajjeb u ftehim mistenni li jiġi konkluż il-ġimgħa d-dieħla biex iġib lill-ex goalkeeper ta' Cagliari u PSG, Sirigu, fi Stadio Luigi Ferraris. | [
15
] |
Youri Tielemans fir-radar ta' Liverpool Liverpool ingħataw spinta fl-isforzi tagħhom biex jiffirmaw sostitut simili għal Georginio Wijnaldum, hekk kif jinsabu f'negozjati biex jakkwistaw lil Youri Tielemans mingħand Leicester City. Wijnaldum ħalla Anfield bi free transfer fi tmiem ix-xahar li għadda, u ġiegħel lil Jurgen Klopp jidentifika alternattivi potenzjali. Liverpool kienu marbuta ma' numru ta' players differenti, inkluż John McGinn ta' Aston Villa u Renato Sanches ta' Lille. Madankollu, Youri Tielemans ta' Leicester City qed jinsisti għal trasferiment lejn Liverpool qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Iċ-champions tal-Premier League għall-istaġun 2019-20 ikollhom bżonn somma ta' £64 miljun biex jagħlqu ftehim għalih matul il-ġimgħat li ġejjin. Tielemans fadallu biss sentejn fil-kuntratt tiegħu, u effettivament iħalli lil Leicester f'pożizzjoni fejn ikollhom jikkunsidraw il-bejgħ tal-internazzjonali Belġjan jekk jixtiequ jirċievu l-prezz mitlub tagħhom. | [
15
] |
Roma f'negozjati ma' Manchester United għal Alex Telles Roma jinsabu f'negozjati ma' Manchester United għal Alex Telles, iżda jriduh biss b'self biex jimla l-post battal tal-imweġġa' Leonardo Spinazzola. Il-Brażiljan ta' 28 sena mhuwiex barrani fis-Serie A, għax diġà lagħab ma' Inter b'self mingħand Galatasaray fl-istaġun 2015-16. Huwa kompla jilgħab ma' FC Porto u Manchester United li xtrawh għal €15-il miljun f'Ottubru 2020. Madankollu, Telles ma bediex jiġi utilizzat b'mod regolari f'Old Trafford wara l-avvanzi li għamel Luke Shaw u ġie mħeġġeġ isib club ieħor dan is-sajf. Roma talbu li jakkwistaw lil Telles b'self, iżda Manchester United iridu biss trasferiment permanenti. Trasferiment b'self huwa dak kollu li jeħtieġu l-Giallorossi, peress li Spinazzola se jdum barra mill-azzjoni minn seba' sa disa' xhur minħabba li ċarrat l-Achilles tendon. Sal-injuru, Spinazzola kien fit-triq it-tajba biex jiġi nominat Player tat-Tournament għall-Italja fil-Euro 2020. Dan għalkemm xorta waħda ġie nominat fl-Aqwa Team tal-Euro 2020. | [
15
] |
Sbatax-il persuna mejta u oħrajn midruba wara li ġġarrfet lukanda fiċ-Ċina Ritratt: Getty Images Sbatax-il persuna mietu wara li ġġarrfet lukanda fil-belt ta' Suzhou li tinsab fiċ-Ċina. Wara 36 siegħa ta' operazzjonijiet ta' tfittxija, ħaddiema tas-salvataġġ sabu 23 persuna midfuna qalb it-terrapien. Sitt persuni nstabu ħajjin. Jingħad li l-bini għadda minn rinnovazzjonijiet frekwenti fl-aħħar snin. Resident qal li qabel il-bini kellu biss tliet sulari, iżda matul is-snin kienu qed iżidu aktar sulari. Fil-bidu kien maħsub li kien hemm 18-il persuna fil-lukanda fil-ħin li ġġarrfet, iżda wara ġie żvelat li kien hemm ħames persuni ġewwa li ma kinux irreġistrati. Mis-sitt persuni li nstabu ħajjin, intqal li ħamsa minnhom indarbu iżda kienu f'kundizzjoni stabbli. Fl-istess waqt kien hemm persuna waħda li ma sofriet l-ebda ġrieħi. | [
10
] |
Il-Papa Franġisku joħroġ mill-Isptar Il-Papa Franġisku rritorna fil-Vatikan, 11-il jum wara li għamel operazzjoni skedata fil-musrana. Dalgħodu huwa deher ħiereġ mill-Isptar f'Ruma fejn kien jinsab rikoverat. Qabel ma rritorna fil-Vatikan, il-Papa Franġisku waqaf jitlob fil-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma. Normalment huwa jagħmel dan fi tmiem kull vjaġġ biex jirringrazzja lill-Madonna. Il-Ħadd li għadda, il-Papa, li għandu 84 sena, għamel l-ewwel dehra pubblika tiegħu wara l-operazzjoni li għamel fl-4 ta' Lulju. Ilbieraħ, il-Vatikan ippubblika ħames ritratti li juru l-Papa waqt żjara li għamel fis-sala tat-tfal tal-onkoloġija. Huwa deher f'kundizzjoni tajba waqt li mexa mingħajr għajnuna tul il-kuridur tas-sala, fejn sellem lit-tfal, il-ġenituri u t-tobba. | [
10
] |
L-Istati Uniti ttemm gwerer "antiki" biex tikkonċentra fuq ir-Russja u ċ-Ċina minn Carmen Cachia L-Istati Uniti ħabbar li fix-xhur se jkomplu joħorġu lis-suldati Amerikani mill-Afganistan bil-għan li jkun jista' jikkonċentra aktar fuq theddid possibbli miċ-Ċina u r-Russja. Il-President Amerikan Joe Biden tkellem dwar din id-deċiżjoni fil-White House fi tmiem il-ġimgħa fejn sostna li ġlied ma' gruppi terroristiċi bħal Al-Qaeda u Daesh qegħdin jaħlu r-riżorsi militari Amerikani minn mindu seħħu l-attakki tal-11 ta' Settembru, 2001. Biden, li huwa l-President Amerikan il-ġdid wara Donald Trump, wiegħed li se jwaqqaf il-ġlied kontra t-terroriżmu fl-Afganistan fejn iddeskrivih bħala "ħela" u "taħwid". Il-kunflitti f'dan il-pajjiż u fl-Iraq wasslu biex jintbagħtu ħafna truppi f'art bla mexxejja mimlija vjolenza. Barra minnhekk l-Amerika tammetti li ma rnexxielhiex tegħleb l-għadu b'mod definittiv. Sal-2020 Trump neħħa xkiel burokratiku u beda l-proċess biex jinġiebu lura f'pajjiżhom l-eluf ta' suldati stazzjonati fi gwerer kontra t-terroriżmu. Huwa kien ħalla total ta' 2,500 suldati f'kull pajjiż sal-ġurnata li serva bħala President tal-Istati Uniti. Biden qabel mal-opinjoni ta' Trump u għaldaqstant ħabbar li sal-31 ta' Awissu li ġej, l-involviment tal-qawwa militari Amerikana fl-Afganistan se jintemm. "Se nwaqqfu l-itwal gwerra Amerikana. L-Istati Uniti ma jistax jibqa' b'politika ta' 20 sena ilu," spjega Biden. Huwa qal li l-attakki tan-9/11 tefgħu l-attenzjoni kollha tas-sigurtà nazzjonali Amerikana fuq il-Gwerra Kontra t-Terroriżmu. L-Istati Uniti u l-Gnus Magħquda nvadew l-Afganistan biex iniżżlu l-Gvern Taliban li kien qiegħed jipproteġi lil Al-Qaeda. F'dak iż-żmien il-President George W. Bush ħa l-okkażjoni biex jinvadi l-Iraq u jneħħi lil Saddam Hussein mill-poter bit-tama li jagħti żvolta ġdida lil-Lvant Nofsani u jnaqqas it-theddid mal-konfini. L-attakki tal-bidu kienu fil-maġġorparti tagħhom suċċess fejn Al-Qaeda tkissret u Saddam Hussein inqabad. Fiż-żewġ każijiet l-Istati Uniti baqgħet fit-territorji biex tipprova tgħin lill-pajjiżi jistabilizzaw ruħhom u ma jibqax ikun hemm riskju ta' aktar attakki terroristiċi. Mill-bidu tal-2013 imbagħad il-mexxejja tas-sigurtà Amerikani aċċennaw għall-fatt li l-President Ċiniż Xi Jinping beda jespandi b'mod agressiv il-forzi militari tiegħu. Iċ-Ċina bdiet ħidma biex tkun aktar b'saħħitha mill-Istati Uniti fejn bdiet tibni bażijiet fil-gżejjer fin-Nofsinhar tagħha, għamlet bażi oħa f'Djibouti u ppjanat bażijiet fl-Asja u l-Lvant Nofsani. Sadanittant, fl-2014, il-President Russu Vladimir Putin, bagħat il-forzi tiegħu fl-Ukranja u appoġġja l-attakki wkoll. Sentejn wara Moska għamlet kampanja biex tinfluwenza l-elezzjonijiet elettorali tal-Istati Uniti. Fl-istess perjodu, il-mexxej tal-Korea ta' Fuq, Kim Jong Un, beda proġett ambizzjuż biex jiżviluppa armi nukleari u missili li jistgħu jkunu ta' theddida għall-Istati Uniti. L-istrateġija nazzonali tas-sigurtà interna ta' Trump ikkonfermat dan fejn ingħad li, "iċ-Ċina u r-Russja huma ta' sfida għall-qawwa Amerikana. Dawn jinfluwenzaw u jheddu l-interessi f'tentattiv kontra s-sigurtà u l-prosperità fl-Istati Uniti". Ir-rapport jgħid ukoll li dawn il-pajjiżi huma determinati li jagħmlu l-ekonomiji inqas ġusti u liberi, li jsaħħu l-militar tagħhom, kif ukoll jikkontrollaw l-informazzjoni u d-data biex jopressaw lis-soċjetajiet u jkomplu jinfluwenzaw lil ħaddieħor. Huwa proprju għalhekk li l-Istati Uniti be ħsiebha tespandi l-qawwa navali tagħha, tibni armi u sottomarini ġodda, kif ukoll taġġorna l-armi nukleari tagħha. Ifisser ukoll li se tikkonsidra liċ-Ċina u lir-Russja bħala l-pajjiżi li għandha tikkonċentra fuqhom u dan kemm min-naħa tal-Pentagon, kif ukoll fil-ġirja kompettiva tal-ispazju u s-settur ċibernetiku. Għaldaqstant, minlok l-Afghanistan, l-Iraq u s-Sirja, l-attenzjoni tal-Amerikani issa se taqa' fuq l-Ukranja u Tajwan. | [
10
] |
Lionel Messi jiffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin ma' Barcelona iżda se jkollu tnaqqis fis-salarju Barcelona kkonfermaw l-aħbar li Lionel Messi ffirma kuntratt ġdid, b'rapporti fi Spanja jsostnu li issa hemm ftehim fil-prinċipju. Messi kien ilu player ħieles mill-bidu ta 'dan ix-xahar wara li skada l-kuntratt eżistenti tiegħu. Kien hemm spekulazzjoni kbira dwar il-futur tal-Arġentin, b'Manchester City u Paris Saint-Germain marbuta ma' trasferiment potenzjali. L-inkwiet finanzjarju ta' Barcelona kompla jżid ma' dawn l-ispekulazzjonijiet, bil-ġganti Katalani ma jkunux konformi mal-limitu tas-salarju ta' La Liga. Memphis Depay, Eric Garcia, Sergio Aguero u Emerson diġà ġew iffirmati dan is-sajf, iżda s'issa ma setgħux jiġu rreġistrati uffiċjalment minħabba l-kont tal-paga sostanzjali tagħhom. Huwa ssuġġerit li konferma uffiċjali hija imminenti u li l-burokrazija biss qed twaqqaf milli dan isir b'mod immedjat. Messi mhux probabbli li jilgħab il-ħames snin kollha tal-kuntratt tiegħu u minflok se jfittex lejn li jilgħab fl-MLS għall-istaġun 2023/24. Id-dewmien fil-ftehim ta' Messi jista' jkun ukoll minħabba l-impenji tiegħu fil-Copa America, bl-attakkant finalemnt jirbaħ unur maġġuri ma' pajjiżu wara li l-Arġentina għelbu lill-Brażil fil-finali tal-weekend li għadda. Laporta offra aġġornament promettenti lill-partitarji aktar kmieni din il-ġimgħa, wieħed li issa jidher li se jkun qed jiġi mmaterjalizzat. "It-tiġdid ta' Messi miexi b'mod adekwat," qal Laporta. "Il-Katalani kollha, Barcellona, u d-dinja kollha tal-futbol huma kuntenti għax Leo rebaħ il-Copa America. "Huwa eċċitanti ħafna li tara lill-aqwa player fl-istorja tal-football ferm kuntent bir-rebħ ta' titlu bħal dan u ġiegħelna lkoll nibku bil-ferħ. "Huwa kuntent ħafna, aħna lkoll kuntenti għal Leo li rnexxielu jirbaħ il-Copa America, flimkien ma 'sħabu, u li l-Arġentina huma għal darb'oħra mal-elite fid-dinja tal-football, u jien ukoll kuntent għal Sergio Aguero." | [
15
] |
UECL: Illum ikunu mpenjati Gzira U., Birkirkara u Mosta Minn Cristian Muscat G zira United jilqgħu lil UE Sant Julia ta' Andorra bl-objettiv ewlieni li jiksbu l-kwalifikazzjoni għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League. Il-konfront tal-ewwel leg, li ntlagħab f'Andorra La Vella, intemm fi draw ta' mingħajr goals u għal-daqstant it-team immexxi mill-coach, Darren Abdilla, għandu ċans tajjeb li javvanza għar-round li jmiss. Fl-imsemmija partita, il-goalkeeper Justin Haber, kellu prestazzjoni mill-aqwa meta salva dak kollu mitfugħ lejh. Barra minn hekk il-Maroons resqu wkoll viċin permess ta' Jefferson de Assis. Il-fatt li l-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium, Gzira jibdew favoriti li jirbħu din il-logħba … u jirrepetu s-suċċess ta' tliet snin ilu meta kisbu l-kwalifikazzjoni b'aggregate ta' 4-1 (2-0 u 2-1) … bil-goals tat-team Malti jaslu minn Amadou Samb (2), Jorge Pereira Da Silva u Edison Bilbao Zarate. Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet rigward din il-logħba tkellmu l-coach Darren Abdilla u l-captain Steve Borg. L-ewwel kelliem kien is-Sur Abdilla, li sostna li l-players tiegħu jinsabu ppreparati ferm għal dan il-konfront u jinsab fiduċjuż li huma tabilħaqq jistgħu jiksbu l-kwalifikazzjoni wara d-draw ta' mingħajr goals tal-ġimgħa li għaddiet, f'Andorra. Mistoqsi minn dan il-ġurnal fuq il-fatt li huma jibdew favorti li jagħmlu progress għar-round li jmiss, jistax jitfa' xi tip ta' pressjoni fuqhom, huwa wieġeb li jinsab konxju minn dan iżda afferma li l-Maroons se jkunu qed iżommu saqajhom mal-art għax fil-logħba tal-football kollox jista' jiġri, kif wara kollox ġara fl-ewwel leg fejn Gżira ma rnexxielhomx isibu x-xibka. Huwa qal li t-team minn Andorra huwa wieħed ferm fiżku u jibbaża ħafna fuq dan il-lat kif deher fl-ewwel leg. Il-coach Gżirjan tenna li kif deher mill-ewwel leg, dan huwa team li kapaċi jħabbat lill-Maroons u b'hekk appella li bl-ebda mod ma jridu jissottavalutawhom … anzi …. iridu juru rispett massimu lill-avversarji tal-lum. Huwa saħaq li din hija logħba importanti ħafna għall-club u waqt li kull logħba fiha storja, l-għan tagħhom huwa tabilħaqq dak li jiksbu l-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss, fejn jemmen bis-sħiħ li jistgħu jagħmlu dan. Huwa kkonferma wkoll li għandu l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, fejn l-uniku dubju huwa Maxuell Maia li sofra injury kemmxejn serja fejn saħansitra intilef minn sensih għal ftit minuti. Tkellem ukoll il-captain, Steve Borg, u meta mistoqsi minn dan il-ġurnal kemm l-esperjenza li huwa jippossjedi għandha tkun fundamentali għal dawn it-tip ta' partiti huwa qal li huwa wieħed minn bosta players fil-kamp Gżirjan li jippossjedu din l-esperjenza kemm lokali u anke dak internazzonali u għalhekk jinsab ċert li dan għandu jkun ta' għajnuna lill-players żgħażagħ. Huwa kkonkluda billi qal li iktar jemmen fil- kollettiv milli fuq bażi individwali. Il-partita se tintlagħab fit-8.00 pm. Ir-rebbieħ ta' dan il-konfront jiltaqa' kontra HNK Rijeka tal-Kroazja. Birkirkara jmorru San Marino kontra La Fiorita biex jiddefendu vantaġġ ta' 1-0 liema goal wasal minn Yannick Yankam. Fl-ewwel leg, Birkirkara ddominaw għal kollox iżda naqsu milli jirbħu bi skor akbar. Il-coach Andre Paus jittama li l-attakkanti, Federico Falcone u Luke Montebello, ikunu f'burdata aħjar minn dik preċedenti fejn kienu ħatjin li fallew bosta okkażjonijiet ta' skor. Barra minn hekk, il-goalkeeper Portugiż, Daniel Marcio Fernandes, u l-midfielder Brażiljan, Diego Venancio, ingħataw id-debutt. Il-Karkariżi m'għandhomx problema ta' players neqsin u mistennija jinżlu bl-aqwa formazzjoni. Min-naħa tagħhom, La Fiorita għandhom lil Marco Gasperoni nieqes minħabba li qed jirkupra minn injury. Ir-rebbieħ ta' dan il-konfront jilgħab kontra Olimpia Ljubljana tas-Slovenja. Mosta jaffrontaw lil Spartak Trnava tas-Slovakkja fejn jieħdu magħhom vantaġġ ta' 3-2. Bla dubju, dan ir-riżultat kien wieħed storiku għall-Mostin hekk kif għamlu d-debutt tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej. It-team immexxi minn Joe Grech ħasad lill-avversarji tiegħu hekk kif f'temp ta' nofs siegħa skorja tliet darbiet permezz ta' Christ Evo Ememe, Clayton Failla (pen) u Johnson Kalu Nsumoh. Iżda minkejja kollox, l-avversarji naqqsu l-marġni tal-iskor minn Filip Twardzik u Martin Mikovic biex baqgħu jittamaw għall-kwalifikazzjoni. Il-fatt li Spartak se jkunu qed jilagħbu f'darhom jagħmel din il-partita aktar diffiċli għall-Mostin. Biex il-Maltin jiġu eliminati, iridu jitilfu b'distakk ta' żewġ goals hekk kif ir-regola tal-goal away m'għadhiex fis-seħħ. Konxju mill-fatt li l-avversarji se joħorġu għall-goal, il-coach Grech mistenni jilgħab b'sistema difensiva u jopera aktar bil-kontrattakk fejn minn dak li rajna Ememe u Nsumoh jafu jkunu ferm perikolużi. Ir-rebbieħ ta' dan il-konfront jilgħab kontra Sepsi OSK Sfantu Gheorghe tar-Rumanija. | [
15
] |
Open Water Swimming – Luca Vella u Sarah Demicoli rebbieħa tat-tielet tellieqa Luca Vella u Sarah Demicoli reġgħu ħarġu rebbieħa tal-kategoriji rispettivi tagħhom fit-tielet tellieqa tal-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming. It-tellieqa ta'żewġ kilometri reġgħet saret f'Salina fost protokolli stretti ta' Covid-19. Vella u Demicoli prattikament għamu flimkien għall-parti l-kbira tat-tellieqa, b'Vella joħloq distakk żgħir bejnu u Demicoli fl-aħħar ftit metri. Vella temm it-tellieqa f'26 minuta 8 sekondi filwaqt li Demicoli spiċċat ħdax-il sekonda warajh. Il-ħin ta'26:19 kien l-aħjar ħin ta' Demicoli f'dan il-kampjonat. Fil-kategorija tal-irġiel, żewġ persuni ġodda ħadu l-unuri fit-tieni u t-tielet post. Caine Schembri u Alistair Cook temmew it-tellieqa f'26 minuta 59 sekonda u 28 minuta 37 sekonda rispettivament. Fil-kategorija tan-nisa, Maya Schembri Rodgers kompliet bil-prestazzjoni konsistenti tagħha u reġgħet kisbet it-tieni post. Il-ħin ta 'Schembri Rodgers ta' 27 minuta 40 sekonda kien l-aħjar ħin s'issa dan l-istaġun. Fit-tielet post spiċċat Nirvana Micallef li spiċċat fi 28 minuta 16 sekonda. Ir-raba tellieqa ta' 2 kilometri tal-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming se ssir nhar l-Erbgħa 21 ta'Lulju fis-sitta ta' filgħaxija. Il-Formoli tar-Reġistrazzjoni jistgħu jinstabu online – https://bkarastjoseph.com/index.php?id=14 | [
15
] |
Il-pulizija Awstraljana b'appell mill-ġdid biex jinstab il-katavru ta' Peter Falconio Il-Pulizija Awstraljana reġgħet mill-ġdid ħarġet appell għall-għajnuna biex jinstabu l-fdalijiet ta' Peter Falconio, backpacker Britanniku li kien inqatel 20 sena ilu. Ir-raġel ta' 28 sena kien inqatel b'tir t'arma tan-nar meta hu u s-sieħba tiegħu Joanne Lees kienu ġew attakkati għal għarrieda f'Alice Springs lura fl-2001. Il-katavru tiegħu qatt ma nstab. Fl-2005, l-Awstraljan Bradley Murdoch kien instab ħati tal-qtil iżda minkejja t-talbiet kontinwi, hu baqa' jirrifjuta li jgħid lill-awtoritajiet fejn jinsab il-katavru ta' Falconio. Fl-20 anniversarju minn meta seħħ dan l-omiċidju, il-pulizija f'Northern Territory reġgħu appellaw lill-pubbliku biex min għandu informazzjoni jgħaddiha lill-pulizija. Murdoch kien ingħata sentenza ta' 28 sena ħabs wara li nstab ħati li qatel lil Falconio u weġġa' lil Lees. Wara li Murdoch qatel lil Falconio huwa rabat lil Lees, iżda din irnexxielha taħrab u staħbiet għal ħames sigħat fl-arbuxelli waqt li l-qattiel kompla jfittixha permezz ta' kelb. Hi finalment irnexxielha taħrab wara li xufier ta' trakk li nzerta għaddej minn triq fil-viċin taha lift. L-attakk fuq din il-koppja Britannika huwa wieħed mill-iktar każijiet ta' portata kbira ġewwa l-Awstralja. | [
10
] |
"Ninsabu fl-istadju bikri tat-tielet mewġa" Twissija mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa Miktub minn Carmen Cachia Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), Tedros Adhanom Ghebreyesus, ħareġ bi twissija hekk kif il-virus tal-Covid-19 kompla jevolvi b'konsegwenza ta' varjanti li jinxterdu aktar malajr. Huwa qal li d-dinja għandha toqgħod attenta għax ninsabu fl-istadju bikri tat-tielet mewġa tal-pademija hekk kif il-każijiet ġodda ta' infezzjonijiet bdew jiżdiedu minħabba l-varjant Delta. "Sfortunatament… deħlin għat-tielet mewġa," stqarr Tedros. Huwa qal li dan qiegħed iseħħ minħabbba li l-imxija tal-varjant ġdid Delta flimkien ma' żieda fl-attivitajiet soċjali u inkonsistenza fil-miżuri tas-saħħa pubblika. Sostna li dawn iż-żewġ elementi qegħdin iwasslu għal żieda fl-infezzjonijiet u mwiet. Il-ġimgħa l-oħra kienet ir-raba' ġimgħa konsekuttiva ta' żieda fil-każijiet ta' Covid-19 madwar id-dinja kollha. L-imwiet huma rrapportati li żdiedu wkoll wara li kien hemm 10 ġimgħat ta' tnaqqis konsistenti fin-numru tal-fatalitajiet. Tedros qal li, "il-varjant Delta issa daħal f'aktar minn 111 pajjiżi u jekk mhux diġà l-każ, qegħdin naħsbu li fiż-żmien li ġej, dan se l-aktar dominati". It-tixrid tal-varjant Delta, wieħed mill-aktar li qiegħed iwassal għal żieda drammatika ta' infezzjonijiet bħalissa, qiegħed ikun iffaċilitat aktar minħabba li n-nies qegħdin jitħalltu u jiċċaqilqu aktar. Barra minnhekk jingħad li l-miżuri soċjali u tas-saħħa pubblika m'humiex ikunu mħarsa u mobdija sew. Fl-aħħar stqarrija tagħha, id-WHO fakkret kif f'dawn ix-xhur li għaddew il-pandemija, grazzi għall-programmi ta' tilqim fuq skala nazzjonali, kienet naqset. Issa, minħabba l-aħħar żviluppi tal-varjant Delta, din l-organizzazzjoni qiegħda twissi biex noqogħdu attenti. Fil-messaġġ tiegħu Tedros aċċenna għall-fatt li hemm diskrepanzi kbar fejn tidħol aċċessibbiltà għat-tilqima kontra l-Covid-19, bil-pajjiżi sinjuri l-aktar li xtraw dożi mentri l-fqar baqgħu mingħajr din il-protezzjoni, kif ukoll nuqqas ta' għodda u aċċessibbiltà għal servizzi tas-saħħa. Huwa fakkar fl-appell li kienet għamlet id-WHO li fih kellu jsir mill-aħjar biex kull pajjiż ilaqqam mill-inqas 10% tal-popolazzjoni sa Settembru li ġej; mill-inqas 40% sal-aħħar tal-2021; u mill-inqas 70% sa nofs is-sena 2022. Id-Direttur tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa enfasizza li t-tilqim m'huwiex se jwaqqaf il-pandemija u talab lill-pajjiżi biex jippersistu b'approċċ konsistenti u applikabbli għalihom. Huwa temm jgħid li, "ħafna pajjiżi madwar id-dinja wrew li l-virus jista' jitwaqqaf u jkun ikkontrollat bil-miżuri ta' prevenzjoni". | [
10
] |
Il-Papa Franġisku deher fil-pubbliku għall-ewwel darba mindu għadda minn operazzjoni f'imsarnu daqs ġimgħa ilu. Il-Kap tal-Kattoliċi ħareġ fil-gallarija tal-Isptar Gemelli ta' Ruma biex jagħmel it-talba ta' kull ġimgħa quddiem mijiet tad-devoti miġburin quddiem il-kumpless u fejn irringrazzjahom għall-appoġġ u t-talb tagħhom biex l-operazzjoni tirnexxi. Kelliema għall-Vatikan qalu li l-Papa qed jirkupra sew mill-effetti tal-kirirġija li saritlu fl-4 ta' Lulju. Intant, il-Papa, qal li l-kellu l-opportunità biex isir jaf dwar l-importanza ta' servizz tas-saħħa li hu aċċessibbli għal kulħadd fl-Italja u f'pajjiżi oħra. Hu, fl-istess ħin, estenda s-sens ta' apprezzament tiegħu lill-ħaddiema kollha tal-isptarijiet u ta' oqsma oħrajn għall-kura ta-saħħa. | [
10
] |
Il-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Ewropa qed jerġgħu jimponu restrizzjonijiet għall-poplu fost tħassib dwar l-ispinta 'veloċi' fl-infezzjonijiet bil-varjant 'Delta' tal-Covid-19. Minkejja li l-imwiet u s-sitwazzjonijiet fejn in-nies jeħtieġu kura l-isptar huma baxxi madwar l-Ewropa, il-Gvernijiet tal-Istati huma xorta ansjużi dwar l-iżviluppi filwaqt li determinati biex ma jissugrawx is-saħħa ta' nieshom. Pajjiżi bħal Spanja, il-Portugall, il-Greċja u Ċipru (li kienu fost l-ewwel li fetħu mill-ġdid wara l-perjodi tal-lockdown) huma fost l-Istati li qed jissikkaw ir-restrizzjonijiet. Dan waqt li Franza wissiet liċ-ċittadini biex ma jqattgħux il-btajjel tas-sajf fi Spanja u l-Portugall, u bil-Ġermanja żżid lil Ċipru mal-lista ta' destinazzjonijiet 'b'inċidenza preokkupanti tal-virus' – li jfisser li turisti Ġermaniżi li ma ħadux it-tilqima sħiħa jridu jiżolaw ruħhom mar-ritorn f'pajjiżhom. Il-biża' ewlenija madwar l-Ewropa hi l-pajjiżi jkollhom jiffaċċjaw 'mewġa kbira tal-varjanti'. Dan waqt li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet li l-Unjoni Ewropea rrealizzat l-impenn biex twassal biżżejjed vaċċini għal kontra l-Covid 'biex ikopru mas-70 fil-mija tal-popolazzjoni adulta.' Iżda von der Leyen għamlitha ċara li ħadd ma jista' iserraħ rasu mis-sitwazzjoni meta l-varjant 'Delta' qed jagħmel tajjeb għal aktar minn 40 fil-mija fost il-każi tal-Covid fi Franza u għal 70 fil-mija tal-każi fil Portugall. Dan meta l-UE għandha tkompli tissupplixxi l-vaċċini 'anki għal kontra l-varjanti ġodda tal-virus'. L-inċidenza tal-varjant fi Spanja issa telgħet għall-ekwivalenti ta' 215 każ għal kull 100,000 persuna. Filwaqt li l-ekonomija ta' Spanja tiddependi ferm mit-turiżmu, dan il-pajjiż qed jagħmel li jista' biex iżomm il-bilanċ bejn it-turiżmu u l-mezzi li jevitaw trasmissjoni tal-virus.Madankollu, il-Ġermanja, issa, iddeċidiet xorta li tiddikjara l-pajjiż kollu ta' Spanja bħala ' COVID risk zone' b'dan għandu jaffettwa sew l-ammonti tat-turisti lejn dan il-pajjiż. F'Ċipru, li rreġistrat l-ogħla inċidenxa ta' każi tal-Covid fl-Ewropa fuq perjodu ta' 14-il jum, in-nies iridu juru l-provi li ħadu t-tilqima inkella test negattiv għal ħarġa saċ-ċinema jew it-teatru. Intant, l-inċidenza tal-virus fil-Greċja ma tidhirx għolja bħal ta' Ċipru, iżda qed ikunu imposti restrizzjonijiet fuq ir-ristoranti, il-bars u n-nightclubs – fejn minn issa, l-istabbilimenti jridu jkollhom biss kapaċità għan-nies li jibqgħu bil-qiegħda madwar l-imwejjed. Anki fi Franza, il-Gvern wissa li raba' mewġa tal-virus ikkaġunat mill-varjant 'Delta' kapaċi jipperikola l-istaġun tas-sajf għal kulħadd – iżda mexxejja tal-G20 ( l-aktar pajjiżi industrijalizzati fid-dinja) tkellmu kontra r-reimpożizzjoni tar-restrizzjonijiet fost kummenti li d-dinja għandha żżomm lura milli 'tillimita l-ħajja tan-nies' bħala mezz biex tikkumbatti din il-pandemija. | [
10
] |
Espressjonijiet ta' interess sottomessi minn Progress Press għal għotja ta' flus mill-Malta Enterprise ma inkludew l-ebda referenza għal oġġetti tal-konsum, il-Qorti semgħet. Il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Keith Schembri u l-ko-akkużati tiegħu kompliet bix-xhieda mismugħa tal-eks president tal-Malta Enterprise Mario Vella. il-kumpilazzjoni ta' evidenza minbarra Keith Schembri, hija kontra missieru Alfio Schembri, Malcolm Scerri u Robert Zammit mill-kumpanija Kasco. Huma jinsabu akkużati b'korruzzjoni, ħasil ta' flus u frodi fost l-oħrajn. Vella ddeskriva lill-Qorti ż-żewġ talbiet għal għajnuna għall-investiment imressqa minn Progress Press. Għall-ewwel talba, il-Malta Enterprise wieġbet li tkun tista' toffri krediti ta' taxxa u sussidji. Madankollu, xahrejn wara, Progress Press qalet li riedet tiffinanzja l-proġett billi tuża fondi interni, minflok ma tieħu self. "Il-kumpanija talbet li żżid l-ammont, minflok is-sussidji," qal Vella fil-Qorti. Meta mistoqsi jekk il-konsumabbli kinux koperti mill-għotja, huwa wieġeb le, u enfasizza li l-iżborż tal-fondi huwa rregolat minn linji gwida stretti li ma jippermettux dan. Fil-fatt, Vella qal li l-Malta Enterprise kienet iltaqgħet ma 'rappreżentanti tal-kumpaniji minn Progress Press biex tispjega li l-għotja ma tista' qatt tkopri l-ebda spejjeż operattivi, inklużi l-konsumabbli. F'seduta preċedenti, il-qorti kienet semgħet li l-impjegati fil-Malta Enterprise kienu saru jafu li l-oġġetti tal-konsum kienu fil-proposta kummerċjali oriġinali biss wara kopertura riċenti tal-każ mill-midja. Il-Malta Enterprise kellha 'tistira l-immaġinazzjoni tagħha' biex tapprova l-finanzjament tal-Progress Press, qalet il-Qorti Waqt il-kontro-eżami ta' Vella, l-avukat Mark Vassallo tah waħda miż-żewġ ittri ta' intenzjoni u staqsa kemm ġie eventwalment approvat mill-Malta Enterprise. Vella wieġeb li l-ammont massimu li għandu jingħata kien ta' €1.6 miljun, kif indikat fl-ittra. Xehed ukoll Adam Vella, kontrollur finanzjarju għal Allied Group. Huwa ġie ppreżentat b'diversi dokumenti, l-emails kollha li kien bagħat, li kienu jittrattaw għotjiet mill-Malta Enterprise. Wara li beda jaħdem ma' Allied Group fl-2016, huwa qal li ħafna mill-għotja kienet diġà rċevietha fiż-żmien li ħa l-pożizzjoni fil-kumpanija. Huwa żied li ma setax jikkummenta dwar l-aspett tal-konsumabbli tal-għotja, peress li ma kienx involut mal-kumpanija meta din il-kwistjoni ġiet immarkata għall-ewwel darba. Diversi kuntistabbli tal-Pulizija xehdu matul is-seduta, u kollha ddeskrivew it-tfittxijiet li saru kontra l-akkużat meta ġew arrestati għall-ewwel darba. Is-Supretendent Frank Tabone semma li waqt dawn it-tfittxijiet inqabdu numru ta' telefowns ċellulari. Is-seduta li jmiss ġiet skedata għall-15 ta' Novembru fid-9:30 am. Ikkummenta //= $special ?> | [
0
] |
L-awtoritajiet f'dan il-pajjiż bagħtu lill-militar biex jikkontrolla sensiela ta' irvellijiet li żbruffaw f'diversi bnadi wara s-sentenza ta' ħabs li ngħat lill-eks President tal-Afrika t'Isfel, Jacob Zuma. Il-folol li ħarġu fit-toroq vandalizzaw il-ħwienet u serqu varjetà ta' oġġetti filwaqt li taw in-nar lill-bini – anki waqt li Jacob Zuma kien qed jikkuntesta s-sentenza tiegħu fl-ogħla qorti tal-pajjiż. Fiż-żmien kollu li ilhom għaddejjin l-irvellijiet ( li żbruffaw il-ġimgħa l-oħra) tilfu ħajjithom numru ta' nies, bil-pulizija jwettqu għexieren ta' arresti. Jacob Zuma, li għandu 79 sena, instab ħati dwar disprezz tal-qorti wara li naqas milli jattendi għal inkjesta dwar il-korruzzjoni li twettqet meta hu kien għadu l-mexxej tal-Afrika t'Isfel. L-eks President – li qed jiċħad kategorikament għal kull konnessjoni mal-korruzzjoni – ċeda lill-pulizija ġimgħa ilu biex jibda jiskonta s-sentenza ta' 15-il xahar priġunerija. Hu, issa, qed jittama li l-ogħla qorti (kostituzzjonali ) tasal biex tirtira jew almenu tnaqqaslu s-sentenza waqt is-smigħ partikulari. Madankollu, l-esperti legali qablu li ċ-ċansijiet għal dan huma 'żgħar u remoti'. Sadanittant, il-każ ta' Zuma xprunat drama legali bla preċedent fl-Afrika t'Isfel peress li din hi l-ewwel darba li eks President tal-pajjiż qatt spiċċa l-ħabs. | [
10
] |
It-tliet plejers Ingliżi li fallew il-penalty fil-finali ta' lbieraħ, Marcus Rashford, Jadon Sancho u Bukayo Saka kienu vittmi ta' kummenti razzjali fuq il-media soċjali wara l-partita. Sadanittant l-FA Ingliża ikkundanat dawn l-kummenti razzjali fil-konfront tal-plejers Ingliżi, b'bosta oħrajn jingħaqdu magħhom u jikkundannaw dawn l-attakki fuq il-plejers żgħażagħ Ingliżi. Kemm it-tim nazzjonali Ingliż kif ukoll it-tim ta' Arsenal, li magħhom jilgħab Bukayo Saka, ħarġu stqarrijiet fejn ikkundannaw r-razzismu filwaqt li offrew l-appoġġ tagħhom lill-plejers involuti. | [
15
] |
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius appella biex l-investiment isir f'assistenza personali lill-persuni b'diżabbiltà u mhux fi proġetti li jmorru kontra l-kunċett tal-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà. Fil-parlament David Agius qal li l-Gvern irid jisma' l-pożizzjoni u l-appelli tal-ġenituri tat-tfal b'diżabbiltà u biex il-Gvern jagħti l-kunsiderazzjoni massima. Hu sostna li l-Gvern qed isib il-fondi neċessarji għal diversi kategoriji iżda mhux għat-tfal b'diżabbiltà intellettwali. David Agius qal li għandu jitneħħa l-għamad politiku u ssir koordinata flimkien; għalhekk il-Gvern għandu jikkonsulta. Hu qal li l-Gvern għandu jispeċifika x'se jagħmel bi €32 miljun biex isir ċentru ta' diżabbiltà li jmur kontra l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-PN qed jipproponi li dawn il-fondi jintużaw biex ikun hemm integrazzjoni fis-soċjetà u jkun offrut servizz ta' assistenza perosnali. Hu semma' l-Iskola San Miguel u qal li l-Gvern qed jipproponi skola f'nofs żona industrijali ta' Bulebel. Dan mhux dak li jridu dawn il-persuni, sostna David Aquis li appella biex ikun hawn lista waħda għall-persuni b'diżabbiltà. Jeħtieġ li jkun imtejjeb iċ-Ċentru għal Matul il-Jum fl-Imtarfa b'investiment ta' €7 miljuni iżda l-kunċett m'għandux ikun li dawn il-persuni jitħallew f'daqqa. Il-Gvern għandu jikkunsidra x'tip ta' ċentri għandu bżonn fejn il-prijorità għandha tkun assistenza personali fil-komunità. Hu appella biex għall-Ispecial Olympics li se jsiru f'Malta jkun hemm il-faċilitajiet neċessarji biex din tkun suċċess. Il-Gvern qed jinvesti €10 miljuni għall-persuni li jbatu mis- cystic fibrosis iżda għandu jsir investiment ukoll għall-persuni li jkunu qed jitilfu d-dawl u li għalihom hemm soluzzjoni. Hu tkellem dwar diversi kundizzjonijiet oħra li l-Gvern m'għandux informazzjoni u studji dwarhom inkluż nuqqas ta' statistika. David Agius tkellem ukoll il-klassijiet speċjalizzati fl-iskejjel li m'humiex qed jintużaw għall-iskopijiet tagħhom. Hu kkritika l-fatt li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà hi taħt ministeru meta din għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal- Ispeaker , bħall- Ombudsman u l-Awdituri Ġenerali. Jeħtieġ li d-Dar tal-Providenza, il-Malta Community Chest Fund u entitajiet oħra ma jibqgħux tallaba, sostna David Agius. | [
12
] |
Il-goalkeeper Gianluigi Donnarumma rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tat-tournament wara li kien protagonist għall-Italja fis-semi finali u fil-finali, fl-għoti tal-penalties. Donnarumma sofra wkoll 4 gowls matul il-Euro 2020 fejn fil-fażi tal-gruppi ma sofra l-ebda gowl. Donnarumma salva il-penalty ta' Alvaro Morata fis-semi finali, biex fil-finali kien l-eroj tat-tim Taljan hekk kif bis-saves fuq il-penalties ta' Jadon Sancho u Bukayo Saka, ta r-rebħa lil Italja fil-Kampjonati Ewropej għat-tieni darba fl-istorja tagħhom. | [
15
] |
It-tiratriċi Eleanor Bezzina u l-għawwiem Andrew Chetcuti se jġorru l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq fl-Olimpjadi ta' Tokyo. Filwaqt li Bezzina ikkompetiet fl-edizzjoni tal-2016 f'Rio, Chetcuti ikkompeta darbtejn fl-2012 f'Londra kif ukoll f'Rio fl-2016. Minħabba d-diversi restrizzjonijiet fil-Ġappun marbuta mal-Covid 19 il-kontinġent Malti se jkollu jivvjaġġa fi ġranet differenti hekk kif l-atleti se jitħallew jidħlu fil-vilaġġ Olimpiku ħames t'ijiem qabel jibda l-Logħob Olimpiku. L-ewwel atleta li se tirrappreżenta lil Malta se tkun l-għawwiema Sasha Gatt li se tieħu sehem fil-heats tal-400 metru freestyle. MIn-naħa l-oħra Carla Scicluna se tkun l-aħħar atleta li se tirrappreżenta 'l pajjiżna hekk kif se tikkompeti fl-atletika fil-100 metru fit-30 ta' Lulju. Il-kontingent Malti se jkun magħmul minn sitt atleti; it-tiratriċi Eleonor Bezzina, l-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt, Carla Scicluna fl-atletika, Yazmin Zammit Stevens fil-Weightlifting u Matthew Abela fil-Badminton. It-tim Malti se jkun immexxi mi - chief de mission Lucienne Attard, filwaqt li l-atleti se jkun assistiti mill-uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti, Ivan Balzan, Maria Vella-Galea, Dr.Kirill Micallef Stafrace u l-fiżjoterapista Milos Stanisavljevic. Il-laqgħa li fiha ġew preżentati d-dettalji dwar il-kontinġent Malti f'Tokyo, ġiet indirizzata wkoll mill-president tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello, is-segretarju ġenerali Joe Cassar, mid-direttur sportiv Ivan Balzan kif ukoll miċ-chef de mission Lucienne Attard. | [
15
] |
Aktar kmieni dalgħodu, il-Papa Franġisku li għandu 84 sena, deher jitlaq mill-Isptar Gemelli f'Ruma. Dan wara l-intervent mediku li sarlu fil-musrana l-kbira aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn dam madwar tliet siegħat. Din kienet l-ewwel darba li l-Papa ddaħħal l-isptar minn meta sar Papa fl-2013. | [
10
] |
Il-Kampjonat Nazzjonali tat-Trail tat-Time organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu li sar riċentament fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta' Champion għat-tielet sena konsekuttiva, filwaqt li Marie Claire Aquilina spiċċat ic-champion Feminili. Din is-sena 2021, minħabba l-problemi li ħolqot il-Pandemija u biex titħares saħħiet iċ-ċiklisti u l-membri, dan il-Kampjonat bħas-sena l-oħra sar fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex b'hekk setgħu joħorġu c-champions nazzjonali. It-tiġrija deċisiva tal-Kampjonat Time Trail saret nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju 2021 fuq iċ-ċirkwit tal-Mrieħel fejn iċ-ċiklisti għamlu 8 dawriet għal distanza ta' 23km. It-tluq sar biċ-ċiklisti kollha telqu waħedhom mingħajr ħadd ma żammhom. Qabel bdew it-tiġrijiet saret minuta silenzju b'rispett lejn Pawlu Attard magħruf bħala 'ċ-Ċinelli' li miet nhar id-29 ta' Ġunju fl-għomor ta' 87 sena. Attard kien persuna sinonima maċ-ċikliżmu lokali fejn kif jafuh bosta kien bniedem ta' qalb tad-deheb u li ħabb iċ- ċikliżmu sa minn eta' żgħira. Ħafna ċiċlisti jafuh bħala l-persuna ċajtiera li kien iżommhom minn wara tar-rota qabel bosta tiġrijiet tat-Time Trial. Minkejja din l-eta' kbira, hu kien baqa' attiv bir-rota xi ħaġa li kienet tiġbed l-ammirazzjoni ta' bosta u għalhekk iċ-ċikliżmu lokali tilef parti ferm importanti minnu. Etienne Bonello (Team Greens CC) baqa' bħala Champion tat-Time Trial meta spiċċa l-ewwel f'ħin ta' 29:05.41. Għalih dan kien it-13 il-titlu Nazzjonjali tat-Time Trial. Huwa reġa kien segwit minn sieħbu Clive Ebejer (29:11.75), waqt li fit-tielet post daħal Mark Bonnici ta' Agones SFC (29:20.49). Fil-kategorija Feminili, dominju assolut minn ċiklisti tat-Team Greens fejn Marie Claire Aquilina pattiet għat-telfa tas-sena l-oħra meta spiċċat l-ewwel f'ħin ta' 31:53.58. Għaliha dan kien il-ħames titlu Nazzjoni tat-Time trial. Warajha spiċċaw rispettivament sħabha tal-istess tim, Danica Bonello Spiteri (33:09.16) u Michelle Vella Wood (33:38.85). The Cyclist marru l-aħjar fil-Kategorija tal-Masters 40+ fejn hawn ħareġ rebbieħ Antoine Sultana f'ħin ta' 29:15.82. Fit-tieni post spiċċa sieħbu Nicholas Schembri (30:12.46) u t-tielet spiċċa Justin Gauci ta' Mosta AF Sign Studio CC (30:45.08). Fil-Kategorija Masters 50+, fl-ewwel tliet postijiet spiċċaw ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC f'din l-ordni: Kevin Muscat (31:40.94), Nicky Farrugia (32:51.52) u Emmanuel Camilleri (38:05.45). Il-kategorija ta' taħt it-23 sena ntrebħet minn Luke Borg ta' The Cyclist li spiċċa l-ewwel f'ħin ta' 29:18.36. Warajh spiċċaw Kurt Muscat ta' Mosta AF Sign Studio CC f'ħin ta' 30:20.51 u Brandon Sultana ta' Gozo CC (30:30.34). Daniel Schembri ta' Mosta AF Sign Studio ġie inkurunat bħala Juniors champion meta spiċċa l-ewwel f'ħin ta' 31:10.02 quddiem Darren Sultana ta' Gozo CC (33:19.44). – Pia Zammit ta' B'Kara St Joseph SC rebħet il-Kategorija Feminili tal-Under 18 meta spiċċat it-tiġrija tagħha f'ħin ta' 35:11.43. Warajha spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta' The Cyclist, Kristina Spiteri (35:40.24) u Veronique Pace Asciak (39:26.99). Ċiklista ieħor ta' The Cyclist, Ryan Gatt kien l-uniku ċiklista li ħa sehem fil-Kategorija Maskili tal-Under 14 fejn temm l-erba' laps tiegħu f'ħin ta' 17:17.15. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tifraħ lir-rebbieħa, filwaqt li tirringrazzja liċ-ċiklisti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom u lill-uffiċjali tal-klabb għall-koperazzjoni kollha tagħhom, kif ukoll ARRTS Timing System u lill-uffiċjali tal-LESA. | [
15
] |
L-attakkant ta' Manchester United Marcus Rashford mistenni jitlef l-ewwel xahrejn tal-istaġun il-ġdid hekk kif se jkun operat fi spalltu. Rashford mistenni jibqa' barra mill-azzjoni sal-aħħar ta' Ottubru. L-attakkant ta' 23 sena sofra din l-injury fl-aħħar nofs tal-istaġun li għadda u kienet ittieħdet id-deċiżjoni li ma jkunx operat. Jidher li l-professur li mistenni jopera lil Rashford mhux se jkun jista' jagħmel dan qabel l-aħħar ta' Lulju u b'hekk Rashfrod se jkun qed jitlef parti mill-istaġun il-ġdid. Matul l-istaġun li għadda Rashford skorja 11-il gowl f'37 partita iżda naqas milli jħalli mpatt fl-Euro 2020. | [
15
] |
Fil-Ġermanja, tal-anqas sitt persuni tilfu ħajjithom filwaqt li bosta oħrajn għadhom nieqsa wara li ġġarfu għadd ta' djar. L-inċident traġiku seħħ f'Ahrweiler wara li xita qalila kkawżat għargħar kbar. Madwar 25 dar oħra fid-distrett ta' Schuld bei Adenau jinsabu fi stat perikoluż u qed jissugraw li jċedu ukoll. Rapporti qed jiddeskrivu s-sitwazzjoni bħala perikoluża ħafna. Kelliema għad-distrett qal li familja ta' ħamsa min-nies inqabdu fi propjetà mdawra kompetament bl-ilmijiet għolja, u kienet għaddejja operazzjoni sabiex jinħarġu b'mod sigur. Bosta familji ġew evakwati minn djar li jinsabu qrib ix-xmara Ahr. | [
10
] |
Fl-ewwel jum tas-seba edizzjoni tat-Time Trials li saru l-Erbgħa, inkisbu żewġ rekords. Dylan Cachia għum l-400m Freestyle f'ħin ta' 4: 00.17. Dan il-ħin kiser ir-rekord p preċedenti b'ħin ta'4: 05.19 minn Diċembru li għadda minn Cachia stess. Minn naħa l-oħra Matthew Satariano li għum fil-100m freestyle, kiseb rekord tal-Age Group B b'ħin ta' 58.24. Il-ħin preċedenti ta'58.84 kien inkiseb minn Kyle Buhagiar fil-Gzira f'Lulju 2014. It-Time Trials ikomplu llum, 15 ta' Lulju mis-1800hrs. | [
15
] |
Bernard Polidano Il-Maltin illum ħarġu bi ħġarhom, ipaqpqu l-ħornijiet u jgħajtu fit-toroq, qabel il-logħba mistennija b'tant ħerqa tal-finali tal-Euro 2020 illejla, bejn l-Italja u l-Ingilterra. Minkejja li Malta mhijiex parti minn din il-logħba, il-poplu Malti huwa akkanit ħafna ta' dawn iż-żewġ timijiet, għalhekk mhix ta' sorpriża li l-Maltin qed jieħdu din il-logħba b'daqshekk serjetà. Minħabba l-folol kbar ta' nies li mistennija joħorġu llejla, il-Pulizija ħabbret li se żżid il-preżenza tagħha fil-postijiet fejn x'aktarx jinġabru n-nies. Dan partikolarment sabiex tara li jitħarsu l-miżuri tal-Covid-19. Bernard Polidano Għall-Ingliżi din hija t-tieni finali f'kompetizzjoni maġġuri tal-futbol, wara li fl-1966 kienu finalisti tat-Tazza tad-Dinja u rebħuha. Għalhekk wieħed jistaqsi, x'se jiġri fl-Ingilterra jekk it-tim Ingliż jirbaħ l-ewwel trofew tiegħu f'55 sena? Xi skejjel Ingliżi avżaw li se jħallu lit-tfal imorru għall-iskola tard, filwaqt li diversi persuni qed jappellaw lill-Gvern Ingliż, biex jekk din tkun rebħa, id-data tal-11 ta' Lulju ssir festa pubblika. Aqra aktar X'jiġri jekk l-Ingliżi jirbħu l-EURO 2020? Int ma' min se żżomm? | [
15
] |
Bernard Polidano Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, ivvjaġġa lejn Londra mill-Brażil, li jinsab fil-lista internazzjonali l-ħamra minħabba l-kundizzjonijiet gravi b'rabta mal-Covid-19, mingħajr ma għamel kwarantina. Infantino kien f'Rio de Janeiro jsegwi lil Lionel Messi jirċievi l-ewwel unur internazzjonali kbir wara li l-Arġentina rebħu lill-Brażil fil-Copa America. Il-Brażil għandu t-tieni l-ogħla rata ta' mewt mill-Covid-19 fid-dinja. Fl-Istati Uniti biss hemm iktar imwiet. Madankollu, ix-xahar li għadda tħabbar li VIPs tal-futbol jistgħu jmorru l-Ingilterra mingħajr ma jagħmlu kwarantina. Dan sar bħala parti minn ftehim sabiex il-finali tal-Euro 2020 issir l-Ingilterra. Skont il-ftehim, l-uffiċjali tal-UEFA u tal-FIFA, sponsors, politikanti u xandara jridu jibqgħu fil-bubble tagħhom sabiex ma jkunux obbligati jagħmlu żmien f'iżolament kif jaslu l-Ingilterra. Mas-60,000 spettatur kienu preżenti għall-aħħar tliet logħbiet wara li ppreżentaw evidenza li ħadu d-dożi meħtieġa tal-vaċċin jew test riċenti b'riżultat negattiv għall-Covid-19. Għal-logħba finali, il-grawnd ta' Wembley f'Londra huwa mistenni li jkun fih 75% ta' kemm jesa f'kundizzjonijiet normali. Il-VIPs tal-futbol, li se jilħqu l-eluf fil-finali tal-lejla, kellhom jipprovdu test fin-negattiv għall-Covid-19 qabel bdew il-vjaġġ tagħhom għall-Ingilterra. Waqt li jkunu hemmhekk, iridu jerġgħu jagħmlu t-test. Huma ristretti wkoll li joqogħdu f'lukandi magħżula apposta u li jattendu laqgħat u partiti uffiċjali. | [
10,
15
] |
Il-Papa Franġisku llum wassal il-messaġġ tiegħu tal-Anġelus mill-10 sular tal-Isptar Gemelli f'Ruma, akkumpanjat minn ċorma tfal li bħalu jinsabu l-isptar għall-kura. Huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu hu u jirkupra mill-intervent mediku u stqarr dwar l-importanza li kura tas-saħħa tajba hija essenzjali u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. Appella wkoll għal aktar talb u biex dawn il-pazjenti żgħar jingħataw aktar appoġġ. Il-Papa rrifletta fuq l-Evanġelju tal-lum, li fih id-dixxipli ta' Kristu marru jidilku lill-morda biż-żejt u fejquhom. Iż-żejt, il-Papa nnota, jinsab fis-Sagrament tal-Griżma tal-morda li "jagħti mistrieħ lill-moħħ u l-ġisem", iżda huwa wkoll balzmu li jtaffi l-uġigħ tal-mard. Fisser li xi darba f'ħajjitna, aħna wkoll għandna bżonn dan il-mistrieħ, u li nistgħu ntaffu l-uġigħ tal-ħajja ta' ħaddieħor permezz ta' ġesti sempliċi bħal meta nżuru lil xi ħadd marid, inċemplulu, jew noffru l-għajnuna. "Tħallux il-pressjoni ekonomika ttellef dan is-servizz essenzjali" Franġisku enfasizza li servizz bħal dan ma jistax jintilef għax jgħin lil kulħadd u saħaq li l-pressjoni ekonomika m'għandha qatt tfixkel dan is-servizz tant bżonjuż. Huwa kkonkluda billi esprima l-apprezzament u l-kuraġġ tiegħu lit-tobba, lill-ħaddiema tas-saħħa u lill-ħaddiema tal-Isptar Gemelli. Saħaq fuq l-importanza li nitolbu għall-morda, speċjalment dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli. Il-Papa talab biex ħadd ma jitħalla waħdu, u biex kull pazjent jingħata l-wens permezz tal-kura li jirċievi u billi "leħnu jinstema' aktar filwaqt li jżuruh in-nies". | [
10,
13
] |
Ritratt: muntaġġ / Facebook / Canva Dalgħodu fit-8.30am fil-Knisja Parrokkja ta' San Pawl ir-Rabat se tingħata l-aħħar tislima lill-attur Patrick Vella li miet nhar is-Sibt li għadda. Patrick Vella ħadem f'bosta produzzjonijiet teatrali bħal Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, Rifles – Bertolt Brecht, Meta Morna Triq il-Bramel, Erwieħ Marbuta, L-Għajn tal-Imtaten, kif ukoll kien jieħu sehem b'mod regolari fl-attività Żejt Iż-Żejtun. Huwa kien ħadem ukoll fuq it-televiżjoni fis-sensiela Santa Monika, kif ukoll kien involut fil-produzzjoni ta' Bla Aġenda. Patrick kien ukoll ippreżenta edizzjoni tal-Festival Kanzunetta Għall-Ewropa. Għal perjodu ta' żmien Patrick Vella kien ukoll jaqra l-aħbarijiet fuq l-istazzjon One fejn kien jaħdem ukoll bħala ġurnalist. Aqra wkoll: Imut l-attur Patrick Vella Patrick, strieħ fis-sliem! | [
2
] |
Il-Finali tal-UEFA EURO 2020 intlgħabet ilbieraħ bejn l-Ingilterra u l-Italja, bit-Taljani joħorġu rebbieħa fuq l-Ingliżi wara li kien hemm bżonn l-għoti tal-penalties. L-Ingliżi qatt ma rebħu din il-kompetizzjoni filwaqt li għat-Taljani din kienet it-tieni darba li rebħu l-logħba finali tal-kompetizzjoni tal-Euro. Ma' min żammew in-nies ilbieraħ? Kuntenti bir-riżultat? Jaqblu li fl-istadium kien hemm ammont kbir ta' spettaturi? Kif jispjegaw il-pika kbira li għandhom il-Maltin fejn jidħlu l-Ingliżi u t-Taljani? Dawn kienu l-mistoqsijiet li Newsbook.com.mt staqsa lill-partitarji li ltqajna magħhom l-Belt Valletta, l-għada li t-Taljani rebħu l-unur ewropew. Min kellu jirbaħ l-Uefa Euro 2020? Ikkumenta hawn taħt | [
15
] |
"Se nibqa' nistenna B'dil-ħolma se nithenna Sa fl-aħħar issir realta`.." 💖B'entużjażmu kbir nippreżentalkom il-kanzunetta ġdida tiegħi 'Nistenniek'. Din il-kanzunetta tfisser ħafna għalija, għax permezz tagħha stajt nesprimi l-imħabba kbira li għandi lejn il-mużika. Ma kinetx faċli u mhux ser tkun, pero` l-ħolma fl-aħħar mill-aħħar, issir realta`.B'dedika speċjali tmur..🔶Għalik li xi drabi taqta` qalbek. 🔶Għalik li kellek min jgħidlek li m'intiex kapaċi. 🔶Għalik li tibża` tagħmel l-ewwel pass biex tgħix il-ħolma tiegħek.Din għalikom 💖 Kliem ta' Cliff Casha Mużika ta' Cyprian Cassar – SOMNIO Recording StudiosKoreografija ta' Warren Bonello minn DOPE Dance CompanyŻeffiena: Kayley VellaDirezzjoni, Iffilmjar u Muntaġġ: Luke.Borg Assistenza tal-produzzjoni: Kylie BorgPost: Teatru tal-Opra AuroraTekniku tad-dawl: Donald Camilleri Għajnuna: Joseph Bonnici Posted by Ryan Hili on Friday, July 9, 2021 Ryan Hili għadu kif ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu oriġinali jisimha 'Nistenniek'. Din il-kanzunetta bil-Malti, miktuba minn Cliff Casha u mużika ta' Cyprian Cassar, tiddeskrivi d-diffikultajiet li sab biex wasal s'hawn. Il-mużika tfisser ħafna għal Ryan u permezz ta' din il-kanzunetta rnexxielu jesprimi ruħu bl-aħjar mod possibli. Ryan għandu 25 sena u beda joħroġ il-mużika oriġinali tiegħu fl-2019. L-ewwel diska li ħareġ 'Let Go' kienet b'dedika speċjali għal missieru. Din id-darba Ryan iddeċieda li joħloq kanzunetta li tiddeskrivi lilu nniffsu. B'dedika speċjali, Ryan jixtieq jirringrazzja lil Luke Borg talli dderieġa l-vidjo mużikali u lil Kylie Borg tal-assistenza tagħha. Lil Warren Bonello minn DOPE Dance Company tal-koreografija u lil Martina Galea, Denise Mercieca, Federica Nicastro u Kayley Vella talli aċċettaw li jkunu parti miż-żeffiena. Grazzi wkoll tmur għal Joseph Bonnici u Donald Camilleri li pprovdew it-Teatru tal-Opra Aurora ġewwa Għawdex biex jinħadem il-vidjo mużikali. Ryan jixtieq jirringrazzja wkoll lill-familjari u lill-ħbieb tiegħu, speċjalment lil Cliff, Kyle, Nelson, Kimberly u Mariana li dejjem tawh is-sapport, u li jibqgħu jinkuraġġuh biex ma jaqtax qalbu u jkompli jgħix il-ħolma tiegħu. Ritratt: mill-filmat | [
2
] |
Ritratt: munta[[ / Facebook / canva Tħabbret il-mewt ta' Mario Vella Gatt, il-proprejatarju tar-ristorant magħruf Bacchus tal-Imdina. Huwa miet fl-eta ta' 71 sena. Mario Vella Gatt iddedika 45 sena minn ħajtu jmexxi dan ir-ristorant li matul is-snin laqa' eluf ta' klijenti. "Il-memorji tiegħek jibqgħu ħajjin u ibqa' ċert li se nużaw l-għerf tiegħek biex inkomplu l-legat tiegħek," kiteb it-tim tar-risotrant fuq il- paġna ta' Facebook . Tħabbar ukoll li bħala turija ta' rispett dan ir-ristorant se jkun magħlaq sal-Ħamis 15 ta' Lulju. L-aħħar tislima lil Mario Vella Gatt se tingħata nhar il-Ħamis 15 ta' Lulju fis-Santwarju tal-Ħniena Divina f'San Pawl tat-Tarġa fis-2:00pm. Mario, strieħ fis-sliem! | [
2
] |
Ritratt: Elias Schafer / Pixabay Melita Limited tistma li mill-inqas 176,000 persuna raw il-finali tal-Euro 2020 bejn l-Italja u l-Ingilterra live mid-dar. TVM, li xandar il-partita b'kummentarju Taljan, attira stima ta' udjenza tat-TV ta' 48,000 filwaqt li TVM2, li xandar il-partita b'kummentarju Ingliż, attira stima ta' udjenza ta' 129,000. L-udjenza totali tat-TV live għall-finali qabżet dawk għas-semi-finali b'madwar 20,000 telespettatur fejn fil-logħba Italja kontra Spanja attirat 154,000 telespettatur u dik tal-Ingilterra kontra d-Danimarka laħqet ftit iktar minn 156,000 telespettatur. Simon Poljsak, Product Manager – Television ma' Melita Limited, qal, "Is-saħħa tal-futbol li jġib in-nies flimkien quddiem is-settijiet tat-TV tagħhom jibqa' evidenti ħafna, speċjalment hawn Malta, bl-Ingilterra u l-Italja jaslu sal-finali tal-Euro 2020. Il-mudell għall-kalkolu tan-numri tal-udjenza huwa vvalidat statistikament biex jiġi żgurat li l-imsieħba kummerċjali tagħna jkollhom ċertezza dwar in-numru ta' nies li qed jaraw programmi partikolari, bl-isport ikun wieħed mill-akbar attrazzjonijiet." Dan it-tagħrif twassal minn BPC International. | [
15
] |
Grazzi minn qiegħ qalbi! ❤️#liquorish2021 #teamlukas #lghawdxi Posted by Lukas Farrugia - Liquorish 2021 on Tuesday, July 13, 2021 Iż-żagħżugħ Għawdxi Lukas Farrugia nhar it-Tnejn li għadda rebaħ l-edizzjoni ta' din is-sena tar-reality show Liquorish li jixxandar fuq l-istazzjon One. Aqra wkoll: Lukas jirbaħ Liquorish 2021 "Ma stennejtx li se nirbaħ imma n-nies għażlu li nirbaħ," ikkummenta Lukas filwaqt li rringrazzja lil Andrea Cassar u lil Joseph Cauchi, kif ukoll lit-tim kollu ta' Liquorish u dawk kollha li tawh appoġġ. Lukas filfatt rebaħ b'39,727 vot. Lukas Farrugia / il-parteċipanti ta' Liquorish; Ritratti: muntaġġ / Facebook | [
2,
6
] |
Ritratt: Unsplash Il-fibromyalgia hi kundizzjoni kronika fejn il-pazjent jesperjenza wġigħ f'ħafna partijiet tal-ġisem, għeja, bidliet fil-burdati, u problemi bl-irqad u l-memorja. Jekk ikollok din il-kundizzjoni tkun ukoll sensittiv ħafna għall-uġigħ, u taf tbati wkoll mill-emikranja u l-IBS (Irritable Bowel Syndrome), jiġifieri disturbi fil-musrana. Xi jwassal għaliha? Mhux magħruf xi jwassal għall-fibromyalgia, iżda huwa maħsub li din il-kundizzjoni hi kaġunata minn messaġġi anormali fil-passaġġi jew fil-mogħdijiet tal-uġigħ li jinsabu fil-moħħ. Jidher li f'ħafna każi din il-kundizzjoni tiskatta minn xi ġrajja stressanti fil-ħajja tal-pazjent, bħal infezzjoni minn virus, intervent kirurġiku, u trawma jew stress psikoloġiku qawwi. F'każi oħra nsibu li s-sintomi jiżviluppaw bil-mod u jaggravaw maż-żmien. Il-fibromyalgia hi iktar komuni fin-nisa, u tipikament tiżviluppa fl-età bejn it-30 u l-50 sena, immatista' taffettwa persuni ta' kull età. Illum il-ġurnata l-fibromyalgia hi aċċettata bħala kundizzjoni medika. Taffettwa madwar persuna kull għoxrin (5%). Importanti li din il-kundizzjoni tiġi identifikata minn kmieni biex il-pazjent jingħata tagħrif dwar kif l-aħjar jieħu ħsiebha. Sa issa għad ma hemmxfejqan għaliha, imma hemm ħafna x'jista' jsir biex dak li jkun jiġi megħjun jgħix ħajja normali. Il-kontroll tal-fibromyalgia jrid ikun ibbażat fuq taħlita ta' bidliet fl-istil tal-ħajja. Kull wieħed jew waħda minnhom jgħinuk tkampa aħjar mas-sintomi. Is-self-management, jiġifieri l-kontroll tiegħek innifsek, huwa kruċjali, u ħadd aħjar minnek stess ma jista' jikkontrolla l-kundizzjoni. Liema huma dawn il-bidliet? 1. Bidla fid- dieta Ċertu ikel jista' jaggravalek l-uġigħ jekk inti tbati bil-fibromyalgia. Ipprova evita ikel proċessat, zokkor irfinut, sweeteners artifiċjali, kafeina, fast food, gluten u prodotti bil-lactose. L-aħjar tieħuikliet żgħar u spissi. Kul ħxejjex ħodor u tal-werqa, organiċi u friski, ħut frisk, salamun, tiġieġ free range (li ma trabbiex f'batteriji), frott organiku u ċereali, u snacks gluten-free. Ixrob ammont sew ta' ilma u dan tista' żżidu bi frott f'forma likwida, imma żżidx sweeteners artifiċjali u zokkor. L-eżer ċ izzju Sfortunatament l-eżerċizzju huwa terapija li tintuża mill-inqas. Pazjenti b'uġigħ kroniku ġeneralment iħossuhom ibsin, u ma tantx jiċċaqilqu. Eżerċizzji ġentili u regolari jistgħu jagħmlu differenza kbira. Mhux il-pazjenti kollha jifilħu għal mixja ta' nofs siegħa, imma minflok tista' tagħmel yoga u hydrotherapy, anki sempliċi għawma f'pixxina. Jekk ilek żmien twil ma tagħmel xi forma ta' eżerċizzju, il-fiżjoterapista tista' tgħinek terġa' tibda tiċċaqlaq bil-mod u terġa' għal li kont qabel. Tistenniex titjib sinifikanti mill-ewwel, imma eżerċizzju fuq bażi regolari żgur li jgħinek tissaporti aktar l-uġigħ li jkollok. Naqqas l-istress Is-sintomi tal-fibromyalgia jiżdiedu f'każi ta' stress. Għalhekk, jekk jirnexxilek tikkontrolla l-istress, ikollok ukoll kontroll aħjar fuq il-kundizzjoni. Importanti ħafna t-time management u tieħu l-affarijiet b'ċerta kalma u b'pass mhux mgħaġġel. Sib ħin biex tistrieħ u żomm ruħek kalm, mentalment ufiżikament. Anki l-meditazzjoni tgħinek taċċetta s-sintomi tal-fibromyalgia u tnaqqaslek il-livelli tal-uġigħ. Il-meditazzjoni tgħinek ukoll biex tnaqqas l-istress u l-ansjetà u ttejjeb is-sintomi tad-dipressjoni u n-nuqqas ta' rqad, li spiss huma assoċjati mal-fibromyalgia. I bbilanċja u patti għal xi nuqqasijiet ta' vitamini . Dan ġieli jagħmel differenza kbira. Ħafna pazjenti bil-fibromyalgia jkunu nieqsa mill-Vitamina D. Madwar 80 fil-mija jkollhom nuqqas ta' manjeżju. L-Omega 3 fatty acids u l-Vitamini B (hemm grupp tagħhom!) huma importanti biex isaħħu n-nervituri u biex jingħataw u jitwasslu sinjali dwar l-uġigħ. Minħabba r-relazzjoni bejn l-imsaren u l-moħħ, xi speċjalisti fil-mediċina funzjonali jenfasizzaw l-importanza ta' probiotics biex jottimizzaw il-bacteria fl-imsaren u jtejbu s-saħħa inġenerali. Meta tagħżel probiotic, agħżel prodott bi kwantità ta' strains u b'iktar minn 20 biljun bacteria (organiżmi) f'kull kapsula. It-tabib jew l-ispiżjar jistgħu jiggwidawkom. Side effects tal-mediċini Sfortunatament, il-biċċa l-kbira tal-mediċini li jintużaw għall-fibromyalgia jħallu side effects sinifikanti, tant li ħafna pazjenti jippreferu jgħaddu mingħajr il-mediċini milli jbatu s-side effects. Kull każ irid jittieħed għalih waħdu. Bla dubju, it-tabib tal-familja huwa l-aħjar persuna li għandek tirrikorri għandu u tikkonsulta miegħu jew magħha biex jiggwidawkom. Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn. | [
2,
13
] |
Ritratt/Photo:Sala Stampa Santa Sede Il-Papa wera s-solidarjetà tiegħu waqt żjara lil pazjenti żgħar fis-sala tal-Onkoloġija Pedjatrika fl-Isptar Gemelli ta' Ruma. L-Uffiċċju tal-istampa tas-Santa Sede qal li lbieraħ wara nofsinhar il-Papa Franġisku żar pazjenti żgħar fis-sala tal-onkoloġija pedjatrika tal-isptar. Id-dipartiment jinsab fl-istess sular fejn il-Papa qed jirkupra mill-operazzjoni tiegħu ftit iktar minn ġimgħa ilu. Il-Papa Franġisku temm il-kura ta' wara l-operazzjoni tiegħu u se jibqa' l-Isptar Gemelli f'Ruma ftit jiem oħra biex ikompli bl-aħħar ftit t-terapija medika u ta' rijabilitazzjoni. Il-Papa l-isptar għal ftit jiem oħra biss | [
10,
13
] |
Ritratt: DOI-Kevin Abela Il-komunità Franġiskana rrestawrat refettorju antik li jinsab fil-Kunvent tal-Franġiskani fi Triq Sant'Ursula fil-Belt Valletta , biex jagħti servizz ta' Soup Kitchen . Dan il-proġett tlesta permezz ta' fondi mill- Awtorità tal-Ippjanar. Fi stqarrija , il -Ministeru għall-Ippjanar spjega kif ix-xogħlijiet biddlu l-post f'Soup Kitchen li se jservi bħala post ta' tama għal persuni li jgħixu fil-periferija tas-soċjetà. Il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-proġett irċieva għotja finanzjarja ta' €303,000 mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tad-Development Planning Fund (DPF), u qed jiġi amministrat mill-Ordni Franġiskana. Ritratt: DOI-Kevin Abela Dan il-post se joffri lil dawn in-nies ikla ta' kuljum u bżonnijiet fiżiċi oħra. Se jkun qiegħed jipprovdi wkoll appoġġ u l-attenzjoni meħtieġa, speċjalment għal dawk li għandhom sfidi ta' saħħa mentali. Dan il-post se jkun qed ifittex li jagħti lin-nies li huma emarġinati mis-soċjetà ċ-ċans li jerġgħu jiksbu d-dinjità tagħhom. Is-Soup Kitchen se toffri servizz tlett ijiem fil-ġimgħa, iżda eventwalment tespandi l-operat tagħha għal ħamest ijiem fil-ġimgħa Ritratt: DOI-Kevin Abela Il-koordinatur tal-proġett Fr Marcellino Micallef qal li l-għan hu li joffru dinjità lil kull persuna li żżur dan il-post, hi min hi. Kompla jgħid "Nixtiequ li nagħtuhom vuċi, nisimgħu l-istorja tagħhom, nitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom mingħajr ma niġġudikawhom u nippruvaw nifhmu l -ħtiġijiet tagħhom," stqarr il-koordinatur tal-proġett Fr Marcellino. | [
13
] |
Ritratt: Instagram: Emma Bunton Permezz tal-midja soċjali il-kantanta Emma Bunton, jew kif ħafna jafuha bħala Baby Spice tal-grupp Spice Girls, ħabbret li żżewġet lill-maħbub tagħha Jade Jones. Il-kantanta ta' 45 sena ilha għal aktar minn 20 sena flimkien ma' Jade li hu sentejn iżgħar minnha. Emma Bunton u Jade Jones kienu tgħarsu uffiċjalment fl-2011 iżda kien proprju issa, f'ċerimonja sigrieta, li huma nkurunaw imħabbithom. Il-koppja għandha diġà żewġt ulied, Beau, li għandu 13-il sena u Tate li għandu 10 snin. View this post on Instagram A post shared by emmaleebunton (@emmaleebunton) | [
2
] |
Céréales Killer , CC BY-SA 4.0 , via Wikimedia Commons It-tim nazzjonali tal-futbol Taljan u dak Arġentin se jilgħabu l-logħba għall-Copa Maradona. L-iskop hu sabiex tintlagħab logħba futbol bejn ir-rebbieħa tal-Euro 2020 u r-rebbieħa tal-Copa America biex jiġi mfakkar il-leġġenda tal-futbol Diego Maradona. Il-Copa Diego Armando Maradona se tintlagħab f'Diċembru jew f'Jannar f'Napli wara li l-FIFA approvat il-permess biex din il-logħba tkun tista' tintlagħab. Maradona kien maħbub ferm minn bosta Naplitani u lagħab ukoll mall-klabbs tal-futbol ta' Barcelona, Sevilla, Newell's Old Boys u Boca Juniors. Fl-1986, Maradona wassal lit-tim tal-Argentina biex jirbħu t-tazza tad-dinja. It-tobba tiegħu mistennija jkunu akkużati b'omiċidju hekk kif skont f'rapport ta' investigazzjoni medika jingħad li l-mewt tiegħu setgħet ġiet evitata hekk kif fl-aħħar jiem ta' ħajtu ma ngħatax il-kura medika li kellu bżonn. Il-mewt ta' Maradona setgħet ġiet evitata | [
10,
15
] |
Ritratt: Habib Ayoade fuq Unsplash Borsi Johnson qal li l-ordnijiet ta' projbizzjoni tal-futbol se jinbidlu biex ikopru r-razziżmu onlajn, wara li kien hemm abbuż fuq il-midja soċjali dirett lejn numru ta' plejers tal-Ingilterra. Il-Prim Ministru Ingliż qal li din il-bidla tfisser li jekk bniedem jinstab ħati ta' abbuż razzist onlajn dirett lejn plejers tal-futbol, mhux se jitħalla jmur jara l-logħob. Dan wara li tliet plejers ta' karnaġġjon skur li tilfu l-penalties deċisivi għall-Ingilterra fil-Kampjonat Ewropew kontra l-Italja l-Ħadd filgħaxija kienu soġġetti għal abbuż razzist fuq l-internet. Aqra aktar Plejers Ingliżi jirċievu messaġġi razzisti wara li tilfu l-penalties Johnson irrepeta l-kundanna tiegħu fuq l-abbuż razzist fuq il-midja soċjali dirett lejn l-istilel tal-futbol Ingliżi Marcus Rashford, Jadon Sancho u Bukayo Saka. Ordnijiet ta' projbizzjoni jippermettu lill-maġistrati li jwaqqfu individwi milli jmorru għal-logħob fir-Renju Unit jekk ikunu nstabu ħatja ta' reati rilevanti, iżda bħalissa ma jkoprux inċidenti onlajn. Dawn jistgħu idumu bejn tliet u 10 snin u huma fil-biċċa l-kbira imposti għal reati ta' diżordni vjolenti u pubbliċi. | [
10,
15
] |
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Lija Athletic FC Tħabbret il-mewt ta' David Formosa, President Onorarju ta' Lija Athletic F.C. Huwa kellu 78 sena. Formosa għamel 18-il sena jokkupa l-kariga ta' Viċi President tal-klabb u ġie deskritt bħala ġentlom li baqa' leali sal-aħħar. L-aħħar tislima lil David Formosa se tingħata għada l-Ġimgħa 16 ta' Lulju fit-8.30am fil-knisja ta' San Pawl fir-Rabat. David, strieħ fis-sliem! President David Formosa (78) who passed… Posted by Lija Athletic F.C. on Monday, July 12, 2021 | [
15
] |
Ritratt minn Unsplash L-Olanda se timplimenta mill-ġdid miżuri ta' għeluq ġodda wara li l-każijiet tal-koronavirus fil-pajjiż żdiedu b'aktar minn 500% fl-aħħar ġimgħa. Taħt ir-restrizzjonijiet il-ġodda li se jibqgħu fis-seħħ sa mill-inqas it-13 ta 'Awwissu, ir-ristoranti u l-bars kollha għandhom jingħalqu minn nofsillejl sas-6am. Divertiment fil-forma ta' wirjiet diretti u mużika qawwija huwa pprojbit. Kif ukoll, diskoteki u nightclubs ingħalqu għal kollox, filwaqt li l-postijiet kulturali jistgħu jibqgħu miftuħa, sakemm il-viżitaturi kollha jkollhom postijiet assenjati li jippermettu 1.5 metri ta' distanza soċjali. Ix-xahar li għadda l-Gvern Olandiż neħħa kull restirzzjoni relatata mal-Covid-19. Minn dakinhar, skond l-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent Olandiż, ir-rati ta' infezzjoni splodew fost in-nies ta' bejn it-18 u l-24, b'żieda ta' 907% mill-ġimgħa ta' qabel, flimkien ma' żieda ta' 856% f'żgħażagħ ta' 25-29 sena. Skond l-Istitut, l-akbar maġġoranza ta' infezzjonijiet, 37% f'dawk ittestjati kienu relatati ma' kafetteriji, ristoranti u klabbs. | [
10
] |
Il-Prinċep William magħruf ukoll bħala d-Duka ta' Cambridge awgura lit-tim Nazzjonali Ingliż għall-finali kontra l-Italja fit-turnew storiku tal-Euro 2020 li ser tintlagħab fil-grawnd ta' Wembley. Id-Duka stqarr li għadu ma jistax jemmen x'se jiġri fis-sigħat li ġejjin filwaqt li qal li jinsab eċitat u awguralhom. Hu rrimarka li t-tim nazzjonali joħroġ fost l-aqwa karatteristiċi fl-Ingliżi u sostna li l-pajjiż kollu jinsab wara t-tim tal-futbol. Saħansitra qalilhom il-frażi tant popolari, "Bring it home." Dan filwaqt li r-Reġina Eliżabetta bagħtet messaġġ personali lill-kowċ tat-tim, Gareth Soutgate fejn irrakkontat l-esperjenza tagħha hi u ssegwi lill-Ingliżi jkunu kkurunati bħala r-rebbieħa tal-World Cup fl-1966. Ir-Reġina bagħtet l-awgurju tagħha u tal-familja tagħha lit-tim Ingliż talli rnexxielhom jaslu f'dan l-istadju tat-turnew filwaqt li bagħtet l-isbaħ xewqat għal-logħba bit-tama li l-istorja mhux biss tirrikonoxxi s-suċċess tat-tim iżda tikkunsidra wkoll l-ispirtu u s-sens ta' kburija li kkompetew bih. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Boris Johnson kiteb ittra simili lit-tim fejn qalilhom li rnexxielhom iferrħu pajjiż sħiħ fost il-kriżi tal-pandemija. Johnson kiteb ukoll li l-Ingliżi jafu li t-tim li jirrappreżentahom kapaċi jgħollu t-trofew ukoll. | [
10
] |
Nirien kbar għadhom qed jaħkmu bosta żoni fl-Istati Uniti hekk kif għadd ta' reġjuni qed jesperjenzaw mewġa ta' sħana li kawża tagħha hekk jesperjenzaw temperaturi rekord f'diversi żoni. Komunitajiet qed jintalbu jevakwaw hekk kif ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jagħmlu ħilithom biex jikkontrollaw in-nirien f'kundizzjonijiet estremi. Żewġ ħaddiema tat-tifi tan-nar f'Ariżona tilfu ħajjithom meta l-ajruplan li kienu fuqu ġġarraf waqt li kienu qed jikkontrollaw in-nirien mill-ajru. | [
10
] |
Il-Papa Franġisku deher pubblikament għall-ewwel darba mindu ġie operat fil-musrana l-ġimgħa li għaddiet. Fl-età ta' 84 sena, il-Papa jidher fi stat tajjeb ta' saħħa, u mexxa t-talb ta' nhar ta' Ħadd mill-gallarija tal-isptar Gemelli f'Ruma, li fih qed jiġi rikoverat. Mijiet ta' persuni nġabru biswit l-isptar biex jisimgħu lill-Mexxej tal-Knisja Kattolika. Min-naħa tiegħu, il-Papa Franġisku rringrazzja lil kull min inġabar biex jisimgħu u lill-ħaddiema tal-isptar, fejn tenna l-importanza ta' sistemi tas-saħħa tajbin u aċċessibbli għal kulħadd. | [
10
] |
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, awgurat lit-tim nazzjonali Taljan għall-finali tal-EURO 2020 kontra t-tim Ingliż. It-tim Taljan fi ħdan il-Kummissjoni taw sorpriża lill-President billi ppreżentawlha flokk personalizzat u xalla Taljana. Hi ferħitilhom u awguratilhom l-isbaħ xewqat għal-logħba. | [
10
] |
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan tenna li erba' ċittadini Iranjani huma akkużati bi pjan ta' ħtif fost oħrajn ta' ġurnalista bbażata fi New York. Minkejja li l-akkuża ma ssemmix min kien fil-mira ta' dan il-pjan, l-awtriċi mwielda l-Iran, std, qalet li kienet hi. Allegatament dan il-pjan kien jinkludi wkoll il-ħtif ta' erba' persuni oħra: persuni mir-Renju Unit u tlieta mil-Kanada. Alinejad stqarret illi kull min kien fil-mira tal-ħtif, huwa kritiku tal-Iran. Il-Prosekuturi qal li l-Gvern Iranjan ipprova jattira lill-ġurnalista f'pajjiż meqjus tat-tielet dinja sabiex jaħtafha u jeħodha fl-Iran. Saħansitra offra flus lill-qraba tagħha, li għadhom jgħixu fl-Iran biex jgħinu fil-ħtif, madanakollu huma rrifjutaw li jagħmlu dan. Iżda t-tentattivi ma waqqfux hemm, għaliex l-imħuħ wara l-pjan qabbdu investigaturi privati biex jispjunaw fuq id-dar tal-ġurnalista fi Brooklyn u anke l-familja tagħha. Fl-akkuża hemm ukoll illi tpoġġew kameras li jittrażmettu filmati diretti bi stampi ta' kwalità għolja ħafna tal-post li tgħix fih il-ġurnalista. | [
10
] |
Raġel ta' 36 sena jmut waqt id-dimostrazzjonijiet li qed isiru f'Havana kontra l-Gvern Kuban. Skont il-Ministeru għall-Intern Kuban, ir-raġel kien parti minn grupp ta' dimostranti li attakkaw faċilità tal-Gvern. Bosta ġew arrestati wara dan l-attakk. Iżda, xhieda qalu li l-forzi tas-sigurtà attakkaw lin-nies li ħarġu fit-toroq jipprotestaw. Id-dimostrazzjonijiet bdew minn nhar il-Ħadd li għadda, bir-raġel imut waqt il-protesti li saru fil-jum tat-Tnejn. Intant il-President Kuban Miguel Díaz-Canel qed jakkuża lill-Amerika dwar il-protesti kif ukoll anke dwar is-sitwazzjoni mwiegħra tal-pajjiż fosthom minħabba s-sanzjonijiet ekonomiċi li imponiet fuq Kuba. | [
10
] |
In-numru ta' mwiet fl-Afrika t'Isfel tela' għal 72; dan hekk kif il-vjolenza madwar il-pajjiż żdiedet wara li l-eks President Jacob Zuma ntbagħat il-ħabs. Fil-jum tat-Tlieta folol ta' nies taw in-nar lil numru ta' stabbilimenti tax-xiri, tant li f'wieħed minnhom, tarbija tgarat minn tieqa bit-tama li tiġi salvata hekk kif l-ewwel sular kien maħkum min-nirien. Il-pulizija tal-Afrika t'Isfel stqarru li identifikaw 12-il persuna suspettat li pprovokaw ir-rewwixti. B'kollox ġew arrestati 1,234 persuna. | [
10
] |
L-Erbgħa, il-Papa Franġisku deher ħiereġ mill-Isptar Gemelli f'Ruma. Dan wara li għaxart ijiem ilu, il-Papa għamel operazzjoni li kienet skedata fil-musrana. Skont il-midja internazzjonali, il-Papa deher ħiereġ l-Erbgħa filgħodu. Waqt li kien fl-isptar, il-Papa Franġisku li għandu 84 sena dar il-pażjenti tal-isptar. | [
10
] |
L-Unjoni Ewropea ħabbret sett ta' miżuri sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li ġġib l-emissjonijiet tal-karbonju għall-0 sas-sena 2050. Matul il-jum tal-Erbgħa tħabbru numru ta' miżuri li għad iridu jiġu approvati mis-27 tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Parlament tal-Unjoni Ewrpoea. Dawn jinkludu fost oħrajn pjanijiet biex titntaxxa l-fjuwil tal-ajruplani kif ukoll tipprojbixxi b'mod effettiv il-bejgħ ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel fi żmien 20 sena. Dawn il-miżuri x'aktarx mistennija li jgħollu l-kontijiet tal-enerġija kif ukoll iżidu l-ispejjeż għat-titjiriet fl-Unjoni Ewropea. Madanakollu, se tkun disponibbli għajnuna finanzjara sabiex ċittadini Ewropej jinstallaw insulazzjoni kif ukoll bidliet oħra li tnaqqas il-konsum tal-enerġija fi djarhom. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qalet illi huwa fil-kompitu ta' din il-ġenerazzjoni li tieħu ħsieb is-sostenn tal-futur għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Intant, dan il-pjan qed iqajjem kemxejn oppożizzjoni b'mod speċjali minn industriji tal-linji tal-ajru u l-manifatturi tal-vetturi. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat feġġew 218-il każ ta' Coronavirus minn fost 4,188 test. Dan ifisser li 94.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.2% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 1,025,989 test. Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 711,973 doża. Minnhom, 375,090 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 352,523 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19. Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19. | [
1
] |
Mal-kumplament tal-istati membri Ewropej pajjiżna qed iservi ta' eżempju ta' kif pajjiż għandu jmexxi l-isforzi ta' vaċċinazzjoni tiegħu. Waqt żjara fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ONE News tkellem mal-Ewroparlamentari Portugiża Sara Cerdas li kellha biss kliem ta' tifħir dwar Malta u l-proċess ta' vaċċinazzjoni. Filwaqt li awgurat lil Malta għas-suċċess li qed ikollha, l-Ewroparlamentari li hija wkoll tabib qalet kif issa importanti li pajjiżi oħra jimxu fuq il-passi ta' pajjiżna. Dwar il-mira li għandu pajjiżna biex ilaqqam iżjed minn 85% tal-popolazzjoni qalet li din hija mira tajba li għandha tkun it-triq il'quddiem għal pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Qalet kif din hija l-unika għodda li biha l-Ewropa tista' tiġġieled il-virus u tikseb lura n-normalitá. Cerdas temmet tgħid kif għalkemm membri stati ikbar jista' jkollhom sfida iktar diffiċli biex ilaqqmu numri daqstant kbar, hija nnutat kif b'kampanji b'saħħithom ta' tagħrif dwar l-importanza tal-vaċċin, dawn il-miri jistgħu jintlaħqu. | [
1
] |
Il-bini li fih kien hemm l-uffiċji tal-midja internazzjonali fosthom Al Jazeera li jisab fl-Istrixxa ta' Gaza spiċċa terrapien hekk kif intlaqat minn attakk mill-ajru mill-forzi Iżraeljani. Fl-istess bini kien hemm ukoll xi appartamenti. Għad mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi fl-attakk li seħħ is-Sibt wara nofsinhar, madanakollu kien hemm twissijiet biex in-nies jiġu evakwati mill-bini li fih 11-il sular qabel ma seħħ l-ibbumbardament. Intant, aktar kmieni dalgħodu attakki oħra mill-Iżrael fuq kamp tar-refuġjati qatel żewġ nisa u tmint itfal. Dan huwa l-ħames jum ta' ġlied kontienwu bejn l-Iżrael u l-Palestina. | [
10
] |
Il-Kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, Michelle Bachelet, wissiet illi l-attakki li qed isiru mill-Iżrael u mill-Palestinjani f'żoni ċivili b'poplazzjoni densa, kif ukoll l-użu tal-munizzjoni mill-forzi tas-sigurtà Iżraeljani kontra d-dimostranti jisgħu jfissru bħala atti kriminali tal-gwerra. Fi stqarrija, il-Kummissarju appellat għal investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur ta' liġi internazzjonali, filwaqt li sostniet għall-waqfien mill-vjolenza. Bachelet appellat ukoll lill-gvern Iżraeljan biex jieħu passi biex jitwaqqaf il-vjolenza. Żiedet tgħid li hija mħassba partikolarment dwar rapporti li l-pulizija Iżraeljana naqset milli tintervjeni meta ċittadini Palestinjani fl-Iżrael kienu qed jiġu attakkati b'mod vjolenti. Hija kkundannat liż-żewġ naħat illi qed jidhru li qed ikomplu jqanqlu aktar it-tensjonijiet milli jikkalmaw is-sitwazzjoni. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ħalef li se jkompli jattakka lill-militanti tal-Hamas f'Gaża, li qed jibqgħu jisparaw ir-rokits lejn bliet Iżraeljani. Dan hekk kif dan l-aħħar kunflitt imdemmi bejn il-Lhud u l-Palestinjani issa daħal fis-seba' jum tiegħu. "Se nibqgħu nattakkaw sakemm hemm bżonn u qed isir dak kollu meħtieġ biex kemm jista' jkun ma jinqatlux persuni ċivili iżda t-tort ta' dan kollu li nqala' mhux tagħna imma ta' min qed jattakkana", saħaq Netanyahu f'indirizz fuq it-televiżjoni. Kmieni dalgħodu l-attakki mill-ajru mill-qawwiet Iżraeljani fuq Gaża qatlu tliet Palestinjani. Intant militanti Palestinjani sparaw rokits fid-direzzjoni ta' Tel Aviv fejn kawża ta' hekk ir-residenti kellhom ifittxu kenn f'xelters tal-gwerra. Il-komunità internazzjoni talbet għat-tmiem ta' dan il-kunflitt li kull jum qed ikompli jeskala. Is-Sibt, il-President Amerikan Joe Biden tkellem permezz tat-telefon ma' Netanyahu u mal-President tal-Awtorità Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, Mahmoud Abbas. Biden esprima t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. Illum, il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda mistenni jiltaqa' u jiddiskuti s-sitwazzjoni bejn Iżrael u l-Palestinjani. Mindu reġa' faqqa l-ġlied, mietu mija tmienja u erbgħin persuna f'Gaża u għaxar persuni Iżraeljani. Fost il-persuni li nqatlu f'Gaża hemm wieħed u erbgħin tifel u tifla. | [
10
] |
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia appella għall-waqfien mill-ġlied fil-kunflitt li għaddej bħalissa bejn l-Iżrael u l-Palestina. Dan wara li ġiet osservata s-sitwazzjoni li kulma jmur qiegħda tiggrava. Fi stqarrija, Farrugia inkoraġġixxa lill-partijiet konċernati biex jibdew diskussjonijiet sabiex flimkien isibu soluzzjoni li sservi liż-żewġ stati u li twassal għall-paċi. Hu għamel appell ukoll lill-komunità parlamentari internazzjonali, b'mod speċjali lill-Unjoni Inter-parlamentari u l-Parlament Ewropew, sabiex jagħmlu ħilithom u jagħtu l-assistenza taħhom biex tinstab soluzzjoni paċifika. L-Ispeaker ħares lura lejn iż-żjarat tiegħu fl-Iżrael u l-Palestina u esprima sens ta' solidarjetà mal-ambaxxaturi Maltin f'Ramallah u Tel Aviv, kif ukoll mal-komunità Maltija li tgħix hemm u qiegħda tesperjenza sitwazzjoni traġika. | [
10
] |
Uffiċjali Palestinjani qalu li l-jum tal-Ħadd kien l-aktar wieħed li mietu fih nies f'Gaża. Aktar minn 40 persuna nqatlu fl-aħħar attakki mill-ajru tal-Iżrael, fosthom 16-il mara u 10 itfal. L-Armata Iżraelita qed tgħid kif il-militanti Palestinjani sparaw aktar minn 3,000 rokit lejn Iżrael fuq medda ta' ġimgħa. Għal dan kollu s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li jekk dan il-ġlied se jippersisti, jista' jwasssal għal kriżi serja f'dawn in-naħat. Fil-jum tat-Tnejn l-Iżraeliti attakkaw lil Gaża mill-ajru, b'bosta bumbardamenti kienu mmirati apposta għal fuq il-mini tal-militanti tal-Hamas. Min-naħa l-oħra l-Hamas baqa' wkoll jispara rokits lejn in-Nofshinar tal-Iżrael. Intant, il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll li dan il-ġlied qed iwassal għal nuqqas ta' fjuwil f'Gaża, ħaġa li tista' twassal biex l-isptarijiet u faċilitajiet importanti oħra jispiċċaw bla dawl. Rapporti qed jgħidu wkoll li wieħed mill-Kap Kmandanti tal-Grupp Iżlamiku tal-Palestinjani nqatel f'Gaża. Numru ta' Palestinjani midruba ntbagħtu fi sptarijiet Eġizzjani fil-peniżola tas-Sinaj, hekk kif l-awtoritajiet Eġizzjani qalu li huma lesti jilqgħu l-vittmi midruba mill-attalki ta' Iżrael. | [
10
] |
Ma nżul ix-xemx ilbieraħ, minn diversi postijiet f'Għawdex, kien hemm xena mhux tas-soltu, dik tal-Vulkan Etna. Kienu bosta li fuq il-midja soċjali tefgħu r-ritratti ta' din ix-xena spettakolari tal-vulkan fi Sqallija. Fi Frar li għadda l-istess Vulkan żbroffa, fejn fortunatamenT ma ħalla l-ebda impatt negattiv. Ritratti: George Camilleri | [
10
] |
Andrea Meza ta' 26 sena, li kienet qed tirrappreżenta lil Messiku rebħet it-titlu ta' Miss Universe għal din is-sena. Dan il-konkors sar ilbieraħ. Miss Brazil u Miss Peru kklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Dan il-konkors kien preżentat mill-Attur Amerikan Mario Lopez u Olivia Culpo. Malta kienet irrappreżentata minn Anthea Zammit, tfajla ta' 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Hija kkompetiet f'din iċ-ċelebrazzjoni tal-moda ma' tmenin tfajla minn pajjiżi differenti. F'dan il-konkors, Anthea libset ħwejjeġ differenti fosthom anki libsa mnebbħa mill-għonnella. L-edizzjoni tas-sena li għaddiet ta' dan il-konkors kienet tħassret minħabba l-imxija tal-Covid-19. | [
10
] |
L-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision ta' din is-sena, Destiny, se tkun tista' tikkompeti fl-ewwel semifinali tal-Eurovision tat-Tlieta wara li rriżultat fin-negattiv għall-COVID-19. Id-delegazzjoni Maltija ntalbet tieħu test għall-virus bħala prekawzjoni wara li membru mid-delegazzjoni tal-Iżlanda rriżulta fil-pożittiv u qed jgħix fl-istess lukanda fejn qiegħda d-delegazzjoni Maltija. Ilbieraħ id-delegazzjoni Maltija ma tħallitx tattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision. Illum Destiny għandha żewġ impenji importanti, bl-ewwel jibda fit-3pm meta għandha l-ewwel prova ġenerali. Illejla fid-9pm hija terġa' tkanta fuq il-palk tal-Eurovision għat-tieni prova ġenerali fejn fiha tivvota l-ġurija. Il-ġurija għandha nofs il-piż tar-riżultat finali. Destiny trid tiġi mal-ewwel għaxra biex tgħaddi għas-serata finali tas-Sibt. Skont l-aħħar żviluppi mid-djar tal-imħatri, Malta hija t-tielet l-aktar favorita wara l-Italja u Franza biex tirbaħ il-Eurovision Song Contest. | [
10
] |
Il-President Amerikan Joe Biden sejjaħ biex b'mod immedjat jieqaf il-ġlied bejn l-Iżraeliti u l-militanti Palestinjani f'Gaża. Biden tkellem mal-Prim Ministru Iżraelit u qallu li l-Istati Uniti qed taħdem bis-sħiħ mal-Eġittu u pajjiżi oħra sabiex jitwaqqfu dawn l-attakki. Il-kunflitt fil-Lvant Nofsani issa daħal fit-tmien ġurnata tiegħu, fejn s'issa jidher li ma hemm l-ebda sinjal ta' waqfien. Ir-rapporti internazzjonali qed jgħidu kif minn tal-inqas mitejn u tnax-il persuna sfaw maqtula. Fost dawn, kien hemm wieħed u sittin tifel u tifla li mietu f'Gaża u għaxra li nqatlu fl-Iżrael. | [
10
] |
Illejla l-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest, Destiny, se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fl-ewwel semifinali. Hija se tkun qed tkanta l-kanzunetta 'Je me Casse' fis-sittax-il pożizzjoni (l-aħħar kanzunetta), bit-tama li llejla tagħmilha mal-ewwel għaxra u b'hekk tgħaddi għas-serata finali tas-Sibt li ġej. F'Ahoy Arena f'Rotterdam l-Olanda, ilbieraħ Destiny kellha żewġ provi ġenerali fejn fit-tieni waħda vvutat il-ġurija, li għandha nofs il-piż tar-riżultat sħiħ. Ilbieraħ filgħaxija, Destiny kienet kostretta tkanta darbtejn wara problemi tekniċi fit-tagħmir li jidħol f'widnejha. Jirriżulta li mhux Malta biss kellha dawn il-problemi tekniċi iżda l-kantanti tar-Rumanija u tal-Ukrajna wkoll ingħataw iċ-ċans jerġgħu jagħmlu l-wirja tagħhom. Fil-prova ġenerali ta' filgħaxija Destiny kienet eċċezzjonali bħal dejjem u madwar tlett elef ruħ fis-sala li kienu preżenti laqgħu b'ċapċip kbir il-kanzunetta Maltija. Destiny reġgħet kienet liebsa minn fuq s'isfel kulur il-fidda iżda xagħarha din id-darba kien bi stil li nafuh iżjed fuq il-kantanta Maltija. Illejla ma' Malta se jikkompetu l-Litwanja, l-Islovenja, ir-Russja, l-Iżvezja, l-Awstralja, il-Maċedonja ta' Fuq, l-Irlanda, Ċipru, in-Norveġja, il-Kroazja, Belġju, l-Iżrael, ir-Rumanija, l-Ażerbajġan u l-Ukrajna. | [
10
] |
It-Tnejn, minn tal-inqas 5,000 immigrant daħlu fi Spanja mill-Marokk. Dan huwa meqjus bħala rekord ta' immigranti li daħlu f'ġurnata f'dan il-pajjiż. Il-midja internazzjonali qalet kif kelliem għall-Gvern Spanjol qal kif elf minn dawn l-immigranti huma tfal. | [
10
] |
Tlett xhur wara l-kolp ta' Stat , osservaturi Indipendenti ċaħdu l-allegazzjonijiet li kien hemm xi frodi fil-voti fl-elezzjonijiet ta' Myanmar fl-2020. L-Aġenzija Asjatika għall-Elezzjonijiet, qalet kif ir-riżultat tal-elezzjonijiet kien jirrappreżenta dak li fil-verita riedu n-nies ta' Myanmar. Il-militar kien ġġustifika l-kolp ta' stat wara li qalu li kien hemm xi tip ta' frodi, iżda lanqas kienu ressqu 'l quddiem xi tip ta' evidenza. Sa issa il-militar fi Myanmar għadhom ma rreaġixxewx għal dan ir-rapport. | [
10
] |
Franco Battiato, il-kittieb ikoniku Taljan tal-kanzunetti, miet fl-età ta' 76 sena. Battiato miet fit-18 ta 'Mejju, fl-età ta' 76 sena, wara battalja twila mal-mard. Il-kantawtur, kompożitur u produttur tal-films miet fid-dar tiegħu f'Milo, Catania fi Sqallija, wara li rritorna fil-pajjiż fl-2019. Hu twieled fl-1945 fejn kiseb il-laqam Il-Maestro fost dawk li ħadmu miegħu. Matul is-snin, huwa kkollabora ma' bosta mużiċisti Taljani u internazzjonali fosthom fuq il-kanzunetta 'Ruby Tuesday' ta' The Rolling Stones. | [
10
] |
Il-bumbardamenti mill-Iżrael fuq il-Palestinjani, li ilu għaddej għal dawn l-aħħar disat ijiem, tefa' lill-grupp militanti tal-Hamas lura is-snin. Dan sostnih il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu. Huwa żied jgħid illi l-operazzjonijiet militari se jibqgħu fis-seħħ sakemm iċ-ċittadini Iżraeljani jħossuhom li qed jgħixu b'mod sigur. Il-Ministru għas-Saħħa Palestinjan qal li s'issa minn tal-inqas 215-ilpersuna, li kważi nofshom huma nisa u tfal, inqatlu f'Gaża, filwaqt li l-Iżrael irrapporta 12-il mewt. Iżrael qal li 150 mill-persuni maqtula huma militanti, iżda l-Hamas ma tax figuri ta' kemm inqatlu militanti u nies ċivili. Fil-jum tat-Tlieta, Iżrael fetaħ il-fruntiera lejn l-istrixxa ta' Gaża sabiex jidħol konvoj bl-għajnuna, madanakollu l-fruntiera kellha tingħalaq malajr minħabba li ż-żona spiċċat fil-mira tal-attakki mill-Palestinjani. Intant, il-ġlied ma waqaf xejn, hekk kif mal-lejl saru diversi attakki miż-żewġ naħat, bl-isforzi diplomatiċi biex tintemm il-vjolenza mhux qed iħallu r-riżultati mixtieqa. Franza ressqet abbozz ta' riżoluzzjoni mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f'koordinazzjoni mal-Eġittu u l-Ġordan u talbet għal waqfien mill-ġlied. | [
10
] |
L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta' New York qal li qed jinvestiga l-organizzazzjoni Trump dwar inkjesta kriminali. Kelliem għall-ogħla prosekutur tal-istat qal illi hi kienet qed tagħmel skrutinju fuq negozji finanzjarji tal-eks President Repubblikan Donald Trump qabel ma daħal fl-ogħla kariga fil-Whitehouse. Il-familja Trump ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet u qalet illi din l-inkjesta, li qed issir minn prosekutur Demokratiku, hija vendetta politika. | [
10
] |
L-Iżrael qed jevalwa kull possibiltà sabiex jitwaqqfu l-attakki, iżda fl-istess waqt il-militar Iżraeljan qed jipprepara għal kull eventwalità f'każ li jkun hemm bżonn ta' aktar attakki fil-jiem li ġejjin. Dan sostnih sors fil-militar, li qal ukoll li qed jaraw meta huwa l-mument opportun sabiex jieqaf il-ġlied mal-Palestinjani. L-Iżrael qal li qed jara jekk permezz tal-attakki li saru fl-aħħar jiem innewtraliżax il-qawwa tal-Hamas. Intant, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, waqt li kien qed jindirizza lill-midja internazzjonali, qal li hemm żewġ modi kif titratta l-Hamas; li tieħu l-kontroll tagħhom jew twaqqafhom. Netanyahu qal li bħalissa qed jaħdmu biex iwaqqfu lil Hamas milli jkomplu jattakkaw, iżda mhu qed jeskludi xejn. | [
10
] |
Membru mill-grupp Iżlandiż Daði og Gagnamagnið, li qed jipparteċipa fil-Eurovision, ħareġ pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar ġiet ikkonfermata fuq twitter, mill-grupp stess. B'hekk il-grupp Iżlandiż mhux se jkun jista' jieħu sehem fil-provi tal-lum u għada, kif ukoll waqt it-tieni semifinali ta' għada filgħaxija. Minflok se tidher verżjoni rrekordjata ta' preżentazzjoni tal-kanzunetta. Il-Ħadd li għadda membru fid-delegazzjoni irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u riżultat t'hekk id-delegazzjoni Maltija, inkluż Destiny ma setgħetx tattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Eurovision. Dan għaliex id-delegazzjoni Maltija qed tgħix fl-istess lukanda ta' fejn qed toqgħod id-delegazzjoni tal-Iżlanda. Id-delegazzjoni Maltija għamlet test għall-Covid-19 u kulħadd irriżulta fin-negattiv. | [
10
] |
Uffiċjal għall-Ħamas qal li qed jistenna li jintlaħaq ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn il-militanti fl-Iżrael u fil-Gaża fi żmien ġurnata jew tnejn, fi sfond ta' attakki kontinwi li ma qatgħu xejn. Minkejja dan ir-raġġ ta' dawl, il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, qal li jinsab determinat li jkompli bil-ġlied sakemm iċ-ċittadini fl-Iżrael jerġgħu lura għall-paċi u sigurtà. Kmieni l-Ħamis, saru aktar minn mitt attakk mill-ajru mill-Iżrael fuq l-infrastruttura fin-naħa ta' fuq ta' Gaża. Il-militanti Palestinjani rritaljaw b'rokits sparati lejn l-Iżrael. Mal-mitejn u tletin persuna, fosthom mija li kienu nisa u tfal, inqatlu f'Gaża mindu intensifikaw l-attakki bejn iż-żeġw naħat. Fl-Iżrael mietu tnax-il persuna, inkluż żewġt itfal. | [
10
] |
Ir-Renju Unit beda jagħmel it-testijiet għal doża addizzjonali tat-tilqima kontra l-Covid-19. Dawn huma l-ewwel testijiet li qed isiru fid-dinja, fejn se jiġi eżaminat jekk hemmx bżonn ta' doża oħra tal-vaċċin tal-AstraZeneca, Pfizer, Moderna u Johnson & Johnson, fost oħrajn. Huwa maħsub li din id-doża addizzjonali se tingħata bejn għaxar u tnax-il ġimgħa wara li tingħata t-tieni doża. F'dawn l-istudji li qed isiru, qed jiġi analizzat kif se tinkiseb l-immunità għall-virus. | [
10
] |
Ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2019 Duncan Laurence rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. Konsegwenza t'hekk huwa mhux se jkun qed ikanta fil-finali kif inhi t-tradizzjoni bħala r-rebbieħ inkurunat tal-Eurovision. Dan ifisser ukoll li huwa mhux se jippreżenta t-trofew lir-rebbieħ li jmiss tal-Eurovision. Fi stqarrija, il-European Broadcasting Union qalet li t-tim ta' Laurence huwa diżappuntat għal dan l-iżvilupp għaliex huwa xtaq ħafna jieħu sehem fil-Eurovision li grazzi għalih qed isir f'Rotterdam, l-Olanda. Duncan Laurence deher fil-ftuħ tal-ewwel semifinali tat-Tlieta. | [
10
] |
Inkjesta sabet li l-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali, BBC, naqset mill-istandards ta' integrità u trasparenza fl-intervista ta' Martin Bashir mal-Prinċipessa Diana fl-elf disa' mija ħamsa u disgħin. Fil-fatt, l-inkjesta sabet kif Bashir aġixxa b'mod qarrieqi u ffalsifika dokumenti biex jagħmel l-intervista. Kemm il-BBC u l-ġurnalist skużaw ruħhom. L-aġenzija qalet li r-rapport wera "fallimenti ċari" u ammettiet li messa għamlet iktar sforz biex tinvestiga x'ġara dak iż-żmien. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.