text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Illejla f'Ahoy Arena f'Rotterdam isir it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest fejn sbatax-il pajjiż jikkompeti għall-aħħar għaxar postijiet fil-finali. Il-pajjiżi li se jikkompetu llejla huma San Marino, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Moldova, l-Iżlanda, is-Serbja, il-Ġorġja, l-Albanija, il-Portugall, il-Bulgarija, il-Finlandja, il-Latvja, l-Iżvizzera u d-Danimarka. Fost il-pajjiżi kwotati ferm li llejla jistgħu jgħaddu hemm l-Iżvizzera, il-Bulgarija u San Marino, b'tal-aħħar, il-kantanta Senhit se tkun akkumpanjata mir-rapper Amerikan Flo Rida. Membru mill-grupp Iżlandiż, li qed jipparteċipa fil-Eurovision, ħareġ pożittiv għall-Covid-19. B'hekk il-grupp Iżlandiż mhux se jkun jista' jieħu sehem waqt it-tieni semifinali. Minflok se tidher verżjoni rrekordjata ta' preżentazzjoni tal-kanzunetta. Il-Ħadd li għadda membru fid-delegazzjoni irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u riżultat t'hekk id-delegazzjoni Maltija, inkluż Destiny ma setgħetx tattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Eurovision. Dan għaliex id-delegazzjoni Maltija qed tgħix fl-istess lukanda ta' fejn qed toqgħod id-delegazzjoni tal-Iżlanda. Id-delegazzjoni Maltija għamlet test għall-Covid-19 u kulħadd kien irriżulta fin-negattiv. Wara r-riżultat tal-lejla jsir magħruf ukoll f'liema pożizzjoni se tkun qed tkanta Destiny fil-finali hekk kif għada jkomplu l-impenji għad-delegazzjoni Maltija b'żewġ provi uffiċjali tal-finali tal-Eurovision Song Contest. | [
10
] |
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-Kabinett tas-Sigurtà tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qabel sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied mal-Palestinjani, fl-istrixxa ta' Gaża. Dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa fis-sagħtejn ta' filgħodu. Il-waqfien mill-ġlied wasal wara 11-il jum ta' ġlied li wassal sabiex inqatlu diversi persuni, fosthom tfal. | [
10
] |
Eluf ta' studenti fl-Awstralja qed jipprotestaw kontra t-tibdil fil-klima u mhux jattendu l-lezzjonijiet. B'kollox 50,000 student madwar il-kontinent se jkunu pparteċipaw f'dawn id-dimostrazzjonijiet li għandhom l-għan li jitolbu azzjoni globali dwar it-tibdil fil-klima. Il-Gvern Awstraljan affaċċja kritika kemm-il darba minħabba li ma kellux miri ambizzjużi dwar is-suġġett, u issa l-pubbliku qed jipprotesta kontra proġetti futuri li jinvolvu sorsi bħall-faħam, żejt u gass. | [
10
] |
In-negozjaturi fi ħdan l-Unjoni Ewropea waslu għal ftehim fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dan se jwassal biex ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jsiefru minn pajjiż għal ieħor b'mod sigur. Dawn qablu li ċ-ċertifikat għandu jibda jintuża mill-ewwel ta' Lulju u se jingħata b'mod tradizzjonali, jiġifieri fuq karta jew anki b'mod diġitali. Dan iċ-ċertifikat se jkollu karatteristiċi ta' sigurtà biex jagħmilha iżjed diffiċli li wieħed jiffalsifikah. Dan iċ-ċertifikat se jkun validu għal dawk li jkunu tlaqqmu bit-tilqima, dawk li jkunu ttestjaw negattiv sa 72 siegħa qabel jew inkella dawk li kienu pożittivi għall-virus u mbagħad l-immunità tagħhom għall-virus, telgħet. | [
1
] |
L-ewwel konvoj ta' għajnuna umanitarja waslet f'Gaża, proprju ftit sigħat wara li waqfet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-militanti Palestinjani. Eluf ta' Palestinjani rritornaw lura f'darhom għal xena mill-aktar kerha, fejn l-awtoritajiet sostnew li se jieħu s-snin biex kollox jerġa' jinbena kif kien. L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa sejħet għal ħolqien ta' struttura li tgħin lil dawk li huma midruba jirċievu l-għajnuna billi jiġu evakwati. Aktar minn 250 persuna nqatlu matul il-ħdax-il jum ta' kunflitt. | [
10
] |
Ittra miktuba minn Albert Einstein li fiha hemm l-ekwazzjoni famuża, E=mc2, ġiet mibjugħa għal $1.2 miljuni f'irkant fl-Istati Uniti. Din l-ittra nbiegħet proprju tliet darbiet aktar mill-prezz maħsub. Esperti qalu kif kien hemm tlett eżempji oħra biss tal-istess ekwazzjoni miktuba bil-pinna minn Einstein. | [
10
] |
Endri Elezi, Albaniż ta' 28 sena, li huwa ssuspettat li forna l-armi lil Mohamed Bouhlel f'attakk terroristiku f'Nizza, li ġara f'Lulju tal-2016, ġie estradit lejn Franza. Elezi ġie estradit wara li f'April li għadda ġie arrestat viċin Napli fl-Italja. F'dan l-attakk terroristiku li seħħ fl-14 ta' Lulju 2016, inqatlu 86 persuna, hekk kif trakk tajjar lin-nies, waqt li l-Franċiżi kienu qed jiċċelebraw jum ta' festa nazzjonali. L-ISIS kien ħa r-responsabiltà ta' dan l-attakk, però l-pulizija Franċiża m'għandiex evidenza li Bouhlel huwa parti mill-grupp estremist. | [
10
] |
Ritratt li ttella' onlajn din il-ġimgħa fuq żewġ profili ta' Instagram x'aktarx juru lill-Prinċipessa Latifa, bint il-mexxej ta' Dubai, li ilha ma tidher għal dawn l-aħħar xhur. Fi Frar, il-BBC xandar filmat fejn kienet tidher fih fejn qalet li kienet qed tinżamm ostaġġa u bdiet tibża' għall-ħajjitha. Xejn m'hu ċert jekk dan ir-ritratt hux vera jew le. | [
10
] |
Is-Sibt, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Urusla von der Leyen laqgħet flimkien mal-Papa Franġisku. Din il-laqgħa bilaterali qed issir fil-50 anniversarju minndu bdiet ir-relazzjoni diplomatika bejn l-Unjoni Ewropea u s-Santa Sede. Fil-laqgħa bejn von der Leyen u l-Papa Franġisku tkellmu dwar l-iżvilupp soċjali tal-kontinent Ewropew, anke fil-kuntest tal-Konferenza għal futur tal-Ewropa. Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll dwar l-immigrazzjoni, il-pandemija u l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani. | [
10
] |
L-Italja permezz tal-grupp Måneskin, rebħet il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Il-grupp rock Taljan seraq il-qlub tal-Ewropej u l-ġurija bil-kanzunetta 'Zitti E Buoni'. Din hi l-ewwel kanzunetta rebbieħa fuq stil rock fi ħmistax-il sena hekk kif l-aħħar u l-unika grupp rock rebbieħ fil-Eurovision, qabel ta' din is-sena, kien il-grupp Finladiż Lordi bil-kanzunetta 'Hard Rock Hallelujah'. L-Italja issa rebħet il-Eurovision tliet darbiet, fl-1964, fl-1990 u din is-sena. Malta rappreżentata minn Destiny spiċċat fis-seba' post fil-finali tal-Eurovision. Fil-vot tal-ġurija, Malta ġiet fit-tielet post u kisbet 12-il punt minn bosta pajjiżi fosthom l-Awstralja u r-Rumanija. Mill-vot tal-pubbliku Malta kisbet biss 47 punt. Għal Malta huwa l-aqwa riżultat mill-2013 meta Gianluca Bezzina kien ġie fit-tmien post. Minkejja dan, pajjiżna kien kwotat ferm u kien mistenni jiġi mal-ewwel tliet postijiet skont id-djar tal-imħatri. Intant ftit tal-ħin ilu ħarġu wkoll ir-riżultati tas-semifinali fejn nhar it-Tlieta, Malta rebħet l-ewwel semifinali hekk kif bil-voti magħduda flimkien tal-ġurija u l-vot tal-pubbliku, Destiny ġiet l-ewwel. Fil-finali Malta kisbet 255 punt u qabel Malta kklassifikat il-Finlandja u wara Malta ġiet il-Litwanja. | [
10
] |
Il-kantat Damiano mill-grupp rebbieħ tal-Eurovision, Måneskin, ċaħad li hu ħa d-droga meta fix-xandira tal-Eurovision deher qisu jiġbed il-kokaina. F'konferenza tal-aħbarijiet wara l-finali huwa qal li hu ma jieħux droga meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-gazzetta Żvediża Aftonbladet. Intant dan huwa l-filmat fejn allegatament, Damiano jidher jieħu d-droga fil-greenroom tal-Eurovision. Il-grupp Taljan wera s-sodisfazzjon tiegħu li rebaħ il-vot tal-pubbliku u b'hekk rebaħ il-Eurovision u nnota kif il-ġurija minn kull pajjiż ma tatux biżżejjed punti. Bil-flixkun tax-xampanja maġenbu, l-grupp Taljan, li wkoll rebaħ Sanremo, kien f'dellirju ta' ferħ li wara aktar minn tletin sena, l-Italja rebħet il-Eurovision Song Contest. Il-grupp saħaq li meta tkun inti, ir-riżultat jasal u dik kienet ir-riċetta ta' Måneskin bil-kanzunetta 'Zitti E Buoni'. Mistoqsija dwar il-belt li se tilqa' l-Eurovision tas-sena d-dieħla, il-grupp qal li ma għandu l-ebda preferenza. "L-aqwa li se jsir l-Italja wara pandemija", saħqet Victoria De Angelis, ta' oriġini Daniża. | [
10
] |
Il-gvern tal-Kongo nieda pjan ta' evakwazzjoni għall-belt ta' Goma, wara l-iżbroff ta' vulkan kbir. Matul il-lejl li għadda splużjonijiet ta' lava ffurmaw sħaba kbira tixgħel lewn ħamran li għattiet is-sema fuq il-Muntanja Nyiragongo. Eluf ta' residenti li dehru f'paniku ħasbu biex ifittxu refuġju minn dak li kien qed jiġri fil-belt tagħhom, li għandha poplazzjoni ta' madwar żewġ miljun persuna. L-istess vulkan żbroffa l-aħħar fl-2002 li ħalla 250 persuna mejta u 120,000 oħra bla saqaf fuq rashom. | [
10
] |
Studju li wettaq id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika Ingliż juru li l-vaċċini tal-Pfizer u l-AstraZeneca kontra l-Coronavirus huma effettivi ħafna wkoll kontra l-varjant Indjan. Dan wara li l-persuni jitlaqqmu biż-żewġ dożi. Iż-żewġ vaċċini huma 33% effettivi kontra l-varjant Indjan wara tliet ġimgħat li persuna tkun ħadet l-ewwel tilqima. L-istudju xjentifiku jkompli juri wkoll l-effettività tal-vaċċini ġimagħtejn biss wara li l-persuni jkunu tlaqqmu biż-żewġ dożi; il-vaċċin tal-Pfizer huwa 88% effettiv, filwaqt li l-vaċċin tal-AstraZeneca huwa 60% effettiv kontra l-varjant Indjan. Madankollu, id-dipartiment spjega li d-diskrepanza fl-effettività bejn iż-żewġ vaċċini hija possiblment riżultat tal-fatt li t-tilqim bl-AstraZeneca fir-Renju Unit beda aktar tard minn dak tal-Pfizer. Dan l-istudju sar bejn il-5 ta' April u s-16 ta' Mejju fuq 12,675 każ ta' sekwenza ġenomika, li 1,054 biss minnhom irriżultaw li kienu każijiet tal-varjant Indjan. | [
10
] |
Minn tal-inqas tmien persuni mietu wara li funikular waqa' viċin ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja. Filwaqt li żewġt itfal ittieħdu fi sptar ta' Turin. L-inċident seħħ meta l-funikular kien qed jittrasporta xi nies fir-raħal ta' Stresa fir-reġjun ta' Piemonte. Membri tas-salvataġġ kif ukoll is-servizz tal-emerġenza tal-ħelikopter wieġbu mmedjatament għas-sejħa ta' assistenza għall-inċident serju li seħħ illum wara nofsinhar. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 8 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 5 każijiet minn fost 2,409 testijiet. Dan ifisser li issa f'pajjiżna hawn 81 każ attiv ta' COVID-19. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 910,953 test. Ingħataw ukoll 468,829-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 301,274 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 175,246 persuna huma kompletament imlaqqma. Għas-16-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19. | [
1
] |
Pajjiżi tal-Punent esprimew rabja għall-fatt li ajruplan li kien qed iġorr attivist tal-Belarussja f'titjira interna fl-Ewropa, ġie sfurzat jinżel fil-Belarussja minflok ikompli għad-destinazzjoni oriġinali tiegħu. Numru ta' mexxejja Ewropej mistennija jiddiskutu dak li qed jissejjaħ bħala "ħtif" u li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan iddeskriva bħala "att xokkanti". L-ajruplan kien fi triqtu lejn il-Litwanja minn Ateni, imma minflok ġie ordnat jinżel f'Minsk minħabba biża' li kien hemm bomba abbord. L-attivist u ġurnalist Roman Protasevich ta' sitta u għoxrin sena ġie arrestat mal-inżul tiegħu fil-Belarussja. Il-midja fil-Belarussja qed tirrapporta li l-President Alexander Lukashenko personalment ordna biex dan isir, u eventwalment it-theddida ta' bomba rriżultat fin-negattiv. | [
10
] |
Sebat ibliet biex jilqgħu l-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla. Is-Sindki ta' dawn l-ibliet Taljani qalu uffiċjalment li huma beħsiebhom jitfgħu l-interess ħalli l-Eurovision tas-sena d-dieħla jsir hemm. Il-kapitali Ruma hija l-aħħar belt li ressqet isimha iżda kollox qed jipponta lejn Turin għaliex din toffri post b'faċilitajiet ideali biex jiġi organizzat il-festival. Minkejja dan, it-taqbida bejn min se jilqa' l-Eurovision għad fadlilha sew biex tirranka. Il-grupp rebbieħ Måneskin minn Ruma wasal fl-ajruport ta' Fiumicino f'Ruma lbieraħ u milqugħ min-numru ta' nies, qal li jixtieq li l-Eurovision isir f'Ruma. L-aħħar Eurovision organizzat fl-Italja kien fl-1991 f'Cine Città. Dik is-sena Malta kienet irritornat fil-Eurovision wara 16-il sena permezz ta' Paul Giordimania u Georgina Abela. | [
10
] |
L-Italja qed tinvestiga l-kawża tal-inċident b'funikular li seħħ il-Ħadd u ħalla erbatax-il persuna mejta. Il-cable car waqgħet għoxrin metru għal isfel qrib ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja. Tlettax-il persuna mietu fuq il-post, fosthom tarbija ta' sentejn. Żewġt itfal oħra ta' disa' u ħames snin ittieħdu għall-kura fi sptar f'Turin, u l-kbira mietet ftit tal-ħin wara. Fost il-vittmi kien hemm ħames Iżraeljani. It-Tnejn, it-tekniċi kienu fuq il-post biex jeżaminaw it-tifrik li kien baqa'. Prosekuturi f'Milan qalu li bdew investigazzjoni dwar qtil involontarju u negliġenza, u se jaraw ukoll id-dokumentazzjoni tal-kumpanija fejn jidħol l-operat tekniku u dak ta' manutenzjoni. | [
10
] |
Ma ntużat u ma ġiet ikkunsmata l-ebda droga fil-greenroom u l-każ huwa magħluq. Hekk sostniet stqarrija uffiċjali tal-European Broadcasting Union, l-EBU. Il-kantant tal-grupp Måneskin Damiano għamel test għad-droga fl-Italja fejn irriżulta fin-negattiv. L-EBU qalet li hija analizzat filmati u anki rat b'għajnejha r-riżultat tat-test li sar. Qalet li hija mħassba li b'fake news intefgħu dellijiet inġusti u ħriġna mill-ispirtu veru tal-Eurovision. L-EBU reġgħet awgurat lill-grupp rock Taljan tar-rebħa fil-Eurovision. | [
10
] |
L-Unjoni Ewropea mhu se tħalli l-ebda ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Belarus jgħaddi mill-ispazju Ewropew tal-ajru. Dan b'rabta mal-arrest ta' ġurnalist il-Ħadd minn fuq titjira li kellha tinżel Minsk. F'laqgħa tal-Mexxejja Ewropej hekk kif bħalissa għaddej summit speċjali, intqal ukoll kif linji tal-ajru tal-Ewropa se jingħataw il-parir ma jgħaddux mill-ispazju tal-ajru tal-Belarus, u qed jiġu diskussa sanzjonijiet ekonomiċi wkoll. It-Tnejn ħareġ ukoll filmat juri lill-ġurnalist waqt l-arrest, u qed ikun irrapportat li fl-istess filmat hu qed jammetti l-akkużi miġjuba kontrih mill-istat. Attivisti qed jgħidu li hu qal hekk għaliex kien taħt pressjoni. | [
10
] |
L-Istati Uniti qed iwissi kontra l-ivvjaġġar lejn il-Ġappun minħabba s-sitwazzjoni tal-pajjiż b'rabta mal-COVID-19. Dan ġimgħat biss qabel l-Olimpjadi f'Tokjo. Uffiċjali tad-delegazzjoni Amerikana għall-Olimpjadi qalu iżda li jinsabu fiduċjużi li l-atleti Amerikani se jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sigur fl-avveniment storiku. B'kollox fil-Ġappun kien hemm aktar minn seba' mitt elf persuna li ġew infettati bil-COVID-19, u mietu mat-tnax-il elf persuna. | [
10
] |
Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer ġie maħtur bħala Negozjatur għall-immigrazzjoni legali tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. B'reazzjoni għall-ħatra tiegħu bħala n-Negozjatur tal-Grupp tas-Soċjalisti dwar l-immigrazzjoni legali lejn l-Unjoni Ewropea, Engerer stqarr li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tindirizza b'mod konkret l-isfida ta' nuqqas ta' ħaddiema f'numru ta' oqsma u tara kif tista' tiġbed lejha nies ta' talent li qed jintilfu milll-Ewropa biex imorru f'ekonomiji oħra madwar id-dinja. Madankollu Engerger sostna li għandha tkun imrażżna l-problema tal-immigrazzjoni irregolari ta' dawk li ma għandhomx dritt għall-ażil. Intant, Engerer ingħata wkoll il-kariga ta' wieħed miż-żewġ rappreżentanti tas-Soċjalisti għad-delegazzjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Ibħra tal-Organizzazzjoni Marittima Dinjija, l-IMO | [
10
] |
Il-Kummissjoni Ewropea llum tat €177 miljun f'fondi mill-programm SURE, li huwa fond li jgħin il-Gvernijiet tal-Ewropa jindirizzaw l-impatt tal-pandemija speċjalment fis-settur tax-xogħol. Pajjiżna kien wieħed minn tnax-il stat membru li ħa l-fondi fosthom il-Belġju u Ċipru. Dawn il-fondi forma ta' self jammontaw għal erbgħa u disgħin biljun u tliet mitt elf ewro u b'kollox se jgawdu dsatax-il stat membru tal-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li l-fond SURE huwa storja ta' suċċess li laqat b'mod tajjeb tletin miljun ħaddiem. Il-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni qal li sena wara l-Kunsill Ewropew approva dan il-finanzjament mill-fond SURE, diġà tqassmu 90% tal-fondi. | [
10
] |
Matul il-ġurnata tat-Tlieta kompla s-Summit Speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, fejn hemm ukoll il-Prim Ministru Malti Robert Abela. Tul il-ġurnata tat-Tlieta, id-diskussjoni kompliet fuq il-pandemija globali. Hawnhekk il-mexxejja Ewropej qablu li sal-aħħar ta' din is-sena, se jingħataw minn tal-inqas 100 miljun doża lill-pajjiżi terzi. Il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu ċ-ċertifikat tal-vaċċin, li hemm qbil fuqu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. F'dan is-summit li beda t-Tnejn filgħaxija wassal biex il-mexxejja Ewropej qablu sabiex ikun hemm imposti sanzjonijiet ġodda fuq il-Belarus. Dan hekk kif il-mexxejja Ewropej qablu li l-ebda ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Belarus ma jgħaddi mill-ispazju tal-ajru Ewropew. Dan wara li l-ġurnalist mill-Belarus li huwa voċiferu kontra l-President Alexander Lukashenko ġie arrestat hekk kif l-ajruplan tniżżel fil-Belarus. Il-mexxejja Ewropej ikkundanaw ukoll il-ħtif tal-Prim Ministru u l-President tal-Mali minn suldati tal-pajjiż. Dwar il-Lvant Nofsani, il-Kunsill Ewropew laqa' l-waqfien mill-ġlied u tenna fuq l-impenn għal soluzzjoni bejn iż-żewġ stati, li din hija wkoll il-pożizzjoni li dejjem saħqet Malta. Intant, matul laqgħa li saret it-Tlieta filgħodu bejn il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ġiet diskussa l-Libja u l-immigrazzjoni fil-Mediterran. | [
10
] |
L-Istati Uniti se jgħinu fil-bini mill-ġdid ta' Gaża, f'attentat biex jissaħħaħ il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-militanti Palestinjani. Is-Segretarju għall-Istat Antony Blinken qal li hu kruċjali li din il-kriżi umanitarja tkun solvuta biex tkun evitata aktar vjolenza. Hu insista wkoll li dan kollu se jsir b'mod li ma jagħtix saħħa lill-militanti tal-Hamas. L-Istati Uniti reġgħu tennew ukoll l-appoġġ tagħhom għad-dritt bażiku li l-Iżrael jiddefendi lilu nnifsu. Il-ġlied li fl-aħħar ġimgħat ħasad il-ħajja ta' aktar minn 250 persuna kien xprunat minn tensjoni bejn l-Iżrael u l-Palestinjani fil-Lvant ta' Ġerusalemm. | [
10
] |
Il-kumpanija farmaċewtika Moderna qalet li minn testjiet li għamlet fuq tfal li għandhom 'il fuq minn 12-il sena sabu kif dan il-vaċċin għandu effettività għolja. Moderna qalet kif minn dawk it-tfal li sarilhom test, ħadd minnhom ma ħareġ pożittiv għal virus. Il-kumpanija qalet kif minn dawn it-testijiet, wara l-ewwel doża, kien hemm effettività ta' 93%. Il-kumpanija Moderna se tkun qed tressaq dawn ir-riżultati fil-bidu ta' Ġunju. Bħalissa l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għaddejja bi stħarriġ fuq it-tilqima tal-Pfizer fuq tfal li għandhom 'il fuq minn 12-il sena. | [
1,
10
] |
Sena mill-qtil tal-Afrikan Amerikan George Floyd eluf fakkru dan ir-reat li xpruna dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu u l-vjolenza instigata mill-Pulizija madwar id-dinja. Tul din is-sena beda jinstema' l-każ kontra Derek Chauvin, l-eks uffiċjal tal-Pulizija li fil-famuż filmat li dar mal-midja soċjali, jidher iżomm irkopptu m'għonq Floyd b'ċertu forza, minkejja li l-vittma kien qed jilmenta li ma jistax jieħu nifs. Chauvin instab ħati tal-qtil u ġie kkundannat il-ħabs. | [
10
] |
Il-Prim Ministru tar-Repubblika taċ-Ċeka se jkollu jaħtar il-ħames Ministru tas-Saħħa tiegħu waqt pandemija. Il-Prim Ministru Andrej Babis qed jaffaċja kriżi wara l-oħra qabel l-elezzjonijiet f'Ottubru. Ir-raba' Ministru tas-Saħħa Petr Arenberger ċempel lil Babis waqt li dan kien għas-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. F'dik it-telefonata Arenberger għarraf lill-Prim Ministru li hu qed jirriżenja minn Ministru. | [
10
] |
Fil-belt Pollakka ta' Gdansk, it-tim Spanjol ta' Villareal rebaħ il-l-finali tal-UEFA Europa League, hekk kif għeleb lit-tim Ingliż ta' Manchester United, wara l-għoti tal-penalties. It-tim Spanjol mar l-ewwel fil-vantaġġ fid-29 minuta permezz ta' Gerard Moreno, wara li Dani Perejo minn free-kick qassam li Moreno biex tefa' l-ballun fix-xibka. Imbagħad fil-55 minuta, Manchester United ġabu l-iskor indaqs permezz tal-plejer Urugwajan, Edison Cavani. Sal-aħħar tad-90 minuta, l-iskor kien indaqs ta' 1-1, bil-logħba tkompli bil-ħin barrani, iżda fit-30 minuta tal-ħin addizzjonali l-ebda tim ma sab ix-xibka. Bil-partita tmur għal għoti tal-penalties, li kien wieħed drammatiku, it-tim Spanjol skurja 11 minn 11-il penalty. Għar-Red Devils skurjaw Juan Mata, Alex Telles, Bruno Fernandes, Marcus Rashford, Edison Cavani, Fred, Daniel James, Luke Shaw, Axel Tuanzabe u Victor Lindelof. Bil-gowlkeeper ta' Manchester United David De Gea jfalli l-unika penalty, biex it-tim Spanjol rebaħ din il-kompetizzjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu. Il-kowċ ta' Villareal Unai Emery rebaħ din il-kompetizzjoni għar-raba' darba, hekk kif qabel rebaħ din il-kompetizzjoni mat-tim ta' Sevilla fl-2014, fl-2015 u fl-2016. | [
10,
15
] |
Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko qal illi ħafna mill-pajjiżi tal-Punent qabżu l-limitu bis-sanzjonijiet li imponew fuq il-Belarus. Huwa għamel dawn ir-rimarki hekk kif kien qed jiddefendi l-azzjoni li ħa, meta ordna li ajruplan tar-Ryanair li kien waqt titjijra mill-Greċja lejn il-Litwanja jinżel fil-Belarus, nhar il-Ħadd li għadda. Lukashenko ordna li jsir hekk sabiex jiġi arrestat il-Ġurnalist Roman Protasevich. Protasevich li għandu 26 sena tpoġġa fuq il-lista tat-terroriżmu s-sena l-oħra, huwa f'kummenti li ta sostna li qed jibża' mill-piena tal-mewt. Hu flimkien mas-sieħba tiegħu qed jaffaċċjaw akkużi kriminali. F'filmati li ġew ippubblikati, il-koppja tidher li qed tammetti għall-akkużi miġjuba kontrihom, madanakollu l-espressjoni fuq wiċċhom turi li huma ġew sfurzati jammettu. Il-mexxejja Ewropej akkużaw lil Belarus li ħatfu l-ajruplan, iżda l-president kompla jinsisti li hu aġixxa b'mod legali. | [
10
] |
Ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu barra minn xtuthom se jkollhom id-dritt li jivvutaw għal ħajjithom kollha. Dan wara li qabel kienu intitolati li jagħmlu dan sakemm ma jkunx ilhom aktar minn ħmistax-il sena jgħixu barra mir-Renju Unit. Il-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit f'Malta sostniet li dawn it-tibdiliet se jagħmluha aktar faċli biex dawn iċ-ċittadini jipparteċipaw fid-demokrazija tar-Renju Unit. Dawn it-tibdiliet tħabbru mid-diskors li kienet għamlet ir-Reġina Eliżabetta II fil-ftuħ tal-Parlament. Il-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit f'Malta saħqet li d-deċiżjonijet li saru fil-Parlament Ingliż fuq il-politika barranija, l-Immigrazzjoni, id-Difiża, il-Pensjonijiet u l-Kummerċ se jaffettwa liċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu barra minn xtuthom. | [
10
] |
Il-President Franċiż Emmanuel Macron talab maħfra lill-popli tar-Rwanda dwar l-irwol ta' Franza fil-ġenoċidju tal-1994 li fih mietu madwar 800,000 persuna. Franza kienet qed tappoġġja l-Gvern immexxi mill-Hutu, fil-gwerra ċivili li kellohom kontra l-Gvern tat-Tutsi li kienet ilha għaddejja erba' snin. Macron qal li Franza għamlet żmien twil iżżomm siekta fuq dak li verament ġara. Minkejja li Franza ma ħaditx sehem f'dan il-qtil, huwa jħoss li għandu jitlob apploġija filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbilitajiet li kellu l-pajjiż li jmexxi fil-kunflitt. Il-President Franċiż qal dan waqt li kien fil-monument iddedikat għall-vittmi tal-ġenoċidju li fih hemm madwar 250,000 vittma midfuna. Intant il-President ta' Rwanda Paul Kagame qal li kliem Macron huwa prezzjuż aktar minn appoloġija, u qal li dan il-ġest huwa wieħed ta' kuraġġ min-naħa tal-President Franċiż. | [
10
] |
Pajjiżna llum huwa mistenni li jaqbeż in-nofs miljun doża fl-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan filwaqt li 200,000 persuna huma mlaqqma kompletament. Dan ħabbruh il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Aktar kmieni din il-ġimgħa pajjiżna laħaq l-immunità kontra l-virus, dan hekk kif pajjiżna laqqam b'aktar minn 70% b'min tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħaq l-immunità għall-virus. Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li dawk il-persuni li ħadu u qed jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19. | [
1
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 8 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 2,316-il test. Dan ifisser li issa f'pajjiżna hawn 65 każ attiv ta' COVID-19. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 918,465 test. Ingħataw ukoll 498,726 doża tal-vaċċin. Minnhom, 311,903 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 195,856 persuna huma kompletament imlaqqma. Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kinux irrapportati mwiet b'rabta mal-Covid-19. | [
1
] |
Iċ-Ċina mminat l-isforzi tal-Amerka biex tkompli tinvestiga jekk il-virus tal-COVID-19 oriġinax minn laboratorju fiċ-Ċina. Il-President Amerikan Joe Biden qal li qed jistenna r-riżultati ta' rapport li sar fuq l-oriġini tal-virus. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina akkuża lill-Istati Uniti b'manipulazzjoni politika u li qed jippruvaw jitfgħu t-tort fuq ħaddieħor. Iċ-Ċina ċaħdet kwalunkwe akkuża ta' rabta bejn il-COVID-19 u laboratorju fil-belt Ċiniża ta' Wuhan. L-ewwel każ ta' COVID-19 instab f'Wuhan lejn l-aħħar tal-elfejn u dsatax, u minn dakinhar, aktar minn mija u tmienja u sittin miljun każ ġew irreġistrati madwar id-dinja, u madwar tliet miljuni u ħames mitt elf fatalità. Uffiċjali Ċiniżi rabtu l-ewwel każijiet tal-COVID-19 ma' suq tal-ħut f'Wuhan, b'diversi xjentisti ħarġu b'teoriji li l-virus għadda mill-annimali għall-bnedmin. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li hija kważi impossibbli li l-virus oriġina minn laboratorju, wara li uffiċjali tal-istess għaqda kienu għamlu żjara f'Wuhan aktar kmieni din is-sena. | [
10
] |
Żewġ linji tal-ajru Ewropej ma tħallewx jidħlu fir-Russja wara li fir-rotta tagħhom ppjanaw li jevitaw milli jtiru minn fuq il-Belarus biex jaslu Moska. Il-linji tal-ajru Air France u Austrian Airlines kellhom iħassru t-titjiriet tagħhom wara li ġew miċħuda mir-Russja. Diversi linji tal-ajru qed jevitaw milli jtiru minn fuq il-Belarus, f'mossa ta' protesta għall-episodju tal-ġimgħa li għaddiet meta ajruplan tar-Ryanair ġie ordnat jinżel f'Minsk biex jiġu arrestati ġurnalist u t-tfajla tiegħu. Huwa fatt magħruf li r-Russja hija alleat b'saħħtu tal-Belarus, u baqgħet soda fl-appoġġ tagħha lejn l-eks unjoni sovjetika u l-Gvern tal-pajjiż. L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qed jipprojbixxu linji tal-ajru tal-Belarus milli jtiru mit-territorju tagħhom, u qalu li mistennija jħabbru aktar sanzjonijiet, inkluż kontra l-President tal-Belarus Alexander Lukashenko u uffiċjali għolja oħra. | [
10
] |
Imħabbar pjan ta' riġenerazzjoni ta' €900 miljun Minn hawn u ftit minuti oħra se jkun qed jitħabbar il-pjan ta' riġenerazzjoni "multi-miljunarju". Il-Prim Ministru Robert Abela għamel referenza għal dan f'intervista li kellu lbieraħ fejn qal li se jiġi mniedi pakkett ieħor ta' inċentivi finazjarji, l-aktar wieħed b'saħħtu, biex in-negozji tagħna jkomplu jinċentivaw u jsaħħu ruħhom. Wara l-għajnuna bla preċedent li l-gvern kien ta fl-aħħar ġimgħat biex ma jintilfux l-impjiegi f'pajjiżna, xi ħaġa li rnexxiet minħabba li hu kkalkulat li kienu biss 1,600 ħaddiem Malti li spiċċaw bla xogħol, fl-aħħar ħin il-gvern ħabbar għajnuniet oħra bla preċedent. Din id-darba dawn l-għajnuniet huma intiżi biex jippreservaw l-ekonomija kif inhi u li huma mmirati u mfasslin għaċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa. Din hi għajnuna oħra bla preċedent li se tiswa lill-pajjiż €900 miljun. Dan huma flus li kollha kemm huma se joħroġhom il-Gvern Malti. Il-mira prinċipali ta' dawn il-miżuri tibqa' li jissalvagwardjaw l-impjiegi u li l-ekonomika tibqa' miexja 'l quddiem billi jinħoloq 'feel good factor'. Il-Prim Ministru Robert Abela, iddikjara bla tlaqliq li: "waqt li qed nagħtu lura l-fiduċja lin-negozji, issa qed nagħtu l-kwalità tal-ħajja lin-nies. Ġejna lura għan-normalità b'differenzi żgħar. Fil-ġimgħat li ġejjin, nemmen li nkunu lura fin-normalità sħiħa." Il-Prim Ministru enfasizza li "dan hu baġit ambizzjuż. Kellna żewġ għażliet li jew inħallu l-kulħadd jistabbilizza ruħu jew nagħtu injezzjoni. L-intenzjoni tal-miżuri hu li naħarbu niġru." Il-ħtieġa għaliex kien hemm bżonn dawn il-miżuri addizzjonali F'dak li għandu x'jaqsam mal-imxija tal-pandemija, in-numri issa niżlu sostanzjalment u l-ħsieb hu li tissaħħaħ l-ekonomija. Dan minħabba li l-ekonomija ntlaqtet b'nuqqas ta' domanda minn barra minn Malta u għalhekk kien hemm bżonn ta' mbuttatura. Il-Ministru għall-Finanzi, il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ekonomija jħabbru l-pjan ta' riġenerazzjoni Il-miżuri jinkludu tliet oqsma differenti L-ewwel qasam ta' dawn il-miżuri hu ta' kif se jiġu megħjuna n-negozji li fl-aħħar ġimgħat u anke bħalissa qed jesperjenzaw inqas turnover. L-għan tal-miżuri hu biex jgħinu lin-negozji jindirizzaw l-istruttura tal-ispiża. It-tieni qasam li qed jitrattaw dawn il-miżuri hu li jħejju lin-nies jikkunsmaw u mhux għax m'għandhomx flus imma li jkollhom kuraġġ jerġgħu joħorġu. It-tielet għan ta' dawn il-miżuri huwa li jindirizza s-'supply side' tal-pajjiż. Jekk inħarsu lejn il-miżuri li l-pajjiż ħa sitta u seba' snin ilu dawn kienu indirizzati għal tkabbir ekonomiku. F'dan is-snin it-tkabbir li l-pajjiż kien immira għalih seħħ. Maż-żmien imma l-potenzjal ekonomiku tal-gżira beda jbatti. Fid-dokument ippubblikat mill-gvern tħabbar pjan li fih pajjiżna se jonfoq xejn inqas minn €400 miljun, nefqa bla preċedent biex isaħħaħ il-qasam produttiv tal-pajjiż. Dan fost oħrajn ifisser li jekk per eżempju l-Malta Industrial Parks għandhom bżonn artijiet biex jospitaw l-industrija, dawn il-flus se jkunu qegħdin hemm biex kif l-ekonomija tirpilja din tingħata l-ispazju li henmm bżonn. Mingħajr dawn il-flus ma nistgħux nesperjenzaw it-tkabbir li konna esperjenzajna qabel. Din se tkun tfisser nefqa ta' 3% tal-Prodott Gross Domestiku. It-tliet miżuri l-kbar Waħda mill-akbar miżuri mħabbrin f'dan il-pjan ta' riġenerazzjoni hi dik marbuta mal-'wage supplement' jew kif inhi magħrufa aħjar bħala l-għotja ta' €800. Din se tibqa' kif inhi għax-xahar ta' Ġunju. Imbagħad hu mistenni li tinqasam fi tliet stadji. Lukandi, oqsma tad-divertiment, skejjel tal-lingwi, aġenziji tal-ivvjaġġar u linji tal-ajru, dawn se jibqgħu bi €800 sa Settembru. Ir-raġunament warajha hi għax id-domanda għal dawn is-servizzi hi dik li hi. Fil-maġġor parti għax-xhur ta' Lulju u Awwissu u Settembru jaqgħu fuq €600 u oħrajn li s-suq għalihom infetaħ u d-domanda reġgħet irpiljat, dawn jaqgħu fuq Annex B li jfisser €160. Kontijiet tad-dawl għan-negozji Minn dak imħabbar fil-pjan ta' riġenerazzjoni, għax-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru, il-gvern se jkun qed jagħmel tajjeb fl-ispiża tad-dawl għan-negozji. Kull applikant se jitħallaslu 50% mill-kont sa massimu ta' €1,500. Din il-miżura se tiġi tiswa €30 miljun. Din taffettwa lil dawk li huma affettwati mill-Wage Supplement. Miżura oħra ta' €50 miljun f'sussidju fuq kera għal negozji Mill-pjan tar-riġenerazzjoni, jirriżulta li f'dawk li jirrigwarda l-kirjiet, dawk in-negozji li huma taħt l-Annex A u Annex B se jkunu jistgħu japplikaw għal sussidju fuq il-kera sa massimu ta' €2,500 kull wieħed. Dan ifisser li bejn kontijiet ta' dawl u ilma u l-kera, għandhom €4,000 kull negozju. Il-petrol u dijżil se jorħsu b'7ċ Minn dak imħabbar, jirriżulta li l-Gvern se jkun qed jagħmel roħs sostanzjali fil-prezz tal-petrol u d-dijżil. Din hi miżura li minnha se jibbenefikaw bi kbir il-konsumaturi. Mill-pjan jirriżulta li se jkun hemm roħs ta' 7ċ fil-petrol u fid-dijżil minn nhar it-Tnejn. Il-prezz tad-diesel se jonqos minn €1.28 għal €1.21 waqt li l-petrol se jorħos minn €1.41 għal €1.34. €100 għal kull persuna 'l fuq minn 16-il sena Bl-għan li jkun hemm inċentivi biex jiżdied il-konsum domestiku, liema konsum naqas sostanzjalment fl-aħħar snin, il-pjan se jkun qed jagħti €100 lil kull persuna li għandhom 'il fuq minn 16-il sena. Dawn il-vawċers se jkunu qed jissarrfu €80 biex jiġu kkonsmati f'akkomodazzjoni, bars jew ristoranti u l-€20 l-oħra biex ikunu kkunsmati f'negozji li kienu għalqu minħabba ir-restrizzjonijiet biex tkun kontrollata l-Covid-19. Familja ta' ħames persuni, se jieħdu €500 b'kollox. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jkompli jħabbar aktar miżuri u jispjega fiex jikkonsistu Miżuri dwar l-inwork benefit Mill-pjan jirriżulta li se togħla it-treshold biex wieħed jibbenefika u se jiżdiedu r-rati li tingħata għal kull wild. Se jingħata suppliment speċjali lil kull familja ta' €250. Din se tkun tiswa €4 miljuni. Għajnuna lill-għaqdiet volontarji Fost dawk affettwati b'mod ħażin ħafna mill-pandemija hemm l-għaqdiet volontarji. Il-pjan qed jara li se jkun hemm għajnuna ta' €3 miljuni. Għajnuna għad-djar tal-anzjani Minħabba li biex jipproteġu lill-anzjani mill-imxija tal-Covid-19, id-djar tal-anzjani kellhom lock down, dan wassal biex kellhom 'splużjoni' fl-ispiża tal-kontijiet marbutin mal-pagi. Issa il-gvern se jwieżen billi jgħin lil dawn id-djar b'għajnuna ta' €2 miljuni. Il-Ministru għall-Ekonomija, l-investiment u l-intrapriżi jkompli jiżvela aktar miżuri Miżura oħra ta' €50 miljun f'sussidju fuq kera għal negozji Mill-pjan tar-riġenerazzjoni, jirriżulta li f'dawk li jirrigwarda l-kirjiet, dawk in-negozji li huma taħt l-Annex A u Annex B se jkunu jistgħu japplikaw għal sussidju fuq il-kera sa massimu ta' €2,500 kull wieħed. Dan ifisser li bejn kontijiet ta' dawl u ilma u l-kera, għandhom €4,000 kull negozju. Se jkun hemm waivers tal-liċenzji tal-gvern tan-negozji Minn dak imħabbar mill-gvern jirriżulta li l-liċenzji li jkunu mħallsa lill-Gvern bħal dawk lill-MTA u id-Dipartiment tal-Kummerċ se jkunu ffrankati. Dan ifisser spiża ta' €5 miljun. Din taffettwa l-bejjiegħa tal-monti u bejjiegħa fit-toroq. Taħriġ lill-kumpaniji b'inqas minn 50 ħaddiem Il-Malta Enterpise għandha skema oħra magħrfua bħala Skills Development Scheme u din hi intiża biex kumpaniji li għandhom inqas minn 50 ħaddiem, jingħataw għajnuna għat-taħriġ. Din l-iskema se jkollha żieda ta' €5 miljuni fil-budget. Rifużjoni ta' 33% għal dawk li jġibu l-merkanzija Il-pjan jgħid ukoll li l-Gvern se jagħti rifużjoni ta' 33% tal-port charges lil dawk il-vapuri li jġibu l-merkanzija lejn il-pajjiż imma mhumiex involuti fi trans shipment. Se tingħata wkoll rifużjoni ta' 10% fuq il-containers charges schemes kemm għall-esportazzjoni kif ukoll għall-importazzjoni imma mhux trans shipment. Miżuri biex jgħinu l-esportazzjoni Dwar l-esportazzjoni, il-pjan jgħid li biex nilħqu swieq ġodda se jkun allokat baġit ta' €400,000 lil Trade Malta biex din tirrifondi l-ispejjeż sa massimu ta' €10,000 lil negozji lokali li jridu jinvestu fil-promozzjoni diġitali fi swieq barranin. Apparti minn hekk Trade Malta se tirrifondi wkoll 80% tal-ispejjeż lill-azjendi li jkunu se jieħdu sehem f'fieri internazzjonali imma tħassru. Il-Malta Enterprise se tagħti €10 miljun mill-Bank tal-Iżvilupp biex tagħmel tajjeb fuq garanziji dwar l-esportazzjoni. Tax Credits f'għotjiet Il-Malta Enterprise għandha l-iskema Micro-invest fejn 30% tagħha issa se jinqalbu f'għotjiet u b'hekk dawk in-negozji li qegħdin f'din l-iskema se jgawdu minn €2,000 fi flus kontanti. Apparti dan se jkun hemm skema li għandha vot ta' €2.5 miljun. Din se tgħin lill-kumpaniji jagħmlu re-engineering tan-negozju tagħhom. Il-Malta Enterprise se tkun qed tagħti finanzjament ta' €5,000 lil kull negozju. Differiment ta' taxxa Mill-pjan jirriżulta li se jerġa' jkun hemm differiment tat-taxxa. F'dak li għandu x'jaqsam il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi tal-ħaddiema, dawk se jibdew jitħallsu mill-1 ta' Lulju. Dan ifisser li income tax u kontribuzzjonijiet soċjali mill-ħaddiema dawk iridu jitħallsu. Il-pjan jaħseb biex taxxi marbutin man-negozji dawk se jiġu estiżi sal-aħħar ta' Awwissu. Il-ħlas ta' dawn id-differimenti irid isir sa Mejju tas-sena d-dieħla. Dawn mhux se jkun hemm imgħaxx jew penalitajiet. Dawn jinvolvu xejn inqas minn €200 miljun. Miżuri fil-qasam tal-proprjetà L-aktar ħaġa li ntlaqtet fi żminijiet bħal dawn kienet il-proprjetà. Mill-pjan joħroġ li għaldaqstant se tkun qed titnaqqas kemm ir-rata tal-boll, jiġifieri ta' min ikun qed jixtri u anke ta' min ikun qed ibigħ. Ir-rata se tonqos minn 5 għal 1.5% għal min qed jixtri. Għal min qed ibigħ se tonqos minn 8% għal 5%. Dawn ir-rati se jkunu qed japplikaw fuq il-kuntratti li se jiġu iffirmati minn issa sa l-aħħar ta' Marzu. Din tgħodd għal kull konvenju eżistenti. Hemm limitu u dan hu għal proprjetajiet sa €400,000. Għal dak li mhux qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba, dawn il-miżuri ifissru roħs ta' €14,000 fuq boll. Bħalissa biex tibbenefika minn proprjetà għall-ewwel darba ma jridx ikollok proprjetà. B'din l-iskema issa kull min se jixtri proprjetà darba f'ħajtu se jibbenefika minn din l-iskema. Tiġijiet... rifużjoni sa €2,000 Dan il-pjan jaħseb ukoll għal dawk li pposponew it-tiġijiet.Għal min ippospona it-tieġ u daħlu fi spejjeż addizzjonali se jkun hemm rifużjoni sa massimu ta' €2,000. Għal din il-miżura se jkun hemm allokati €2 miljuni. Miżura li sserraħ l-irjus fuq Bonds Il-gvern qed iħares li jkun hemm stabbiltà fi swieq kapitali. Għalhekk il-Gvern permezz tal-Bank tal-Iżvilupp, jekk ikun hemm bonds li ġew under-writing meta mmaturaw, se jara li dawn jidħol għalihom il-Bank tal-Iżvilupp. Intqal li din mhux se tiġri imma qed issir biex isserraħ ras in-nies. Għajnuna lill-industrija tal-kostuzzjoni Settur li ġie affettwat bil-kbir f'din il-pandemija kien dak tal-kostruzzjoni. B'dan il-pjan, se jkun hemm allokazzjoni ta' €4 miljuni biex il-kuntratturi jimmodernizzaw il-makkinarju tagħhom. Se jkun hemm allokazzjoni ta' €5 miljun biex in-negozji Maltin u Għawdxin jirreklamaw il-prodotti tagħhom. In-negozji għandhom bżonn jirreklamaw biex isibu domanda ġdida u se jingħataw din l-għajnuna. Hemm aċċenn ukoll biex fl-isfond ta' Green Recovery, il-gvern se jkun qed jiffinalizza l-pjan tiegħu biex fil-baġit li jmiss ikun żviluppat Low Carbon Development Strategy. Se jitnieda helpline u se tingħata aktar informazzjoni Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri spjega li minħabba n-numru sostanzjali ta' miżuri ma kinitx xi ħaġa possibbli li jingħataw id-dettalji kollha relatati ma' dawn l-istess miżuri. Qal li dan kien ifisser numru ta' sigħat u b'hekk se jkunu qed jitħabbru aktar dettalji dwar kif wieħed jibbenefika minn dawn il-miżuri fil-jiem li ġejjin. Minbarra helpline li se jkun qiegħed jitnieda, Schembri qal li l-Malta Enterprise se tkun qiegħda wkoll tagħti aktar informazzjoni lil dawk li jikkuntattjawha biex jistaqsu dwar jekk humiex intitolati għal waħda minn dawn il-miżuri. | [
1
] |
Ikomplu jiftħu iktar ċentri li huma parti mill-iskema ta' childcare centres b'xejn – tiżdied bid-doppju u iktar l-attendenza tat-tfal Wara li nhar il-Ġimgħa fetħu 69 ċentru li huma parti mill-iskema ta' childcare centres b'xejn li laqgħu fihom mijiet ta' tfal, illum fetħu 37 ċentru ieħor għal total ta' 106. Iktar ċentri se jkomplu jiftħu fil-jiem li ġejjin. Sadanittant ġiet rapportata żieda fl-ammont ta' tfal li attendew iċ-childcare centres matul il-ġurnata tal-lum bin-numru ta' tfal li qed jattendu jiżdied b'iktar mid-doppju meta kkomparat ma' nhar il-Ġimgħa għal total ta' kważi 1,000 tifel jew tifla Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici fi żjara li huwa għamel dalgħodu fiċ-ċentru tal-kura tat-tfal "Manuċċa" fiż-Żejtun, li huwa mmexxi mill-Kunsill Lokali. Dan iċ-ċentru fetaħ mill-ewwel il-bibien tiegħu u llum kienet it-tieni ġurnata li fiha laqgħu tfal mill-waqfa li seħħet f'Marzu li għadda. Matul din iż-żjara l-Ministru Bonnici seta' jinnota l-prekawzjonijiet li jittieħdu skont il-linji gwidi li nħargu mill-awtoritajiet tas-saħħa b'konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders ewlenin. Il-Ministru Bonnici irringrazzja l-ħaddiema kollha fiċ-ċentri tal-kura tat-tfal, inkluż dawk li jaħdmu fl-14-il ċentru li tmexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Huwa qal li dawn iċ-ċentri huma ċavetta mportanti għal diversi ġenituri li jkunu jridu jkomplu bix-xogħol tagħhom u ħeġġeġ lil iktar ġenituri biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet. Iċ-childcare centre "Manuċċa" ilu jopera iktar minn 6 snin u jimpjega 9 ħaddiema fosthom Coordinator, helper u 7 carers. | [
1
] |
Il-Kampjonat Franċiż se jitkompla?! Il-UEFA ħabbret li l-istaġun tal-Ligue 1 ta' Franza jista' jerġa' jibda minkejja li ntemm qabel iż-żmien f'April bil-possibbiltá li jintlagħbu play-offs għar-rebħ tat-titlu kif ukoll tiġi deċiża r-relegazzjoni. Il-Prim Ministru, Edouard Philippe, fl-aħħar ta' April li għadda kien ħabbar is-sospensjoni tal-avvenimenti kollha minħabba l-Covid-19. Għaldaqstant, minħabba l-fatt li Paris St-Germain kienu qed jillidjaw il-klassifika, huma ngħataw it-titlu. Iżda wara r-ritorn b'suċċess tal-Bundesliga, il-Premier League, La Liga u s-Serie A kollha kkonfermaw li se jerġgħu jibdew il-kompetizzjonijiet tagħhom ... fejn hemm indikazzjonijiet li l-FA Franċiża setgħet għaġġlet fid-deċiżjoni tagħha biex twaqqaf il-kampjonat. Issa l-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, "fetaħ il-bieb" biex jitkompla l-istaġun wara li diversi clubs heddew azzjoni legali. F'komunikazzjoni uffiċjali, Ceferin qal: "L-ewwelnett nixtiequ niċċaraw li hija l-kompetenza tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali li jiddeċiedu dwar il-format tal-kompetizzjonijiet domestiċi tagħhom, partikolarment billi jqisu ċ-ċirkostanzi u l-miżuri ristrettivi speċifiċi għal il-pajjiż. "Kif semmiet il-UEFA ftit ġimgħat ilu, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Franċiżi li tikkanċella l-istaġun ittieħdet relattivament kmieni. "Madankollu, u sakemm l-assoċjazzjonijiet nazzjonali jkunu jistgħu jikkoordinaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jistgħu jerġgħu jibdew il-kompetizzjoni domestika potenzjali ... biex it-2 ta' Awwissu, 2020, tkun data xierqa biex ittemm il-kompetizzjonijiet domestiċi." Sadanittant, il-president ta' Olympique Lyon, Jean Michel Aulas, spjega l-intenzjoni tiegħu li jfittex b'mod legali lill-istat Franċiż biex jerġa' jibda l-istaġun minħabba li bid-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-mejda, it-team tiegħu naqas li jikkwalifika għall-kompetizzjonijiet Ewropew għall-ewwel darba mill-1996. | [
15
] |
Il-Kunsill tal-FIGC jannulla kważi b'mod unanimu l-proposta tal-Lega tas-Serie A għat-tkomplija tal-kampjonat Kif kien mistenni, il-Kunsill tal-FIGC li ltaqa' f'Ruma, fejn annulla kważi b'mod unanimu l-proposta tal-Lega tas-Serie A għat-tkomplija tal-kampjonat. B'hekk ġiet mizmuma l-ipoteżi tal-clubs li ma jiġix assenjat il-kampjonat u li ma jiġi relegat ħadd ladarba jerġa' jitwaqqaf l-istaġun, almenu jekk il-verdetti ma jkunux ġew deċiżi diġá b'mod aritmetiku. Il-Kunsill Federali b'hekk approva l-linji-gwida proposti mill-president Gabriele Gravina biex jiġu applikati f'każ ta' tmiem definittiv tal-istaġun: f'kaz ta' bzonn, tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-klassifika kif qiegħda bħalissa, li għandha sservi wkoll biex tistabilixxi dawk it-timijiet li jkunu se jilagħbu fl-Ewropa u dawk li jiġu relegati għas-Serie B. Playoffs eventwali setgħu jintlagħbu f'każ ta' waqfa wara biss ġurnata ta' logħob jew saħansitra qabel it-tkomplija tal-kampjonat. Bit-twaqqif eventwali li ġie deċiż wara żewġ ġranet milgħuba, ikun hemm bżonn li wieħed jirrikorri għall-użu tal-algoritmu mingħajr ma jiġi assenjat il-kampjonat. Min-naħa l-oħra, rigward football tan-nisa, dan twaqqaf b'mod definittiv. Il-proprosta tal-Lega kellha ftit tamiet li tgħaddi minħabba l-fatt li l-FIGC kellha l-komponenti kollha tagħha skjerati man-naħa tagħha (Lega Serie B, Lega Pro, Dilettanti, referees, coaches u AIC) bi 18-il vot favur u tlieta biss kontra (Dal Pino, Marotta u Lotito għal-Lega Serie A). | [
15
] |
Mill-Kunsill tal-MFA – Abolita s-sistema tal-parametri Il-Malta Football Association flimkien ma' l-Istanding Committees tad-diviżjonijiet kollha ħarġu stqarrija biex jesprimu s-sodisfazzjon tagħhom għad-deċiżjoni rigward l-emendi importanti għar-regolamenti tal- wara li ġew approvati waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MFA permezz ta' li saret proprju nhar it-Tnejn wara nofs in-nhar. It-tneħħija tat-tariffi tat-trasferimenti għal players li jkun intemmilhom il-kuntratt, preċedentement stabbiliti permezz ta' sistema tal-parametri, hija fost l-aktar emendi li ġew approvati unanimament waqt il-laqgħa ... mument importanti għall-football Malti. Dan huwa l-qofol ta' proċess twil ta' konsultazzjoni li jkopri bosta snin u li jinvolvi msieħba interessati kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, inklużi l-FIFA, l-UEFA, FIFPro, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Clubs (ECA) u l-Kampjonati Ewropej. Lokalment, ħafna mid-diskussjonijiet saru matul laqgħat regolari tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali li huwa kompost minn rappreżentanti tal-clubs (min iħaddem) u l-players (impjegati). Dan il-proċess ġie wkoll finalizzat fiż-żmien stipulat issettjat mill-FIFA f'rapport ta' evalwazzjoni li ntbagħat lill-MFA ftit tax-xhur ilu. It-tibdiliet prinċipali li jikkonċernaw lill- players professjonali jinkludu: – Moviment liberu għall-players professjonali li jkunu mingħajr kuntratt. – Il-parametri tat-trasferimenti ġew aboliti. – Il-lista tat-trasferimenti tneħħiet. – Tnaqqis fil-ko-effiċjenti tal-kumpens tat-taħriġ. – Armonizzazzjoni mar-regolazzjonijiet tal- FIFA. It-tibdiliet prinċipali li jikkonċernaw lill- players amateur jinkludu: – It-tneħħija tal-kumpens tan-nursery. – Il-parametri ġew aboliti. – It-tneħħija tal-lista tat-trasferimenti. – Il-kumpens tat-taħriġ li jiġi mħallas qabel l-ewwel reġistrazzjoni bħala professjonali. – Players ta' iktar minn 19-il sena fi tmiem il-perjodu ta' reġistrazzjoni obbligatorja għandhom sal-31 ta' Lulju biex jitolbu li jiġu rilaxxati/reġistrati ma' club ieħor. Barra minn hekk, fl-istess laqgħa tal-Kunsill ġie deċiż li l-Kampjonat Premier se jingħata bidu fil-11 ta' Settembru li ġej u se jintemm fil-25 ta' April. | [
15
] |
Il-Gvern Brażiljan akkużat li qed jgħatti l-imwiet kaġun tal-Covid Il-Gvern Brażiljan waqaf jippubblika t-total kumplessiv ta' imwiet u infezzjonijiet tal-coronavirus, b'din il-mossa twassal lil esperti jisħqu li din hija manuvra biex jgħatti l-gravità tas-sitwazzjoni b'rabta mal-pandemija fil-pajjiż. Din il-mossa waslet xhur ta' kritika fil-konfront ta' kif il-President Jair Bolsonaro ffaċċja l-pandemija, wara li kien sejħilha bħala "riħ żgħir". Huwa kien qed jonqos ukoll li jilbes maskra protettiva u jipprattika social distancing. Hekk kif it-total ta' mwiet kaġun tal-coronavirus fid-dinja illum qabeż l-400,000 persuna, u n-numru ta' każijiet pożittivi jlaħħqu s-6.9 miljun persuna, l-aħħar numri uffiċjali maħruġin mill-Brażil kienu juru 34,000 każ ta' mwiet u 615,000 infezzjoni. Il-Ministeru għas-Saħħa Brażiljan għalaq is-sit li kien juri l-istatistika kuljum ta' każi ġodda ta' coronavirus. Minflok Bolsonari qal li s-sit se jkun qed juri biss l-istatistika għall-24 siegħa preċedenti f'dawk li huma każi ġodda ta' infezzjonijiet u mwiet. | [
10
] |
New Zealand se tneħħi r-restrizzjonijiet kollha wara li ddikjarat li hija ħielsa mill-Covid-19 New Zealand iddikjarat li ma għandha l-ebda każ attiv ta' Covid-19, bil-pajjiż mistenni jneħħi kważi r-restrizzjonijiet kollha li kienu imposti. Stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa qal li l-aħħar każ attiv li kien fadal, mara minn Auckland, issa ilha ħielsa mis-sintomi għal 48 siegħa u hija meqjusa bħala rkuprata. Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa Ashley Bloomfield spjegat li din il-mara issa setgħet toħroġ mill-iżolament. Fl-istess ħin, hija rrimarkat kif il-fatt li ma kellhom l-ebda każ attiv għall-ewwel darba minn Frar kien "pass sijinifikanti fil-vjaġġ tagħna." New Zealand ma rrapporta l-ebda każ ġdid ta' Covid-19 għal aktar minn ġimagħtejn, bil-miżuri ta' distanza soċjali mhux se jkunu aktar meħtieġa f'dan il-pajjiż u mhux se jkun hemm aktar limiti għal ġemgħat fil-pubbliku. Madankollu l-fruntieri se jibqgħu magħluqa. F'kummenti li tat lill-ġurnalisti, l-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern qalet li: "filwaqt li nisabu f'pożizzjoni aktar sigura u b'saħħitha, għad m'hemm l-ebda trid faċli lura għall-ħajja ta' qabel il-Covid, iżda d-determinazzjoni u l-attenzjoni li kellna fuq ir-rispons tas-saħħa tagħna issa se jkunu vestiti fl-irkupru ekonomiku tagħna." | [
1,
10
] |
Il-qtil ta' George Floyd mill-Pulizija Amerikana Analiżi Internazzjonali Ruben Briffa Għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar ġimgħat, l-aħbarijiet fl-Istati Uniti warrbu ftit l-imxijja tal-pandemija fil-ġenb. Dan wara li fil-belt ta' Minneapolis, fl-Istat ta' Minnesota, raġel ta' karnaġġjon skur inqatel mill-pulizija. L-inċident ġie maqbud permezz ta' kamera tas-sigurtà. Minkejja li l-erba' pulizija li kienu nvoluti f'dan l-inċident ikrah tkeċċew mill-ewwel, kif ġara ħafna drabi fil-passat, malli bdiet tiġri l-aħbar li nqatel dan ir-raġel, bdew jiġu organizzati ħafna protesti vjolenti madwar il-pajjiż. Kif ġara l-inċident Kollox beda meta nhar it-Tnejn li għadda, il-vittma, George Floyd, ġie rrappurtat minn sid ta' ħanut tal-merċa li pprova jħallsu permezz ta' flus foloz. Milli jidher, il-pulizija marru minnufih fuq il-post u ppruvaw idaħħlu lil Floyd ġol-karozza tagħhom, però dan irreżista u ġie mmanettjat. Wieħed mill-pulizija li marru fuq il-post ġie maqbud fuq il-filmat esebit fuq il-media soċjali jagħfas irkopptejh ma' għonq George Floyd għal ħin sostanzjali, bil-vittma jinstema' jitolbu bil-ħniena sabiex jieqaf għax ma kienx qiegħed jieħu nifs. George Floyd miet fuq il-post. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-pulizija li semmejna, Derek Chauvin, ġie mixli bil-qtil ta' George Floyd. Tensjonijiet antiki Il-qtil ta' George Floyd minn membri tal-pulizija mhuwiex l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta li seħħ f'Minnesota. Fl-2016, ċittadin ieħor Afro-Amerikan, Philando Castile, inqatel minn pulizija permezz ta' diversi tiri, wara li l-vittma kien twaqqaf bil-vettura tiegħu. Protesti madwar il-pajjiż Wara dan il-qtil, rajna diversi protesti jiġu organizzati f'diversi bliet ewlenin madwar l-Istati Uniti, fosthom fi New York, f'Atlanta, ġewwa Portland, f'Washington u naturalment ġewwa diversi bliet fil-Minnesota. Il-protestanti għamlu ħerba billi ħarqu ħafna karozzi u bini. Ġewwa Washington, il-Whitehouse kellha tingħalaq għal xi ħin waqt il-protesti. Il-gvernatur ta' Minnesota, Tim Walz, qal li ħafna mill-protestanti ġew minn barra l-istat tiegħu u li kellhom aġenda oħra għalfejn qegħdin jipprotestaw. Il-President Trump iddeskriva lill-protestanti bħala "ġgajta anarkisti". Sadanittant, l-Istat ta' Minnesota, bil-barka ta' Trump, bagħat lil madwar 13-il elf membru tal-Gwardja Nazzjonali sabiex jikkontrollaw lill-eluf ta' protestanti li ħonqu t-toroq ta' Minniapolis u ta' St. Paul, belt ewlenija oħra f'Minnesota. Ir-Repubblikani u l-Protesti Ħafna osservaturi politiċi qegħdin iqabblu dawn il-protesti ma' dawk li kienu saru f'diversi bliet Amerikani lura fl-1968. Dakinhar, il-protesti kienu ġew organizzati mill-komunità ta' nies suwed minħabba l-brutalità li l-pulizja Amerikana kienet qiegħda turi magħhom, kif ukoll minħabba d-diskriminazzjoni li kienu jsofru fi prattikament kull aspett tal-ħajja. Ħaġa oħra li l-protesti tal-1968 kellhom komuni ma' dawk li għaddejjin bħalissa hija li dik is-sena ukoll kienet sejra ssir elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti. Fl-elezzjoni tal-1968, il-Kandidat Presidenzjali Repubblikan kien Richard Nixon, bi Spiro Agnew kien ikkontesta għall-kariga ta' Viċi President. Dawn kienu rikbu fuq id-dwejjaq tan-nies bojod minħabba li kienu qegħdin iħossuhom mhedda bil-protesti vjolenti li kienu qegħdin jagħmlu s-suwed. Nixon u Agnew kienu ppreżentaw ruħhom bħala l-paladini tar-Rule of Law u tal-Ordni Pubblika. Huma kienu wegħdu lil dawn in-nies li kienu sejrin iwaqqfu għalkollox il-mewġa ta' vandaliżmu li kienu qegħdin jagħmlu l-protestanti u li kienu sejrin jintroduċu pieni tassew ħorox għal min jagħmel ħsara fil-proprjetà tagħhom waqt il-protesti. Fuq kollox, f'din l-elezzjoni ta' aktar minn hamsin sena ilu, rajna għall-ewwel darba lill-Partit Repubblikan ta' Nixon u Trump juża t-tema tar-razza sabiex jippreżenta ruħu bħala t-tarka tal-Amerikani ta' ġilda bajda. Studju xjentifiku li kien sar f'dik il-ħabta kien wera li din l-istrateġija ta' Nixon li juża temi razzjali fil-kampanja presidenzjali kienet żiedet in-numru ta' votanti bojod għall-Partit Repubblikan bi kważi 8%. Dawn kienu strumentali sabiex Nixon kien rebaħ dik l elezzjoni. Minn dakinhar 'il quddiem, kważi f'kull elezzjoni presidenzjali li saret rajna lill-Partit Repubblikan jieħu vantaġġ politiku minn xi protesti li jkunu saru fil-pajjiż billi jittimbrawhom li kellhom motivazzjoni razzjali u li kienu qegħdin jipperikolaw il-ħajjiet tal-bojod. Din l-istrateġija rajniha tkun użata minn Donald Trump fl-elezzjoni tal-2016. Dan meta Trump kien beżża' kemm felaħ lill-elettorat Amerikan bl-immigranti llegali li kienu qegħdin jidħlu fl-Istati Uniti l-aktar mill-fruntiera tat-Texas. F'dik il-kampanja presidenzjali, Trump kemm-il darba kien qal lin-nies li huwa kien sejjer iwaqqaf id-dħul ta' dawn l-immigranti f'pajjiżu għaliex dawn kienu jżidu ċ-ċans li jerġa' jkun hemm protesti organizzati mill-minoranzi Afro-Amerikani u ta' dixxindenza Messikana li dik il-ħabta kienu saru fl-ibliet ta' Ferguson u Baltimore. Partiti tas-suwed u tal-bojod Studju li sar dan l-aħħar minn gurnal influenti Amerikan juri li ż-żewg partiti l-kbar, jigifieri l-Partit Repubblikan u dak Demokratiku huma assoċjati mar-razez tal-votanti. Fil-fatt, dan l-istudju wera li xejn anqas minn 81% tal-votanti tal-Partit ta' Trump huma bojod, waqt li anqas minn 60% tal-votanti Demokratiċi huma ta' ġilda bajda. Skont dan l-istudju, madwar 90% tal-votanti suwed bħalissa jippreferu lill-kandidat tal-Partit Demokratiku Joe Biden minn Donald Trump. Din il-qasma razzjali fil-votanti Amerikani dehret ukoll fil-mod ta' kif dawn ikkummentaw fuq il-qtil ta' George Floyd. Minkejja li l-maġġoranza tal-bojod qablu li l-pulizjija Amerikan tuża wisq vjolenza, huma jikkunsidraw il-protesti li għaddejjin bħalissa bħala mmotivati b'temi razzisti. Ir-raġunijiet wara l-protesti Il-politika Amerikana ilha żżid fl-aggressività sa mis-snin sittin. Il-votanti saru litteralment jobogħdu lill-partit oppost u jibżgħu minnu. Minkejja li kulħadd għandu l-partit tiegħu, żgur li jkun hemm temi politiċi tal-partit oppost li jkunu attraenti għall-votanti li ma jkunux ivvutawlu. Biss, minħabba din iż-żieda fl-aggressività politika, dawn it-temi li jkunu jogbu lill-votanti opposti naqsu minn 50% għal inqas minn 20%. Għalhekk, ħafna minn dawn il-protesti jkunu riżultat tal-mibegħda li jkollhom il-protestanti għall-partit li jkun qiegħed imexxi l-pajjiż. Fattur ieħor li nstiga lil dawn il-protesti ġej mill-inġustizzji soċjali li jsofru s-suwed fl-Amerika. L-Afro-Amerikani ilhom is-snin frustrati minħabba li għandhom dħul ħafna anqas minn dak tal-bojod. Fil-fatt, id-dħul tal-Amerikani suwed huwa biss ta' 60% ta' dak tal-bojod. Minkejja li din id-differenza fid-dħul naqset minn żmien Nixon 'l hawn, fejn dak iż-żmien id-dħul tas-suwed kien anqas minn nofs dak tal-bojod, xorta għadha differenza kbira meta kkomparata ma' pajjiżi oħra. Fir-Renju Unit, ċittadini suwed għandhom dħul ta' aktar minn 90% ta' dak tal-bojod. Ir-rabja tal-komunità sewda ġejja wkoll mill-fatt li l-Afro-Amerikani huma mifnija b'nuqqas ta' xogħol, fejn kważi 40% taż-żgħażagħ suwed huma mingħajr dħul fiss. Id-dwejjaq tal-Amerikani ta' karnaġġjon skur kompla jikber dan l-aħħar minħabba l-Covid-19. Fil-fatt, l-akbar ammont ta' vittmi Amerikani tal-virus kienu suwed. Dan minħabba li ħafna suwed għandhom xogħol li ma setax isir mid-djar tagħhom u anke minħabba li ħafna minnhom ma jaffordjawx li jkollhom insurance fuq is-saħħa. Minkejja li ħafna ħasbu li dawn il-protesti kienu sejrin joħolqu ħafna nkwiet għal Trump fil-kampanja presidenzjali li mistennija tibda dalwaqt, il-verità hija li huma pprovdew lill-President Amerikan bi skuża sabiex jerġa' juża temi razzjali sabiex jiġbed lejh aktar votanti bojod. Kemm-il darba dan ikun il-każ, il-qtil ta' George Floyd sejjer jintefa' taħt it-tapit u bħal oħrajn li saru fil-passat ma jkun sewa għal xejn għaliex ir-riforma li tant hemm bżonn fl-operat tal-pulizija Amerikan terġa' ma sseħx. | [
10
] |
Il-KNŻ jilqa' l-miżuri mmirati biex isostnu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ Il-KNŻ jinnota li għalkemm qegħdin jiddaħħlu tliet xhur wara, il-proposti tiegħu dwar l-istudenti ġew milqugħa u se jiddaħħlu fis-seħħ. Il-KNŻ issa jappella li l-ħlas dovut lill-istudenti jingħataw mill-aktar fis possibbli biex titneħħa d-diskriminazzjoni li kien hemm bejn l-istudenti li jaħdmu u l-kollegi tagħhom fuq ix-xogħol. Dwar il-proposti biex tissaħħaħ is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ, il-KNŻ b'dispjaċir jinnota li s-servizzi mhux se jiżdiedu. Minkejja dan il-KNŻ iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jirriklamaw is-servizzi eżistenti biex aktar żgħażagħ jaħmlu użu minnhom. | [
1
] |
Radja Nainggolan mistenni jmur lura ma' Inter Il-president ta' Cagliari Tommaso Giulini jinsab dubjuż jekk il-player misluf mingħand Inter Radja Nainggolan jibqax jew le fil-gżira ta' Sardenja. Giulini, li ilu fit-tmexxija tal-club sa mis-sena 2014, qal li jinsab konvint li dan il-player se jkun qed jagħmel parti mill-iskwadra Neroazzurra matul l-istaġun li ġej. Min-naħa tiegħu, il-player Belġjan qatta' dawn l-aħħar xhur b'self ma' Cagliari u spikka ferm fil-logħob tiegħu f'nofs il-ground. Minkejja kollox, fil-kuntratt ta' self, m'hemmx imniżżel li Gli Isolani jistgħu jixtru lil dan il-player. Meta mistoqsi dwar dan l-istaġun s'issa, Giulini qal li bdew tajjeb ħafna għalkemm b'xorti ħażina naqqsu ħafna mill-potenzjal tagħhom fil-bidu tat-tieni round. | [
15
] |
Titħabbar il-mewt tal-ex player ta' Man Utd, Tony Dunne Il-clubs ta' Manchester United u Shelbourne jinsabu f'luttu meta tħabbret il-mewt tal-ex difensur, Tony Dunne, fl-etá ta' 78 sena. Dunne kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri fl-istorja tal-United u kien parti mit-team li fl-1968 rebaħ it-Tazza taċ-Champions kif ukoll żewġ kampjonati fl-1965 u fl-1967 u l-FA Cup fl-1963 f'karriera ta' 13-il sena f'Old Trafford. Ir-rebħa tal-aqwa unur Ewropej kienet għamlet lill-United l-ewwel team Ingliż li rebaħha wara li għelbu lil Benfica fil-finali f'Wembley Stadium bl-iskor ta' 4-1 wara l-ħin barrani Il-player minn Dublin anke lagħab 33 darba għall-Irlanda waqt li rebaħ t-Tazza Irlandiża ma' Shelbourne qabel ma fl-1960 ingħaqad mal-United għal £5,000 meta kien għad kellu 18-il sena. Dunne lagħab 530 logħba għall-United qabel ma ngħaqad ma' Bolton Wanderers fl-1973 u magħhom lagħab 200 logħba waqt li fl-1979 kien mar jilgħab fl-Istati Uniti fejn temm il-karriera tiegħu ma' Detroit Express fin-North American Soccer League. Fl-1969 huwa anke rebaħ l-unur ta' Player tas-Sena tal-Irlanda. Dunne lagħab fiż-żewġ logħbiet bejn Hibernians u Manchester United fl-ewwel round tat-Tazza tal-Ewropa u minn hemm baqgħu sejrin biex rebħuha kontra Benfica. | [
15
] |
Is-Sea Watch terġa' tibda bis-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran ...b'żieda ta' bastiment imħallas mill-Knisja Protestanta Ġermaniża L-għaqda non-governattiva Sea-Watch reġgħet bdiet bl-operazzjonijiet ta' salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran, wara li kienet waqfet għal tliet xhur, minħabba li parti kbira mill-Ewropa kienet f'lockdown. Is-Sea Watch 3 telqet mill-port ta' Messina u tinsab fi triqitha lejn il-Kosta Libjana. Dgħajsa ġdida, li ġiet iffinanzjata mill-Knisja Protestanta Ġermaniża – Sea Watch 4 – ukoll sejra lejn il-Libja fi ftit ġimgħat hekk kif titlaq mill-port ta' Burriana, qrib Valencia. Dawk kollha abbord is-Sea Watch 3 għaddew 14-il ġurnata kwarantina u għamlu test għall-Coronavirus qabel ma telqu minn Messina. Dan il-bastiment se jkun l-ewwel wieħed tal-NGOs li jerġa' jibda jopera f'din iż-żona fl-aħħar xahrejn. F'April, il-bastimenti Alan Kurdi u l-Aita Mari, li wkoll huma bastimenti ta' salvataġġ u li kienu komplew bl-operat tagħhom minkejja l-Coronavirus, ġew imwaqqfin mill-gwardja tal-kosta Taljana minħabba problemi tekniċi. | [
10
] |
Lucas Paqueta jispikka fit-taħriġ Hekk kif AC Milan qed jippreparaw ruħhom għat-tieni leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus, il-midfielder Brażiljan, Lucas Paqueta, spikka ferm fil-partita ta' wara s-sessjoni ta' taħriġ li l-coach Stefano Pioli organizza bejn il-player li normalment jilagħbu kontra r-riservi. F'din il-partitella, kif imdorrijin isejħulha t-Taljani, Paqueta irnexxielu jsib ix-xibka darbtejn filwaqt li pprovda żewġ assists lejn sħabu. Il-player ta' 22 sena deher ferm motivat u lest biex jimpressjona wara perjodu ta' lockdown partikolari għalih bit-twelid ta' ibnu Benicio. L-għan ta' Paqueta huwa li jirbaħ postu fl-ewwel 11 tar-Rossoneri għal din l-aħħar parti tal-kampjonat u eventwalment jikkonvinċi lill-coach Stefano Pioli. Fl-istess waqt, Paqueta mhux jaħseb fuq il-futur tiegħu hekk kif bħalissa jinsab iffukat biex jgħin lit-tim tiegħu jikseb post fil-UEFA Europa League. | [
15
] |
Il-Gvern illejla ħabbar illi se jkun qed jgħaddi €5 miljuni f'fond biex jiġu mgħejjuna dawk kollha li jixtiequ jirriklamaw prodotti lokali. Din hija waħda minn elenku ta' miżuri li ġew imħabbra llejla, bil-għan illi tingħata spinta lill-ekonomija. Il-Gvern ħabbar ukoll illi se jiġu allokati €400,000 għal Trade Malta biex bihom ikun hemm promozzjoni diġitali, filwaqt illi se jingħata 80% rifużjoni lil dawk kollha li kienu laħqu ħallsu flus biex jipparteċipaw f'fieri. (Ara aktar detalji fuq is-sit illum.com.mt) | [
12
] |
Ibieraħ il-Gvern ħabbar skema illi permezz tagħha se jgħin lil eluf ta' nies li ma jistgħux jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom minħabba li ma jistgħux joħorġu l-ewwel 10% f'depożitu L-għan tal-Iskema huwa li tgħin first time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self fuq djar, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta' 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju biex b'hekk isiru sidien ta' darhom. Din l-iskema, imsejħa Home Deposit Scheme tapplika għal persuni li għandhom bejn il-21 u 39 sena uli beħsiebhom jixtru l-ewwel proprjetà residenzjali tagħhom. Skema li se tkun qegħda titħaddem flimkien mal-bank APS u l-bank BOV. Kif se taħdem l-iskema? ⦁ Għal dawk eliġibbli, l-Gvern se jkun qiegħed iħallsilhom, b'self, id-depożitu tal-10% biex ikunu jistgħu jixtru proprjetà li l-valur tagħha ma jeċċediex il-€175,000; ⦁ Bl-ammont massimu li se jkun qiegħed joħroġ il-Gvern huwa €17,500; ⦁ L-interessi fuq dan is-self ta' 10% se jkunu qegħdin jitħallsu mill-Gvern; ⦁ L-applikant irid iħallas dan is-self lura fuq mhedda ta' 25 sena, madanakollu, l-Gvern se jinċentiva lil dawk li jħallsu lura s-self fl-ewwel ħames snin jew bejn il-ħames u l-għaxar sena mid-data tas-self L-applikant irid ikollu dħul annwu aggregat bażi tas-sena preċedenti tad-data tal-applikazzjoni u assi li ma jkunux jeċċedu l-ammonti kif indikat hawnhekk: Persuna Waħedha - 21 sa 30 sena - Bejn €19,000 - €25,000 Persuna Waħedha - 31 sa 39 sena - Bejn €25,000 - €35,000 Koppja - 21 sa 39 sena - Bejn €19,000 - €35,000 Għal aktar informazzjoni, dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Awtorità tad-Djar billi jibgħatu e-mail fuq jew iċemplu fuq 22 991 120 jew 79646064. | [
12
] |
Il-Gvern irċieva erba' sottomissjonijiet minn dawk li l-Ministru Ian Borg iddeskriva bħala 'ġganti fl-iżvilupp infrastrutturali' għal bini ta' mina miż-żona tal-Manikata f'Malta għaż-żona ta' Għawdex fin-Nadur. Il-mina kienet wegħda elettorali taż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar elezzjoni ġenerali u wasslet ukoll għall-kritika qawwija minn ambjenatlisti, minħabba li se tfisser illi tittieħed aktar art agrikola minn fejn il-mina tiftaħ. Il-proċess tat-tendering intemm illum bl-offerti jkunu minn żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji, mill-Italja, it-Turikija, iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Olanda. F'Jannar li għadda il-Gvern ħareġ kwestjonarju u miri biex jintefgħu tenders sa dalgħodu, biex b'hekk issa ġiet fi tmiemha l-ewwel fażi ta' dan il-proġett. Kumitat ta' Evalwazzjoni se jiddetermina jekk dawk li tefgħu t-tenders jissodisfawx il-kriterji u dawk li jissodisfaw jgħaddu għat-tieni fażi: dik teknika. Il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Frederick Azzopardi spjega kif esperti Norveġiżi - kif fil-fatt kienet żvelat il-gazzetta ILLUM snin ilu - qed jgħinu fil-proċess. Huwa spejga wkoll kif dan il-proġett se jnaqqas bil-kbir it-traffiku mill-bypass tal-Mellieħa u mix-Xemxija, fejn mhux l-ewwel darba illi jinħoloq konġestjoni tat-traffiku. Il-Ministru fakkar li l-proġett se jkun kollu ffinanzjt mill-privat li mbagħad idaħħal il-flus permezz ta' ħlas biex tuża il-mina. Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għal Għawdex li fakkar kemm ilu mistenni dan il-proġett u li jfakkar illi kellu jkun dan il-Gvern li jieħu passi konkreti dwaru. | [
12
] |
Immigranti li kienu ilhom jum jipprotestaw fuq il-Captain Morgan iddaħħlu pajjiżna b'ordni tal-Gvern hekk kif is-sitwazzjoni fuq il-bastiment iggravat sew. Il-Gvern qal li se jibdew diskussjonijiet dwar rilokazzjoni ta' dawn l-immigranti. Immigranti li ilhom ġimgħat fuq il-vapur Europa II għamlu protesta fuq dan l-istess bastiment, b'dan is-sit mgħarraf li f'punt minnhom xi immigranti allegatament ħabtu għall-ħaddiema fuq il-vapur. L-immigranti ilhom fuq il-bastimenti ġimgħat hekk kif il-Gvern Malti qed jibqa' jirrifjuta li jdaħħal aktar immigranti u minflok qed iżommhom fuq bastimenti li normalment jintużaw mit-turisti. L-uniċi nies li qed jitħallew jiddaħħlu huma dawk morda, tfal, nisa u nisa tqal. Minħabba dan l-inċident il-vapur bl-immigranti se jkollu jiddaħħal fil-bajja tal-Ħofriet f'Delimara. Jidher li dan sar biex jinbidel l-ekwipaġġ - għalkemm x'se jiġri eżatt għadu mhux magħruf bis-sitwazzjoni deskritta 'fluwida ħafna'. Mill-aħħar informazzjoni li qed tasal għand dan is-sit jidher li din il-protesta eskalat fl-aħħar sigħat, b'sorsi jgħidu illi l-immigranti ħadu l-kontroll ta' partijiet mill-bastiment, inkluż il-kċina, għalkemm mhux qed iżommu lill-ħaddiema ostaġġi. Sa issa l-armata li tinsab viċin għadha ma intervjenietx. L-immigranti fuq dan il-vapur kienu salvati bejn it-30 ta' April u s-7 ta' Mejju, bil-Gvern Malti jittrasferixxi 57 immigrant salvati minn dgħajsa tas-sajd għal fuq l-Europa II, bastiment tal-Captain Morgan Cruises Ltd. Jidher, mill-istess sorsi li tkellmu ma' dan is-sit, illi ma kinx hemm problemi bejn l-immigranti u l-ħaddiema. Iżda l-baħar imqalleb, il-mard li dan wassal għalih u l-fatt li ilhom xahar fuq il-baħar irriżulta fl-aħħar żviluppi. (Aktar informazjoni malli taslilna) | [
12
] |
Raġel ta' 45 sena mill-Belt Valletta ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija wara li l-Pulizija qabduh fil-fatt jipprova jisgassa bieb ta' residenza fil-Belt Valletta. Malli waslilhom ir-rapport, il-Pulizija marru minnufih fi Triq Sant'Anna fejn lemħu lir-raġel li malli ra lill-Pulizija telaq jiġri minn fuq il-post. Huwa nstab fi Triq Zekka u ġie arrestat għall-ħabta tas-7:15pm. Fuq il-post saret ukoll tfittxija fi Triq Sant' Anna u nstabet l-għodda li biha r-raġel, allegatament sgassa l-bieb tar-residenza. Hu mistenni jitressaq il-Qorti llum. | [
0
] |
Mill-ġdid żieda fil-każi attivi u għat-tieni jum, ħames każi ġodda ta' Coronavirus f'pajjiżna. Dan ħareġ mill-aġġornament ippubblikat fil-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook – l-uniku mod kif il-Gvern qed jagħti l-aġġornamenti dwar il-qagħda tal-virus f'pajjiżna. Fil-fatt, iċ-ċifri ppubblikati juru li fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw ħames każi ġodda, għalkemm ħadd ma fieq. Dan jgħolli n-numru ta' każi attivi għal 36 – b'total ta' 645 każ pożittiv, 600 persuna fiequ u disa' persuni tilfu ħajjithom. Fl-aġġornament tiegħu, il-Ministeru fakkar kif 19-il pazjent għadhom qed jirċievu l-kura fl-Isptarijiet lokali, fosthom wieħed li għadu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Dan għalkemm ma ngħata l-ebda aġġornament dwar il-kundizzjoni ta' saħħet dawn il-pazjenti. | [
1
] |
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 5:52pm Is-sidien ta' Zara ħabbru li se jagħlqu mal-1,200 ħanut madwar id-dinja, u minflok se jagħfsu iktar fuq il-bejgħ fuq l-internet. Il-kumpanija Spanjola Inditex, li għandha wkoll ditti bħal Bershka, Pull & Bear u Massimo Dutti, kellha tnaqqis fil-bejgħ ta' 44% matul il-pandemija. Iżda filwaqt li kienet qed tnaqqas fil-bejgħ mill-ħwienet, li ħafna minnhom baqgħu magħluqa sat-8 ta' Ġunju, il-kumpanija fl-aħħar snin kienet qed tesperjenza żieda qawwija fix-xiri fuq l-internet. Inditex qalet li se tkun qed tassorbi l-ħwienet iż-żgħar, fil-maġġoranza tagħhom fl-Ewropa u l-Asja, u li se żżomm l-ammont ta' impjegati stabbli, hekk kif dawk li jaħdmu fil-ħwienet se jiġu offruti xogħol differenti marbut mal-bejgħ fuq l-internet. Aġġornat bir-reazzjoni tal-aġent Malti ta' Zara B'reazzjoni, PG plc, li hija l-aġent f'Malta ta' Zara u Zara Home, qalet li antiċipat u fehmet din l-istrateġija, u kien għalhekk li investiet fil-ħanut ġdid tagħha f'Tas-Sliema. | [
1,
10,
14
] |
Ġunju 12, 2020 Wara li l-Kurja ħabbret il-mod li bih se tiġi ċċelebrata l-quddiesa minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid – 19, kollox jinsab lest fil-knejjes biex minn għada jiftħu l-bibien tagħhom u jilqgħu lill-poplu Nisrani għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa. Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet fil-knejjes madwar il-pajjiż biex minn għada, terġa tiġi ċċelebrata l-quddiesa bil-kongregazzjoni, dejjem skont il-miżuri li ħabbret il-Kurja fl-aħħar jiem. Fil-Knisja ta' Kristu Re Raħal Ġdid il-Ġimgħa filgħodu kienu qed isiru l-aħħar irtokki biex il-Knisja tiftaħ il-bibien tagħha fis-sigħat li ġejjin. Il-Kappillan tal-Parroċċa ta' Kristu Re, Dun Marc Andre' Camilleri, spjega li anke jekk f'dawn it-tliet xhur il-Knisja waslet il-quddiesa u wkoll il-barka permezz tal-mezzi soċjali, il-fatt li wieħed imur jisma' l-quddiesa fil-Knisja huwa totalment differenti mir-realta' virtwali. "F'dawn it-tliet xhur kien hemm diversi mbegħdin mill-familjari tagħhom. Jikkomunikaw ta' kuljum anke bil-video calls u affarijiet imma meta inti terġa tiltaqa' mal-maħbubin tiegħek u tista' tkun viċin tagħhom, wiċċ imb'wiċċ, meta tgħannaq lill-ommok huwa differenti minn meta tarahom permezz tat-teknoloġija u l-istess aħna bl-Ewkaristija u bil-quddiesa... Ovvjament meta huma jkunu miġburin fil-Knisja flimkien jistgħu jirċievu l-Ewkaristija, hemm differenza enormi. Ovvjament aħna ħadna l-prekawzjonijiet kollha li kienu mitluba, ħsibna li jkun hemm id-distanzi adegwati, l-ispazji għall-qrar, it-tqarbin isir b'mod mill-iktar iġeniku biex ma jkunx hemm periklu għas-saħħa, imma fl-istess ħin inħeġġu lin-nies biex jerġgħu lura biex inkunu bħala komunità flimkien... Aħna m'aħniex reliġjon virtwali imma aħna reliġjon inkarnata. Irridu nkunu flimkien, inħossu l-preżenza ta' xulxin u nkunu fil-preżenza t'Alla." F'ċertu knejjes, minħabba l-limitazzjoni tal-ispazju, min jixtieq jattendu qed ikun mħeġġeġ li jilħaq jagħmel booking. Madankollu għal knisja kbira bħal ta' Kristu Re Raħal Ġdid dan mhux se jkun il-każ. "Hemm diversi knejjes li qed jagħmlu sistema ta' bookings minħabba li hemm limitazzjoni kbira ta' kemm jistgħu joqogħdu nies fil-Knisja. Minħabba l-qies tal-Knisja tagħna li huwa tant kbir jista' jkollna 430 preżenti. Se jkun hemm ukoll xi siġġijiet extra taħt il-portiku u allura m'hemmx dak il-bżonn li jkun hemm il-prebooking. Naħseb li hemm biżżejjed wiesa' biex kull min jixtieq jiġi għall-quddiesa jsib post fejn joqgħod ukoll." Dun Marc Andre' Camilleri qal li l-knejjes qed iħejju wkoll biex fil-ġimgħat li ġejjin jiġu ċċelebrati l-ewwel tqarbina u l-griżma. Qal li fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom, il-Knisja qed tagħmel mill-aħjar li tista' biex dawn it-tfal ma jkunux imċaħħda mis-sagramenti. | [
6,
13
] |
Ġunju 12, 2020 Matul il-Covid 19, b'filmati live fuq Facebook, wettqet il-ħolma tagħha li ssir popolari. Terry Muscat, persuna transesswali stqarret ma' TVM li meta kienet ġuvni sabitha bi tqila biex tgħid lill-familja dwar is-sesswalità tagħha, tant li ħarġet ma' mara biex tikkuntentahom. Illum permezz tal-mezzi soċjali, qed twettaq il-ħolma tagħha li titkellem man-nies u tagħti kuraġġ lil min hu bħalha. Terry Muscat għandha 50 sena, u fl-adolexxenza tagħha kienet tħoss li tixtieq tgħid lill-ġenituri tagħha dwar is-sesswalità vera tagħha iżda sabitha bi tqila għax beżgħet li tweġġagħhom u ma jaccettawhiex. "Mindu kont tifel żgħir, 8 years nilgħab bil-pupi u żibeġ, kont ħriġt ma' mara ħabba ommi, u kont għedtilha aħjar nieqfu". Terry Muscat li fuq Facebook hija magħrufa bħala Zija TT qalet li issa li ilha madwar għoxrin sena tgħix bħala mara. Hija temmen li mindu faqqgħet il-pandemija, wettqet il-ħolma tagħha li tikkomunika ma' eluf ta' nies permezz tal-mezzi soċjali. "Meta ħareġ il-virus, ridt nagħmel xi ħaġa biex min hu ġewwa inferraħhom, u ngħin lin-nies ukoll". Terry Muscat qalet li jkollha ħafna nies li jaqsmu magħha l-weġgħat tagħhom. "Nixtieq minn qalb li l-poplu Malti, il-ħajja tagħna iebsa, u ma nweġġgħux lil xi ħadd biex nidhru kemm aħna sbieħ fuq fb". Hija qaltilna li l-ħolma tagħha wara s-suċċess li kisbet fuq il-mezzi socjali hi li jkollha programm fuq it-televiżjoni. | [
6,
16
] |
Ġunju 11, 2020 Il-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa qalet li se tagħti s-sensja lil 22,000 impjegat hekk kif qed tipprova tkampa man-nuqqas qawwi ta' ivjaġġar bl-arju riżultat tal-pandemija tal-Covid-19. Il-linja tal-ajru qed tbassar irkupru kajman fejn tidħol id-domanda għall-ivjaġġar u mistenni jkollha mal-100 ajruplan inqas wara l-kriżi. Lufthansa qalet li nofs l-impjiegi li se tnaqqas se jkunu fil-Ġermanja u qed titama li tasal għal ftehim mal-unions sat-22 ta' Ġunju. Il-linja tal-ajru Ġermaniża timpjega aktar minn 135,000 ruħ madwar id-dinja, nofshom fil-Ġermanja. Id-direttur tax-xogħol tal-Lufthansa Michael Niggemann qal li mingħajr tnaqqis sinjifikanti fl-ispejjeż tal-impjegati waqt il-kriżi, il-kumpanija se titlef l-opportunità li terġa' tqum fuq saqajha mill-kriżi. Ix-xahar li għadda, Lufthansa iffirmat ftehim b'valur ta' €9 biljuni mal-Gvern Ġermaniż li kellu jgħinnha milli tfalli. Il-Gvern Ġermaniż se jieħu 20% tal-kumpanija li hu beħsiebu jbiegħ sa tmiem l-2023. Iżda l-ftehim għad irid jiġi approvat mix-shareholders tal-kumpanija u mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Lufthansa għalqet il-linja tal-ajru low-cost tagħha, Germanwings, f'April. Kumpaniji oħra tal-ajru ukoll għaddejjin minn mumenti diffiċli u ħabbru li se jagħtu s-sensji fosthom: British Airways qed tipproponi li twaqqaf l-impjieg ta' 12,000 mill-45,000 ħaddiem tagħha, Ryanair mistennija tagħti s-sensja lil 3,000 impjegat li jammontaw għal 15% tal-impjegati tagħha, EasyJet qalet li se tnaqqas mal-4,500 impjieg li jiġu mat-30% tal-impjegati u Virgin Atlantic li timpjega mal-10,000 ruħ qalet li se tnaqqas 3,000 impjieg. | [
10,
13,
16
] |
Ġunju 12, 2020 Il-Grand Prix's tal-Ġappun, Singapore u l-Ażerbajġan ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-Formula 1 pruvaw sal-aħħar biex iżommu dawn it-tliet tappi fil-kalendarju għal dan l-istaġun iżda ftit ilu tħabbar li dan ma mhux se jkun possibbli minħabba l-inċertezza li għadha teżisti fil-pajjiżi. Il-Grand Prix ta' Suzuka ġiet ikkanċellata minħabba li fil-Ġappun, l-ivjaġġar mhux se jkun possibbli. Iċ-ċirkwieti ta' Singapore u Baku mhux se jkunu jistgħu jsiru tlielaq fihom għax mhux possibbli li jkunu attrezzati għal kontra l-virus. | [
11,
15
] |
Raġel baqa' miżmum taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li seraq madwar €2,000 kontanti mill-garaxx ta' sprayer f'Ħal Qormi nhar it-Tnejn li għadda. Mark Scerri, ta'43 sena minn Wied il-Għajn, kien ġie segwit mill-pulizija li kienet qed tinvestiga serqa li allegatament seħħet fit-8 ta' Ġunju li għadda. L-akkużat ġie mixli b'serq aggravat u ħsara volontarja fuq propjetà ta' terzi persuni, li kiser digriet tal-ħelsien mill-arrest maħruġ f'Diċembru u libertà kunizzjonata mogħtija f'Ġunju tal-2019. L-avukati tiegħu, Lennox Vella u Mario Mifsud għamlu talba għall-ħelsien mill arrest ta' Scerri fejn argumentaw li l-akkużat kien għadu kemm sab impieg. Madankollu, wara li l-Qorti semgħet is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ċaħdet it-talba minħabba nuqqas ta' affidabbiltà tal-akkużat. L-Ispettur Alfredo Mangion mexxa l-Prosekuzzjoni. | [
0
] |
It-tensjoni fil-peniżola Koreana mistennija tirranka fil-jiem li ġejjin wara li l-Korea ta' Fuq komunista qalet li qed taqta' l-linji ta' komunikazzjoni kollha mal-Korea t'Isfel u fejn anki rreferiet għall-ġar bħala 'għadu'. Fl-istess ħin, ir-reġim fi Pyongyang qed jagħmilha ċara li din hi 'biss' l-ewwel f'sensiela ta' azzjonijiet li beħsiebu jieħu kontra l-Korea t'Isfel. Intant, kelliema għall-Korea t'Isfel qalu li huma pruvaw jagħmlu s-soltu kuntatti mar-rappreżentanti tal-Korea komunista u fejn 'baqgħu bla tweġiba għall-ewwel darba wara 21 xahar'. Forsi l-aktar ħaġa li qed tħasseb lill-osservaturi hi d-deċiżjoni tar-reġim Korean komunista biex jaqta' l- li, s'issa, serva bħala mezz ta' komunikazzjoni ewlieni bejn il-President tal-Korea ta' Fuq, Kim Jong-un u l-President tal-Korea t'Isfel, Moon Jae-in. Il-Korej għadhom teknikament fi stat ta' gwerra wara li l-konflitt armat ta' bejniethom, li dam għaddej mill-1950 u l-1953, intemm b'armistizju minflok bi trattat għall-paċi. Qabel l-aħħar passi minn Pyongyang, il-Korea ta' Fuq kienet naqqset ħafna mill-kuntatti li kien qed ikollha mal-Gvern f'Seoul u wara l-falliment, xhur ilu, ta' summit ewlieni bejn Kim Jong-un u l-President Amerikan, Donald Trump. F'dan is-summit kienu sfaxxaw it-tamiet għal ftehim konkret li kellu jara lill-Korea ta' Fuq twarrab għall-proġetti nukleari tagħha. Intant qed jidher, issa, li 'miet' kull kuntatt bejn il-Korej, wara li l-kuntatti kienu qed isiru permezz ta' uffiċċju fil-belt ta' Kaesong, li tinsab qrib il-fruntiera li tissepara lill-Istati rivali. L-uffiċċju kien twaqqaf fl-2018 bil-għan li tonqos mit-tensjoni bejn il-Korej u s-sorsi tal-aħbarijiet komunisti, issa, żvelaw li pajjiżhom anki żamm lura 'il-mezzi ta' komunikazzjoni mal-ġar minn aspett militari'. Ftit tal-jiem ilu, Kim Yo-jong, li tiġi oħt il-Mexxej tal-Korea ta' Fuq, kienet ħarġet bit-theddida li tagħlaq l-uffiċċju għall-kuntatti mal-Korea t'Isfel dment li l-awtoritajiet f'Seoul 'kellhom ikomplu jappoġġjaw lill-gruppi ta' persuni li ħarbu mill-Korea ta' Fuq'. Skont Kim Yo-jong, il-gruppi inkwistjoni qegħdin jiċċirkolaw fuljetti ta' propaganda fl-artijiet tal-Istat komunista u d-dikjarazzjoni ta' Pyongyang dwar it-tmiem tal-kuntatti mal-ġar qed tidher 'speċifikament relatata' ma' din l-akkuża. Kim Yo-jong sostniet li pajjiżha qed iqis il-kampanja tal-fuljetti bħala att ostili li jabbuża l-ftehim għall-paċi li kienu ntlaħqu fl-2018 waqt is-summit ta' Panmunjom bejn Kim Jong-un u Moon Jae-in. | [
10
] |
Ġunju 12, 2020 Aġġornata 12 Ta' Ġunju, 2020 4:33pm Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li bil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika disa' mitt familja u madwar sitt elef u ħames mitt tifel u tifla se jibbenefikaw mir-rati l-ġodda tal-in work benefit. F'Lulju li ġej dawn il-familji se jieħdu żieda addizzjonali ta' mitejn u ħamsin ewro. Il-Ministru Michael Falzon qal li bil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika mħabbar nhar it-Tnejn, il-Gvern qed jinvesti fil-familji €4 miljun ewro permezz tal-in work benefit. Spjega li filwaqt li fl-2015 kien hemm 'il fuq minn 1,300 li bbenefikaw mill-in work benefit, fosthom ġenituri waħidhom sa Marzu li għadda dawn aktar milli rduppjaw, għal kważi erbat elef. L-in work benefit huwa benefiċċju għal persuni li jaħdmu li għandhom it-tfal taħt it-tlieta u għoxrin sena u li jiddependu minnhom. F'konferenza tal-aġbarijiet il-Ministru Falzon spjega kif il-Gvern kompla jżid l-in work benefit biex iktar familji jingħataw għajnuna fit-trobbija tal-ulied billi wessa' l-faxex tal-qligħ. Qal li r-rati għolew bejn tletin u mitt ewro fis-sena, bl-ikbar ammont jingħata għal dawk li għandhom l-inqas dħul. Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem, il-faxxa żdiedet għal dħul massimu ta' €22,000 fis-sena, b' €630 għal kull wild, żieda ta' €80 fis-sena. Persuna waħidha li taqla' sa massimu ta' €18,200 fis-sena qed tingħata €1,400 għal kull wild. Il-Ministru spjega li minbarra ż-żieda fil-benefiċċju, il-Gvern baqa' jħaddem miżuri bħat-tapering of benefits, childcare b'xejn, u ż-żieda fil-pensjonijiet. Mistoqsi dwar kemm nies ibbenefikaw mis-servizz tal-għajnuna għas-solitudni, l-Ministru qal li fuq in-numru 1772 kellhom medja ta' 80 telefonata kuljum u li dan is-servizz se jibqa' jingħata. Qal ukoll li fil-budget ta' Ottubru jixtieq li jiżdied investiment għas-solitudni, saħħa mentali u iktar benefiċċji li jkomplu jwieżnu lil dawk li l-inqas jifilħu. | [
6
] |
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 8:38pm Malta se twieġeb għall-kriżi tal-ikel fl-Afrika bil-ħruġ ta' sejħa urġenti għall-esportazzjoni ta' 500 tunellata patata Maltija lejn in-Namibia li biha mistennija jiġu mgħejuna man-nofs miljun persuna. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li dan se jsir bħala intervent umanitarju bil-għan li tiġi ndirizzata l-kriżi tal-ikel li hemm f'dan il-pajjiż Afrikan riżultat tan-nuqqas ta' xita u l-pandemija tal-COVID-19. Il-patata li baqgħet ma' wiċċ il-bdiewa ser tispiċċa tgħin lil poplu tan-Namibja – pajjiż fl-Afrika ta' aktar minn żewġ miljun ruħ li għaddej minn nuqqas ta' ikel minħabba xitwa xotta li kompliet għakset il-pajjiż flimkien mal-pandemija tal-COVID-19. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ħareġ sejħa għax-xiri ta' 500 tunnellata patata biex sal-25 ta' dan ix-xahar titlaq minn Malta fi xkejjer ta' 25 kilo u titqassam mill-Gvern tan-Namibia. Eventwalment se jiġu mgħejjuna mal-500,000 persuna b'kilo ta' patata kull wieħed tal-bdiewa Maltin. Il-patata hija komuni tad-dieta tan-nies tan-Namibja u l-Ministeru qal li b'dan il-kontribut umanitarju, Malta se tkun qed tgħin poplu li għaddej mit-tbatija. F'Mejju, Malta ikkommettiet €400,000 bħala parti mir-rispons dinji għall-isfidi tal-COVID-19 waqt li l-Ministru Evarist Bartolo mexxa l-isforzi ta' Malta għal intervent umanitarju internazzjonali biex jiġu ndirizzati kriżijiet relatati ma' din il-pandemija. Fix-xhur li għaddew, il-Ministeru ħadem mill-qrib ma' diversi pajjiżi Afrikani billi pprovda appoġġ biex jiġu ndirizzati sfidi komuni relatati mal-COVID-19 permezz tal-inizjattiva 'Solidarity Malta". | [
6,
14,
16
] |
Mijiet ta' nies reġgħu ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-ibliet fost tensjoni kbira meta l-kambju tal-pajjiż qed jidher f'xifer ta' kollass. Ir-rabja kompliet teskala u tinfirex wara li l-valur tal-Lira Lebaniża niżel għal baxx rekord. Fil-fatt, il-Lira tilfet madwar 70 fil-mija tal-valur minn Ottubru, meta kienu bdew il-protesti. Il-Prim Ministru Lebaniż, Hassan Diab, laqqa' lill-Kabinett b'urġenza biex jiddiskuti l-kriżi ekonomika li hi wkoll l-akbar waħda għal għexieren ta' snin fil-Libanu. Intant, id-dimostrazzjonijiet ta' rabja dwar is-sitwazzjoni jidhru li rrankaw mill-ġdid wara l-kwiet relattiv (fil-pajjiż) dovut għal-lockdown fis-sitwazzjoni tal-coronavirus. Dan meta ħafna ċittadini Lebaniżi li jiddependu fuq il-flus li faddlu spiċċaw f'morsa ta' faqar, bis-sitwazzjoni tagħhom tiggrava minħabba l-effetti tal-pandemija. Il-qgħad fil-Libanu hu għoli u ħafna ħaddiema Lebaniżi qed jitħallsu bi flus lokali li tilef kull saħħa f'termini ekonomiċ,. Ħafna familji f'dan il-pajjiż bilkemm jaffordjaw li jixtru l-ikel u l-affarijiet bażiċi, bil-kaos domestiku qed jiżdied minn ġurnata għall-oħra. | [
10
] |
Tarxien Rainbows bdew jiffurmaw l-istaff tekniku tagħhom hekk kif ħatru lil Winston Muscat bħala l-kowċ tagħhom b'kuntratt ta' sentejn. Din l-aħbar issegwi dik ta' ftit jiem ilu li l-eks plejer Denni Rocha dos Santos inħatar Direttur Tekniku tal-klabb. Muscat li għandu l-liċenzja UEFA Pro ġej minn esperjenza ta' sentejn bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza għal Muscat fl-ogħla diviżjoni wara esperjenzi ma' Vittoriosa Stars, Marsaxlokk, Naxxar Lions u Pembroke Athleta. Hu se jkun qed jieħu post Demis Scerri wara li ntlaħaq ftehim mal-klabb biex ma jibqax imexxi lit-tim. Winston Muscat se jkollu biċċa xogħol diffiċli biex iżomm lil Tarxien Rainbows fl-ogħla diviżjoni. Fl-istaġun li għadda, Tarxien Rainbows kellhom staġun iebes hekk kif kisbu biss erba' punti minn 20 logħba. Madankollu minkejja li kienu matematikament relegati, b'vot fil-Kunsill tal-MFA fil-25 ta' Mejju li għadda, ġie deċiż li t-Tarxiniżi jibqgħu fil-Kampjonat Premier. Tarxien ilhom fl-ogħla diviżjoni mill-istaġun 2008/09. | [
15
] |
Mara ta' 36 sena mill-Fgura ma nstabitx ħatja mill-Maġistrat Audrey Demicoli li sentejn ilu serqet vann minn Ħal Tarxien u għodda li kienu fih li jammontaw għal €25,000. Irriżulta li din l-għodda kienet inħattet f'kamra, propjetà tal-eks sieħeb tagħha u hija nzertat li kienet għadha kemm tasal fil-post mingħajr ma kienet konxja tal-oġġetti misruqa. Antonella Vella, li ammettiet li għandha problema ta' droga ma nstabitx ħatja wkoll li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa u li saret reċediva. Hija ġiet illiberata wkoll minn akkużi li għamlet ħsara fuq l-istess karozza u li kisret diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. L-Ispettur Chantelle Casha ressqitha fuq 14-il akkuża kollha relatati ma' dawn il-każijiet. Mill-provi rriżulta li fit-8 ta' Gunju tal-2018 kien insteraq vann tat-tip Mazda li kien fi Triq Dun Gużepp Gonzi u l-ghada fil-5.30am. sidu ma kienx sabu fejn ħallih ipparkjat. Fil-vann kien hemm ukoll xi ghodda u nġenji ta' mekkanik. L-għada, fid-9 ta' Ġunju 2018, għall-ħabta tas-7.20am. kien ghaddej Pulizija minn Triq il-Ħerba, iż-Żejtun u nnota l-vann li kien irraportat misruq. Huwa qal fil-Qorti li hemm kien innota raġel li kien qiegħed iħott l-għodda mill-vann u Antonella Vella kienet qegħda bilqegħda fuq l-għatba tar-residenza tikkomunika ma' dan ir-raġel. Tliet Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u wieħed minnhom mar viċin il-vann u sab lix-xufier u qabad u qalalu ċ-ċwievet. Vella kienet fuq it-tarġa tal-bieb u sussegwentement daħlet ġewwa. Wieħed mill-Pulizija qalilha biex toħroġ u dan xehed li din il-kamra kienu jgħixu fiha Vella u r-raġel, li dak iż-żmien kien is-sieħeb tagħha. L-imputata ċaħdet li hija serqet jew kienet kompliċi fis-serqa tal-vann u stqarret li meta l-Pulizija marru ż-Żejtun hija kienet għadha kemm tasal fil-kamra u ma kienet qed tħott xejn. Hija qalet ukoll li ftit qabel kienet fid-dar t'ommha l-Fgura u mxiet mill-Fgura saż-Żejtun għaliex il-partner tagħha kien qalilha biex tmur hemm mingħajr ma taha raġuni. Qalet li din il-kamra kienet mikrija lilu u li hija tagħmel użu mid-droga. Saħqet li hija kienet tgħix il-Fgura u mhux fir-residenza fejn kienet dak il-ħin fiż-Żejtun. Sostniet li kienet tmur f'dan il-post taż-Żejtun sabiex tieħu d-droga għaliex ma setgħetx taghmel dan fir-residenza t'ommha. Spjegat li meta waslet sabet l-għodda misruqa diġa fil-kamra u sostniet li ma kelliex ċavetta tal-kamra u lanqas kienet qed tgħin lill-eks sieħeb tagħha jħott l-għodda qabel huwa twaqqaf mill-Pulizija. Il-Qorti qalet li hija tal-fehma li l-Prosekuzzjoni ma rnexxiliex tilħaq il-grad ta' prova, dik ta' lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni u dan għal diversi raġunijiet. Il-fatt li kienet fuq l-għatba tal-kamra fejn instabet l-għodda u li kienet qed tikkomunika mal-eks sieħeb tagħha mhuwiex biżżejjed sabiex tinstab ħatja li hija serqet il-vann u l-għodda jew li kienet b' xi mod komplici f'tali serq, tant huwa hekk li l-marki tas-swaba meħuda minn diversi partijiet tal-vann ma qablux mal-impronti diġitali taghha. Hija ġiet illiberata minn kull akkuża. | [
0
] |
Il-First Lady tal-Ukrajna, Olena Zelenska (ritratt), ittestjat pożittiv għall-coronavirus. L-aħħar aġġornamenti minn Kiev qalu li l-mara tal-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qed iħossha tajba u mhix qed tbati minn xi sintomi. Il-President Zelensky u ż-żewġ ulied tal-koppja kollha testjaw negattivi. Aktar kmieni fil-ġimgħa, il-President tal-Ukrajna żvela li kien spiċċa mmultat wara li, fil-bidu tax-xahar, abbuża r-regoli tal-lockdown fil-pajjiż. Il-Prodott Gross Domestiku (GDP) tar-Renju Unit naqas b'20.4 fil-mija f'April u li jirrifletti l-akbar daqqa 'l isfel mindu bdew ikunu reġistrati r-rekords għal kull xahar, fl-1997. Sadanittant, il-linji tal-ajru British Airways, Ryanair u Easyjet qalu li qed jikkuntestaw legalment il-politika ta' kwarantina li l-Gvern Britannika qed jinsisti dwarha fil-preżent. Filwaqt li applikaw għal reviżjoni ġudizzjarja mill-Ogħla Qorti tal-pajjiż, il-linji qed jgħidu li l-politika għall-kwarantina attwali għandha tħalli impatt devastanti għat-turiżmu u l-ekonomija b'mod ġenerali, bil-konsegwenza li jintilfu l-eluf tal-impjiegi. In-Nazzjonijiet Uniti qed twissi li l-kriżi tal-coronavirus ħolqot kriżi li permezz tagħha, miljuni ta' tfal madwar id-dinja jistgħu jispiċċaw jaħdmu minn età żgħira ħafna, f'sitwazzjoni estiża ta' Ir-reġjun tal-Amerika Latina issa reġistra 'il fuq minn 1.5 miljun infezzjoni bil-Covid-19, bl-imwiet madwar il-pajjiżi tal-kontinent jaqbżu s-70,000. Fl-Indja, teżisti sitwazzjoni fejn il-pazjenti mhumiex qed ikunu aċċettati fl-isptarijiet – u meta l-uffiċjali qed iwissu li l-kriżi tal-coronavirus fil-pajjiż għadha ma laħqitx fl-eqqel tagħha. Skont l-aħħar statistika, hemm 7.5 miljun każ tal-coronavirus madwar id-dinja u 'il fuq min 420,000 mewta fuq rata globali. Iċ-ċifri kienu provduti mill-Johns Hopkins University ta' Baltimore, fl-Istati Uniti. | [
10
] |
Juventus huma l-ewwel tim fil-finali tal-Coppa Italia minkejja li kienu miżmuma 0-0 fl-Allianz Stadium minn Milan. Il-Bianconeri għaddew wara d-draw ta' 1-1 f'San Siro qabel waqaf il-futbol minħabba l-coronavirus. It-tim ta' Maurizio Sarri naqas li jassedja l-lasta avversarja għalkemm kellhom il-maġġoranza tal-pussess tal-ballun. Milan kellhom prestazzjoni pożittiva hekk kif minkejja li għamlu 75 minuta b'raġel anqas u bi plejers bħal Theo Hernandez, Samu Castillejo u Zlatan Ibrahimovic sospiżi, offrew sfida denja. Ovvjament in-nuqqas ta' plejers fl-attakk għamilha diffiċli għalihom biex jippruvaw jiskorjaw. Din kienet l-ewwel milgħuba fl-Italja minn wara li l-futbol kellu jieqaf minħabba l-Covid-19. Qabel il-logħba ġiet osservata minuta silenzju b'rispett lejn l-eluf ta' persuni li tilfu ħajjithom kawża ta' din il-pandemija. L-aktar mumenti importanti tal-logħba seħħew fl-ewwel kwart tal-konfront. Douglas Costa resaq viċin wara żewġ minuti b'xutt djagonali fil-baxx li għadda ftit barra. Wara kwarta Juventus ingħataw penalty hekk kif ir-referee Daniele Orsato bl-għajnuna tal-VAR iġġudika li l-ballun ħabat ma' id Andrea Conti fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu s-solitu Cristiano Ronaldo iżda x-xutt fil-baxx ħabat mal-lasta l-wieqfa. Ftit sekondi wara, Milan sfaw jilagħbu b'raġel anqas meta Ante Rebic ġie muri karta ħamra diretta wara li għolla siequ u laqat lid-difensur Danilo. Kif mistenni, Juventus kellhom l-inizjattiva assoluta tal-logħba, iżda ma kinux ta' periklu kbir għal Donnarumma. Milan kellhom opportunità tajba fit-48 minuta b'daqqa ta' ras ta' Hakan Calhanoglu li għaddiet ftit barra. Juventus baqgħu fil-kmand tal-ballun iżda d-difiża ta' Milan baqgħet kompatta u ħafna drabi bdiet tħalli lill-avversarji distakkati mil-lasta tagħhom. Fis-77 minuta, Simon Kjaer kellu daqqa ta' ras li għaddiet barra u ftit wara fuq in-naħa l-oħra, Donnarumma dawwar f'korner darbtejn fuq konklużjonijiet ta' Paulo Dybala u Adrien Rabiot. Il-finali tal-Coppa Italia tintlagħab nhar l-Erbgħa li ġej 17 ta' Ġunju fi Stadio Olimpico fid-9.00pm. Juventus hu l-aktar tim li rebaħ il-kompetizzjoni b'total ta' 13-il suċċess. Għada: (Napoli rebħu l-ewwel logħba 1-0) | [
15
] |
Ġunju 12, 2020 Il-pandemija tal-COVID19 qed taqta fil-laħam il-ħaj fl-ekonomija tar-Renju Unit tant li l-Prodott Gross Domestiku f'April ċkien bi ftit iktar minn 20%, l-agħar tisbita f'dawn l-ahhar 23 sena. Dan waqt li l-linji tal-ajru British Airways, Ryanair u EasyJet qalu li preżentaw kawża biex jisfidaw id-deċiżjoni tal-Gvern ta' Boris Johnson li daħħal kwarantina għal kull min jidħol fir-Renju Unit. Id-deċiżjoni fissret daqqa kbira għal-linji tal-ajru u lill-ekonomija inġenerali. | [
1,
10,
16
] |
Ġunju 12, 2020 Aġġornata 12 Ta' Ġunju, 2020 4:58pm Il-Ġimgħa filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat, it-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, xehed l-intermedjarju f'dan il-qtil, Melvin Theuma. Melvin Theuma l-intermedjarju fid-delitt tas-sinjura Caruana Galizia kompla jixhed dwar rekordings ta' konversazzjonijiet li kellu mal-allegat mandat tal-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Qal li darba Fenech kien sejjaħlu u qallu li wieħed mill-akkużati, Vince Muscat beda jikxef u iktar tard dakinhar irċieva telefonata li ġej ikellmu Johann Cremona. Miegħu mar ukoll Kenneth Camilleri, li wegħdu li fit-28 tax-xahar l-aħwa Degiorgio kienu se jingħataw il-pleġġ. Cremona kien sħab fin-negozju ma' Yorgen Fenech filwaqt li Camilleri kien parti mit-tim ta' sigurtà tal-Prim Ministru Joseph Muscat u viċin Keith Schembri. Theuma qal li huwa ltaqa' ma' Schembri darbtejn imma qatt ma ssemma' d-delitt tas-sinjura Caruana Galizia għalkemm stqarr li kien konvint li kien involut. Qal ukoll li Yorgen Fenech tah 150,000 ewro fi flus kontanti bħala depożitu għall-qtil biex jagħtihom lil Alfred Degiorgio. Stqarr li jibqa' konvint li wara d-delitt tas-sinjura Caruana Galizia, riedu jeħilsu minnu wkoll. Qal li kien qal lil Mario Degiorgio li ħutu kienu se jingħataw il-pleġġ, iżda wara li dan ma seħħx, Mario Degiorgio kien għamel għalih. Qal li beda jibża' li kienu se joqtluh u anke informa lil Yorgen Fenech li ra lil xi ħadd idur mal-karozza tiegħu. Theuma qal li Yorgen Fenech u Johann Cremona kienu jgħidu li l-eks Ministru Chris Cardona kien involut fil-qtil tas-sinjura Caruana Galizia iżda huwa qatt ma kien jaf dan u l-uniku persuna li jaf kienet involuta fil-qtil kien Yorgen Fenech għax hu qabbdu joqtolha. | [
6,
16
] |
Ġunju 12, 2020 Wara li f'żona fil-belt ta' Seattle fl-Istati Uniti ġiet iddikjarata awtonoma mid-dimostranti, il-President Amerikan Donald Trump wissa lill- mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f'idejh jekk dan il-libertinaġġ jibqa' jirrenja. Nhar it-Tnejn illi għadda wara numru ta' konfrontazzjonijiet vjolenti mad-dimostranti, is-sindku tal-belt ordna li jitneħħew il-barrikadi u li l-Pulizija jirtiraw. Bil-konsegwenza t'hekk żona f'din il-belt qiegħda f'idejn id-dimostranti. Trump qal li ż-żona ġiet maħtufa minn terroristi domestiċi biż-żona ġiet imlaqqma CHAZ Capitol Hill Autonomous Zone. Mijiet ta' persuni qed jikkongregaw f'avvenimenti varji relatati mal-mixja ta' ġustizzja razzjali mmotivata mill-mewt ta' George Floyd. F'serje ta' kitbiet fuq Twitter il-President Amerikan ħareġ il-kanuni fuq il-mexxejja demokratiċi ta' Washington u Seattle li ddeskrivihom bħala 'boloħ'. Qal li jekk ma jieħdux azzjoni huma se jkun qed jieħu azzjoni huwa. | [
1,
10,
16
] |
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 7:09pm "Bla kliem u mbikkmin għat-telfa ta' anġlu sabiħ." Hekk qalet l-għaqda Puttinu Cares fuq il-midja soċjali, meta ħabbret it-telfa ta' Gabriel Vella. Gabriel, li huwa minn Għawdex, miet wara li tilef il-battalja mal-kanċer. Il-membri ta' Puttinu Cares qalet li kien ta' eżempju kbir għal kulħadd, u mhux se jkunu qed jinsewh. Kienu bosta dawk li esprimew sogħba għal din l-aħbar u offrew il-kondoljanzi lill-qraba. | [
6,
16
] |
Il-familjari ta' raġel li 20 sena ilu nqatel fiż-Żurrieq ingħataw kumpens ta' €63,000 mill-Qorti. L-inċident kien seħħ fis-6 ta' Awwissu tal-1999, għall-ħabta tal-11.00 p.m., fi Triq Fortunato Dalli. Raymond Camilleri kien qatel lil Christopher Camilleri, li kellu 24 sena wara li dan kien ipparkja il-karozza tiegħu quddiem id-dar ta' Raymond Camilleri, li kien għadda ġuri fuq il-qtil. Huwa kien jipparkja f'dan il-post kull meta kien imur iżur it-tfajla tiegħu li kienet tgħix fl-istess triq. Raymond Camilleri, li dak iż-żmien kellu 43 sena, kien qal lil Christopher Camilleri li ma kienx qed jieħu gost b'dan kollu. Dak inhar stess Christopher Camilleri mar lura lejn il-karozza tiegħu u ra li Raymond Camilliri jirriversja l-karozza għal fuq tiegħu. Huwa kien mar fuqu u heddu li jaħraqlu l-karozza u tah daqqa ta' ponn u spiċċa bi driegħu tax-xellug fi-ġips. Kien hawn li Raymond Camilleri kien daħal fil-garaxx tiegħu, ħareġ b'senter u kif rah li se jaħrab sparalu u laqtu. F'ġuri huwa kien ingħata sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li l-ġurati sabuh ħati tal-qtil tiegħu iżda kien skużat minħabba li aġixxa permezżz ta' self defence minħabba l-biża'. Raymond Camilleri, kien instab ħati ta' pussess illegali tas-senter li spara bih lil Christopher Camilleri. Kienet ittieħdet kunsiderazzjoni wkoll tar-rekord kriminali nadif ta' Raymond Camilleri. Kienu ħut il-vittma li rebħu €63,000 kumpens, Emanuel u Antonia Camilleri kif ukoll uliedhom Aaron, Simon, Mary Gracy, Gino u Miram li kienu bdew proeċeduri legali fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Raymond Camilleri fejn talbu kumpens talli dan qatlilhom lil ħuhom Christopher. Il-kawża nstemgħet mill-Imħallef Joseph Micallef fejn dan għamilha ċara li l-vittma kellu sehem għal dak li ġara minħabba t-theddid tiegħu imma daqstant ieħor l-imġieba tal-ħati li kienet sproporzjonata. Kien għalhekk li ngħata l-kumpens għal dan il-qtil. | [
0
] |
Ġunju 12, 2020 Madwar id-dinja pajjiżi li ma kinux milquta bil-goff mill-pandemija tal-COVID-19 qegħdin jiftħu l-fruntiera biex jilqgħu t-turisti saħansitra minn pajjiżi li ma kellhomx ħafna nies infetati bil-COVID-19. Il-pajjiżi tal-Mediterran li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu, fosthom Ċipru, il-Greċja, Spanja, l-Eġittu u t-Tuneżija ser jibdew jilqgħu t-turisti, b'uħud minnhom qegħdin joffru inċentivi biex iħeġġu t-turisti jżuruhom. Il-moral tal-persuni li kull sajf imorru fuq btala ħa spinta, hekk kif numru ta' pajjiżi qegħdin jiftħu l-fruntiera u jneħħu r-restrizzjoni li daħlu minħabba l-pandemija. Il-pajjiżi madwar il-Mediterran li bħal Malta għandhom introjtu sostanzjali mit-Turiżmu, bħat-Tuneżija, l-Eġittu, Ċipru u l-Greċja qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex jattiraw il-vjaġġaturi, hekk kir ser jibdew jilqgħu it-turisti lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar. Ċipru saħansitra beda jilqa' t-turisti sa min din il-ġimgħa stess. L-industrija iżda qed tiffaċċja sfidi ġodda minħabba li ħafna pajjiżi fosthom ir-Renju Unit qegħdin iħeġġu liċ-ċittadini tagħhom biex iqattgħu l-btajjel tagħhom fil-pajjiż stess flok jivvjaġġaw. Il-Greċja biex tħajjar turisti jżuru l-pajjiż naqqset ir-rata tal-VAT fuq it-trasport, inkluż l-ivvjaġar bl-ajru kif ukoll fuq ix-xorb. Fi Franza l-aktar pajjiż li jżuruh turisti, minn nhar it-Tnejn ser jibda jilqa' t-turisti minn pajjiżi Ewropej, iżda ċittadini ġejjin mir-Renju Unit u Spanja, fost oħrajn iridu jagħmlu ġimagħtejn kwarantina. Spanja, bħal Malta ser tiftaħ il-fruntieri fl-ewwel ta' Lulju, iżda sa issa mhux ser ikunu jistgħu jiġu turisti minn Spanja lejn Malta u lanqas Maltin imorru fi Spanja. Il-gżejjer Baleariċi li huma popolari mat-turisti, fosthom Ibiża u Mallorca, nhar it-Tnejn ser jilqgħu mas-6,000 turist Ġermaniż bħala proġett pilota għall-miżuri ta' mitigazzjoni għall-COVID-19. Filwaqt li t-turiżmu lejn l-Ewropa mill-Istati Uniti għadu wieqaf, il-linji tal-ajru qegħdin jittamaw li l-ftuħ tal-fruntieri jagħti ftit nifs lil-linji tal-ajru li l-pandemija tefgħet fl-akbar kriżi li qatt kellha l-industrija tal-avvjazzjoni. | [
6,
16
] |
Il-Prim Ministru tal-Italja, Giuseppe Conte, kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-prosekuturi wara li l-qraba tal-vittmi tal-Covid-19 insistew li ssir inkjesta dwar allegata negliġenza min-naħa tal-Gvern waqt il-kriżi. Il-prosekuturi vvjaġġaw lejn Ruma minn Bergamo – li kienet l-agħar belt milquta mill-coronavirus qabel l-Italja sħiħa spiċċat suġġetta għal-lockdown, f'Marzu li għadda. Il-qraba tal-vittmi sadanittant insistew li l-aktar zoni 'fertili' għall-virus – magħrufin bħala – messhom ġew iżolati qabel mill-awtoritajiet. Dan waqt li tressqu għexieren ta' ilmenti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Bergamo mingħand membri tal-grupp taċ-ċittadini bl-isem (Aħna Se Nirrappurtawkom ( għal aġir ħażin u żbaljat)'. Il-Prim Ministru Conte qal li ma ħassux inkwetat dwar 'din il-linja ta' interrogazzjoni' u li hu kien se jispjega l-fatti kollha bl-istess mod kif dejjem interpretahom u 'b'mod li ma jħallilu xejn fuq il-kuxjenza'. Conte sostna li mhu se jaħrab mill-ebda investigazzjoni għaliex iċ-ċittadini għandhom id-dritt għal tweġibiet fiċ-ċirkustanzi. F'April li għadda, il-Prim Ministru Taljan kien ċaħad li seta' ikkalkula ħażin il-livell tal-kriżi tal-coronavirus. Hu spjega, dak iż-żmien, li 'in-nies kienu jgħodduh b'miġnun' li kieku ħareġ direttiva għal lockdown fil-bidu, meta nstabu l-ewwel infettati. Iżda l-qraba li tilfu lill-għeżież qed jgħidu li żewġ zoni – Alzano u Nembro – fil-Lombardija messhom kienu dikjarati bħala 'zoni ħomor' ladarba feġġew il-każi tal-Covid-19 fl-inħawi. L-azzjoni legali fl-Italja hi l-ewwel waħda fuq livell ta' grupp b'konnessjoni mal-pandemija. Iżda r-reġjun tal-Lombardija qed titmexxa mill-Partit tal-Lega fl-Oppożizzjoni u ħafna nies qegħdin iwaħħlu f'dan il-partit, aktar milli fil-Gvern ċentrali, għall-allegati nuqqasijiet fil-kampanji għat-trażżin tal-coronavirus. Il-prosekuturi Taljani kellhom anki jagħmlu l-mistoqsijiet relevanti lill-Ministru tal-Intern, Luciana Lamorgese u l-Ministru tas-Saħħa, Roberto Speranza. Dan meta l-prosekuturi jridu jiddeterminaw jekk teżistix bażi għal akkużi ta' negliġenza kriminali. Intant, wieħed irid jara jekk id-deċiżjoni dwar lockdown kellhiex tittieħed mill-politiċi f'Ruma inkella fil-Lombardija – ir-reġjun minn fejn beda jinfirex il-virus lejn l-Ewropa. Aktar min-nofs il-vittmi Taljani tal-Covid-19 tilfu ħajjithom fil-Lombardija, bl-aħħar ċifri mill-Italja jikkonfermaw total ta' aktar minn 34,000 mejtin mill-bidu tal-kriżi 'il hawn. Madankollu, ir-rata tal-infezzjonijiet niżlet fl-Italja u dan qed jippermetti biex l-awtoritajiet lokali jnaqqsu r-restrizzjonijiet preċedenti b'mod gradwali. | [
10
] |
It-tlielaq tal-Ażerbajġan, Singapore u l-Ġappun ġew ikkanċellati għal dan l-istaġun minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Aktar kmieni dan ix-xahar, tħabbru l-ewwel tmien tlielaq għal dan l-istaġun, bil-kampjonat mistenni jibda fil-5 ta' Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Minn dakinhar, it-tmexxija tal-Formula 1 kompliet taħdem biex tiffinalizza l-kalendarju għal dan l-istaġun. Huma jinsabu kunfidenti li f'dan l-istaġun isiru bejn 15 u 18-il tellieqa, bil-kampjonat jintemm f'Abu Dhabi f'Diċembru. Stqarrija tal-Formula 1 qalet li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-isfidi differenti li kellhom l-organizzaturi f'dawn il-pajjiżi. B'mod partikolari fil-Ġappun, ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kienet ir-raġuni prinċipali. It-tmexxija tal-Formula 1 kompliet tgħid li dawn iż-żminijiet għadhom ta' inċertezza u huma se jibqgħu jimxu b'kawtela, filwaqt li jżommu l-pjan ta' sigurtà biex jassiguraw l-akbar sigurtà. | [
15
] |
Ġunju 12, 2020 Il-pandemija ġabet bidliet mhux mistennija f'ħajjitna u sens akbar t'apprezzament lejn saħħtina u għal dak kollu li bħas-saħħa ma jistax jinxtara bil-flus – bħad-demm – kif stqarrew magħna żewġ 'frontliners' li joħorgu l-aspett uman tagħhom u jirrakkontaw uħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom fl-eqqel tal-pandemija. L-Inġinier Chris Attard Montalto u l-infermiera Claire Farrugia jaħdmu l-isptar Mater Dei u t-tnejn li huma 'frontliners' fil-ġlieda mal-COVID-19. Iltqajna magħhom barra l-isptar u rrakkontawlna wħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom fl-eqqel tal-pandemija. "L-esperjenza kienet, ħafna pressure kien hemm ħafna ħafna pressure jiġifieri konna qed naħdmu mis-7am niggarantilek ġieli anke sal-għaxra ta' filgħaxija. Konna nidħlu kwalunkwe ħin biex naraw x'nistgħu nagħmlu biex intejbu l-affarijiet f'Mater Dei." "Għalkemm kienet tal-biżgħa, kollha kemm aħna għaddejna minn esperjenzi diffiċli fil-ħajja u trid f'moħħok taħseb f'dawk biex jgħinuk tiffaċċja l-isfida li jkollok quddiemek bħalissa" Il-pandemija qanqlet sens akbar ta' gratitudni u apprezzament lejn il-ħaddiema tas-saħħa u kull min fuq bażi volontarja u mingħajr ħlas, jagħti d-demm jew il-pjastrini b'mod regolari. Hekk jagħmlu dawn iż-żewġ professjonisti li jħossu sens kbir ta' dover u sodisfazzjon li qed jagħtu rigal li ma jistax jinxtara bil-flus. "Naf illi kelli mumenti f'ħajti t-tfal u qraba tiegħi li ġew bżonn id-demm u din hi xi ħaġa dover tagħna biex ngħinu lil xulxin, f'ħajti wkoll bħala nurse tajt ħafna boroż tad-demm u jiena li jiena donor waqt li nagħtihom dejjem naħseb f'dak d-donaturl li mar ta d-demm biex inkun nistgħu ngħinu lill-pazjent li hemm quddiemna." "Fejn nista' nagħti hija l-iktar ħaġa importanti għalija fl-aħħar tal-ġurnata fil-ħajja x'għandek jekk tista' tagħti aħjar tagħti milli tieħu." Hu stmat li kull sena f'Malta madwar 21,000 persuna jagħtu d-demm u fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm nhar il-Ħadd li ġej, il-President George Vella wera x-xewqa li t-tliet palazzi tal-President fil-Belt, il-Verdala u Sant'Anton jinxtegħlu bl-aħmar, kif seħħ f'binjiet oħrajn prominenti bħal Kattidral tal-Imdina u Bieb il-Bombi fil-Furjana. Din is-sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet it-tema ta' dan il-jum – "Agħti d-demm b'risq dinja aktar f'saħħitha". L-iskop hu li jixpruna iktar nies f'saħħihom jersqu u jagħtu d-demm b'mod regolari. | [
6,
16
] |
Ġunju 12, 2020 Il-Gwida Michelin, magħrufa għall-għajn ta' eċċellenza li tfittex l-aħjar togħmiet fil-kċejjen tar-ristoranti mad-dinja, ippremjat għall-ewwel darba ristoranti Maltin. Imwaqqfa fil-bidu tas-seklu l-ieħor il-Gwida Michelin ippubblikat ukoll gwida dwar ir-ristoranti f'Malta u Għawdex. L-esperjenza kulinarja f'Malta issa telgħet tarġa oħra b'ristoranti Maltin jiġu ppremjati b'ċertifikazzjoni internazzjonali ta' eċċellenza – il-Malta Michelin Guide. Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet din hija opportunità għall-industrija tat-turiżmu li turi lill-kċina u l-ifjen prodotti Maltin. "Din hija l-ewwel darba li l-Gvern Malti investa f'dal-proġett il-Michelin Star Award li qed jgħolli l-livell tal-esperjenza kulinarja li turist jagħmel f'pajjiżna. B'kollox kellna tliet ristoranti li ntgħażlu b'mod indipendenti minn tim ta' investigaturi li ġew jieklu u għamlu esperjenza f'diversi ristoranti f'Malta u Għawdex u ddentifikaw dawn it-tliet ristoranti li ngħataw it-titlu. It-tliet ristoranti rebbieħa tal-premju Michelin huma De Mondion fl-Imdina u żewġ ristoranti fil-Belt – Noni u Under Grain. Il-Ministru Farrugia Portelli żaret it-tliet ristoranti li biex ingħataw il-premju Michelin iddistingwew ruħhom fil-kwalità, it-teknika, il-personalità tal-kok, kif ukoll il-valur tal-ikel u l-konsistenza. L-ewwel gwida ta' Michelin għal Malta ġiet ippubblikat iktar kmieni din is-sena u fiha ħarsa lejn ir-ristoranti u l-firxa sħiħa ta' stili u l-ħiliet kulinari li jinsabu fil-gżejjer Maltin. Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal li t-tliet ristoranti li ngħataw il-premju Michelin jirrapreżentaw l-avvanżi miksuba mix-xena gastronomika lokali f'dawn l-aħħar snin. Qal li wara r-rilaxx tar-restrizzjonijiet tal-COVID, ir-reazzjoni hija waħda pożittiva u jidher ċar li n-nies huma ħerqana jirritornaw fuq il-mejda tal-ikel flimkien mal-familja u l-ħbieb. | [
6,
16
] |
"Aħna nissuperaw dak tal-Ġermanja, daqshekk ngħid" Minn "mini budget", għal pakkett ta' miżuri, għal "bazooka budget". Iżda ssejjaħlu kif issejjaħlu, il-pakkett ta' miżuri li tħabbar nhar it-Tnejn xorta jibqa' wieħed diskriminatorju. Tant illi meta affacjat bid-domandi ta' Net News il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, dan ma caħdux. U spiċċa jfarfar fuq il-Malta Enterprise, għaliex qal li l-listi waslu mingħandhom. "Jien il-kriterji li bgħatuli kienu magħżula mill-Malta Enterprise" Minkejja li l-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl għall-familji u minkejja li ħafna ħwienet xorta mhux se jgawdu minn dan ir-roħs li tant qed jiftaħar bih il-Gvern il-Ministru xorta jiddeskrivi l-pakkett ta' miżuri b'dan il-mod. "Liema pajjiżi qatt li setgħu jagħtu bazooka budget? Il-Ġermanja.... Aħna aħjar mill-Ġermanja" Fl-aħħar jiem il-Ministru tal-Finanzi ma kienx kapaċi jispjega għaliex il-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl għall-familji u l-anzjani. Stqarr biss, li n-nies se jmorru tajjeb... iżda dwar il-kontijiet, ma qal assulutament xejn. "Fuq il-familji... mhux se noqgħod ngħidlek kemm ħadu, għax kemm ħadu impressjonanti" Sadanitant għal mistoqsijiet ta' Net News dwar id-diskriminazzjoni fuq numru ta' negozji, il-Ministru Scicluna baqa' ma weġibx. "Morru araw tal-pajjiżi l-oħra" | [
1,
4
] |
Il-kowċ ta' Simona Halep, Darren Cahill qal li l-linji gwida tal-protokoll mediku propost mill-organizzaturi tal-Open tal-Istati Uniti huma diffiċli u impossibli biex jiġu segwiti mit-tennisti. Il-kritika ta' Cahill saret wara li aktar kmieni s-seed numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic qal li se tkun impossibli li jilagħbu taħt dawn il-kundizzjonijiet. Uħud mill-proposti fil-protokoll huma li t-tennisti jridu jibqgħu fil-lukanda tul it-tournament kollu u li jkunu assistiti minn membru wieħed biss tal-istaff. F'isem Halep, Cahill qal li għas-seed numru tnejn fit-dinja dawn il-kundizzjonijiet se jkunu diffiċli bit-tennista tikkunsidra li ma tipparteċipax. Hu kompla li tennisti li huma miżżewġin u bit-tfal, għalihom se tkun aktar impossibli u se jkollhom aktar problemi. Darren Cahill temm l-intervistà tiegħu billi qal li jittama li fil-ġranet li ġejjin is-sitwazzjoni b'rabta mal-pandemija tal-coronavirus titjieb xi ftit u b'hekk il-protokoll mediku jkun jista' jiġi aġġustat. Sa issa fl-Istati Uniti, kien hemm aktar minn żewġ miljun każ fejn minnhom kien hem 115,255 mewt. | [
1,
15
] |
F'laqgħa li saret ilbieraħ, it-timijiet kollha tal-Premier League qablu dwar il-protokoll mediku għal waqt il-partiti. Il-kampjonat Ingliż se jirritorna nhar l-Erbgħa b'żewġ partiti. Din kienet l-aħħar deċiżjoni minn tlieta li ttieħdu fl-aħħar ġimgħat biex ikun komplut u approvat il-Project Restart. Dan il-protokoll, jinkludi kull aspett fil-grawnd u jillimita n-numru ta' nies eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll fil-madwar. F'kull grawnd se jkunu eliġibbli 300 persuna bejn membri tat-timijiet, ġurnalisti, scouts u uffiċjali oħra. Sa issa jidher li l-unika partita li se tkun milgħuba f'stadium newtrali hija dik bejn Manchester City u Liverpool, b'deċiżjoni uffiċjali għadha trid tittieħed. Il-Premier League ġie sospiż fit-13 ta' Marzu minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dele Ali ta' Tottenham sospiż għall-partita kontra Man. Utd Il-midfielder ta' Tottenham Hotspur Dele Ali, ġie sospiż mill-FA Ingliża u mmultat €55,000 wara li nstab ħati li kiser r-regola E3 tal-FA. Ali jidher f'filmat fuq il-midja soċjali jiċċajta bil-coronavirus. F'kummenti wara d-deċiżjoni tal-FA, Ali skuża ruħu u qal li qatt ma' ħaseb li din iċ-ċajta kienet se twassal għal konsegwenzi bħal dawn. | [
1,
15
] |
Il-UĦM Voice of the Workers illum bagħtet komunikat bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) dwar il-proċess u tagħrif abbinat ma' dawk il-ħaddiema li ħadu l-wage supplement ta' €800. Il-patt soċjali miftiehem mal-Gvern kien li l-Gvern jagħti €800 u min iħaddem jagħti €400. Fi stqarrija l-UĦM qalet li wara li qed ikollha diversi mistoqsijiet u lmenti mingħand ħaddiema li mhux qed jirċievu t-top-up mingħand l-employer tagħhom u allura jfisser li rċevew €800 biss, il-UĦM hi fid-dover li tiċċara din is-sitwazzjoni u għalhekk bagħtet sett ta' mistoqsijiet lid-Direttur Ġenerali tad-DIER. Il-UĦM staqsiet dawn il-mistoqsijiet:- 1. Kemm saru talbiet (applikazzjonijiet) mingħand l-employers sabiex ikunu eżentati mit-top-up? 2. Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? 3. L-applikazzjonijiet li ġew approvati, kemm jolqtu ħaddiema? 4. X'kien il-proċess li addotta d-DIER biex janalizza tali applikazzjonijiet u fuq liema kriterji ġew approvati? Dawn il-mistoqsijiet intbagħtu fid-9 ta' Ġunju 2020 u fid-dawl li l-union ma kellha ebda tweġiba bil-miktub ħasset il-ħtieġa li terġa' tibgħat komunikat illum sabiex dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba. Barra minn hekk, il-UĦM talbet lid-Direttur Ġenerali tad-DIER tidentifika mingħand min ġiet id-direzzjoni biex bħala DG DIER tirċievi l-applikazzjonijiet tal-employer biex jingħataw l-eżenzjoni ta' €400 bħala top-up fuq it-€800. | [
1,
4
] |
Ġunju 12, 2020 Aġġornata 12 Ta' Ġunju, 2020 4:27pm Matul l-aħħar Kunsill tal-MFA kien deċiż li t-tieqa tat-trasferimenti għall-perjodu tas-sajf se tinbidel minn dik tas-soltu u dan minħabba li l-Kampjonat Premier f'pajjiżna se jibda aktar tard minn kif konna mdorrija li jibda, jiġifieri fit-tieni parti tax-xahar ta' Awwissu. Fil-fatt, il-kampjonat b'total ta' 16-il tim mistenni jibda fi tmiem il-ġimgħa tal-11 ta' Settembru u dan wara l-impenji tat-tim nazzjonali fil-UEFA Nations League li huma skedati fil-bidu tal-istess xahar b'partiti kontra l-Gżejjer Faroe u l-Latvja. Fil-kampjonat il-ġdid, kull klabb mistenni jilgħab 30 partita. Għall-istaġun 2020/21, it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf se tkun mit-13 ta' Lulju sat-30 Settembru. Normalment, it-trasferimenti ta' plejers professjonali għall-ewwel tieqa kienu jintemmu fil-31 ta' Awwissu iżda issa se tiġi estiża sa aktar tard minħabba d-dewmien fil-ftuħ tal-kampjonati domestiċi, kaġun tal-pandemija tal-Covid-19. Dan it-tibdil u emendi oħra fir-regolatorju dwar it-trasferimenti tal-plejers professjonali u dilettanti kienu spjegati f'żewġ ċirkolari interni li s-Segretarju Ġenerali tal-MFA bagħat lill-klabbs membri kollha u li kienu jinkludu d-dettal kollu deċiż mill-Kunsill tal-MFA u li issa daħal fis-seħħ mid-9 ta' Ġunju 2020. | [
11,
15
] |
Ġunju 12, 2020 Winston Muscat inħatar kowċ ta' Tarxien Rainbows FC. F'kitba fuq il-paġna tagħhom, il-klabb ikkonferma li Muscat iffirma kuntratt ta' sentejn. Dan mhux l-ewwel klabb ta' Muscat fil-futbol Malti. L-aħħar esperjenza tiegħu kienet mal-Malta Football Association fejn fl-aħħar snin mexxa l-iskwadra nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. | [
11,
15
] |
Formula 1: It-tliet GPs tal-Ġappun, Singapore u Azerbaijan jiġu kkanċellati It-tliet Grand Prix, dawk tal-Ġappun, Singapore u tal-Azerbaijan, ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-Federazzjoni tal-Formula Wieħed ippruvat issib mod kif torganizza t-tiġrijiet fl-2020 iżda ħabbret nhar il-Ġimgħa li ma kienx possibbli fis-sitwazzjoni preżenti li hija waħda inċerta. L-avveniment storiku f'Suzuka huwa sospiż bħala riżultat tal-projbizzjoni tal-Ġappun fuq il-vjaġġi internazzjonali. It-tiġrijiet f'Singapore u Baku ma jistgħux isiru minħabba li ċ-ċirkwiti fit-toroq ma jistgħux jinbnew fil-klima kurrenti. Il-kanċellazzjonijiet ifissru li l-Formula Wieħed tilfet tliet tiġrijiet ewlenin minħabba l-kriżi tal-Covid-19 li diġà sostniet it-tellieqa tal-ftuħ tal-istaġun fl-Awstralja se tkun skond kif skedata. Il-Ġappun u Singapore huma tnejn mill-iktar tiġrijiet prestiġjużi u popolari fil-kalendarju. It-trakka ta' Suzuka tinħass sew mas-sewwieqa u mal-partitarji bħala waħda mill-aktar sfidi ewlenin filwaqt li dik ta' Singapore, li ssir taħt id-dawl artifiċjali, hija test mentali u fiżiku ta' reżistenza minħabba l-kondizzjonijiet sħan u umdi. | [
15
] |
Il-FIFA ħabbret id-deċiżjoni li se tħalli l-assoċjazzjonijiet biex jiftħu s-suq tat-trasferimenti waqt li l-istaġun ikun għadu għaddej kif ukoll li plejer se jkun jista' jiffrima ma' tliet klabbs fi staġun wieħed. Dan wara li l-FIFA biddlet xi regoli b'mod temporanju minħabba l-pandemija tal-coronavirus bil-FIFA tinsab disponibbli li toffri kull għajnuna lill-assoċjazzjonijiet. F'pajjiżna s-suq tat-trasferimenti jinsab miftuħ u mistenni jagħlaq fil-31 ta' Lulju. Jidher iżda, li fl-Ingilterra l-FA Ingliża qed tipproponi biex is-suq tat-trasferimenti jinfetaħ bejn Awwissu u Settembru filwaqt li fl-Italja ġie deċiż li s-suq tat-trasferimenti se jinfetaħ bejn l-1 ta' Settembru u l-5 ta' Ottubru. | [
1,
15
] |
Anzjana ta' 98 sena, residenti fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla, hi fost il-ħames persuni li rriżultaw pożittivi fl-aħħar sigħat. Għaldaqstant, ġie deċiż li jitwaqqfu temporanjament iż-żjarat minn barra f'din id-Dar bħala prekawzjoni. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa, ingħad li l-anzjana rriżultat pożittiv waqt ir-rutina normali ta' swabs li qed isiru bħala prekawzjoni fid-djar tal-anzjani. L-anzjana ġiet trasferita għall-Isptar St Thomas. Min-naħa l-oħra, bħala prekawzjoni, ir-residenti u l-istaff tad-Dar ġew ittestjati u qed jistennew ir-riżultat, filwaqt li anzjana li kienet fl-istess kamra tal-anzjana li nstabet pożittiva qed tinżamm fi kwarantina. Il-Ministeru qal li ż-żjarat twaqqfu sakemm jinħarġu r-riżultati tat-testijiet li saru. | [
1
] |
L-awtoritajiet fil-belt ta' Bristol irkupraw l-istatwa ta' bniedem li kien involut fil-kummerċ tal-iskjavi u li, jiem ilu, kienet spiċċat fl-ilma tal-port, fost l-eqqel ta' dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu. Id-dimostranti, fi tmiem il-ġimgħa, qaċċtu l-istatwa ta' Edward Colston, li kien jgħix fis-seklu sbatax, u tefgħuha fl-ilma bħala ġest simboliku ta' sfida. Il- mument kien wieħed partikulari fost il-protesti li saru fl-Ingilterra u madwar id-dinja dwar il-qtil ta' raġel iswed, George Floyd, li kien qed jinżamm arrestat mill-pulizija fil-belt Amerikana ta' Minnesota. Edward Colston kien uffiċjal għoli ta' kumpanija protagonista fl-iskjavtu ta' mijiet ta' eluf ta' nies li kienu ġejjin mill-Punent tal-Afrika. Filwaqt li l-Gvern Britanniku kkundanna l-qerda tal-istatwa ta' Colston, qamet ukoll sejħa popolari biex jitneħħew il-monumenti dedikati lil xi personalitajiet storiċi li setgħu kienu b'xi mod konnessi mal-kummerċ bl-iskjavi. Il-monument ta' Colston, issa, se jinżamm mill-kunsill ta' Bristol bil-ħsieb li, 'il quddiem, jittieħed f'mużew biex iservi ta' attrazzjoni fost il-kollezzjoni tal-oġġetti storiċi. Sadanittant, fl-Istati Uniti, gruppi ta' nies qaċċtu l-istatwi dedikati lill-mexxejja tal- (protagonisti fl-impożizzjoni antika tal-iskjavtu) kif ukoll tal-esploratur, Kristofru Kolombu — bil-pressjoni tikber biex l-awtoritajiet iwarrbu l-monumenti pubbliċi ta' personalitajiet relatati mal-iskjavtu u l-kolonjaliżmu. | [
10
] |
Kumitat parlamentari Ingliż jisfida lill-gvern biex isolvi l-kwistjoni dwar materjal tal-kisi perikoluż f'binjiet residenzjali Minn MELVIN FARRUGIA Hekk kif riesaq it-tielet anniversarju minn meta kien qabad it-torri residenzjali ta' Grenfell, jidher li għad hemm mal-2,000 binja oħra residenzjali li għadhom fir-riskju minħabba materjal tal-kisi li hu perikoluż. Dan jirriżulta minn rapport tal-Kumitat Parlamentari Ingliż għall-Akkomodazzjoni, il-Komunitajiet u l-Gvern Lokali. Fir-rapport jingħad li l-konsegwenza ta' dan in-nuqqas ta' azzjoni mill-Gvern Ingliż qed ikun wieħed devastanti fuq is-sidien tal-proprjetajiet li mhux qed ikunu jistgħu jbigħu dawn il-binjiet. Barra hekk, jingħad li ħafna residenti qed ikomplu jħallsu mijiet ta' liri fix-xahar biex jirrimedjaw xogħlijiet biex iżommu siguri min-nirien. Ir-rapport jgħid li l-appoġġ tal-Gvern mhux se jkun biżżejjed biex isiru x-xogħlijiet fuq il-binjiet kollha. Fil-fatt, jissemma li l-fond ta' £1 biljun se jservi biss biex jiġu rranġati terz tal-1,700 binja li għandhom bżonn rimedju. Għaldaqstant, dan il-kumitat qed jitlob lill-Gvern biex jikkommetti ruħu biex jiżgura li dawn il-binjiet kollha jingħataw rimedju sa Diċembru tas-sena d-dieħla. Barra hekk, qed jitolbu biex bini ieħor li għandu xi tip ta' kisi perikoluż għandu jkollu d-difetti relatati man-nirien imneħħija sa Ġunju tal-2022. Fl-istess waqt, il-kumitat qed jitlob li dawn in-nies li jgħixu fil-binjiet għandhom jingħataw appoġġ fiżiku u mentali min-naħa tal-Gvern biex ikampaw waqt din is-sitwazzjoni. | [
10
] |
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 12 Ta' Ġunju, 2020 7:17am Mara ta' 30 sena mill-Gżira tinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-Ħamis filgħaxija kienet involuta f'inċident ikrah tat-traffiku fi Triq il-Kosta, limiti ta' Baħar iċ-Ċagħaq. L-inċident kien rappurtat ftit wara d-disgħa ta' filgħaxija. Minn tagħrif li Television Malta kiseb fuq il-post jirriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur li kien involut f'ħabta ma' vann misjuq minn Libjan ta' 38 sena mill-Pietà. Bid-daqqa, jidher li l-mara tilfet il-kontroll tal-mutur u baqgħet dieħla fi crash barrier. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bil-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġiet ċertifikata li għandha ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mid-distrett tan-Naxxar. Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku assistew biex ġie kontrollat it-traffiku, hekk kif din il-parti tat-triq direzzjoni lejn San Ġiljan inżammet magħluqa għall-vetturi. | [
6
] |
10,000 persuna qed jiġu infettati kuljum bil-Covid-19 fl-Indja L-awtoritajiet Indjani riċentament bdew inaqqsu ftit ftit il-miżuri ta' lockdown li kienu ntiżi biex inaqqsu l-pandemija tal- Covid-19. Jidher iżda li huma kienu sfurzati li jnaqqsu l-miżuri minħabba raġunijiet ekonomiċi u dan jidher evidenti għax hekk kif ir-restrizzjonijiet bdew jitnaqqsu n-numru ta' każijiet bdew jiżdiedu sostanzjalment. Tant hu hekk li qiegħed ikun irrapportat li ta' kuljum qed ikun hemm 10,000 każ ġdid ta' Covid-19, biex b'hekk issa n-numru ta' persuni infettati huwa ta' 275,000 persuna. L-Indja tinsab l-ħames post fid-dinja tal-iktar pajjiżi b'infezzjonijiet. Iċ-ċifra uffiċjali tgħid li n-numru ta' mwiet kawża tal-pandemija ġewwa l-Indja huwa ta' 8,000, iżda ħafna huma tal-fehma li l-verità n-numru huwa ferm ikbar minn hekk. Il-ġurnali l-pajjiż kellhom għadd ta' rapporti li fihom qalu li għadd ta' pazjenti tħallew litteralment imutu wara li ma ngħatawx kura minħabba li l-isptarijiet mhux ilaħħqu mad-domanda. Il-Gvern tal-pajjiż kellu jieħu miżuri drastiċi tant li ttrasforma għadd ta' stadiums tal-cricket fi sptarijiet. Rapporti fil-ġurnali rrapportaw ukoll li l-krematorji qegħdin isibuha diffiċli biex ilaħħqu mad-domanda. | [
1,
10
] |
Titħabbar il-mewt ta' Paul Falzon Il-football Malti jinsab f'luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-ex-president ta' Luxol St Andrew's, Paul Falzon, fl-etá 73 sena. Huwa kien magħruf ukoll bħala player tal-waterpolo li għal diversi snin ta' s-servizzi tiegħu lil Valletta fl-aqwa żminijiet tal-club. Flimkien ma' Norman Darmanin Demajo (li eventwalment serva lil Malta Football Association fir-rwol ta' president għal disa' snin), huwa bena l-Luxol Grounds li ġew trasformati minn għalqa li fiha kien jintefa' l-iskart biex illum il-club ta' St Andrew's jilqa' fih mijiet ta' tfal li jista' jiftaħar ukoll li jippossjiedi waħda mill-aqwa nurseries f'pajjiżna. Barra minn hekk, għal snin twal huwa kien jifforma wkoll parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA. It-taqsima tal-isport tal-Inews toffri l-kondoljanzi lill-familjari Falzon. | [
15
] |
Jude Bellingham jagħżel lil Borussia Dortmund minn Manchester United L-istilla ta' Birmingham, Jude Bellingham, jinsab lest li jiċħad iċ-ċans li jingħaqad ma' Manchester United u minflok jiffirma ma' Borussia Dortmund. Bellingham igawdi rispett kbir mill-manager ta' Man Utd Ole Gunnar Solsjaer u s-sidien tal-club minn Old Trafford, li jarawh bħala pedina importanti potenzjali għal nofs il-ground għad-deċenju li ġej. Dan il-player li għad għandu biss 16-il sena lagħab fil-midfield ċentrali, fuq ix-xellug anke fuq il-lemin, waqt li ġie utilizzat ukoll bħala attakant. Ir-Red Devils taw lil dan il-player u lill-familja tiegħu tour tat-training ground ġewwa Carrington mal-ex manager leġġendarju, Sir Alex Ferguson, hekk kif komplew jipperswaduh biex jingħaqad magħhom. Iżda kollox qed jindika li Bellingham mhux se jkun qed jaċċetta l-offerta ta' Man Utd u minflok isieħeb lil Borussia Dortmund fil-Ġermanja fejn hemmhekk jingħaqad ma' player żagħżugħ ieħor Jadon Sancho u flimkien jifformaw koppja b'futur mill-isbaħ quddiemhom. Din l-aħbar xejn ma niżlet tajjeb mal-partitarji ta' Manchester Utd b'bosta minnhom jippontaw subgħajhom lejn iċ-chairman Ed Woodward bħala l-kawża ewlenija għaliex dan it-trasferiment sfaxxa fix-xejn. | [
15
] |
Il-Qorti Suprema ta' Spanja bdiet tinvestiga lill-eks Re Spanjol, Juan Carlos, dwar il-possibbiltà li hu aċċetta ħlas ( ) illegali b'konnessjoni ma' proġett għall-ferroviji ta' veloċità speċjali, fl-Arabja Sawdija. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewlieni qal l-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq l-allegata konnessjoni ta' Juan Carlos ma' dan il-proġett, wara li hu kien abdika minn kap tal-monarkija f'Ġunju tal-2014. Ladarba Juan Carlos spiċċa minn Re hu tilef l-immunità għall-prosekuzzjoni fil-każ ta' suspettat reat. Intant, il-kuntratt għall-bini ta' aċċess bil-ferrovija (fl-Arabja Sawdija) bejn Mecca u Medina kien intrebaħ minn kumpaniji Spanjoli — bl-investigazzjoni anki qed tinkludi l-banek fl-Iżvizzera. L-uffiċjali Spanjoli kontra l-korruzzjoni jissuspettaw li l-eks Re kien żamm il-fondi 'mhumiex iddikjarati' fl-Iżvizzera u l-allegazzjoni relatata anki qed tkun investigata mill-awtoritajiet Żvizzeri. Dan meta l-istess uffiċjali Spanjoli qed jistennew dokumentazzjoni speċifika mill-Iżvizzera, bl-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq 'ir-relevanza tal- azzjonijiet ( min-naħa tal-eks Re) wara Ġunju tal-2014'. Juan Carlos u l-avukati tiegħu baqgħu ma kummentawx dwar dan il-każ, bil-Gvern Spanjol isostni li 'il-ġustizzja għandha tkun l-istess għal kulħadd' u li mhux beħsiebu jindaħal fl-investigazzjoni. F'Marzu, ir-Re ta' Spanja, Felipe, kien warrab għall-wirt ta' missieru, Juan Carlos, li illum għandu 82 sena. Kelliema għall-Palazz f'Madrid qalu wkoll li Juan Carlos ma kellux ikompli jingħata ta' 194,000 ewro fis-sena. | [
10
] |
Il-klabb tal-Kampjonat Premier, Ħamrun Spartans ħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti mal-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli. Dan ġie żvelat mill-programm Replay b'sorsi qrib il-programm jgħidu li permezz ta' dan il-ftehim mistennija tinkiteb paġna ġdida fl-istorja tal-klabb. Hu mifhum li Nunzio Antignani se jibqa' President tal-klabb. L-irwol ta' Portelli se jkun fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żona tal-grawnd, dan se jgħin biex il-klabb ikun jista' jegħleb id-diffikultajiet finanzjarji tal-aħħar snin biex b'hekk il-klabb jerġa' jsir sostenibbli. Portelli se kollu wkoll sehem fl-għażliet tekiniċi tal-klabb u jidher li l-kowċ ta' Nadur youngsters Mark Buttigieg se jieħu f'idejh it-tmexxija tal-Ispartans. Ħamrun mistennija wkoll iħabbru l-ewwel akkwist tagħhom, bil-gowlkiper Steve Sultana mistenni jirritorna mal-klabb. Ħamrun żiedu li l-Kumitat hu kommess li jferraħ it-toroq tal-Ħamrun kif jixraq lil wieħed mill-klabbs li kitbu l-istoja tal-futbol Malti. Dan l-istaġun Ħamrun temmew fid-disa' post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b'25 punt. | [
15
] |
Il-fundatur tal-kumpanija li ħolqot Hello Kitty iċedi postu lin-neputi fl-età ta' 92 sena Il-fundatur tal-kumpanija Ġappuniża li ħolqot Hello Kitty ħabbar li se jkun qiegħed jirreżenja minn CEO fl-età ta' 92 sena. Shintaro Tsuji qal li se jkun qiegħed iċedi postu lin-neputi tiegħu Tomokuni Tsuji li għandu 31 sena. Din se tkun l-ewwel bidla fit-tmexxija tal-kumpanija fl-istorja tagħha li tmur lura għal sitt deċenji. Hello Kitty huwa l-karattru animat li ġġenera biljuni ta' dollari sa mill-bidu nett li deher fis-suq madwar 50 sena ilu. L-immaġini sempliċi tiegħu kompliet tinfirex fuq ir-reklamar u ma damx ma kompla jinfirex fuq ħwejjeġ u ġugarelli fost affarijiet oħra. Il-ħsieb kien li jolqot l-aktar liż-żgħar, iżda fl-aħħar snin Hello Kitty saret popolari wkoll fost l-adulti. Tsuji se jkun qiegħed iħalli l-irwol tiegħu fl-aħħar ta' dan ix-xahar. | [
10
] |
Tħabbret il-mewt ta' David Dushman, li kien l-aħħar eks-suldat li baqa' ħaj fost it-truppi tal-Alleati li ħadu sehem fil-liberazzjoni tal-kamp tal-mewt ta' Auschwitz, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-kamp ta' Auschwitz, fil-Polonja, jibqa' sinonimu mal-ġenoċidju li mexxew in-Nażisti ta' Adolf Hitler u l-politika għall-esterminazzjoni tal-Lhud mill-Ewropa. Intant, Dushman, ta' nisel Lhudi u eks membru tal-Armata l-Ħamra, miet fil-Ġermanja fi tmiem il-ġimgħa u jibqa' magħruf għal meta, bħala suldat ta' 21 sena, kien saq tank tal-gwerra għal fuq il-fence tal-elettriku madwar il-kamp ta' Auschwitz biex jeħles lill-priġunieri fil-kumpless. Fil-kamp ta' Auschwitz inqatlu mal-1.1 miljuni – fil-parti kbira tagħhom Lhud – taħt idejn in-Nażisti. | [
10
] |
Il-moviment politiku taċ-ċentru-lemin fil-Ġermanja rnexxielu jegħleb l-isfida qawwija mill-estremisti tal-lemin fl-elezzjoni għall-kontroll tal-Istat ta' Sachsen-Anhalt u għal riżultat li jagħti ftit tan-nifs lill-Partit CDU fil-Gvern immexxi mill-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel. Is-CDU kien qed jitlef l-appoġġ fl-aħħar xhur u meta Merkel qed tħejji biex twarrab minn Kanċillier fi żmien pjuttost inċert għall-pajjiż li qed jistejqer mill-impatt tal-coronavirus li ħakem bil-kbir f'numru ta' Stati matul ix-xitwa. Intant, is-suċċess għaċ-ċentru-lemin qawwa qalb il-protagonisti ta' dan il-kamp politiku u meta l-vot tal-Ħadd kien l-aħħar eżami fuq livell reġjonali qabel l-elezzjonijiet ġenerali ta' Settembru fil-Ġermanja. Intant, is-CDU (Demokristjani) ta' Merkel rebħu 36 fil-mija tal-vot f'Sachsen-Anhalt li kien jifforma parti mill-eks Ġermanja tal-Lvant komunista. Ir-riżultat ma jirriflettix l-istħarriġ ta' opinjoni ta' qabel il-vot u jista' anki jkun il-bidu ta' rimonta sinifikanti għall-partit ta' Merkel li ilha tiddomina l-politika fil-Ġermanja mill-2005. Intant, se jkun Armin Laschet li għandu jieħu post Merkel bħala Kap tas-CDU għall-elezzjoni ta' Settembru. L-Alternativ fur Deutschland (AfD) estremista tal-lemin rebaħ 22 fil-mija tal-vot f'Sachsen-Anhalt wara li kien qed jidher kważi ras-imb-ras mas-CDU fl-istħarriġ. Madankollu, is-CDU ilu jiddomina f'dan l-Istat mindu seħħet ir-reunifikazzjoni tal-Ġermanja fl-1990 u issa mistenni li Reiner Haseloff ikompli fir-rwol ta' Prim Ministru ta' Sachsen-Anhalt u bħala l-mexxej ta' koalizzjoni. | [
10
] |
Il-Korea ta' Fuq komunista qed timplimenta liġi brutali ġdida li taħseb biex telimina kull ħjiel ta' influwenza u kultura barranija – b'mod partikulari xejriet sinonimi mal-pajjiżi tal-Punent. F'din is-sitwazzjoni, hi faċli biex persuna tispiċċa ffuċillata jekk tinqabad fil-pussess ta' films u ħwejjeġ minn barra l-pajjiż – biċ-ċittadini jistgħu anki jingħataw il-piena massima jekk jesprimu ruħhom b'mod informali 'li ma jdoqqx għal widnejn l-awtoritajiet komunisti'. Intant, qed joħorġu rapporti dwar każi fejn persuni li nqabdu fil-pussess ta' films barranin – fosthom produzzjonijiet drammatiċi maħduma fil-Korea t'Isfel – spiċċaw maqtula pubblikament 'u quddiem ir-residenti kollha taz-zoni fejn kienu jgħixu'. In-nies bilfors li jridu jassistu għal dawn ix-xeni makabri biex ma jkunux ittimbrati bħala 'tradituri' f'għajnejn l-awtoritajiet. L-istess awtoritajiet komunisti qed jinsistu bil-messaġġ li 'it-traffikar tal-videos illegali jrid jitħallas b'mewt' — u meta kollox qed jindika stat akbar ta' paranoia qalb l-ogħla tmexxija ta' Pyongyang li ma tridx li n-nies isiru jafu kif inhi l-ħajja barra l-Korea ta' Fuq, li tibqa' fost l-aktar Stati ripressivi fid-dinja. Il-Mexxej Korean komunista, Kim Jong-un, qed ikompli jenfasizza 'is-saħħa tal-liġi ġdida kontra l-mentalità u ħsibijiet reazzjonarji'. F'din is-sitwazzjoni, in-nies li jinqabdu fil-pussess ta' media mill-Korea t'Isfel, l-Istati Uniti u l-Ġappun iridu jiffaċċjaw il-piena kapitali waqt li n-nies li jinqabdu jsegwu dan il-materjal kapaċi jeħlu sa 15-il sena f'kamp tal-priġunerija. Il-mandat aħrax minn Pyongyang ma jikkonċernax biss il-materjal viżiv – b'Kim Jong-un isejjaħ biex il-Lega taż-Żgħażagħ Koreani Komunisti 'jieħdu passi kontra aġir individwali jew azzjonijiet anti-soċjalisti' fost iż-żgħażagħ. Dan meta Kim Jong-un qed jidher 'ossessjonat' b'li jwaqqaf kull użu ta' lingwaġġ jew 'slang' barrani, l-istess bħall-istili tal-ilbies u tax-xagħar li naraw fost iż-żgħażagħ tal-Punent u li d-dittatur komunista jirreferi għalihom bħala 'għodda perikolużi li jivvelenaw l-imħuħ'. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.