text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Ir-rebbieħa ta' 23 Grand Slams Serena Williams kienet eliminata mir-Roland Garros minn Elena Rybakina. L-Amerikana tilfet iż-żewġ sets 6-3 7-5 biex ġiet eliminata fir-round tal-aħħar sittax. Serena Williams ilha mill-2016 ma tgħaddi għallħħames round fl-Open ta' Franza. Wara l-partita Williams saħqet li issa se tikkonċentra fuq il-Grand Slam ta' Wimbledon, tinsab ħerqana biex tilgħab fuq il-ħaxix, fejn se tkun qed tħares li tirbaħ it-tmien Grand Slam ta' Wimbledon, u l-24 Grand Slam fil-karriera tagħha. | [
15
] |
Se jilgħabu mingħajr il-captain Virgil van Dijk, iżda xorta hu mistenni li jikkwalifikaw minn Grupp Ċ tal-Euro 2020 L-oranġjo Ewropej huma mill-ġdid fost il-pajjiżi finalisti f'waħda miż-żewġ kompetizzjonijiet il-kbar tad-dinja, il-Euro 2020. Fl-aħħar deċenju, it-tim nazzjonali Olandiż ma mexiex man-norma tas-snin preċedenti u ddiżappunta bil-kbir meta għal żewġ kompetizzjonijiet konsekuttivi fallew il-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Euro 2016 u t-Tazza tad-Dinja tal-2018. Għaxar snin ilu, huma kienu fit-tieni post fil-klassifika tar-rankings tal-FIFA, iżda fis-snin ta' wara r-riżultati tagħhom kienu tant ħżiena li niżlu sat-22 post. Illum irkupraw numru ta' postijiet u jinsabu fl-14-il post ta' din il-klassifika. L-għażla ta' Frank De Boer bħala kowċ tal-Olanda hi meqjusa minn bosta bħala waħda diskutibbli Wara li mexxa lill-Olanda għall-kwalifikazzjoni, u l-finali tal-Euro 2020 kienet posposta b'sena, Ronald Koeman għażel li jispiċċa minn kowċ tal-Olanda biex isir kowċ ta' Barcelona. Is-suċċessur magħżul bħala kowċ nazzjonali kien Frank De Boer. Ronald Koeman kien il-kowċ tal-Olanda għall-partiti fil-grupp ta' kwalifikazzjoni. B'tim kompost minn ġenerazzjoni ta' plejers ta' kwalità, fosthom Georginio Wijnaldum, Matthijs de Ligt, Frenkie de Jong, Memphis Depay u oħrajn, l-Olanda temmew it-tieni fi Grupp Ċ; żewġ punti biss taħt l-ewwel post, il-Ġermanja. Sena ilu, meta l-Covid-19 ippospona l-organizzazzjoni ta' dan it-turnament Ewropew b'sena, Koeman għażel li jispiċċa mill-kariga ta' kowċ nazzjonali biex issieħeb ma' Barcelona. Is-suċċessur ta' Koeman kien Frank de Boer. Kienet għażla diskutibbli, l-aktar għaliex l-eks plejer tal-istess tim nazzjonali tkeċċa tliet darbiet mir-rwol ta' kowċ ta' tliet klabbs differenti. Taħt de Boer, l-Olanda qed tilgħab b'sistema tradizzjonali ta' 4-3-3 jew 5-3-2 , b'rwol ħieles u importanti għal Memphis Depay. Wara erba' staġuni fil-Ligue 1 ma' Lyon, l-attakkant għażel li ma jiffirmax kuntratt ieħor mal-klabb Franċiż u l-indikazzjonijiet huma li jista' jiffirma ma' Barcelona. Fl-ewwel tmien partiti ta' De Boer fit-tmexxija tal-oranġjo, mhux li impressjona tant. Erba' rebħiet, tliet dros u telfa. Taħt de Boer, l-Olanda qed tilgħab b'sistema tradizzjonali ta' 4-3-3 jew 5-3-2, fejn l-attakkant ta' Lyon, Depay jingħata rwol ħieles. L-inklużjoni ta' de Jong f'din l-iskwadra toffri flessibiltà u għażliet differenti għal De Boer, peress li l-plejer ta' Barcelona kapaċi jilgħab kważi f'kull rwol; minn difensur sa attakkant. Partitarji Olandiżi waqt waħda mill-logħbiet riċenti tal-oranġjo, sintendi qabel faqgħet il-pandemija tal-COVID-19 Il-captain Olandiż, Virgil van Dijk se jkun assenti għall-Euro 2020 It-telfa ta' 4-2 kontra t-Turkija f'Marzu li għadda, kompliet iżżid il-pressjoni fuq it-tim. X'aktarx, is-suċċess tal-Olanda f'din il-kompetizzjoni se jkun qed jiddependi fuq il-forma ta' Depay u wisq aktar fuq l-effett li se jkollu fuq il-bqija tal-iskwadra, in-nuqqas tad-difensur ċentrali, Virgil van Dijk, li llu mmweġġa' minn Ottubru u baqa' ma rrkuprax fil-ħin għall-Euro 2020. Fuq il-karta l-Olanda huma l-favoriti tal-grupp u l-minimu mistenni minnhom hu li jikkwalifikaw għal mal-aħħar 16 tal-Euro 2020. It-tliet partiti tal-Olanda fi Grupp Ċ, se jknu qed jintlagħabu f'Johan Cruijff Arena ta' Amsterdam. Skont l-aħħar informazzjoni, l-awtoritajiet Olandiżi se jkunu qed jippermettu sa massimu ta' madwar 16,000 persuna biex issegwi kull partita tal-Euro 2020. | [
2,
15
] |
L-attakkant Pollakk Arkadiusz Milik se jitlef il-Euro 2020 wara li rkurprax mill-injury li sofra ftit ġimgħat ilu fil-meniscus. Il-plejer ta' 27 sena weġġgħa waqt il-partita tal-Ligue 1 bejn Marseille u Metz. Minkejja li Milik kien ingħaqad mal-kamp ta' taħriġ Pollakk, hu kellu jirtira ftit jiem wara fejn tħalla barra mill-partiti ta' ħbiberija kontra r-Russja u llejla kontra l-Iżlanda. Il-Polonja jiftħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 bil-parita kontra s-Slovakkja nhar it-Tnejn 14 ta' Ġunju. | [
15
] |
'Il fuq minn 800 kriminali suspettati kienu arrestatti madwar id-dinja wara li spiċċaw iġorru – mingħajr ma kienu jafu – messaging app li kien ipprogrammat biex iwassal id-data lill-aġenti tal-FBI tal-Istati Uniti. Skont il-pjan tal-FBI — bil-kollaborazzjoni mal-Awstralja – it-tagħmir bl-ANOM app (għal encryption) spiċċa distribwit minn taħt fost il-kriminali u li ppermetta biex il-pulizija tissemma fuq diskorsi dwar traffikar tad-droga, ħasil ta' flus u kumplotti għal omiċidju. Il-miri tal-pulizija kienu jinkludu l-gruppi għat-traffikar tad-droga u persuni b'rabtiet mal-mafja, bil-kelliema għall-awtoritajiet ifissru l-azzjoni bħala 'żblokk notevoli fil-ġlieda kontra l-kriminalità'. | [
10
] |
Il-President ta' Franza, Emmanuel Macron, spiċċa jaqla' daqqa fuq wiċċu waqt li kien għaddej bi żjara uffiċjali fl-inħawi ta' Tain-l'Hermitage, barra l-belt ta' Valence, lejn ix-xlokk ta' dan il-pajjiż L-inċident inqabad fuq filmat li qed jiċċirkula fuq il-media soċjali u li fih Macron jidher qed javviċina 'barrier' biex ikellem lin-nies u fejn minn imkien ifeġġ raġel li jxejjirlu daqqa ta' ħarta. Malli l-President qala' id-daqqa, instemgħu anki kliem dispreġjattiv kontra 'it-tmexxija ta' Macron', bil-pulizija li kienu qed jeskortaw lill-President jintervjenu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni – u bl-uffiċjali tas-sigurtà iwarrbu lil Macron mill-inħawi. L-aħħar rapporti qalu li żewġ irġiel inżammu taħt arrest b'konnessjoni mal-inċident. | [
10
] |
Kull min ma laħaqx kopja tal-magażin tal-Euro 2020 li ħareġ mal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd li għadda jista' jakkwista kopja mir-reception ta' Media.link f'Tal-Pieta' għal prezz ta' 2 ewro. Nixtiequ navżaw ukoll li min ma kellux il-magażin mal-gazzetta tal-Ħadd li għadda jista' jiġbru mill-ħanut min fejn inxtrat il-gazzetta minn għada. | [
15
] |
Eżatt wara l-bulettin tal-aħbarijiet ta' Net News, jibda l-programm 'Replay Euro 2020′ fejn bi preżentazzjoni u produzzjoni ta' Christian Micallef, mil-lejla sal-11 ta' Lulju kuljum fi 8.10pm se jkun magħkhom bi programm b'intervisti u aħbarijiet relatati mal-Euro 2020. Fl-ewwel programm ta' llejla, se tkun qed issir analiżi dwar Grupp A u Grupp B bil-mistiedna se jkunu Konrad Sultana kif ukoll żewġ mistiedna internazzjonali Michele Paolucci, eks plejer internazzjonali tal-Italja ta' taħt il-21 sena u Juventus, li se jkun qed janalizza lit-tim nazzjonali Taljan kif ukoll l-eks player ta' Birkirkara, id-Daniż Ronny Hardvig. Sintendi ma' Hartvig, se jkun qed jiġi diskuss Grupp B, il-grupp fejn fiħ hemm il-Belġju u d-Danimarka fost l-oħrajn. 'Replay Euro 2020′ se jkun qed jixxandar kuljum, mill-lum, bl-appoġġ ta' IZIBET, Continental Cars Ltd, Cheeky Monkey Gastropub u Ejjabet. | [
15
] |
Se jilgħabu f'Grupp Ċ u fl-aħħar edizzjoni tal-Euro kienu fil-162 post fir-rankings tal-FIFA. Illum jinsabu fit-62 post Għandhom l-inqas ranking tal-FIFA minn fost l-24 pajjiż finalist u għalihom din l-edizzjoni se tkun waħda storika għaliex qatt qabel ma kienu lagħbu f'dan il-livell. Dawn huma l-Maċedonja ta' Fuq. Fl-2016, meta kien saret l-aħħar edizzjoni tal-Euro, dan il-pajjiż kien fil-162 post fid-dinja. Illum jinsab fit-62 post u għamilha għall-finali tal-Euro 2020 wara li rebaħ il-play-off li lagħab kontra l-Georgia. Elif Elmas u Goran Pandev jiċċelebraw flimkien wara wieħed mill-gowls tal-Maċedonja ta' Fuq fil-grupp ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 Goran Pandev hu l-akbar ispirazzjoni tal-Maċedoni. Jilgħab fis-Serie A ma' Geona u mat-tim nazzjonali hu lagħab 114-il partita u skorja xejn inqas minn 36 gowl. Fl-attakk tal-Maċedonja se jkun qed jilgħab Goran Pandev, li x-xahar li ġej jagħlaq 38 sena. Dakinhar il-gowl deċiżiv li fisser kollox, kien skorjat mill-attakkant ta' Genoa, li x-xahar li ġej jagħlaq 38 sena, Goran Pandev. Ikun xokk kbir kieku Pandev, li hu l-captain tat-tim, fl-aħħar partita tal-Euro 2020, f'Wembley Stadium, ikun hu li jgħolli t-trofew ta' champions tal-Ewropa. Diġà hi sorpriża kbira li l-Maċedonja ta' Fuq jinsabu fost it-timijiet finalisti u għalhekk kull ħaġa li se jkunu qed jirbħu f'din il-kompetizzjoni se jkun bonus addizzjonali għal dan il-pajjiż li ħareġ mill-eks Jugoslavja. Kowċ Igor Angelovski jippreferi l-aktar modulu tattiku ta' 4-2-3-1 iżda fl-istess waqt kapaċi jkun flessibli fit-tattika li jagħżel Igor Angelovski llu fit-tmexxija tal-Maċedonja ta' Fuq minn Ottubru tal-2015. F'Marzu li għadda mexxa lit-tim nazzjonali għall-aqwa riżultat miksub fiż-żmienu bħala kowċ, b'rebħa ta' 2-1 kontra l-Ġermanja, f'Duisburg. F'Ottubru tal-2015, Igor Angelovski kien sar il-kowċ il-ġdid tal-Maċedonja ta' Fuq. Ħadd ma bassar x'kien se jiġri. L-ewwel missjoni tiegħu kienet diffiċli, iżda suċċess. Ikkonvinċa lil Pandev jirritorna jilgħab ma' pajjiżu, sentejn wara li kien irtira. Madwar Pandev, Angelovski beda' jibni skwadra żagħżugħa u b'talent. Seba' plejers ta' taħt il-21 sena, li fl-2017 kienu parti mit-tim li kkwalifika għall-ewwel darba għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena, kienu promossi għal mat-tim tal-kbar. Dak li ġara wara kien biżżejjed biex Angelovski, Pandev u l-bqija tal-iskwadra, kitbu paġna oħra storika għall-futbol f'dan il-pajjiż; kwalifikazzjoni għall-Euro 2020. Il-partitarji tal-futbol fil-Maċedonja ta' Fuq huma ħerqana għad-debutt storiku tat-tim nazzjonali ta' pajjiżhom fil-Euro 2020 Fil-bidu ta' din is-sena kellna kontinwazzjoni ta' riżultati pożittivi, tant li f'Marzu li għadda, f'Duisburg huma għelbu lil Ġermanja 2-1, fil-grupp ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Għalkemm Angelovski jippreferi sistema tattika ta' 4-2-3-1, it-tattika li lagħbu biha l-Maċedonja ta' Fuq fl-aħħar partiti kienet dejjem tvarja. Apparti Pandev, it-talent tal-midfielder Enis Bardhi, flimkien mal-utilità tal-plejers li jilagħbu mal-ġnub tal-pitch, fosthom Ezgjan Alioski, Stefan Ristovski u Eljif Elmas, jagħtu valur miżjud lil din l-iskwadra novizza f'din il-kompetizzjoni. | [
2,
15
] |
Kevin Cutajar, PN Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li t-tkabbir tal-ekonomija waħdu ma jfissirx bilfors titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Hu tkellem dwar l-importanza li l-banek Maltin ikunu mħarsa għaliex dan ifisser li l-pajjiż ikun qed jipproteġi d-depożiti u l-ekonomija. B'hekk l-UE tkun qed tiggarantixxi l-istabbiltà. Kevin Cutajar enfażizza l-importanza li l-kriżijiet finanzjarji jkunu trattati fi stat bikri. Hu semma' l-kriżi finanzjarja internazzjonali tal-2009 u qal li din il-kriżi ġabet problemi kbar bil-konsegwenza li kienu ċ-ċittadini Ewropej li ħassu gal din il-kriżi. Kien fl-2010 li bdiet tinħoloq is-salvagwardja neċessarja. L-UE trid tassigura li terġax tirrepeti s-sitwazzjoni tal-kriżi internazzjonali ta' 10 snin ilu fejn kien hemm pajjiżi li kkrollaw u spiċaw umiljati. Hu qal li m'hemm l-ebda garanzija li d-dinja mhux se terġa' tgħaddi minn kriżi finanzjarja bħal dik. Malta ma jistax ikollha garanzija li mhux se tintlaqat minn kriżi bħal dik. Id-deputat Nazzjonalista qal li kien gvern Nazzjonalista mmexxi mill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi li ħa deċiżjonijiet għaqlin biex l-ekonomija Maltija ma kinitx effettwata bil-qawwi minn dik il-kriżi finanzjarja. Kevin Cutajar semma' l-bank Pilatus u qal li għad hemm ħafna mistoqsijiet dwar l-operat tiegħu fosthom min kienu l-esponenti tal-PL li kienu qed jinqdew b'dak il-bank, kemm għaddew flus, kif ingħaddew u x'kien għaddej minn dak il-bank. Il-gvern Laburista ħalla li jsiru ċertu attivitajiet f'dak l-bank; liema operat għamel ħsara lis-settur bankarju fil-pajjiż. Hu qal li fl-aħħar tmien snin il-gvern għamel minn kollox biex l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ma jiffunzjonawx; il-gvern ħab din is-sitwazzjoni b'idejh stess. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista ġibed l-attenzjoni internazzjonali fuq il-pajjż minħabba dawn iċ-ċirkostanzi negattivi. Hu sostna li kontrarjament għal dan, il-PN attira investiment serju lejn il-pajjiż. | [
12
] |
Il-coach Taljan Maurizio Sarri inħatar coach ta' Lazio biex b'hekk ħa post Simone Inzaghi li ħalla lil Lazio biex issieħeb ma' Inter. Sarri iffirma kuntratt ta' sentejn sal-2023. Maurizio Sarri mexxa lil Napoli, Chelsea u Juventus fl-aħħar staġuni, fejn rebaħ il-UEFA Europa League ma' Chelsea u s-Serie A ma' Juventus, fejn sar l-ikbar coach li rebaħ l-Iscudetto fl-Italja. Lazio temmew l-istaġun li għadda fis-sitt post tal-klassifika bi 68 punt. | [
15
] |
Ir-Royal Malta Yacht Club kompla bl-attivitajiet tal-ibburdjar tiegħu nhar is-Sibt 29 ta' Mejju bil-ewwel edizzjoni tal-Veuve Clicquot Round Linosa Offshore Race, tellieqa mifruxa fuq distanza ta'160 mil nawtiku. Filwaqt li n-numri tal-parteċipazzjoni kienu kemm xejn ftit, wieħed kellu jikkunsidra numru ta'fatturi – il-limitu ta' erba persuni mill-istess dar fuq kull jott, in-natura bla waqfien tat-tbaħħir lil hinn mix-xtut li hija iebsa partikolarment fis-sigħat tal-lejl u n-nuqqas ta' tlielaq li kienu ilhom weqfin għal-xhur sħaħ. Il-bidu tat-tellieqa kienet inizjalment ippjanata li tibda fil-Port il-Kbir bħala parti minn attivitajiet madwar il-Yachting Malta Race Week, iżda minħabba rrestrizzjonijiet relatati mal-pandemija il-bidu tat-tellieqa bdiet il-barra mil-Port. Min hemmhekk, il-flotta baħħret lejn l-Għallis, fejn min hemm għaddiet mill-fliegu ta'Kemmuna b'rotta diretta lejn Linosa, fejn daru mal-ġżira Taljana qabel ma ġew lura Malta min naħa ta' Filfla fejn spiċċaw f'Marsamxett. Janissah (Mario Debono) kienet l-ewwel jott li ħarġet mill-linja tal-bidu, filwaqt li l-oħrajn mifruxa b'mod uniformi tul il-linja tat-tluq wiesgħa mil. L-isforz t'Artie għal rebħa waslet fi tmiemha fliegu ta' Kemmuna, meta ħsara fit-tmun ma ħallihom l-ebda għażla ħlief li jirtiraw. Aaron Gatt Floridia, l-kaptan t'Otra Vez, ta l-kummenti tiegħu wara t-tellieqa fejn stqarr is-soddisfazzjon tiegħu dwar ir-ritorn lejn kompetizzjonijiet, anke jekk kienu limitati bin-numru t'ekwipaġġ. "Din hija tellieqa interessanti. It-tul tal-korsa tippermettilek ħafna għażliet tattiċi. Id-deċiżjonijiet tagħna ħallew il-frott Minkejja dewmin ħdejn Linosa minħabba nuqqas ta' riħ, il-kundizzjonijiet tista tgħid kienu perfetti." kompla Gatt Floridia. Otra Vez laħaq lil Ton Ton fl-aħħar ftit mili tat-tellieqa, viċin in-naħa tan-nofsinhar ta 'Malta, meta l-kundizzjonijiet tar-riħ ġagħlu lil Ton Ton inaqqas il-veloċità, u ta' lil Otra Vez l-opportunità li jlaħħaq miegħu. Għalkemm Ton Ton kiseb Line Honours, kien Otra Vez, li spiċċa ftit minuti wara, biex rebaħ it-tellieqa fuq il-Ħin Korrett. Bir-riżultat tiegħu, Gatt Floridia stabbilixxa l-ewwel Rekord IRC (fuq Ħin Korrett) f'ħin ta' 36 siegħa 39minuta 49 sekonda. It-TrofewVeuve Clicquot, ikkummissjonat minn Yachting Malta u Veuve Clicquot, rappreżentat f'Malta minn M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd. ġie ppreżentat lil Aaron Gatt Floridia, kaptan ta 'Otra Vez fil-preżenza taċ-Chairman ta' Yachting Malta s-Sur John Huber, is-Sur David Cremona, Commodore Royal Malta Yacht Club, Uffiċjal tat-Tellieqa s-Sur Peter Dimech u s-Sur Alfred Brad-dick, Marketing Manager, M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd. L-ewwel edizzjoni tar-Round Linosa Race kienet appoġġata minn Yachting Malta u sponsorjata minn Veuve Clicquot. | [
15
] |
Wara li aktar kmieni weġġgħa Stefano Sensi u l-midfielder Marco Verratti għadu dubjuż, issa jidher li weġġgħa wkoll il-midfielder Lorenzo Pellergrini u floku se jkun qed jissejaħ Gaetano Castrovilli. Gaetano Castrovilli ta' Fiorentina jidher li se jkun il-player li jieħu post Lorenzo Pellegrini Għadu mhux deċiż jekk Pellegrini hux se jkun qed jitlef il-kompetizzjoni kollha iżda r-rapporti internazzjonali qed jindikaw li dan jista' jkun il-każ. | [
15
] |
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-eks player internazzjonali Talja Gianluca Vialli tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li għadda minnha fl-aħħar xhur hekk kif kien marid bil-kanċer. Vialli minkejja li fieq qal li l-kanċer għadu miegħu xorta waħda se jibqa' għaddej 'il quddiem mingħajr ma jaqta' qalbu. Vialli qal li l-esperjenza tiegħu tista' sservi ta' esperjenza għal ħaddieħor. L-eks player ta' Sampdoria li qed jaħdem fil-qrib ma' Roberto Mancini u tkellem ukoll dwar il-kapaċitajiet tal-kowċ Taljan. | [
15
] |
Carm Mifsud Bonnici, PN Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici fil-parlament tratta l-Fondi Ewropew ta' Rkupru u appella lill-gvern biex jispeċifika kif se jintefqu dawn il-fondi; importanti li jkun hemm għaqda nazzjonali dwar kif se jintefqu dawn il-fondi. Importanti li jinkiseb il-kunsens nazzjonali biex il-pajjiż ikun jista' jimxi 'il quddiem; ikun żball politiku jekk il-gvern ma jiksibx dan il-kunsens għaliex il-PN diġà ddikjara li lest isib kunsens nazzjonali fuq din il-materja ferm improtanti. Carm Mifsud Bonnici tkellem fuq l-importanza tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi tal-UE u faħħar id-deċiżjonijiet tal-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien Tonio Fenech quddiem il-kriżi tal-2009 meta Malta kienet anki esprimiet solidarjetà ma' pajjiżi li kellhom kriżi. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kriżi tal-2009 ma tistax titqabbel mal-lum u sostna li d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-2009 ma setgħux jttieħdu b'mod ieħor u kien ikun żball politiku kienu ttieħdu differenti. Hu sostna li l-fondi tal-UE huma determinati u huma mertu tad-deċiżjoni li ħa l-PN meta ssieħeb fl-UE. | [
12
] |
Il-plejers Skoċċiżi m'humiex se jinżlu għarkopptejhom qabel il-partita kontra l-Ingilterra, iżda minflok se jibqagħu bilwieqfa. Fl-aħħar partiti ta' ħbiberija, l-partitarji Ingliżi wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom waqt dan il-ġest kontra r-razzismu. Bosta plejers involuti fil-futbol u fi sport ieħor minn dan l-istaġun bdew jinżlu għarkopptejhom qabel it-tisfira tar-referee bħala sinjal kontra r-razzismu. Madanakollu, l-plejers Skoċċiżi jħossu li s-sinifikat ta' dan intilef, u għalhekk mhux se jinżlu għarkeopptejhom, iżda se jkomplu l-ġlieda tagħhom kontra r-razzismu. Sadanittant il-plejers tal-Ingilterra fi qbil mal-coach Gareth Southgate qalu li se jkunu qed jinżlu għarkopptejhom qabel il-partiti tal-Euro 2020. Sadanittant, il-Kroazja ħallew lill-plejers liberi li jiddeċiedu huma jekk għandhomx jinżlu għarkopptejhom jew le. | [
15
] |
Mara li tat dettalji foloz lill-awtoritajiet Maltin peress li kienet diġà ngħatat l-ażil fl-Italja ħames snin ilu ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti. Woldu Muluwongel ta' 34 sena, residenti l-Marsa u mill-Eritrea, kienet waslet Malta fl-2016 u kienet qalet lill-Kummissarju għar-Refuġjati li kienet xi ħadd ieħor biex tevita li tiġi identifikata u rritornat l-Italja dak iż-żmien. Iżda meta dan l-aħħar spiċċawla l-flus f'Malta, hija kienet ressqet quddiem l-awtoritajiet fi sforz biex tiġi ripatrijata lejn l-Italja. Muluwongel wieġbet ħatja tal-akkużi, dik li għamlet dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet Maltin. w Wara li kkonsultat mal-avukat tagħha għal perjodu konsiderevoli ta' żmien. Il-Qorti kkundannatha sena ħabs, sospiża għal sena, u dan fid-dawl tal-kooperazzjoni tagħha mal-Pulizija fil-każ. L-Ispettur Karl Roberts mexxa l-Prosekuzzjoni. | [
0
] |
Kowċ Luis Enrique ħasad lil kulħadd meta fl-għażla finali tal-iskwadra, eskluda lill-captain Sergio Ramos, m'għajjat ebda plejer ta' Real Madrid u għażel 24 minflok 26 plejer Tnejn mill-aħħar tliet edizzjonijiet tal-Euro kienu mirbuħa minn Spanja. Bħal ma dejjem kienu fl-aħħar snin, La Rojahuma wieħed mill-pajjiżi favoriti li jistgħu jirbħu l-edizzjoni ta' din is-sena. Fl-2016, fl-aħħar Kampjonati Ewropej, l-Ispanjoli spiċċaw b'togħma qarsa meta fl-istadju tal-aħħar sittax, huma sfaw eliminati kmieni. Fl-2008, Spanja rebħu l-Euro meta kienu taħt it-tmexxija teknika tal-mibki, Luis Aragonés . Spanja rebħu edizzjoni tal-Euro tliet darbiet, bl-ewwel suċċes immur lura għal 1964. Fl-2012, Spanja reġgħu rebħu x-xetru ta' champions tal-Ewropa, din id-darba taħt it-tmexxija tal-kowċ Vicente del Bosque (xellug). Sentejn qabel, fl-2010, mal-istess kowċ, Spanja kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja. F'dawn is-suċċessi kollha, il-captain tal-Ispanjoli dejjem kien il-gowlkiper, ker Casillas (lemin). Is-selezzjoni Spanjola għal din l-edizzjoni tal-Euro hi komposta minn plejers ta' esperjenza li rebħu fil-passat riċenti, u oħrajn żgħar b'talent. Luis Enrique Kowċ ta' Spanja 17-il partita, 9 rebħiet Din id-darba, it-tim nazzjonali Spanjol taħt il-gwida teknika ta' Luis Enrique, jista' jitqies bħala wieħed ta' tranżazzjoni. Dan għaliex l-iskwadra magħżula għall-Euro 2020 hi magħmula minn plejers ta' esperjenza, u li x'aktarx din taf tkun l-aħħar dehra tagħhom f'kompetizzjoni ta' dan it-tip, iżda għandha wkoll talenti żgħar u emergenti. Il-captain Spanjol f'din l-edizzjoni se jkun il-midfielder Sergio Busquets, wara li d-difensur ta' 35 sena, Sergio Ramos tħalla barra l-għażla tal-iskwadra finali ta' Luis Enrique. Post Sergio Ramos ittieħed mill-Franċiz ta' Manchester City, Aymeric Laporte. Xahar ilu, Aymeric ingħata l-passaport Spanjol, wara li baqa' qatt ma ngħata ċ-ċans li jilgħab għal Franza. Aymeric Laporte f'azzjoni mat-tim nazzjonali Franċiż ta' taħt il-21 sena, f'partita kontra Żvezja fl-2014. Mat-timijiet nazzjonali taż-żgħar ta' Franza, Laporte lagħab 'il fuq minn 50 partita. Fin-nuqqas tal-veteran Sergio Ramos, fiċ-ċentru tad-difiża Spanjola se nkunu qed naraw Franċiz li iżda għadu kemm ingħata passaport Spanjol, bl-isem ta' Aymeric Laporte. Sa ħames snin ilu, Laporte kien il-captain ta' Franza ta' taħt il-21 sena, iżda meta ġie biex jagħmel il-qabża għal mat-tim nazzjonali tal-kbar ta' Franza, hu qatt ma ingħata ċ-ċans. Issa għażel li jilgħab għal Spanja wara li ssodisfa l-kriterji mitluba mill-Gvern Spanjol, u kkwalifika għaċ-ċittadinanza Spanjola permezz tan-nanniet Baski tiegħu. Qabel issieħeb lil Manchester City, Laporte għamel seba' staġuni jilgħab fi Spanja ma' Athletic Bilbao. Elementi oħra nieqsa f'din l-edizzjoni se jkunu Jesús Navas, Sergio Canales, Kepa Arrizabalaga u Inigo Martínez. Madankollu l-Ispanjoli se jerġa' jkollhom fit-tim, l-esperjenza ta' plejers bħal David de Gea, Jordi Alba, César Azpilicueta, Thiago Alcântara u Álvaro Morata. Cesar Azpilicueta hu wieħed mill-plejers l-aktar b'esperjenza, speċjalment fid-dipartiment difensiv. Hu għandu 31 sena u għadu kemm rebaħ il-UEFA Champions League ma' Chelsea. Azpilicueta kapaċi jilgħab ċentrali fid-difiża iżda ukoll mal-linja, fuq il-lemin. Alvaro Morata hu skorer prolifiku u element importantissimu fid-dipartiment tal-attakk ta' La Roja. Għandu 28 sena, lagħab 39 partita għal Spanja u skorja 19-il-gowl. Dan l-istaġun, fil-partiti kollha li lagħab, kemm dawk ma' Spanja, kif ukoll ma' Juventus, Morata lagħab 50 partita u skorja 22 gowl. Kemm ilu fit-tmexxija ta' Spanja, Luis Enrique ta prova ta' kemm jemmen fit-talent żagħżugħ, permezz tad-debutt ta' diversi talenti interessanti. Dawn huma Pedri ta' Barcelona, l-attakkant ta' Leipzig Dani Olmo u d-duo ta' Manchester City Eric Garcia u Ferran Torres. B'Luis Enrique fit-tmexxija, kienu diversi l-plejers żgħażagħ li ħatfu ċ-ċans biex jirbħu post fit-tim nazzjonali Spanjol. Eric Garcia hu wieħed mit-talent l-aktar interessanti li hemm fl-iskwadra Spanjola għall-Euro 2020. Għandu 20 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. F'dawn l-aħħar snin lagħab ma' Manchester City iżda wara dan it-turnament se jkun qed jibda esperjenza ġdida ma' Barcelona, wara li l-kuntratt tiegħu maċ-champions Ingliżi skada. L-attakkant ta' 21 sena, Ferran Torres għadu kemm temm l-ewwel staġun tiegħu ma' Manchester City. Hu ssieħeb magħhom fis-sajf li għadda, wara li għaliħ, i-klabb tal-Premier League ħallas is-somma ta' €23 miljun.Ferran Torres diġa' lagħab għaxar darbiet u skorja sitt gowls. L-Ispanjoli, li matul il-grupp ta' kwalifikazzjoni kienu mmexxija minn Luiz Enrique li eventwalment kellu jwarrab minħabba problemi familjari u assuma l-kariga ta' kowċ Robert Moreno, iddominaw il-grupp ta' kwalifikazzjoni. Il-punti li huma waqqgħu kienu biss f'żewġ dros minn għaxar partiti. Kif mistenni, is-sistema tattika magħżula mill-Ispanjoli għandha tkun waħda offensiva, bil-mod tattiku l-aktar ippreferut minn Luiz Enrique hu dak ta' 4-3-3. Il-previżjoni hi li Spanja għandha tirbaħ dan il-grupp għalkemm fl-istess waqt, La Furia Roja ma jistgħux jissotovalutaw l-avversarji tagħhom fl-istess grupp. Wara li għal żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Euro, Spanja rebħet dan it-turnament, fl-aħħar Euro 2016, li kienet saret fi Franza, l-Ispanjoli kienu eliminati fl-istadju tal-aħħar 16 u nisslu diżappunt mhux żgħir fost il-partitarji tagħhom. | [
2,
15
] |
Il-kowċ Ange Postecoglou inħatar kowċ ta' Celtic għat-tnax il-xahar li ġejjin. Postecoglous se jkun qed jieħu post Neil Lennon li rriżenja fl-aħħar tal-istaġun. Minkejja t-tentattivi ta' Celtic li jaħtru lil Eddie Howe, l-eks kowċ ta' Bournemouth, jidher li ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partijiet u b'hekk l-għażla waqgħet fuq l-eks kowċ tal-Awstralja Ange Postecoglou. Il-kowċ ta' 55 sena fl-istaġun li għadda mexxa lil Yokohama F. Marinos fil-Ġappun fejn fl-2019 rebaħ ukoll il-kampjonat. Hu kien ukoll kowċ tal-Awstralja bejn l-2013 u l-2017 fejn irnexxielu jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 kif ukoll rebħa t-Tazza tal-Asja fl-2015. | [
15
] |
Il-UEFA ordnat lit-tim Ukren biex ineħħi l-messaġġ politiku minfuq il-flokk li se jkunu qed jilagħbu bih fil-Euro 2020. Il-frażi li tgħid 'Glory to the heros' għandha konnotazzjonijiet militari, iżda l-furur f'Moska qam minħabba d-disinn li hemm fuq il-flokk li jinkludi r-reġjun tal-Krimea. Dan ir-reġjun li r-Russi għamluh tagħhom fl-2014 xorta waħda b'mod globali baqa' magħruf li jifforma parti mill-Ukrajna. Iżda l-UEFA dan ma kkunidratux bħala att ta' provokazzjoni u minflok ordnat li titneħħa biss il-frażi 'Glory to the heros'. | [
15
] |
Il-Qorti Arbitrali tal-Isport (CAS) naqqset is-sospensjoni tal-goalkeeper ta' Ajax, Andre Onana bi tliet xhur, minn tnax-il xahar għal disa' xhur. Onana li għandu 24 sena, ittestja pożittiv f'Ottubru li għadda għas-sustanza furosemide. L-istess gowlkiper saħaq li hu kien ħa xi mediċina preskritta lil mara tiegħu bi żball, meta kien qed iħossu ma jiflaħx. Is-sospensjoni issa tintemm fl-4 ta' Novembru 2021, kemm f'livell ta' club kif ukoll f'livell internazzjonali. Onana jista' jibda jittrenja ma' Ajax sa xahrejn qabel tintemm is-sospenjoni, iġifieri fl-4 ta' Settembru. B'hekk Onana se jkun jista' jilgħab fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani f'Jannar tal-2022, wara li din is-sena kienet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid 19. | [
15
] |
Portugall 4 Iżrael 0 Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Euro 2016, il-Portugall, għelbu lil Iżrael bl-iskor ta' 4-0, fl-aħħar partita tagħhom qabel il-Euro 2020. Huma marru fil-vantaġġ fit-42 minuta meta minn pass ta' Joao Cancelo, kien il-midfielder ta' Man Utd Bruno Fernandes li kkonkluda ġewwa għal 1-0. Biex żewġ minuti wara rdoppjaw meta mill-pass din id-darba ta' Fernandes, kien l-attakkant prolifiku u l-captain Portugiż Cristiano Ronaldo li tefa' ġewwa għal 2-0. Fis-86 minuta il-Portugall skorjaw it-tielet gowl meta Joao Cancelo qata' tajjeb mil-lemin u b'xutt bid-dawra għeleb lil gowlkiper ta' Iżrael Ofir Marciano għal 3-0. Il-Portugiżi skorjaw ir-raba' gowl fil-91 minuta bi ġmiel ta' xutt ta' Bruno Fernandes għal doppjetta personali. Il-Portugall jiftħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 nhar it-Tlieta kontra l-Ungerija fi Grupp F. Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn il-Portugall u Iżrael Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
L-eks plejer internazzjonali Malti André Schembri inħatar Direttur tal-Futbol tal-club Ċiprijott Apollon Limassol FC, li magħhom kelllu karriera kemm bħala plejer kif ukoll bħala coach f'livelli tal-youths tal-club. Schembri kellu perjodu ta' suċċess bħala plejer ma' Apollon bejn l-2017 u l-2019, fejn lagħab 57 darba u skorja 10 gowls. Fl-2017 hu kien rebaħ ukoll is-Super Cup Ċiprijotta mal-istess club. F'messaġġ fuq Facebook André Schembri qal li jinsab onorat li ġie avdat f'din il-kariga filwaqt li qal li din hi opportunita' għalih sabiex jaħdem f'livell professjonali fejn se jkun qed juri l-aħjar abiltajiet tiegħu. Il-Kap tal-Partita Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa awguraw lil André Schembri għal din il-kariga ġdida, filwaqt li faħħru lil Andre' għal ħidma tiegħu fil-kamp sportiv u għall-professjonalita' tiegħu, bħala bniedem li għamel isem għall-pajjiżna barra minn xtutna. | [
15
] |
Il-midfielder Olandiż Gini Wijnaldum ingħaqad uffiċċjalment ma' PSG fi Franza, wara li rrifjuta l-offerta ta' Barcelona fl-aħħar mumenti. Wijnadlum li għandu 30 sena iffirma kontratt ta' 3 snin sal-2024 u mistenni jkollu salarju ta' €9.5 miljun fis-sena. Wijndalum qatta' l-aħħar ħames snin fl-Iniglterra ma' Liverpool fejn fosthom rebaħ il-UEFA Champions League u l-Premier League. Wijnaldum bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Olandiż, fejn lagħab għal 75 darba, hekk kif għaddejjin bl-aħħar preparazzjonijiet għall-Euro 2020. | [
15
] |
Kontra t-Turkija, fl-ewwel partita tal-Euro 2020, l-Italja kienu sempliċiment spettakolari. Wirja kollettiva, konvinċenti iżda fuq kollox storika għall-fatt li r-rebħa ta' 3-0 kienet l-ewwel waħda fl-istorja għall-Azzurri, li fiha rrnexxilha tiskorja tliet darbiet f'partita waħda f'din il-kompetizzjoni u fi kwalunkwé edizzjoni oħra li lagħbet fiha fil-passat. L-aħħar darba li l-Italja qalgħet gowl f'partita internazzjonali kien fl-14 t'Ottubru 2020, meta f'partita mill-grupp tal-UEFA Nations League, kienet temmet dro ta' 1-1 kontra l-Olanda. Il-plejers tat-tim nazzjonali Taljan, jiċċelebraw fit-tmiem tal-partita li rebħu kontra t-Turkija. Mhux hekk biss. Ir-rebħa kontra t-Turkija, tfisser ukoll id-disa' partita konsekuttiva li matulhom il-plejers taħt it-tmexxija ta' Roberto Mancini ma soffrewx gowl. L-aħħar darba li l-Italja qalgħet gowl f'partita internazzjonali kien fl-14 t'Ottubru tas-sena l-oħra, f'logħba li ntemmet fi dro ta' 1-1 kontra l-Olanda, u li kienet valida mill-grupp tal-UEFA Nations League. Ir-rebħa ta' 3-0 fl-ewwel dehra tagħhom f'din l-edizzjoni tal-Euro kontra t-Turkija ta' Senol Güneş, kienet ukoll l-akbar rebħa għall-Italja fl-istorja ta' partiti li huma lagħbu matul is-snin f'din il-kompetizzjoni għall-pajjiżi Ewropej. Gianluigi Donnarumma Iżda l-aktar impressjonanti minn dan kollu hu li din ir-rebħa ta' kontra t-Torok fl-Olimpico, kienet it-28 partita konsekuttiva għall-Italja mingħajr ma jitilfu. 23 minn dan l-ammont kienu konfronti mirbuħa u li sintendi kienu kollha taħt it-tmexxija tal-kowċ bravu, Mancini. L-aħħar telfa tal-Italja tmur lura għal 32 xahar ilu; kważi elf ġurnata llu, meta fl-10 ta' Settembru 2018, Mancini kien sofra t-tieni telfa, u l-aħħar waħda sal-lum, bħala kowċ tal-Italja, b'riżultat ta' 1-0 kontra ċ-champions Ewropej, il-Portugall. Sal-lum, l-eks kowċ Fiorentina, Lazio, Inter, Manchester City, Galatasaray u Zenit, Mancini mexxa lit-tim nazzjonali Taljan f'31 partita u li matulhom, l-Italja tilfet biss darbtejn, rebħet 22 partita u temmet dro f'seba' konfronti oħra. B'sistema tattika ta' 4-3-3, li qatt ma kienet mibdula, lanqas għal partita waħda, l-Italja ta' Mancini f'daqstant partiti skorjat 76 gowl filwaqt li soffriet total ta' 14-il gowl; medja ta' inqas minn nofs gowl f'kull logħba. Interessanti l-fatt li f'dawn il-31 partita, Mancini għamel użu minn xejn inqas minn 70 plejer differenti ta' nazzjonalitá Taljana. Roberto Mancini Wieħed jistaqsi, sa fejn din l-Italja ta' Mancini tista' twassal fil-Euro 2020? | [
2,
15
] |
Il-Gvern Laburista, għal darb'oħra qed ikun reattiv għal dak li jitkellem dwaru l-Partit Nazzjonalista. Wara li fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, bl-aktar mod ċar, wiegħed li se jkun qed jara li t-trakka tal-motorsport issir mingħajr ma tinqered art prezzjuża, issa l-Gvern qed jgħid l-istess. U filwaqt li Bernard Grech, spjega li l-Partit Nazzjonalista diġà identifika fejn din tista' ssir sabiex igawdu mit-trakka l-appasjonati ta' dan l-isport u mhux terzi persuni b'interessi kummerċjali, meta mistoqsi minn Net News, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, għalissa ma riedx jgħid fejn qed jippjana li ssir din it-trakka. Il-Partit Laburista wiegħed li jagħmel din it-trakka fl-2013, wegħda li ma żammx. Il-Gvern Laburista reġa' wiegħed li jagħmel din it-trakka fl-2017, wegħda elettorali oħra li sal-lum għadu ma żammx. Dawk li għandhom għal qalbhom dan l-isport għadhom qed jistennew u jittamaw li din id-darba, il-ħolma tagħhom issir realtà u mhux tibqa' fuq il-programm elettorali tal-Labour. | [
15
] |
Il-Parlament (Knesset) ta' Iżrael mistenni japprova l-formazzjoni ta' Gvern ġdid għall-pajjiż, b'dan il-pass, effettivament, għandu jġib fi tmiem it-12-il sena konsekuttivi tat-tmexxija mill-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu. Il-Gvern prospettiv – magħmul minn koalizzjoni bla preċedent ta' partiti – għandu maġġoranza ta' siġġu wieħed biss iżda xorta hu mistenni li jieħu r-riedni tal-pajjiż u jikkonkludi l-era ta' Netanyahu li hu l-aktar Prim Ministru Iżraeljan li qatt dam fil-kariga. Ladarba l-Gvern ġdid jieħu r-riedni tal-pajjiż b'mod uffiċjali, Iżrael għandu joħroġ minn sentejn ta' paraliżi politika wara tliet elezzjonijiet ġenerali inkonklussivi li rriżultaw f'xenarju staġnat. Intant, il-politiku radikali tal-lemin, Naftali Bennett, se jkun il-Prim Ministru ġdid ta' Iżrael bħala parti minn ftehim għall-qsim tal-poter flimkien ma' Yair Lapid, politiku taċ-ċentru u li jmexxi lill-Partit ta' Yesh Atid. Taħt il-ftehim għall-koalizzjoni, Naftali Bennett, li jmexxi lill-Partit Yamina, se jibqa' fil-poter sa Settembru tal-2023 u meta imbagħad, ir-riedni tal-pajjiż jgħaddi għal idejn Yair Lapid li jkun qed imexxi għal sentejn oħra. | [
10
] |
Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, qal li r-relazzjonijiet bilaterali mal-Istati Uniti jinsabu 'fl-aktar punt baxx' għal ħafna snin. Dan meta hu qed iħejji għal laqgħa sinifikanti mal-President Amerikan, Joe Biden, li għandha ssir fis-16 ta' Ġunju. Putin, waqt intervista lil NBC News, qal li r-relazzjonijiet bejn pajjiżu u l-Istati Uniti, bħalissa huma l-agħar li kienu għal ħafna snin u, fil-fatt, il-laqgħa tiegħu ma' Biden – li se ssir f'Ġinevra – diġà qed tiġġenera aktar tensjoni milli wieħed stenna. Il-President Biden, fl-istess ħin, wissa lill-President Putin li 'se jkun qed iwassallu messaġġ ċar' waqt il-laqgħa ta' bejniethom. Fl-istess ħin, Joe Biden ried jiċċara li pajjiżu mhux qed ifittex xi konflitt mar-Russja u li l-Istati Uniti trid relazzjoni 'stabbli u prevedibbli' ma' Moska. Intant, Biden enfasizza li l-Istati Uniti 'għandha tagħti tweġiba soda f'każ li l-Gvern Russu jinvolvi ruħu f'attivitajiet li jħallu impatt negattiv għall-interessi tal-Amerikani.' L-ewwel laqgħa wiċċ imb wiċċ bejn dawn iż-żewġ Presidenti se ssir fi żmien ta' tensjoni qawwija bejn Washington u Moska rigward diversi issues – fosthom allegati attakki ċibernetiċi tar-Russi fuq l-Istati Uniti u l-arrest u priġunerija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexey Navalny, li hu kritiku kbir ta' Putin. | [
10
] |
It-tabib David Attard huwa wieħed mill-uffiċjali mediċi tal-UEFA matul il-Euro 2020, ibbażżat f'Hampden Park fl-Iskozja. Fil-passat t-tabib Attard kien ukoll parti mill-tim mediku fl-MFA. Fuq il-program 'Replay Euro 2020′ it-tabib Attard spjega x'jiġri f'każijiet bħal ma' ġara fil-każ tal-plejer Christian Eriksen, min-naħa tat-tobba u l-uffiċjali tal-UEFA kif ukoll tat-timijiet rispettivi. Permezz tal-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tal-mediċina u l-isport it-tabib David Attard qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Euro 2020. | [
15
] |
David Moyes iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' West Ham, minkejja l-interess mill-eks club Everton, li jinsabu mingħajr coach wara li Carlo Ancelotti reġa ssieħeb ma' Real Madrid. Moyes mexxa lil West Ham għall-aħħar aħħar żewġ staġuni, fejn dan l-istaġun rnexxielu jwassal lil West Ham għall-post fl-Ewropa, fis-sitt post tal-klassifika. L-Iskoċċiż ta' 58 sena, jinsab viċin li jmexxi lil West Ham għall-100 partita, u l-1000 partita fil-Premier League. F'kummenti li ta lis-sit ta' West Ham Moyes qal li jrid ikompli jibni fuq is-suċċess li kisbu fan l-istaġun filwaqt li jtella' aktar plejers mill-akkademja ta' West Ham. | [
15
] |
Fl-aħħar edizzjoni tal-Euro, Didier Deschamps u l-plejers tiegħu, tilfu l-finali li kienet organiżżata f'pajjiżhom stess, b'gowl waħdini u deċiżiv, kontra l-Portugal, u fil-ħin barrani. Dak li ġara f'Pariġi, fil-lejl tal-10 ta' Lulju 2016, jibqa' diżappunt kbir għall-Franċiżi. Dakinhar, f'darhom stess, tilfu l-finali tal-Euro 2016 kontra l-Portugall, b'gowl waħdieni u deċiżiv, fil-ħin barrani. Iżda sentejn wara, Franza pattew bil-kbir għal din id-delużjoni u rebħu t-Tazza tad-Dinja. Għalhekk, lejlet il-bidu tal-Euro 2020, il-mira ta' Franza hi waħda; jerġgħu jaslu sal-finali, iżda din id-darba jirbħuha. Il-kowċ ta' Franza, wara l-finali tal-2016, mitlufa kontra l-Portugal, jgħaddi minn quddiem it-trofew b'diżappunt. L-aqwa bookmakers fid-dinja, qed ipoġġu lil Franza u l-Ingilterra, bħala l-aktar favoriti għar-rebħ ta' din l-edizzjoni. Didier Deschamps ilu fit-tmexxija teknika ta' din l-iskwadra minn Lulju tal-2012. Matul dan il-perjodu kollu, l-eks captain ta' dan it-tim, mexxa lil Franza bħala kowċ f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej. Biex l-era ta' Deschamps ma' Franza tkun kompluta, din il-ġenerazzjoni ta' plejers jonqosha tirbaħ il-Euro. Il-mira ta' Deschamps u l-bqija tal-iskwadra Franċiża hija possibbli. L-aqwa bookmakers fid-dinja, qed ipoġġu lil Franza u l-Ingilterra, bħala l-aktar favoriti għar-rebħ ta' din l-edizzjoni. Is-selezzjoni ta' 26 plejer Franċiż, tinkludi uċuh ġodda u b'talent kbir, kif ukoll plejers ta' esperjenza li kienu parti mit-tim li fl-2018 sar champion tad-dinja fir-Russja. Il-pressjoni biex Franza tirbaħ din il-Euro 2020 hi waħda kbira. Sabiex ikkwalifikaw, Franza rebħu l-grupp rispettiv tagħhom b'differenza ta' żewġ punti biss, hekk kif it-Turkija kienu avversarji denji għalihom. Fl-għaxar partiti li lagħbu, spikka l-kollettiv tal-Les Bleus u skorjaw ammont impressjonanti ta' 25 gowl. Olivier Giroud Kingsley Coman Kylian Mbappe Karim Benzema flimkien mal-kowċ nazzjonali Franċiż, Didier Deschamps. L-aqwa skorer tagħhom kien Olivier Giroud b'sitt gowls, u l-bqija tal-gowls l-oħra waslu minn varjazzjoni ta' diversi plejers differenti. Fost dawn il-plejers kien hemm żewġ attakkanti ta' età żgħira; Kingsley Coman u Kylian Mbappé. Lejliet din il-kompetizzjoni, fost l-attakkanti magħżula minn Deschamps, reġa' kien imsejjaħ wara nuqqas ta' sitt snin, Karim Benzema ta' 33 sena. Il-lussu kalċistiku jispikka mhux ftit f'dan it-tim, u Deschamps jista' jilgħab bi kwalunkwè sistema tattika, iżda x'aktarx dik magħżula se tkun ta' 4-2-3-1. Ismijiet oħra li ta' influwenza f'dan it-tim huma Antoine Griezmann, Raphael Varane u Paul Pogba. Ta' min jinnota li fl-iskwadra finali għall-Euro 2020, Deschamps ħalla barra lil Anthony Martial, Eduardo Camavinga, Ferland Mendy, Alexandre Lacazette, Dayot Upamecano, Theo Hernandez u Houssem Aouar. Dawn l-ismijiet huma konferma tal-lussu ta' plejers b'kwalitá għandhom Franza llum. | [
2,
15
] |
Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti se jkun wieħed mid-delegati internazzjonali nvoluti fil-partita inawgurali tal-Euro 2020 bejn l-Italja u t-Turkija. B'hekk Chetcuti se jkun qed jirrappreżenta lil Malta f'dan it-tournament presitġjuż. | [
15
] |
Kevin de Bruyne u Axel Witsel mhux se jilagħbu l-ewwel partita tal-Belġju kontra r-Russja hekk kif għadhom qed jirkupraw mill-injuries rispettivi tagħhom. de Bruyne għadu qed jirkupra mill-injury li sofra fil-finali taċ-Champions League f'wiċċu, fejn kellu wkoll jagħmel intervent mediku fil-jiem li għaddew. Min-naħa l-oħra Axel Witsel wkoll ma vjaġġax mal-kumplament tal-iskwawdra hek kkif qed jirkupra minn injury taħt il-pexxun. Minkejja dan dawn il-plejers mistennija jirkupraw fil-ħin għat-tieni partita tal-Belġju kontra d-Danimarka. | [
15
] |
Il-Belġju jikkontrollaw mill-ewwel minuta Fl-ewwel taqsima il-Belġju ħarġu jiddominaw il-pusses tal-ballun u proprju fl-10 minuta marru fil-vantaġġ meta minn cross ta' Dries Mertens, Andrey Semedov naqas mill-jbiegħed il-periklu, b'Romelu Lukaku japprofitta u jikkonkludi ġewwa għal 1-0. Wara l-gowl Lukaku mar fejn il-camera u għadda messaġġ lil Christian Eriksen bil-kliem "Chris, Chris, Inħobbok". Il-Belġju komplew jiddominaw lit-tim Russu u fl-34 minuta rdoppjaw, meta għal darb'oħra kien hemm nuqqas t'attenzjoni fid-difiża tar-Russja, b'Thomas Meunier jitfa' ġewwa bix-xellug, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta' 2-0.. Fit-tieni taqsima, kif mistenni il-Belġju naqqsu ftit mir-ritmu għoli li kellhom fl-ewwel taqsima filwaqt li komplex jikkontrollaw il-partita. Ir-Russi min-naħa l-oħra baqgħu jippruvaw iżommu dixxiplinati fit-tattika tagħhom, bil-linji tal-midifeld u d-difiża dejjem wara l-ballun. Biex fit-88 minuta minn pass preċiż ta' Thomas Meunier, Romelu Lukaku skorja it-tielet gowl għall-Belġju u t-tieni wieħed personali għal skor finali ta' 3-0. | [
15
] |
Fl-ewwel seduta inawgurali tal-Imħallef Ian Spiteri Bailey huwa għamel appella għal aktar rispett u kortesija bejn dawk kollha li jiffrekwentaw il-bini tal-qorti. Huwa qal li dan huwa mportanti ħafna biex itejjeb l-atmosfera fil-Qorti. Spiteri Bailey kien wieħed mill-erba 'mħallfin ġodda maħtura mill-president f'April. Huwa rringrazzja wkoll lill-President tal-Kamra tal-Avukati Louise de Gabriele li wissa fuq liġi ġdida proposta li tfittex li tirregola l-professjoni b'mod ta' "biċċa biċċa". Waqt li kien qed jitkellem waqt is-seduta inawgurali tal-imħallef Ian Spiteri Bailey, de Gabriele qal li l-abbozz jipproponi li jemenda u anke jħassar numru ta' dispożizzjonijiet introdotti ftit ġimgħat ilu biss. Huwa qal li huwa evidenti li m'hemm l-ebda pjan jew viżjoni ċara għar-regolazzjoni tal-professjoni. Il-kamra tal-avukati għaldaqstant sejħet laqgħa urġenti għall-ġimgħa d-dieħla biex tiddiskuti l-abbozz. De Gabriele appella biex l-abbozz jiġi sospiż sakemm isiru diskussjonijiet xierqa bejn il-partijiet interessati kollha. Min-naħa tiegħu, Spiteri Bailey tkellem dwar id-deċiżjoni li jitlaq il-karriera twila tiegħu bħala avukat biex isir Imħallef. Qal li se jibqa' umli kif dejjem kien u saqajh mal-art. Tenna li 27 sena ta' Avukatura li fihom dejjem fittex li dejjem igib rispett lejn kull ġudikant li deher quddiemu, anke fejn ma qabilx miegħu jew magħha. "Ikkritikajt fejn kelli nagħmel dan, ghamilt osservazzjonijiet fejn dehrli opportun – imma dejjem b'rispett sħiħ lejn il-ġudikant u l-Awtorita` tal-Qorti. Fittixt li dejjem nkun ta' għajnuna, li nkun leali lejn il-ġurament tal-ħatra tiegħi, lejn il-klijenti tiegħi u f'relazzjoni tajba mal-kollegi avukati fuq in-naha l-ohra. "Fittixt illi naqdi dmiri bl-aħjar mod possibbli, imma fuq kollox bi tbissima, anke fejn kont inkwetat. Kultant ħbejt id-dwejjaq u l-problemi li kultant il-professjoni għaddietni minnhom, biex nipprova dejjem insib il-posittiv. Bdejt mix-xejn imma l-uffiċċju kiber u l-klijentela bil-mod il-mod zdiedet sakemm rawwimt ufficcju legali li ghamilni kburi" tenna l-Imħallef. Kompla jgħid, li l-Prim Imħallef għoġbu jghabbih bil-piż li jippresjiedi fuq il-Qorti Civili (Sezzjoni tal-Kummerc). Qorti li ser tkun qed tittratta mhux biss kwistjonijiet ta' kumpaniji kummerċjali jew soċjetajiet kummerċjali oħra, imma poġġa fuq il-platt ta' din is-sezzjoni tal-Qorti Civili, il-Marittimu, il-Proprjetà Intellettwali u l-Kompetizzjoni. "B'żieda ma' dan kollu, se nippresjedi ukoll flimkien ma' tant kollegi oħra, fuq il-Prim Awla (Sede Kostituzzjonali) u l-Għassa, li minn żmien għal żmien ikun immissek. Imma ninsab onorat immens illi se nkun qed nippresjedi fuq Qorti speċjalizzata bħal din u għandi, qabel xejn, ħafna x'nitgħallem u ħafna x'nistudja biex nwettaq dmiri tajjeb. "L-Avukati prattikanti iridu igħinuni. Iridu jkunu ppreparati fil-qadi ta' dmirijiethom meta jitrattaw il-kawżi u jagħmlu xogħol b'diliġenza sabiex jiffaċilitaw ix-xogħol talQorti u fuq kollox jgħinuha tasal biex tagħmel ġustizzja vera u ġudizzju tajjeb". Kompla jgħid li jinsab onorat li se jnservi f'Qorti speċjalizzata għax jemmen fiha, Qorti li bnieha il-predeċessur tiegħu l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon. Qal li jispera illi, jkompli fuq is-suċċess li għamel hu u jkompli jibni biex jħalli warajh hu wkoll, legat sabih f'din il-Qorti kif ħalla hu. Saħaq li l-legat li ħalla l-Imħallef Zammit McKeon f'din il-Qorti, huwa rikonoxxut minn kulħadd, jitfa' piz akbar fuqu biex jagħmel minn din il-Qorti, suċċess, li tagħti riżultati tajbin kif għamel hu. | [
0
] |
Raġel ta' 44 sena mill-Maċedonja ta' Fuq se jintbagħat is-Slovakkja hekk kif jintemmu l-proċeduri f' Malta. Huwa tressaq il-Qorti wara li wettaq reat f'Malta tmint ijiem biss qabel ma wettaq reati oħra fis-Slovakkja. Goran Stojanovski, għaddej bi proċeduri ta' serq aggravat f'Malta. Huwa kellu jinġieb Malta mill-Polonja permezz ta' mandat t'Arrest Ewropew. Dan ħareġ minn dak li spjega fil-Qorti l-Ispettur Mark Galea, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni fil-każ tiegħu, Stojanovski nqabad u ġie arrestat mill-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali nhar il-Ħamis li għadda permezz ta' Mandat t'Arrest Ewropew. Huwa qed jiġi mfittex mill-Awtoritajiet Slovakki ukoll fuq akkużi relatati ma' serq bl-armi kif ukoll kriminalità organizzata f'dak il-pajjiż. L-Avukat tiegħu Dustin Camilleri għamel talba għall-ħelsien mill-arrest u tenna li l-akkużat ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit. L-Avukat Camilleri qal li l-biża' li dan jaħrab minn Malta ma teżistix għax hemm kontroll assolut fuqu. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bilp-qaawa kollha għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża' li Stojanovski jista' jaħrab minn Malta u jikkommetti aktar reati. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet li jinkludu depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €15,000. Hija wissietu wkoll li ma jistax jaħrab minn Malta, jew jinħeba, ma jistax javviċina xhieda tal-Prosekuzzjoni, ma jistax iwettaqx reat ieħor u jrid jiffirma l-għassa ta' Ħaż-Żabbar kuljum u jekk ma jkunx jista' minħabba mard irid jippreżenta ċertifikat mediku. | [
0
] |
L-Ungeriżi fost il-finalisti tal-Euro 2020, għat-tieni darba fl-istorja. L-iskwadra tal-2016 kienet aktar b'saħħitha minn dik tal-lum. L-Ungerija reġgħu għamluha għall-finali tal-Euro għat-tieni edizzjoni konsekuttiva. Iżda biex waslu s'hawn, triqthom kienet itwal minn tal-oħrajn, hekk kif kellhom jisfurzaw żewġ partiti playoffs, b'rebħiet kontra l-Bulgarija u l-Iżlanda rispettivament. Ħames snin ilu, meta kienu qed jiddebuttaw fil-Euro 2016, l-Ungerija kienu fit-18-il post fir-rankings tal-FIFA. Illum, jinsabu fis-37 post minn fost il-pajjiżi kollha tad-dinja. Il-partitarji Ungeriżi, qabel il-bidu tal-Euro 2020, huma konxji mill-fatt li t-tim nazzjonali tagħhom missithom l-agħar polza minn fost il-pajjiżi kollha finalisti. Meta f'Novembru tal-2019, kienu magħrufa l-gruppi għall-fażi finali tal-Euro 2020, x'aktarx il-Magyarok ħadu x-xokk ta' ħajjithom. Huma ttellgħu fl-aktar grupp iebes li wieħed qatt seta' jimmaġina, fl-istess grupp taż-żewġ finalisti tal-aħħar edizzjoni tal-Euro 2016, ir-rebbieħa l-Portugall u l-finalisti telliefa Franza, kif ukoll sfidant ieħor ewlieni għar-rebħ ta' din il-kompetizzjoni l-Ġermanja. Il-kowċ nazzjonali tal-Ungerija, Marco Rossi. Fit-tmexxija teknika tal-Ungerija, t-Taljan Marco Rossi. F'pajjiżu, Rossi mexxa timijiet fid-diviżjonijiet baxxi, iżda meta f'Ġunju tal-2012 sar il-kowċ ta' Budapest Honvéd FC, fl-ogħla diviżjoni tal-Ungerija, kien hemmhekk meta l-eks plejer ta' Sampdoria fil-bidu tas-snin 90 beda' juri l-ħiliet tiegħu bħala kowċ. Fl-istaġun 2016/17 hu mexxa lil dan it-tim għar-rebħ tal-ewwel Kampjonat Ungeriż wara 24 sena u rriżenja. Wara li għamel sena jmexxi klabb fl-ogħla diviżjoni Slovakka, inħatar kowċ nazzjonali tal-Ungerija u matul dan iż-żmien fit-tmexxija, hu kiseb riżultati pożittivi u mill-51 post fir-rankings tad-dinja, illum it-tim nazzjonali Ungeriż jinsab fis-37 post. Koreografija milll-isbaħ mill-partitarji tal-Ungerija, waqt waħda mill-partiti riċenti, qabel faqgħet il-COVID-19. Fil-verità, l-iskwadra Ungeriża tal-Euro 2016 kienet aktar b'saħħitha u dakinhar kienu waslu mal-aħħar 16-il tim. Din id-darba, miraklu biss jista' jwassal lill-Ungerija biex tirrepeti dan ir-riżultat. Fl-aħħar għaxar partiti, l-Ungerija ta' Rossi lagħbet b'sistema offensiva ta' 3-5-2. Din l-għażla tattika tidher li qed tkun suċċess, b'żewġ rebħiet, fost l-oħrajn kontra t-Turkija. Adam Szalai hu l-akbar influwenza ta' din l-iskwadra u għandu wkoll ir-responsabiltà ta' captain. Iżda x'aktarx l-akbar attrazzjoni tal-Ungeriżi f'din l-edizzjoni hu l-midfielder ta' 20 sena li jilgħab ma' Leipzig, Dominik Szoboszlai. Dan hu plejer li jipposjedi kwalitajiet kbar, iżda wara li ssieħeb mat-tim Ġermaniż f'Jannar li għadda hu kważi ma lagħab xejn minħabba li weġġa'. Il-plejers Ungeriżi jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni tagħhom għall-Euro 2020. Plejers oħra validi f'din l-iskwadra huma l-gowlkiper Peter Gulacsi, li jilgħab ukoll ma' Leipzig, kif ukoll il-midfielder dinamiku li jilgħab ma' Bristol City, Adam Nagy. | [
15
] |
Id-dinja tal-mużika tinsab f'luttu wara l-mewt ta' Jon Lukas – isem sinonimu mal-iżvilupp tal-ħoss mużikali fis-snin 70 u 80, speċjalment bi produzzjonijiet bħal 'Can't Afford To Lose'. Il-kant-awtur Malti, magħruf bħala Woodenman, kien ħareġ il-kanzunetta 'Love We Share' fl-1993. Iżda tul is-snin kellu numru ta' suċċessi oħrajn. Waħda mill-aħħar intervisti li saritlu kien għamilha fuq Net FM il-kollega Noel D'Anastas, u dakinhar il-vuċi tiegħu kienet diġa' tinstema' xi ftit batuta – għalkemm il-fjamma mużikali baqgħet b'saħħitha sal-aħħar. Din l-inervista kienet imxandra fuq Net FM fil-25 t'Ottubru 2020 u titqies l-aħħar intervista fit-tul dwar it-tfulija, iż-żgħożija u l-karriera tiegħu. | [
2
] |
Terrence Zammit li kien jaf lill-Eġizzjan li nqatel f"Għawdex qal fil-Qorti li huwa kien miegħu ftit tal-ħin qabel ma nqatel fejn flimkien niżlu Malta biex jiġbru xi flus għal xogħol li għamlu u wara li marru biex jaqbdu l-vapur lura għal Għawdex raw lill-akkuzat fil-kju b'karozza BMW. Zammit qal li l-vittma Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed sellem lis-Serb Aleksandar Stojanovic u qal lilu li dak kien "Ir-Russu". Tenna li meta waslu lura Għawdex kien qallu li kien se jċempillu. Ix-xhud qal li hu kien niżel flimkien ma' uliedu żewġ bniet u marru l-Mellieħa biex jiġbru 500 metru peress li kienu jagħmlu xogħol ta' tikħil. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Aleksandar Stojanovic, Serb ta' 42 sena fejn qed iwieġeb mhux ħati li qatel lill-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed. Il-vittma kellu 43 sena bl-omiċidju jseħħ fil-15 ta' Jannar tal-2018. Sadanittant il-Maġistrat iddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex is-Serb jitqiegħed taħt att ta' akkuża, Din hija t-tieni dehra tal-ġbir tal-provi wara li nhar il-Ġimgħa 28 ta' Mejju diġa xehedu persuni mportanti għall-każ fosthom ħabib tal-akkużat u l-eks sieħba tal-vittma. Mhux eskluż li jitressqu aktar persuni li kellhom rabta ma' dan l-omiċiċidju fosthom kuntrattur u 'dealers' tal-karozzi li għandhom in-negozju f'Malta. Terrence Zammit li joqgħod ix-Xewkija qal fil-Qorti li kien ilu jaf lill-vittma għal aktar minn sena u kien jaħdem miegħu f'sit ta' kostruzzjoni fix-Xlendi, liema sit kien ta' missier l-eks sieħba tiegħu. Huwa kien kaħħal u jagħmel il-membrane u kien tajjeb ħafna f'xogħolu. Il-Qorti issospendiet għall-ftit sakemm jaslu l-Avukati u nfurmat lil dawk preżenti li s-seduta li jmiss se ssir fis-16 ta' Lulju. Ix-xhud qal li darba jiftakar li l-vittma li kien miegħu fil-kju tal-vapur t'Għawdex u raha lill-akkużat b'Motaleb Mohammed jgħidlu li dak kien ir-Russu, probabbli għal-laqam tiegħu. Tenna li kien rah b'karozza BMW u li l-Pulizija kienu wrewh numru ta' ritratti u għarfu minnhom. Qal li kienu bejn disa' u 12-il ritratt. Wara xehed il-kuntistabbli Oliver Micallef li spjega kif il-Pulizija mexxew il-proeċeduri meta sabu l-katavru tal-vittma u kif ipproċedew minn hemm. Is-Surġent Frank Portelli qal li kien mar fuq is-sit u li ġurnata qabel id-delitt is-sieħba tal-vittma kienet marret tagħmel rapport lill-Pulizija, minħabba li t-tfal li kienu fil-kustodja tiegħu f'Malta kien għadhom ma tahomx lilha. Huwa kien ikkuntattjah mill-mobajl tiegħu u qallu li kien se jaqbad il-vapur u jmur lura bit-tfal. Il-Pulizija qallu biex imur wara għax kellu x'jagħmel, u tenna li suppost kellu jagħtihom lil ommhom fit-3.00p.m. Wara kien rah u qallu li kien se jressqu l-Qorti għax kiser il-kundizzjonijiet tal-aċċess. Hu kien ħa t-tfal l-Għassa għall-ħabta tas-7.30pm u qallu li kien qabad il-vapur tal-5.30pm miċ-Ċirkewwa. Xehed ukoll l-Ispettur Bernard Charles Spiteri fejn qal li kien infurmat li kien insab katavru u mar fuq il-post fejn diġa' kien hemm is-Supretendent Antonello Grech li qallu li kien Walid il-mejjet. Huwa nstab mal-art bid-dmija żewġ skrataċċ u marki tat-tyres u kien hemm anke pakkett li deher li kien fih il-kokaina. Huwa nforma l-espert tal-Qorti, is-Supretendent Keith Arnaud u l-Maġistrat Paul Coppini flimkien mas-sieħba tal-vittma. Il-karozza BMW kienet ġiet eżaminata minn naħa tal-forensika. Kien instab ukoll il-vann tiegħu li kien ipparkjat ix-Xlendi li kien reġistrat fuq persuna oħra. Kien tkellem ukoll mal-bidwi li sab il-katavru. Mill-filmati tal-Pulizija irriżulta li l-vittma kien ħareġ minn karozza Chevrolet u daħal f'BMW fejn eventwalment kien instab maqtul. Mill-investigaazjoni mis-CCTV's irriżulta li l-karozza BMW deheret l-Imġarr u spiċċat Malta fejn din eventlwament kienet reġistrata ma'Identity Malta. Wara fil-11 ta' Mejju kien infurmat mis-Supretendent Arnaud li kienu arrestaw lis-suspettat fil-qtil. Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Franco Debono qal li l-vitma kien juża żewġ karozza, Chevrolet u vann li kien juża għax-xogħol, li t-tnejn ma kienux reġistrati fuq ismu. L-Ispettur Spiteri qal li huwa nvestiga lill-vittma darbtejn fuq vjolenza domestika fil-konfront tas-sieġba tiegħu, li dejjem kienet tispiċċa taħfirlu u fuq droga kokaina. Madankollu l-vittma kellu relazzjoni tajba ma' missier l-eks sieħba tiegħu. Għal domanda oħra tal-Avukat Debono l-Ispettur ikkonferma li l-vittma kien ġie kundannat ħames xhur ħabs fuq vjolenza domestika fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu li hija omm uliedu. Xehed ukoll l-eks Surġent John Attard li ppreżenta r-rapport tal-Pulizija li għamel hu. Qal li ma kelli xi jżid xejn aktar mir-rapport jew li ried jibdel. Is-Serb kien tressaq fid-19 ta' Mejju li għadda u għadu jinżamm taħt arrest preventiv fejn id-difiża ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest minn dak inhar li tressaq. Il-katavru tal-vittma kien instab Fil-15 ta' Jannar 2018, għall-ħabta tat-7.40 a.m. fl-inħawi ta' Triq San Dimitri, fl-Għarb, Għawdex. il-vittma kien residenti Għawdex iżda ta' spiss kien ikun Malta. Il-katavru kien instab mixħut fl-art wiċċu 'l fuq b'żewġ tiri ta' senter, wieħed fl-għonq fuq in-naħa tax-xellug u tir ieħor fin-nofs ta' sidru. Żewġ skrataċ li allegatament intużaw dakinhar tad-delitt instabu wkoll qrib il-vittma. Il-Pulizija analizzaw diversi filmati tas-CCTV u l-aħħar movimenti tal-vittma wara li kien ipparkja l-vettura tiegħu fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat Għawdex. Il-Pulizija waslet biex tidentifikat il-vettura li kien rikeb fiha l-vittma ftit tal-ħin qabel ma nstab maqtul. F'Settembru 2018, il-pulizija sabet din il-vettura f'Malta, li kienet fil-pussess ta' terzi persuni, u komplew l-investigazzjonijiet biex ikun identifikat l-allegat aggressur li qatel il-vittma. Permezz ta' aktar analiżi u filmati mis-CCTV cameras u informazzjoni ġdida li kisbet anke minn persuni oħra, il-Pulizija rnexxielha tidentifika lill-allegat aggressur li kien ix-xufier tal-istess vettura. L-akkużat ilu jgħix Malta diversi snin u kien ġie arrestat għall-ewwel darba fuq dan il-każ nhar l-10 ta' Mejju 2021 permezz ta' mandat ta' arrest maħruġ mill-Maġistrat inkwerenti. Huwa kien ingħata l-police bail darbtejn biex setgħet tissokta l-investigazzjoni tal-pulizija b'rabta ma' dan id-delitt. L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qed jidhru għall-imputat. Parte ċivili għan-nom tal-vittma qed jidher l-avukat Arthur Azzopardi. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Etienne Savona u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Flimkien magħhom hemm ukoll il-Prosekuturi minn naħa tal-Pulizija. s-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
0
] |
Tħabbret il-mewt ta' Paola Pigni l-atleta Taljana li fost l-oħrajn rebħet il-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta' Munich tal-1972 fl-1500 metru. Pigni kellha 75 sena u kienet ta' ispirazzjoni għall-bosta atleti femminili fost bosta atelti Taljani. Fis-snin 60 l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali fl-Italja kienet li n-nisa ma jifilħux jagħnlu eserċizzju fit-tul b'Pigni tegħleb din il-perċezzjoni. Hi kienet l-ewwel mara li ġriet il-maratona tal-1500 metru, tat-3,000 metru u tal-5,000 metru. Pigni żammet ukoll ir-rekord mondalji tal-1500 meta fl-1969 waqqfet ir-reokrd ta' 4'12'04. Hi kienet temmet il-karriera tagħha wara li rrapreżentat lill-pajjiżha għall-33 darba fejn wara li waqfet xorta baqgħet tippromovi l-attività fiżika. | [
15
] |
Il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-Copa America tista' ssir fil-Brażil. Dan wara li qamet diskussjoni biex din il-kompetizzjoni tiġi kkanċellata minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Oriġinarjament, il-Copa America kellha ssir fl-Arġentina u l-Kolumbja. L-Imħallfin qalu li l-awtoritajiet tal-pajjiż iridu jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li s-saħħa taċ-ċittadini Brażiljani ma tkun ipperikolata. L-istess imħallfin urew l-għadab tagħhom lejn il-President Brażiljan Jair Bolsonaro li ddeċida li jospita dan it-tournament ftit tal-ġimgħat ilu. It-timijiet li se jikkompetu fil-Copa America se jkunu qed jiġu ttestjati kull 48 siegħa bl-ivaġġar tagħhom minn post għall-ieħor se jkun ristrett. S'issa fil-Brażil mietu aktar minn 475,000 kważa tal-pandemija tal-Covid-19 Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
L-FA Daniżi fi staqrrija uffiċjali qalet li dalgħodu tkellmu ma' Chrisitian Eriksen fejn bagħat it-tislijiet tiegħu lil sħabu fit-tim. L-istess stqarrija qalet li Eriksen jinsab f'kundizzjoni stabbli u se jibqa' jinżamm fl-isptar għall-aktar testijiet. Update regarding Christian Eriksen. pic.twitter.com/YuKD9hS9LV — DBU – En Del Af Noget Større (@DBUfodbold) June 13, 2021 L-istqarrija temmet billi rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtu l-awgurju tagħhom lil Chrsitian Eriksen u anke lill-players Daniżi f'mument daqshekk diffiċli. C Christian Eriksen ikkollassa lbieraħ waqt l-ewwel partita minn Grupp B kontra l-Finlandja fejn kellu jittieħed l-isptar wara li għal xi ħin intilef minn sensieh. Ir-raġuni ta' dan għadha mhix magħrufa uffiċjalment. | [
2,
15
] |
Id-difensur Olandiż Matthijs de Ligt se jkun qed jitlef l-ewwel partita tal-grupp kontra l-Ukrajna hekk kif għadu qed jirkupra minn injury fil-groin. Dan kien konfermat mill-kowċ Frank de Boer fejn qal li għadu kmieni wisq biex jieħdu riskji żejda hekk kif fadal żewġ partiti oħra fil-fażi tal-gruppi. De Ligt tilef ukoll il-partita ta' ħbiberija kontra l-Ġorġja, hekk kif għal din il-kompetizzjoni, l-Olanda se jkunu wkoll mingħajr id-difensur ta' Liverpool Virgil van Dijk. | [
2,
15
] |
L-Italja b'wirja dominanti fuq it-Turkija fi Stadio Olimpico L-Italja rebħu l-ewwel partita tal-Euro 2020 kontra t-Turkija bl-iskor ta' 3-0. L-Italja ddominaw il-partita b'futbol offensiv u meritatament kisbu l-ewwel tliet punti. Fl-ewwel taqsima l-Italja kienu l-aħjar tim fejn ħolqu diversi opportunitajiet ta' skor fosthom daqqa ta' ras mid-difensur Giorgio Chiellini, li kienet salvata tajjeb mill-goalkeeper Tork Ugurcan Cakir. L-Italja kellhom ukoll xi azzjonijiet fejn appellaw għall-penalty, bir-referee jxejjen dawn l-appelli u jħalli l-logħob għaddej. It-Turkija ftit li xejn kienu perikolużi, bl-ewwel taqsima tintemm fi skor ta' 0-0. Fit-tieni taqsima l-Italja ħarġu aktar aggressivi biex jsibu l-gowl u proprju fit-54 minuta huma marru fil-vantaġġ meta minn cross ta' Domenico Berardi, Merih Demiral tefa' fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Din kienet l-ewwel darba fl-sitorja tal-Euro li l-ewwel gowl kien skorjat minn plejer fil-lasta tiegħu stess. L-Italja rdoppjaw fil-65 minutameta x-xutt ta' Domenico Berardi kien salvat tajjeb mill-goalkeeper, biex mit-tieni tentattiv Ciro Immobile tefa' ġewwa għal 2-0. It-tim immexxi minn Roberto Mancini għamluhom tlieta fid-79 minuta meta wara szzjoni maħduma tajba, Lorenzo Insigne kkonkluda ġewwa għal skor finali ta' 3-0. | [
15
] |
Ftit tal-minuti ilu saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Euro 2020 bis-sehem fost l-oħrajn tat-tenur ta' fama internazzjonali Andrea Bocelli, kif ukoll korjografija awdjo-viżiva tal-kanzunetta uffiċjali tal-Euro 2020 'We Are The People', ta' Bono. | [
15
] |
Fl-ewwel messaġġ minn meta sofra attakk tal-qalb waqt il-partita kontra l-Finlandja, Christian Eriksen irringrazzja li kull min għaddielu messaġġi ta' kuraġġ f'dan il-mument tant diffiċli. Eriksen fil-messaġġ fuq Instagram, qal li fiċ-ċirkostanzi jinsab f'kundizzjoni tajba, għalkemm għadu jrid jsirulu aktar testijiet mediċi. Huwa tenna li se jkun qed jagħti s-sapport tiegħu lit-tim Daniż għaż-żewġ partiti li jmisshom. Eriksen ikkollassa b'attakk tal-qalb waqt il-partita kontra l-Finlandja ta' nhar is-Sibt li għadda, fejn saritlu 13-il minuta ta' CPR, qabel ittieħed l-isptar f'Kopenhagen f'kundizzjoni stabbli. | [
15
] |
Charles Camenzuli Tista' tkun plejer tajjeb , u tagħmel x'tagħmel se tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni għax fl-istess waqt tkun tajjeb u popolari jirrendi l-flus. Madankollu li tkun arroganti u kontra l-etika tas-sistema ma jinżilx tajjeb ma' min għandu palat fin. Fil-ġranet ilu kien hemm każijiet klassiċi kważi identiċi. Figuri pubbliċi li jisimhom Cristiano Ronaldo , Paul Pogba u Manuel Locatelli meta ndirizzaw lil ġurnalisti għoġobhom jiġġezzjonaw għal flixkun ta' xarba popolari u għal flixkun tal-birra li kien quddiemhom. Ir-raġuni sempliċi. Basta li wieħed imur kontra r-regola. Għax jekk id-ditta tal-flixken b'rabta mal-finanzjament tal-isport x'aktarx ma tgħamilx parti mill-isponsors tal-istess plejers, riedu li jmorru kontra r-regola. U hemm kien l-iżball. In-nuqqas ta' etika u rispett lejn min jiffinanzja biex l-istess plejers wara kollox ikabbru l-profil tagħhom. L-imġieba ta' Ronaldo wasslet biex id-ditta konċernata b'dak l-aġir tilfet 4 biljun dollaru . Tkellmu Harry Kane u Gareth Southgate li t-tnejn għamlu riferenza li permezz ta' dawn id-ditti jistgħu jitwettqu proġetti u jkunu żviluppati ċentri ta' taħriġ għal plejers żgħażagħ. Ingħaqad l-istess President tal-UEFA Aleksandr Ceferin bi kliem iebes għall-atteġġjament ta' CR7 & Co. Għal kuntrarju wara li Pogba' neħħa l-flixkun tal-birra u poġġiħ taħt il-mejda, id-ditta konċernata rat żieda ta' 1.65% fl-isħma tagħha b' 1.1 biljun dollaru. B'mod informali Romelo Lukaku talab lid-ditta tax-xarba biex tikkuntattja ditta li tieħu ħsieb l-immaġini tiegħu ,bil-kowċ Belgjan Roberto Martinez għoġbitu l-idea tal-flixkun iżda l-aqwa jibqa' Stanislav Cherchesov – kowċ tar-Russja li qabad il-fliexken.Tapp ma tapp, fetaħ wieħed u beda jixrob. Wara kollox ma kienx flixkun !! | [
2,
15
] |
Il-Gvern bħal donnnu abbanduna l-proġett ta' żvilupp ta' dik li kellha tkun l-ewwel dar kbira għall-anzjani f'Għawdex Sorsi infurmati fis-settur tal-kura tal-anzjani matul dawn il-jiem tkellmu ma' netnews u staqsew x'inhi r-raġuni li l-Gvern bħal donnu li abbanduna għal kollox ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta' bini ta' dar għall-anzjani f'Għajnsielem, Għawdex. Sa issa l-Gvern nefaq eluf kbar ta' flus fuq sit bil-wiegħda li jiżviluppa dar għall-anzjani f'Għajnsielem u sa kien ukoll taha isem… 'Dar San Ġużepp'. Iżda sal-lum u minkejja l-ħafna wegħdiet u kliem fieragħ tal-Gvern, din id-dar għadha fi stat ta' ġebel u saqaf u ma laqgħet fiha lill-ebda anzjan Għawdxi. Is-sorsi li tkellmu ma' netnews qalulna li kien ftit wara r-rebħa elettorali tal-2013 li l-Gvern kien kera mill-privat art f'zona prominenti f'Għajnsielem bil-wiegħda li jiżviluppa dar kbira għall-anzjani. Dakinhar il-Gvern Laburista kien qal li din kellha tkun l-ewwel dar kbira għall-anzjani f'Għawdex. Minkejja kollox u minkejja l-ħafna entużjażmu tal-bidu, dak il-proġett waqaf ħesrem u issa ilu qatigħ minn meta sar l-aħħar xogħlijiet fuqu bl-anzjani Għawdxin jibqgħu jittewbu għal dik li kellha tkun l-ewwel dar kbira tal-anzjani immirata għalihom. Dawk kollha li jżuru Għawdex jistgħu jaraw f'liema stat jinsab dan il-proġett hekk kif wieħed jgħaddi minn biswitu fit-triq prinċiapli li minn Għajnsielem tagħti għar-Rabat. Ix-xogħlijiet issa ilhom sew li twaqqfu ħesrem u kollox jindika li l-Gvern ma għandu l-ebda pjani meta dawn ix-xogħlijiet se jitkomplew u wisq inqas meta dawn ix-xogħlijiet se jkunu finalizzati biex dik li tkellha tkun Dar San Ġużepp f'Għajnsielem tilqa' fiha l-ewwel anzjani Għawdxin. Is-sorsi infurmati li tkellmu ma' il-mument qalulna li l-ftehim oriġinali bejn il-Gvern u l-privat u li allura kien inizjalat fl-2013, kien jaħseb biex tkun żviluppata din il-faċilità bis-servizzi fiha għall-anzjani Għawdxin iżda l-kirja ddum fis-seħħ għal ħmistax-il sena biex imbagħad kollox jgħaddi f'idejn il-proprjetarji oriġinali. Dawk li tkellmu ma' netnews fissrulna li jekk dan il-ftehim kien għal ħmistax-il sena u kien jinkludi wkoll il-perjodu tal-iżvilupp u x-xogħlijiet infrastrutturali, mela sa issa diġà għaddew seba' snin minn meta daħlet fis-seħħ il-kirja… u l-privat fadallu ftit tas-snin oħra biss biex jakkwista lura s-sit! U minn dan kollu l-anzjani Għawdxin ma bbenefikaw assolutament xejn u hu biss il-privat li se jkun akkwista dħul mill-kirja u, sussegwentement, l-iżvilupp li jkun laħaq sar! Tajjeb li jingħad li oriġinarjament dan kien proġett li kellu jilqa' fih xejn inqas minn 140 sodda għall-anzjani Għawdxin. Dan kien proġett li dwaru l-Gvern Laburista kien daqq ħafna trombi, iżda llum jidher li l-Ministru Anton Refalo falla bl-ikrah dwaru. Kulħadd jiftakar il-kliem fil-vojt tiegħu meta f'Diċembru tal-2013 kien ftaħar bil-proġett u kien qal li l-Gvern kien kiseb mill-privat is-sit fejn kellha tkun żviluppata Dar San Ġużepp f'Għajnsielem b'kirja ta' €60,000 fis-sena għal 30 sena. Kien ħabbar ukoll li l-Gvern diġà kien applika għall-permessi biex isir xogħol strutturali ħalli l-binja tibda tintuża fl-iqsar żmien possibbli bħala residenza għall-anzjani! U sal-lum għaddew seba' snin u l-binja vojta kienet… u vojta għadha! Anki l-Ministru Justyne Caruana falliet bl-ikrah dwaru minkejja li f'Marzu tal-2018 kienet żaret il-binja għal skop ta' pubbliċità personali għaliha u ħabbret li "l-proġett tad-dar għall-anzjani ta' San Ġużepp kien ġie aġġorant biex jiżdiedu s-servizzi lil firxa iktar wiesgħa ta' bżonnijiet." Dakinhar kienet qalet li l-Ministeru għal Għawdex kif immexxi minnha kien aġġorna l-pjanti u kiseb il-permessi meħtieġa biex isiru tibdiliet fil-proġett oriġinali biex issa ġiet ukoll inkluża blokka addizjonali ddedikata għall-każijiet ta' dimensja." Biex tassew tkompli titfa' aktar melħ fuq il-ferità, dakinhar Justyne Caruana kienet qalet ukoll li: "il-proġett tad-dar tal-anzjani kien proġett li kien beda fil-leġiżlatura li għaddiet u issa, wara li ġew aġġornati l-pjanti, il-bini mistenni jkun lest fi żmien tliet xhur oħra. Bħalissa qed jiġi finalizzat is-sejħa għall-offerti għat-tkomplija u tmexxija tad-dar!!" Iżda sal-lum komplew igerrbu aktar snin u l-binja vojta kienet… u vojta għadha! Imbagħad Justyne Caruana ttajret minn Ministru għal Għawdex u postha ħadu Clint Camilleri li wkoll falla bl-agħar mod possibbli dwar dan il-proġett għaliex la ma kienx hu li varah, allura qatt m'għamlu tiegħu u tah litteralment il-ġenb biex hekk il-Gvern se jkun nefaq eluf kbar ta' ewro fix-xejn… possibbilment il-miljuni… li minnhom se jgawdi biss il-privat meta s-sit jintradd lura għandu fl-2028. Ta' kundanna akbar għall-kredibbiltà tal-istess Ministru Clint Camilleri hi d-dikjarazzjoni li għamel fi Frar li għadda meta fil-Parlament għal Mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar, qal li din id-dar għall-anzjani kellha tirċievi l-ewwel residenti tagħha sa tmiem din is-sena! Kien żied jgħid fil-Parlament li din id-dar għall-anzjani fil-fatt kellha l-kapaċità li tilqa' fiha 119-il persuna li jidħlu f'din id-dar tal-anzjani bl-iskop li jirċievu servizzi fit-tul. Minn dakinhar ta' dan id-diskors sal-ġurnata tal-lum fil-binja li kellha tkun żviluppata f'Dar San Ġużepp f'Għajnsielem ma sar assolutament xejn u jew il-Ministru Clint Camilleri ried jgħaddi ż-żmien bil-Kamra, jew ma kienx infurmat tajjeb dwar dak li qed jiġri… jew qed jgħix f'realtà oħra bl-għan li jipprova jidħak bl-anzjani Għawdxin. Is-sorsi li tkellmu ma' netnews żiedu li hi tassew ħasra li dan il-proġett, mifrux fuq tliet sulari u b'veduti mill-aqwa ta' Forti Chambray u tax-Xatt l-Aħmar f'Għawdex ġie litteralment abbandunat mill-Gvern u l-anzjani Għawdxin ma bbenefikaw xejn minnu. Kollox jindika li l-aħħar żviluppi fil-konfront tal-bini ta' dan il-proġett seħħew madwar sena ilu meta l-Gvern kien ħareġ sejħa għall-offerti biex isiru xogħlijiet ta' rfinitura tal-proġett mibni, l-istallazzjoni tal-għamara u l-apparat kollu li hu meħtieġ għal dar tal-anzjani u għat-tmexxija ta' kuljum tal-istess dar tal-anzjani. Iżda anki hawnhekk kollox jindika li ma sar xejn konkret biex dik is-sejħa għall-offerti tiddaħħal fis-seħħ u dan il-proġett abbandunat jitkompla, ikun finalizzat u jingħata l-ħajja. Dwar dik is-sejħa għall-offerti il-mument hi infurmata li kienu ġew sottomessi erba' offerti bl-offerti jvarjaw bejn it-€28 miljun u t-€38 miljun. Dan kollu biex ikopri biss il-perjodu ta' seba' snin li fadallu fis-seħħ dan il-kuntratt qabel mas-sit jintradd mill-ġdid għand is-sidien privati tiegħu. | [
8
] |
L-ammont tal-imwiet relatati mal-Covid-19 qabżu n-nofs miljun (500,000) fil-Brażil u li hu t-tieni l-ogħla numru ta' fatalitajiet għal pajjiż wieħed fid-dinja. Sadanittant, l-esperti qed jgħidu li l-pandemija kapaċi tirranka b'konsegwenzi jerġa' aktar diżastrużi għal pajjiżi bħall-Brażil fejn il-programmi tat-tilqim jinsabu għaddejjin b'mod kajman. Hu minnu li l-virus qed ikompli jinfirex b'rata allarmanti fil-Brażil meta l-President Brażiljan, Jair Bolsonaro, qed jirrifjuta li jappoġġja miżuri bħall-ħarsien tad-distanzi soċjali. Kelliema għall-istitut tas-saħħa Fiocruz qalu li s-sitwazzjoni fil-Brażil hi waħda kritika meta, għalissa, 15 fil-mija biss tal-adulti Brażiljani ngħataw it-tilqima kontra l-Covid. Dan ukoll meta l-Kungress tal-Brażil qed jinvestiga l-mod kif il-Gvern Brażiljan ħa ħsieb iċ-ċirkultazzjoni tal-virus fil-pajjiż sallum. Il-President Bolsonaro, fost oħrajn, qed ikun ikkritikat bil-kbir talli ma implimentax sistema ta' reazzjoni koordinata fuq bażi nazzjonali. Fl-istess ħin, Bolsonaro qed ikun ikkundannat għall-atteġġjament xettiku tiegħu rigward il-vaċċini kontra l-coronavirus u (anki) dwar in-nuqqas tal-lockdowns fil-Brażil. Bolsonaro anki qed jaqla' kritika talli oppona dejjem għad-direttivi lin-nies biex jilbsu l-maskli tal-wiċċ. Il-President tal-Brażil tenna li l-impatt tal-lockdowns għall-ekonomija tal-Brażil 'għandu jkun agħar mil-impatt tal-virus' u, fl-istess ħin, insista li hu għamel kulma seta' biex jixtri l-vaċċini mingħand pajjiżi oħrajn. Madankollu l-Oppożizzjoni fil-Brażil akkużat lill-President b'li żamm lura l-ordnijiet tal-vaċċini għal raġunijiet personali, waqt li hu, kemm-il darba pprova jimminimizza s-severità tal-pandemija. Intant, il-pandemija fil-Brażil qed tkun xprunata mill-varjanti aktar trasmissibbli tal-virus – fosthom il-varjant li kien identifikat għall-ewwel darba fir-reġjun tal-Amazon u li llum hu mlaqqam bħala 'Gamma'. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħa kienu identifikati medja ta' 70,000 każi ġodda tal-varjant kuljum fil-Brażil. Għaldaqstant, il-kelliema għal Fiocruz qalu li l-Brażil qed jiffaċċja xenarju kritiku ta' trasmissjoni tal-varjanti qalb il-komunitjiet, fost il-possibbiltà li s-sitwazzjoni taqleb għall-agħar fil-ġimgħat li ġejjin u meta l-pajjiż qed iħejji għax-xitwa. Il-pazjenti morda bil-Covid qed jokkupaw 'il fuq minn 80 fil-mija tas-sodod fit-taqsimiet għall-kura intensiva tal-isptarijiet fil-parti kbira tal-Istati Brażiljani. L-esperti, fl-istess ħin, qed iwissu dwar spinta ġdida ta' infezzjonijiet bil-Covid 'aktar ma tidħol ix-xitwa'. Min-naħa tiegħu, il-Ministru tas-Saħħa Brażiljan, Marcelo Queiroga, esprima solidarjetà 'mal-missirijiet, l-ommijiet, il-ħbieb u l-qraba' ta' dawk kollha li mietu b'riżultat tal-Covid.' Hu, intant, sellem lill-memorja 'tal-500,000 li tilfu ħajjithom b'kaġun tal-pandemija li qed taffettwa lill-Brażil u lid-dinja'. Dan meta l-Istati Uniti biss irrappurtat aktar imwiet relatati għall-Covid mill-Brażil u meta sallum għadha l-aktar pajjiż li ġarrab vittmi mill-pandemija minn fost il-pajjiżi kollha tad-dinja. | [
10
] |
Il-Prim Ministru ġdid ta' Iżrael, Naftali Bennett, qal li l-komunità internazzjonali għandha 'tiftaħ għajnejha' għat-theddida akbar mill-Iran wara li l-pajjiż eleġġa lil Ebrahim Raisi, konservattiv u 'Iżlamiku fanatiku', bħala President ġdid minflok il-moderat Hassan Rouhani. Bennett sostna li 'ir-reġim brutali f'Tehran' qed jaħseb dejjem fil-produzzjoni tal-armamenti nukleari u li d-dinja għandha tkun dejjem konxja minn dan il-periklu, minkejja li l-Iran ilu jiċħad li għandu l-ambizzjonijiet aggressivi. Ebrahim Raisi, fi tmiem il-ġimgħa, kien iddikjarat rebbieħ tal-elezzjoni Presidenzjali tal-Iran u 'il quddiem mistenni jintroduċi stil ta' amministrazzjoni aktar riġida u inflessibbli li ma tippermettix għal riforma. Raisi, sa ftit ilu, kien l-Imħallef ewlieni tal-Iran u ilu magħruf għall-fehmiet u opinjonijiet ultra-konservattivi tiegħu….Opinjonijiet li jirriflettu l-ħsieb politiku tal-Ayatollah Ali Khamenei, li hu l-Mexxej Suprem tal-pajjiż fundamentalista. Intant, Raisi qed iwiegħed biex 'isaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-Gvern' u li jkun 'Mexxej denju għall-pajjiż kollu'. Fl-ewwel stqarrija tiegħu wara r-rebħa, il-President Iranjan ġdid tenna li se jinsisti għal 'Gvern rivoluzzjonarju li jaħdem dejjem fl-interessi tal-poplu u li ma jippermetti l-ebda forma ta' korruzzjoni'. Madankollu l-indikazzjonijiet huma li l- establishmen t Iżlamiku f'Tehran għamel minn kollox biex l-elezzjoni tkun 'imxaqilba' favur Raisi, li se jkun inawgurat uffiċjalment bħala l-President Iranjan f'Awwissu. Ebrahim Raisi, intant, jinsab fil-mira tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u għandu wkoll konnessjoni mal-esekuzzjonijiet ta' priġunieri politiċi li saru fil-passat, fl-Iran. Min-naħa tiegħu, Naftali Bennett, waqt laqgħa tal-Kabinett Iżraeljan, qal li 'id-dinja qatt ma għandha tippermetti li reġim perikoluż bħal tal-Iran jikseb l-armamenti għall-qerda tal-massa.' Dan meta fl-aħħar ġimgħat reġgħu rrankaw l-ostilitajiet bejn Iżrael u l-Iran li huma avversarji sal-mewt u li s'issa rnexxielhom jevitaw konflitt militari totali fuq il-fronti kollha. Sadanittant, il-programm nukleari tal-Iran jibqa' l-aktar sors ta' tensjoni, b'Iżrael jinsab konvint li l-Istat Iżlamiku 'qed jirranka l-ħidma lejn arma atomika li biha jista' jhedded lir-reġjun kollu'. | [
10
] |
Il-poplu tal-Armenja qed jivvota f'elezzjonijiet bikrija għall-Parlament li sejjaħ il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, fi żmien delikat għal pajjiżu. Pashinyan qed jipprova jtaffi d-diżgwid fost il-poplu wara l-gwerra diżastruża mal-Ażerbajġan u meta hu irid iġedded il-mandat tat-tmexxija u jkompli bir-riformi fil-pajjiż. Il-Prim Ministru, intant, tilef ħafna mill-appell tiegħu wara li l-militar Armen spiċċa umiljat fil-battalji tas-sena l-oħra mal-qawwiet Ażeri u li kienu jinvolvu r-reġjun separatista ta' Nagorno-Karabakh. Pashinyan, f'din l-elezzjoni, qed jikkonfronta lill-eks President Armen, Robert Kocharyan u l-analisti qalu li diffiċli għalihom biex ibassru r-riżultat tal-vot – bil-kandidati rivali t-tnejn jattiraw il-folol kbar waqt l-aħħar rallies elettorali. L-elezzjoni tal-Armenja anki qed tkun segwita b'interess qawwi mir-Russja, l-Ażerbajġan u t-Turkija – meta t-Torok kienu appoġġjaw lill-Ażeri fl-aħħar gwerra ta' sitt ġimgħat dwar Nagorno-Karabakh. | [
10
] |
Wara li fl-aħħar ġimgħat tkompla l-Kampjonat Nazzjonali tal-Isnooker, minn għada ser tibda l-fażi finali tad-Diviżjonijiet kollha, iġifieri mill-kwarti-finali sal-finali fejn il-partita se jkunu l-aqwa minn 9 frames. L-iskeda tal-logħbiet kollha tal-kwarti-finali tad-Diviżjoni tal-Premier hija hekk kif ġej Għada: Premier : Duncan Bezzina v Frans Mintoff, It-Tlieta 22 ta' Ġunju 2021: Premier : Brian Cini v Alex Borg, L-Erbgħa 23 ta' Ġunju 2021: Premier : Chris Peplow v Joseph Casha: Il-Ħamis 24 ta' Ġunju 2021: Premier : Aaron Busuttil vs Ivan Attard Is-Semi-Finali se isiru nhar l-Erbgħa 30 ta' Ġunju u l-Ħamis 1 ta' Lulju bil-logħbiet jibdew fis-6:15pm bil-Finali issir nhar it-Tnejn 5 ta' Lulju ukoll fis-6:15pm. | [
15
] |
Żewġ partiti u żewġ dros għal Spanja fil-Euro 2020. L-iskwadra taħt it-tmexxija ta' Luis Enrique qed tirriskja serjament li tista' tispiċċa eliminata kmieni aktar milli wieħed kien jistenna minn dan it-turnament Ewropew, jekk ma jkunx hemm bidla fl-attitudni u wisq aktar fil-forma ta' ċertu plejers. Wara r-riżultati u l-presteazzjonijiet deludenti ta' kontra l-Iżvezja u l-Polonja rispettivament, il-media Spanjola qed tmexxi kampanja voċifora, b'kritika diretta fosthom lejn l-attakkant ta' Juventus, Álvaro Morata. Alvaro Morata jfalli wieħed miċ-ċansijiet il-kbar fil-partita tas-Sibt, kontra l-Polonja. "Bil-mod ta' kif qed jilgħab, Morata qed jispiċċa rraqqad il-missierijiet u t-tfal tagħhom meta dawn ikunu qed isegwuħ fl-azzjoni." Fiż-żewġ partiti ta' Spanja f'din l-edizzjoni tal-Euro, Morata kellu kkonkluda seba' darbiet lejn il-lasta avversarja u skorja biss gowl wieħed. Il-plejer ta' 28 sena kien ikkritikat bl-aħrax għaliex falla diversi okkażżjonijiet ta' skor, tant li wieħed mill-ġurnalisti sportivi ewlenin fil-pajjiż, Josep Pedrerol, li jirraporta għall-aktar gażżetta sportiva popolari fi Spanja, Marca, waqt programm televiżiv, ma ddejjaq xejn jgħid li Morata "m'huwiex it-tip ta' plejer li kapaċi jispira lit-tim Spanjol." Il-ġurnalist Spanjol, Josep Pedrerol. Iżda Pedrerol ma waqafx hawn, u kien aktar dirett fil-kritika tiegħu billi saħaq li "Morata ma jistax jilgħab minuta oħra mat-tim nazzjonali Spanjol, għaliex bil-mod ta' kif qed jilgħab qed jispiċċa rraqqad il-missierijiet u t-tfal tagħhom meta dawn ikunu qed isegwuħ fl-azzjoni." Ir-risposta ta' Morata għal dan il-kliem iebes u dirett? "L-approċċ tiegħi hu li nirrispetta kull tip ta' kritika, u naħdem, naħdem u naħdem aktar." L-espressjoni ta' diżappunt f'wiċċ Alvaro Morata għan-numru ta' okkażżjonijiet ta' skor li tilef s'issa fil-Euro 2020. | [
2,
15
] |
Rimonta fit-tieni taqsima tagħti t-tieni rebħa konsekuttiva lil Belġju u kwalifikazzjoni Rimonta fit-tieni taqsima tat rebħa oħra lill-Belġju fi Grupp B meta f'Kopenhagen għelbu lid-Danimarka 2-1. F'partita fejn id-Danimarka wriet l-appoġġ tagħha lil Chrisitian Eriksen li sofra attakk tal-qalb fil-partita kontra l-Finlandja, kienu l-Belġju li minkejja li marru minn taħt wara żewġ minuti dawru l-partita fit-tieni taqsima. Id-Danimarka kellhom bidu mill-aqwa jekk kif wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta wara żball ta' Denayer il-ballun spiċċa f'saqajn Hojbjerg li għadda lejn Poulsen li kkonkluda fil-baxx għal wara Courtois għal 1-0. Dan kien it-tieni l-aktar gowl veloċi li kien skorja fil-Kampjonati Ewropej. Fit-tieni taqsima l-Belġju ħarġu fuq l-offensiva u fil-55 minuta kien Thorgan Hazard li għamel l-iskor indaqs. Il-Belġju dawra l-partita fil-71 minuta permezz ta' gowl tal-midfielder Kevin De Bruyne li kien qed jirritorna fl-iskwadra wara li tilef l-ewwel partita. | [
2,
15
] |
Charles Camenzuli Lil hinn mill-Euro2020 hemm aspett li kiseb l-attenzjoni ta' bosta . L-aspett Black Lives Matter u ġest meta plejers jinżlu fuq l-irkoppa xpruna lil bosta għal protesta kontra r-razziżmu. Tali ġest simboliku wassal b'xi partitarji juru li ma jaqblux. .Dawk li jappoġġjaw il-ġest għandhom it-tendenza li jikkummentaw li min ma jgħamilx il-ġest qed jonqos milli jgħati sehemu fil-ġlieda kontra r-razziżmu fl-isport u oltre. Kritiċi jopponu din il-mossa għax iqisuha dikjarazzjoni politika f'post li m'għandux ikollu dimostrazzjonijiet politiċi. Biex titqajjem kuxjenza,qabel Euro2020 l-FA Ingliża kkonfermat li l-plejers kienu se jinżlu fuq l-irkoppa bħala turija ta' solidarjetà mal-kunċett Black Lives Matter. Hemm min iqis li l-plejers għandhom dritt għall-opinjoni tagħhom dwar is-suġġett , u li huma għandhom ukoll id-dritt li jagħżlu jekk jgħamlux il-ġest ta' solidarjeta' qabel il-partita. Eżempju kif il-ġest ġibed l-attenzjoni qabel il-partita Belġju – Russja . Bit-tim Belġjan fuq l-irkoppa kien hemm partitarji li ma qablux. Waħda mill-problemi fundamentali għal dan il-kunċett hija li l-istess partitarji ta' dawk li jinżlu fuq l-irkoppa jridu jirrikonoxxu li sa ċertu punt huwa tabilħaqq ġest politiku. Sakemm dan ma jiġix aċċettat, mhuwiex probabbli li jkun hemm qbil komuni fil-futur qarib. Fatt wkoll li l-ġest bl-ebda mod ma jgħin fil-ġlieda kontra t-theddida attwali tar-razziżmu. Ħadd ma jista' possibilment jargumenta li jekk tinżed fuq l-irkoppa tikkonvinċi r-razzisti attwali li jkollhom bidla fil-qalb u l-ħsieb. F'ċirkostanzi bħal dawn, mhiex sorpriża li l-ġest ġibed ħafna kritika. | [
2,
15
] |
Il-Pulizija fil-Ġermanja qed tfittex raġel armat li qatel mara u raġel fil-punent tal-pajjiż u ħarab mill-post. Ir-raġel spara fuq iż-żewġ persuni fiċ-ċentru ta' raħal f'Eskelkamp. Il-vittmi inqatlu wieħed f'residenza u l-ieħor barra l-istess residenza. Sa issa l-Pulizija qed jeskludu li dan kien att terroristiku. Skont il-media tal-Ġermanja, commandoes speċjali tal-Pulizija kienu fil-post tar-reat. | [
10
] |
Claudio Grech, PN Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex tinħoloq faċilità partikolari għaż-żgħażagħ li jkollhom problemi ta' droga biex jirriabilitaw minn din il-problema. Dalgħodu fil-parlament Claudio Grech qal li l-prinċipju hu d-droga tagħmel il-ħsara u li s-soċjetà għandha tipproteġi lill-persuni vulnerabbli. Hu sostna li hu pożittiv li l-persuni li jieħdu d-droga mhux bilfors jispiċċaw imorru l-ħabs; għandha ssir distinzjoni bejn il-kategoriji differenti li jinqabdu fiċ-ċirku tad-droga. Claudio Grech tkellem dwar l-effetti tad-droga fuq il-persuna u appella biex persuni li kapaċi jikkontribwixxu lejn dawn il-liġijiet jagħtu l-kontribut tagħhom. Min jitraffika u jagħmel qligħ mid-droga m'għandux isib l-għajnuna tal-Istat, sostna Claudio Grech, li kompla l-liġijiet għandhom ikunu konsistenti. Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni 'Save A Life' li għamlet studju flimkien mal-Università ta' Malta dwar l-użu mis-sustanzi miż-żgħażagħ u mit-tfal. Hu semma' d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-familji milquta mill-problema u qal li dawn il-familji jippreferu li wliedhom bil-problema jkunu f'post sigur milli esposti għall-problemi tas-soċjetà. Id-deputat Nazzjonalista qal li meta dawn il-persuni jitressqu l-qorti u jispiċċaw il-ħabs inkella fl-Isptar Monte Carmeli. Wasal iż-żmien li titwaqqaf faċilità intiża għal dawn il-każi biex dawn il-persuni jkollhom l-ambjent neċesarji għar-riabilitazzjoni tagħhom. Claudio Grech kompla li dawn il-persuni jkunu fi stat ta' disperazzjoni u spjega kif dawn il-faċilitajiet għandhom isiru mal-NGOs involuti. Lil dawn il-persuni rridu nuruhom li s-soċjetà jimportaha minnhom, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan iwassal għal-liġijiet ħafna aħjar. | [
12
] |
Fit-tieni partita minn Grupp B tal-Copa America, il-Brażil kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva hekk kif għelbu lil Peru 4-0. Alex Sandro fetaħ l-iskor għall-Brażil wara 12-il minuta. Fit-tieni taqsima, l-Brażil skorjaw tliet darbiet oħra, l-ewwel kien Neymar li għamilhom 2-0 fit-68 minuta biex mbgħad kien Everton Ribeiro li għamilhom 3-0 fid-89 minuta. Lejn it-tmiem, kien Richarlison li għamel l-iskor finali 4-0. F'partita oħra, mill-istess grupp, l-Kolumbja u l-Venezwela temmew fi draw ta' mingħajr gowls. Il-Kolumbja temmew ukoll il-partita bi player anqas hekk kif lejn it-tmiem tkeċċa Luis Diaz. Ilbieraħ: Grupp B: Kolumbja v Venezwela 0-0 Illum: Grupp B: Brażil v Peru 4-0 Grupp A: Ċile v Bolivja 11.00pm Għada: Grupp A: Arpentina v Urugwaj 2.00am Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
Żagħżugħ ta' 28 sena minn Ħal Tarxien inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li fis-27 ta' Novembru li għadda seraq apparat elettroniku li jinkludi lap top u diversi mobajls għad-dannu ta' persuni li joqgħodu fl-istess blokka fejn huwa jgħix. Wayne Camilleri li joqgħod fl-appartament nunru ħamsa tal-blokka ġie mixli huwa sgassa l-appartament numru erba' tal-blokka fejn huwa joqgħod u minn hemm l-oġġetti li l-valur tagħhom huwa ta' 4,200 ewro. Camilleri li tressaq mill-Ispetturi Sarah Kathleen Zerafa u Mario Xiberras wieġeb mhux ħati fejn ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq każ ieħor. L-Avukat Yanika Bugeja għamlet talba għal ħelsien mill-arrest tal-akkużat li sabet oġġezzjoni qawwija minn naħa tal-Prosekuzzjoni minħabba l-vittmi għad iridu jixhdu fil-każ u li dawn huma ġirien tiegħu. Ingħad ukoll mill-uffiċjali tal-Pulizija li l-fedina penali tiegħu hija waħda kkulurita minħabba li fil-passat kien instab ħati fuq reati oħra ta' serq, u dan għal erba' darbiet oħra. Id-difiża qalet li l-imputat għadu meqjus bħala nnoċenti sakemm huwa jinstab ħati, u hawn qed nitkellmu fuq każ li jmur lura għas-sena 2020. L-Avukat Bugeja qalet ukoll li Camilleri għandu impieg full time u jista' jitlef l-impieg tiegħu jekk jinżamm il-ħabs. Qalet li sa ftit xhur ilu kellu problema ta' droga u għamel programm li rnexxa u jekk jispiċċa l-ħabs aktar issir ħsara milli ġid. L-Avukat qalet ukoll li huwa għandu indirizz ieħor u għalhekk mhux se jkun hemm problemi li jgħix fl-istess blokka tal-allegati vittmi. Finalment qalet li jekk huwa jikser il-kundizjoni mposti mill-Qorti f'każ li jingħata l-pleġġ il-problema għalih se titrippla, għax irid jobdi għal dak li tgħidlu l-Qorti. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke wara li rat l-akkużi li bihom qed jiġi mixli l-imputat u qieset il-biża ta' kontaminazzjoni tal-provi u fid-dawl tal-karattru u l-fedina penali tiegħu, teżisti wkoll il-biża li jikkommetti reati oħra u ma joqgħodx għall-kundizzjonijiet, kieku huwa kellu jingħata l-ħelsien mill-arrest, il-Qorti għaldaqstant ċaħdet it-talba. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Sarah Kathleen Zerafa u Mario Xiberras. | [
0
] |
Il-UEFA talbet lit-timijet u l-plejers li qed jipparteċipaw fil-Euro 2020 biex ma jċaqalqux il-fliexken tal-isponsors li jkunu quddiemhom waqt li jindirizzaw lill-media. Dan wara l-kontroversji ta' Cristiano Ronaldo, Paul Pogba u Manuel Locatelli, fsot oħrajn, fejn wara Ronaldo, dawn il-plejers neħħew l-fliexken tal-isponsors tal-Euro 2020 minn quddiemhom waqt li indirizzaw lil media. Bil-kontra ta' li għamlu Ronaldo u Pogba, il-plejer Ukren Andriy Yarmolenko u l-coach Russu Stanislav Cherchesov, taw prominenza lil dawn il-fliexken matul l-indirizz tagħhom lill-media wara l-partita ta' lbieraħ. | [
2,
15
] |
Ġew ikkonfermati d-dati ta' meta t-timijiet Maltin, jiġifieri Hibernians, Gżira United, Birkirkara u Mosta se jkunu qed jilagħbu fil-kompetizzjonijiet Ewropej li se jibdew ix-xahar li ġej. Il-partiti kollha tat-timijiet Maltin se jkunu qed jintlagħbu fis-Centenary Stadium. Il-partiti tat-timijiet Maltin huma: 6 ta' Lulju: Mosta v Spartak Trnava, Flora Tallinn v Hibernians 8 ta' Lulju: Birkirkara v La Fiorita 1967, UE Sant Julia v Gżira United, 13 ta' Lulju: Hibernians v Flora Talinn, 15 ta' Lulju: Gżira United v UE Sant Julia, Spartak Trnava v Mosta, La Fiorita 1967 v Birkirkara Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
Konfermata: Ix-xogħol li kellu jsir fit-tliet sptarijiet, dak ta' San Luqa, Karin Grech u anke l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mhux talli baqa' ma sar xejn bil-poplu jħallas il-miljuni għal żvilupp li kellu jsir, talli applikazzjonijiet għall-permessi kemm għall-kostruzzjoni kif ukoll għal skavar fuq xogħolijiet li kellhom isiru skadew. Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale kompliet il-kawża li qed issir mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta' Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta' tliet sptarijiet pubbliċi u dan biex jerġgħu jaqgħu f'idejn il-poplu Malti. Marthese Debono rappreżenatata mill-Awtorità tal-Ippjanar li kellha tagħmel diversi verifiki fejn ġabet id-dokumenti relattivi dwar dan ikkonfermat dak li bdew jistaqsu l-istess Adrian Delia u l-Avukat tiegħu Edward Debono fejn ħafna mill-"Commencment Notices" ippreżentat fuq l-Isptar San Luqa u anke l-Isptar Ġenerali t'Għawdex baqgħu fuq l-ixkaffa. Isemma' fost oħrajn permess ta' xogħolijiiet tal-15 ta' Ottubru 2016 fejn suppost kellhom jiubdew ix-xogħolijiet, bl-avukat Adrian Delia jistaqsi fuq permessi biex jibda x-xogħol ta tal-bini u tat-tħaffir u tħammil. Ħareġ li ċerta permessio huma validi għal ħames snin. L-Avukat Debono qal ukoll li iskadaenzi fuq permess tal-24 ta' Mejju 2016 u hawn ukoll ma sar ebda skavar. Il-permess ħareġ fl-24 ta' Mejju tal-2016. Permess ieħor jagħlaq fl-14 ta'Settembru li ġej u sa issa ma sar xejn. Filwaqt li għall-isptar San Luqa ix-xogħol kellu jsir minn kuntrattur Malti dak ta' Għawdex kellu jsir minn kuntrattur Indjan. Debono qalet li hemm permessi oħra li għadhom pendendenti għal xogħolijiet urġenti fl-isptar ta' Għawdex u ieħor relatat fuq permess applikazzjoni li għadha mhijiex kompluta u ma hemmx permess fuqha. Din hija applikazzjoni ta' Stewart fejn teżisti wkoll korrispondenza tal-Awrorita tal-Ippjanar tas-6 ta' Mejju 2020 tal-affaijiet li għandhom isiru. Fid-9 ta' Frar, 2017 teżisti koorispindenza oħra bl-awtorita ma jkollha l-ebdarispost. Jeżisitu wkoll dawk ,li jissejħu Deveolpment Notification Order (DNO). Din hija applikazzjoni ta' permess fejn mhemmx "Commencment Notice" u għadu ma beda xejn u laffarijiet mhux se jsiru, permess il-permess hekk imsejjaħ DNO ikun validu biss għal sena u dan skada. Fuq domanda ta' Adrian Delia jekk fuq permessi ta' dawn in-natura jekk il-proċedua hijiex li jmur xi ħadd 'on site' biex jara hux qed isir ix-xogħol, ebonoi wieġbet fl-affermattiv. Issemma wkoll il-fatt li numru ta' permessi li għadhom qed jiġu segwiti. Delia minn naħa tiegħu qal li huwa żgur hu li ma sar l-ebda progress f'xogħlijiet infrastrutturali fi tliet sptarijiet privatizzati mill-2017, fejn xi permessi ta' żvilupp issa skadew u oħrajn waslu biex jiskadu. Dokumentazzjoni dwar applikazzjonijiet għal xogħlijiet maġġuri fl-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u Għawdex ġiet ippreżentata fil-każ ippreżentat mill-eks Kap tal-PN Adrian Delia, li qed jisfida l-ftehim kontroversjali ta' privatizzazzjoni tal-2015. Delia qed jargumenta li l-konċessjonarju oriġinali, Vitals Global Healthcare, u s-suċċessur tiegħu Steward Healthcare naqsu milli jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali ta 'dak il-ftehim u billi nstabu tragwardi importanti, l-isptarijiet kellhom" jingħataw lura lin-nies. " L-Avukat Debono qal li donnu qed naraw xaqq ta' dawl lejn l-aħħar tal-mina. "Jekk naqblu li l-kostruzzjoni li kellhom isir fi 3 spartijiet a' Malta mhija xejn ħlief ħofra fl-isptar ta Għawdex mhux se nitolbu li jsir aċċess fuq il-post, jekk ma naqblux, nitlob li jsir l-aċċess. L-Avukat tal-Istat qal huwa jrid jiddeċiedi skont il-wording tal-verbal. L-Avukat Debono irrileva illi minkejja l-permessi ta' tħammil u skavar , ħlief għall-parti mill-isptar ta' Għawdex ma ġie skavat u mibni imkien fl-ebda sptar, jekk il-partijiet l-oħra jaqblu li dan huwa fatt ma jkollniex għalfejn nagħmlu aċċess, jekk lenitolbu lill-Qorti biex taċċedi fuq is-siti f'Malta u Għawdex. L-Avukat tal-Istat Chris Soler u l-Avukiat Joseph Camilleri mill-uffiuċċju tiegħu talbu żmien raġonevolio sabiex jagħmlu l-verifiki i tagħhom dwar dak li ġie verbalżżat u fi żmien tliet ġimgħat jippreżentaw nota dwar il-pożizzjoni tagħhom. Il-qorti tathom erba' ġimgħat ċans biex jippreżentaw in-nota bil-każ ikompli għas-27 ta' Settembru li ġej fid-9.00 a.m. Ikkummenta //= $special ?> | [
0
] |
Stephen Spiteri, PN Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex fid-diskusjsoni dwar l-użu tal-kannabis rikreazzjonali, ma jsirux liijiet li joħolqu pjagi ġodda fis-soċjetà. Fil-parlament dalgħodu Stephen Spiteri tkellem dwar l-effetti tad-droga sistentetika fuq iż-żgħażagħ u l-imħuħ tagħhom. Dawn qed ikunu trattati f'Monte Carmeli li jieħu ħsieb spektrum siħiħ ta' saħħa mentali iżda mingħajr sitwazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn il-ħtiġijiet differenti tal-persuni. Hu enfażizza l-importanza tar-riabilitazzjoni u tkellem dwar l-entitajiet u l-NGOs li jieħdu ħsieb dawn il-persuni. Dawn il-persuni mhux posthom fi sptar iżda fi programm li jwassalhom għall-integrazzjoni fis-soċjetà. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu importanti li dawk li jkollhom problemi ta' droga jkunu identifikati minn kmieni beix ma jkunx hemm konsegwenzi iktar gravi fuq l-istess persuna u l-familji tagħhom. Għalhekk il-PN jememn fid-dikriminalizzazzjoni biex dawk li jużaw id-droga ma jmorrux il-ħabs, sostna Stephen Spiteri, li kompla li hemm provi ċari fil-mediċina li bl-użu eċċessiv tal-kannabis issir ħsara. Għalhekk jeħtieġ diskussjonijiet mal-partijiet kollha biex jinstab bilanċ. Il-PN diġà ivvota favur l-użu mediċinali tal-kannabis u għad-dekriminalizzazzjoni ta' dawk li jinqabdu b'ammonti żgħar ta' kannabis iżda jrid ikun serju meta jiddiskuti livelli oħra ta' din id-droga. Stephen Spiteri kompla li s-sustanzi li jagħmlu ħsara u għalhekk m'għandhomx isiru liġijiet li joħolqu pjagi ġodda fis-soċjetà. Hu tratta l-alkoħol u t-tabakk u qal li dawn joħolqu ħsara kbira mill-aspett mediku fuq il-persuni li jabbużaw. Jeħtieġ li l-politiċi jisimgħu minn dawk li qed jagħtu l-parir ġenwini; fuq kollox l-esperti li għandhom ix-xjenza tikkonferma l-pożizzjoni tagħhom, sostna Stephen Spiteri Ikkummenta //= $special ?> | [
12
] |
Il-Maġistrat li qed tisma' l-kumpilazzjoni tal-provi kontra n-negozjant akkużat li kien wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ordnat biex il-Qorti tkun infurmata jekk il-laptops u l-'hard drives' tal-ġurnalista maqtula, li ma nstabux mill-Pulizija xi darba jiġu traċċati. Il-Maġistrat Rachel Montebello ħarġet digriet wara talba mit-tim legali ta' Yorgen Fenech li talbu lill-Qorti tordna l-esibizzjoni ta' żewġ laptops u tliet hard drives li jappartjenu lil Caruana Galizia. Il-Qorti qalet li hija tal-fehma li l-apparat elettroniku mitlub mid-difiża effettivament ma kienx disponibbli biex jiġi esebit fl-atti tal-kumpilazzjoni tal-provi f'dan l-istadju. Minkejja mill-inqas żewġ talbiet oħra mill-Pulizija lill-Maġistrat Inkwirenti għall-qbid u l-preservazzjoni tal-apparat waqt l-inkjesta maġisterjali, dan ma kienx sar. Dan ma kienx minħabba xi nuqqasijiet mill-pulizija, saħqet il-Maġistrat. Peress li l-ordni mitluba mill-akkużat ma setgħetx tingħata f'dan l-istadju, u minħabba li kien evidenti li t-tagħmir ma kienx fil-pussess tal-pulizija u lanqas ma ġie maqbud u ppreservat bħala evidenza fl-inkjesta maġisterjali. Il-Qorti tal-Maġistrati qalet li tista' biss tordna li kieku l-apparat kellu jiġi fil-pussess tal-pulizija, dan il-fatt għandu jinġieb għall-attenzjoni tagħha mill-ewwel minħabba l-importanza tiegħu. It-talba saret mill-Avukati ta' Yorgen Fenech, li huma Marion Camilleri, Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran. | [
0
] |
L-Iżvezja aktar viċin il-kwalifikazzjoni b'rebħa mportanti fuq l-Islovakkja Fl-ewwel taqsima il-logħob kien bilanċjat bl-Iżvezja jkunu xi ftit aktar perikolużi mill-avversarji. Minkejja dan l-ebda tim ma rnexxielu jiftaħ l-iskor. Fit-tieni taqsima l-Iżvezja ħarġu aktar perikolużi, fejn il-goalkeepr Slovakk kellu jsalva konklużjoni ta' Ludwig Augustinsson, b'daqqa' ta' ras ta' Marcus Danielson tgħaddi ftit barra. Biex l-Iżvezja marru fil-vantaġġ fis-77 minuta meta Martin Dubravka waqqa lil Martin Quaison fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru nkariga ruħu Emil Forsberg li kkonkluda ġewwa għal 1-0. L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Iżvezja u s-Slovakkja huma dawn : Żvezja : R.Olsen, M.Lustig, V.Lindelof, M.Danielson, L.Augestinsson, K.Olsson, A.Ekdal, S.Larsson, E.Forsberg, M.Berg, A.Isak Slovakkja : M.Dubravka, P.Pekarik, L.Satka, M.Skriniar, T.Hubocan, P.Hrosovsky, J.Kucka, M.Koscelnik, M.Hamsik, R.Mak, O.Duda Referee : D.Slebert Assistenti Referees : J.Seidel, R.Foltyn Ikkummenta //= $special ?> | [
2,
15
] |
Is-sewwieq ta' Red Bull Max Verstappen għeleb l-isfida tas-sewwieqa ta' Mercedes għat-tieni Grand Prix konsekuttiv u se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta' Franza. Fit-tieni u fit-tielet post se jibdew is-sewwieqa ta' Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ta' Red Bull Sergio Perez se jkun qed jibda fir-raba' post. Iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Carlos Sainz u Charles Leclerc se jkunu qed jibdew mill-ħames u mis-seba' post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly se jkun qed jibda fis-sitt post. Lando Norris se jibda mit-tmien pożizzjoni u se jkun segwit minn Fernando Alonso u Daniel Ricciardo li se jibdew mid-disa' u mill-għaxar post rispettivament. A. Giovinazzi, 14. | [
15
] |
Hekk kif aktar ma jgħaddi żmien, aktar nies qed japprezzaw l-impenn tal-Partit Nazzjonalista biex is-saħħa mentali tkun elevata għall-eċċellenza, il-Gvern ta' Robert Abela qed ikun reattiv biex jipprova jagħti x'jifhem li qed jagħmel xi ħaġa ħalli jindirizza dawn l-isfidi. Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma' NET News qalu li, wara li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-proposti tiegħu dwar dan is-settur – proposti li żammew fiċ-ċentru tagħhom lill-pazjenti u lill-qraba taghom – id-Deputat Laburista Silvio Grixti ntalab minn Kastilja biex isejjaħ laqgħa ta' malajr tal-Kumitat Parlamentari Permanenti tas-Saħħa, li hu jmexxi. Mill-informazzjoni li għandu NET News jirriżulta li Grixti sejjaħ il-laqgħa għal xi ġurnata l-ġimgħa d-dieħla u inkluda speċifikament fuq l-aġenda rapport li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali kien ikkonkluda f'Novembru li għadda, jiġifieri seba' xhur ilu. Is-sorsi li tkellmu magħna spjegaw li dan il-pass sar b'reazzjoni għall-proattività tal-Partit Nazzjonalista, li permezz tal-clusters, qed jippreżenta għadd ta' proposti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. | [
8
] |
Kmieni dalgħod tħabbret il-mewt ta' Gianpiero Boniperti, President Onorarju ta' Juventus. Boniperti miet fl-età ta' 92. Hu kien ukoll player ta' Juventus qabel ma sar ukoll diriġent tal-istess klabb aktar tard. Ma' Juventus hu rebaħ 5 Kampjonati u darbtejn il-Coppa Italia fejn flimkien ma' John Charles u Omar Sivori ffurmaw dak li jibqa' mfakkar bħala 'Trio Magico' fl-attakk ta' Juventus. Mat-tim nazzjonali Boniperti lagħab 38 partita fejn skorja 8 gowls. Wara l-karriera tiegħu bħala player, Boniperti għamel 29 sena bħala Direttur u President ta' Juventus fejn fost l-oħrajn irnexxielu jikseb il-firma ta' Alessandro Del Piero. Fil-perjodu fejn okkupa dan l-irwol, Juventus rebħu 11-il darba s-Serie A, erba' darbiet il-Coppa Italia, darba l-UEFA Champions League, darbtejn il-UEFA Cup kif ukoll darba t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs. | [
15
] |
Waqt l-indirizz lill-media qabel il-partita ta' għada kontra d-Danimarka, l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku qal li l-Belġju se jkunu qed jarmu l-ballun barra fl-10 minuta tal-partita, bħala turija ta' rispett u sapport lejn Christian Eriksen, segwita minn minuta ta' applaws. Eriksen, li mad-Danimarka jilgħab bin-numru 10, sofra attakk tal-qalb fil-partita kontra l-Finlandja, fejn kellu bżonn is-CPR biex reġa' ġie f'kundizzjoni stabbli, fejn wara ttieħed l-isptar. Sadanittant, ilbieraħ, Eriksen tefa' messaġġ ta' ringrazzjament u ta' kuraġġ fuq il-media soċjali tiegħu, fejn rringrazzja li dawk kollha li għinuh f'dan il-mument diffiċli, filwaqt li ta s-sapport tiegħu lit-tim Daniż fil-kumplament ta' din il-kompetizzjoni. | [
2,
15
] |
Il-kandidat tax-xellug, Pedro Castillo, rebaħ l-aktar voti fil-fażi deċiżiva tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-Peru u meta issa – skont l-għadd tal-voti finali – hu rebaħ ftit aktar minn 50 fil-mija tal-voti, jew 44,000 vot aktar mill-isfidanta tal-lemin, Keiko Fujimori. Madankollu, Castillo ma jistax ikun iddikjarat rebbieħ qabel l-awtoritajiet elettorali jtemmu l-ipproċessar ta' diversi sfidi legali li ressqet l-istess Fujimori. Il-kandidat tal-lemin qed tinsisti li Pedro Castillo 'rebaħ l-elezzjoni bis-saħħa ta' frodi u manipulazzjoni' iżda baqgħet ma ssostanzjatx l-allegazzjonijiet bil-provi dettaljati. Sadanittant, l-osservaturi elettorali – fosthom l-Organisation of American States – qalu li ma sabu l-ebda rregolaritajiet fl-elezzjoni tal-Peru, waqt li l-Partit għal Peru Ħieles ta' Castillo ukoll qed jiċħad kategorikament għall-akkużi ta' frodi. Fit-tieni fażi tal-elezzjoni vvutaw 'il fuq minn 18.8 miljun ċittadin tal-Peru u li jammontaw għal 75 fil-mija tal-elettorat. Intant, jistgħu jgħaddu l-ġimgħat sakemm ir-rebħa ta' Castillo tkun iddikjarata uffiċjali, bl-osservaturi jaqblu li jrid jgħaddi żmien mhux ħażin sakemm l-akkużi ta' Fujimori jkunu proċessati bis-sħiħ u l-Peru jiftaħ paġna ġdida. Min-naħa tiegħu, Castillo – eks għalliem tal-iskola u kap ta' union – diġà qed jiċċelebra r-rebħa u qed isejjaħ biex l-awtoritajiet elettorali 'jikkonkludu r-riżultat favur tiegħu filwaqt li jirrispettaw ir-rieda tal-poplu'. | [
10
] |
Bil-proposti tiegħu, il-Partit Nazzjonalista mar fl-għeruq tal-isfidi għal settur important u delikat bħas-saħħa mentali għax jemmen li dan jista' jitjieb biss jekk inħarsu lejh b'mod ħolistiku. Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta mexxa delegazzjoni tal-Partit f'laqgħa ma' delegazzjoni tal-Fondazzjoni Richmond, immexxija mill-Kap Eżekuttiv Stephania Dimech Sant. Bernard Grech faħħar l-impenn tal-Fondazzjoni, li qal li taspira fiduċja u tagħmel ħafna ġid. Fil-fatt, hu anke rringrazzja lill-membri preżenti għar-reazzjonijiet pożittivi li għaddew għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista f'dan is-settur. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla li Gvern ġdid immexxi minnu għandu l-intenzjoni li jagħmel il-ġid, iżda wkoll li jagħti l-opportunità lill-istakeholders kollha fil-qasam tas-saħħa mentali biex jagħmlu aktar ġid. Min-naħa tagħha, Stephania Dimech Sant qalet li hu importanti li l-partiti politiċi jinkludu lil organizzazzjonijiet bħar-Richmond fit-tħejjija tal-politika tagħhom. Dan filwaqt li apprezzat l-importanza li qed tingħata lil dan is-settur. Il-Kap Eżekuttiv tar-Richmond qalet li s-saħħa mentali għandha tkun ikkunsidrata fid-deċiżjonijiet politiċi, bħalma jkunu kkunsidrati s-saħħa fiżika u oħrajn ta' kull persuna. Dan filwaqt li tajjeb inġibu quddiem għajnejna kif l-isfidi tal-ħajja jikkundizzjonaw is-saħħa mentali ta' dak li jkun, bħall-formazzjoni tal-familja, l-impjieg, vjolenza domestika u oħrajn. Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri u l-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali li ġejja Julie Zahra. | [
8
] |
Il-Federazzjoni tal-Futbol Daniża ikkonfermat li wara rakkommandazzjonijiet minn diversi professjonisti, kien deċiż li jitwaħħal pacemaker f'qalb Christian Eriksen, wara l-attakk tal-qalb li sofra nhar is-Sibt li għadda. Eriksen se jkollu bżonn il-pacemaker hekk kif kellu problemi fir-ritmu li bih tħabbat qalbu. Sadanittant, l-istess Federazzjoni qalet ukoll li Eriksen aċċetta li jsirlu dan l-intervent, filwaqt li appellaw lill-pubbliku biex jirrispettaw il-privatezza ta' Eriksen u l-familja tiegħu. Eriksen kellu bżonn madwar 13-il minuta ta' CPR wara li kkollassa fil-partita mill-Euro 2020 kontra l-Fillandja, fejn wara t-testijiet mediċi li sarulu ġie stabbilit li sofra attakk tal-qalb. Għalissa, għadu mhux stabbilit jekk Christian Eriksen hux se jkun qed jirritorna fil-ground anke minħabba dan l-intervent li se jsirlu. Simili għal każ ta' Eriksen, il-plejer tal-Olanda Dailey Blind attwalment jilgħab b'pacemaker ma' qalbu li jsegwi ir-ritmu tal-qalb. Għalkemm Dailey Blind ma kienx sofra attakk tal-qalb, kien stabbilit li għandu infezzjoni fil-muskoli tal-qalb, wara li ħassu stordut waqt partita tal-futbol. | [
15
] |
Joe Ellis, PN Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna li filwaqt li l-Gvern Laburista llum jikkritika bil-qawwi l-iskema ta' razzjonalizzazzjoni tal-2006, fil-fatt il-PL dak iż-żmien ried li tiddaħħal iktar art f'din l-iskema. Fil-parlament dalgħodu Joe Ellis qal li fi tmien snin il-Gvern kellu diversi opportunitajiet biex jirrimedja n-nuqqasijiet li saru taħt Gvern Nazzjonalista. Hu fakkar kif fi żmien Gvern Laburista kien il-ministru li kien japprova l-permess u spjega kif kien Gvern Nazzjonalista li wara sentejn għamel ir-riformi neċessarji. Wara, twaqqfet l-Awtorità tal-Ippjanar u sar Pjan ta' Struttura li fih policies dettaljati dwar kif isir l-iżvilupp fil-pajjiż. Joe Ellis kompla li l-Pjan ta' Struttura ma ssaħħaħx mill-Gvern Laburista iżda kien mibdul mill-ISPED li hu dokument ta' 37 paġna meta qabel id-dokument tal-Pjan Struttura li kien ta' 116 paġna; impossibbli li fi 37 paġna jiddaħħlu l- policies kollha. Hu sostna li l-poplu hu nkwetat bil-mod kif qed jinbidlu l-karattri l-irħula; kien għalhekk li s-sindki Għawdxin tkellmu dwar dak li qed iseħħ. Kienu l- policies ambjentali kienu segwiti ma kienux isiru ċertu binijiet li qed isiru. Joe Ellis qal li kieku kien għall-PL, l-iskemi ta' razzjonalizzazzjoni kienu jkunu ferm ikbar minn dawk li kienu fl-2006 minħabba l ż-żoni li ried il-PL dak iż-żmien biex isiru fabbrikabbli kienu ferm ikbar. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-AP abdikat mir-responsabbiltà tagħha biex tagħmel l-iskema fit-territorji fosthom li tagħmel it-toroq u ħalliet f'idejn il-propjetarji. L-ippjanar ma jsirx hekk, sostna Joe Ellis, li kompla li l-ippjanar għandu jsir skont l-esiġenzi ekonomiċi tal-pajjiż. Il-proċess tal-ippjanar għandu jkun hemm jista' jkun 'il bogħod mill-aspetti politiċi iżda għandu jsir fl-aħjar interessi tal-pajjiż. | [
12
] |
Minn kuntratti dwar il- power station tal-Electrogas jirriżulta li sar kuntratt fażull, bl-għaġġla, mimli żbalji u kontradizzjonijiet biex ma jidhrux il-€1 miljun li kien ingħata Yorgen Fenech. Dawn sostnewh id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina waqt li sessjoni tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi li fiha kompla jixhed Paul Apap Bolgona, li kien assistit mill-Avukat Gianella de Marco. Il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) llum waranofsinhar kompla jinvestiga r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal- power station tal-Electrogas. Għall-Gvern ipparteċipaw il-Whip Glenn Bedingfield,, il-Ministru Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u d-deputat Laburista Ian Castaldi Paris. L-Oppożizzjoni kienet rappreżentanta mill-President tal-Kumitat Beppe Fenech Adami u d-deputat Laburisti Karol Azzopardi u Robert Cutajar. Beppe Fenech Adami irrifera għall-Project Service Agreement tal-2013 bejn New Energy Supply Ltd ta' Yorgen Fenech u GEM Holdings biex Yorgen Fenech jitħallas €2.5 miljuni għa-servizzi tiegħu iżda tħallas biss €1 miljun minn GEM. Hu staqsa x'sens jagħmel li Yorgen Fenech jagħti servizz lill-Electrogas iżda ta' dan tħallas il-GEM Holdings. Jirriżulta li Yorgen Fenech kien qed jagħmel ix-xogħol kollu, qal Paul Apap Bologna, li kien mistoqsi wkoll dwar kuntratt ieħor (Project Development Agreement) li kien sar fl-1 ta' Ġunju 2014. Beppe Fenech Adami qal li Yorgen Fenech kien inkarigat biex jagħmel in-negozjati mal-awtoritajiet u għalhekk hemm interess pubbliku. Hu qal li dak li hemm fil-kuntratt ma jirriflettix dak li hemm fir-realtà partikolarment dwar kif Gasoil ma jissemmewx f'ċertu kuntratti. Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dwar jekk dan il-ftehim ta' €2. miljuni sarx biex jgħatti xi ħaġa u beix ikun hemm dokument li juru li saru xi pagamenti, Paul Apap Bologna qal li dan mhux minnu. Karol Aquilina staqsa lix-xhud kif jispjega li dan il-kuntratt ta' €2.5 miljun sar b'mod dilettantesk bix-xhud iwieġeb li hu ma kienx involut fit-tfassil tad-dokument. Ix-xhud qal li kien hemm diskussjonijiet ma' Yorgen Fenech biex miż-€2.5 miljuni, kellhom jingħataw €1 miljun lil Yorgen Fenech. Paul Apap Bologna qal li hemm ftehim bejn Gasoil u GEM li Gasoil se tħallas €1.5 miljun lil GEM għas-servizzi u l-appoġġ fl-iżvilupp tal-proġett. Hu qal li hemm kuntratt ieħor bejn GEM u Gasoil u sostna li probabbilment dan ingħata lill-Awditur Ġenerali. Beppe Fenech Adami qal li jirriżulta minn kuntratt li l-kumpanija GEM qabbdet lil New Energy biex tipprovdi s-servizzi iżda se tkun hi stess li se tagħmel dan ix-xogħol. Din hi l-iktar klawsola importanti iżda ma tagħmilx sens; dan il-kuntratt sar bil-għaġġla!?, irrimarka u staqsa Beppe Fenech Adami. Beppe Fenech Adami juri li ż-€2.5 miljuni li kellu jieħu Yorgen Fenech m'humiex ġustifikati għaliex il-klawsola rilevanti tgħid l-oppost. Dan kuntratt fażull u sar biex jiġġustifika affarijiet oħra, biex tgħattu l-€1 miljun li tajtu li Yorgen Fenech għamiltu dan il-kuntratt, irrimarka Karol Aquilina, li dan il-kuntratt fih ħafna żbalji u f'ammonti kbar. Ix-xhud ċaħad li dan kien kuntratt fażull. Mistoqsi għaliex Gasoil biss ħasset il-bżonn li tħallas l-€2.5 miljun il Yorgen Fenech, Paul Apap Bologna qal li hu jaf biss bil-kuntratt ta' Gasoil, li kienet il-kumpanija ewlenija f'dan il-proġett. Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield oġġezzjona għal dawn il-mistoqsijiet u qal li dan huma affarijiet ta' bejn il-kumpaniji. Mistoqsi mid-deputat Karol Aquilina x'kuntatti għandu mas-SOCAR, Paul Apap Bolgona qal li hu ma kellux kuntatti tul is-snin. Mistoqsi wkoll jekk kienx broker ma' SOCAR u jekk kellux laqgħat li kellu mas-SOCAR, ix-xhud ma weġibx. Wara konfront bejn l-Avukat de Marco u Karol Aquilina, l-Avukat de Marco tat parir lix-xhud biex ma jwieġeb l-ebda mistoqsija tad-deputat Aquilina. Il-kumitat kien aġġornat għal data oħra. | [
12
] |
Il-goalkeeper Taljan ta' 43 sena Gianluigi Buffon irritorna mat-tim ta' Parma, 26 sena wara d-debutt tiegħu magħhom. Mal-istess club Buffon kien iddebutta fl-1995 u kien parti mit-tim li rebaħ il-UEFA Cup fl-1999. Buffon iffirma kuntratt ta' sentejn mat-tim fis-Serie B, wara li ġie fi tmiemu l-kuntratt ma' Juventus. Buffon hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers ta' kull żmien fej rebaħ bosta unuri fosthom it-Tazza tad-Dinja fl-2006, kif ukoll rebaħ 10 darbiet l-Iscudetto ma' Juventus. | [
15
] |
Raġel mill-Etijopja residenti fil-qasam Industrijali ta' Ħal Far ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li wettaq serq ta' appartat elettroniku li jinkludu mobajls, lap top u ammonti ta' flus minn karozzi f'Raħal Ġdid u Tas-Sliema f'temp ta' jumejn. B'kollox il-valur tas-serq jaqbeż l-4,000 ewro. Nasir Musbah Ali, ta' 22 sena wieġeb mhux ħati li fis-7 ta' Ġunju bejn l-10.00 a.m. u l-10.30 a.m. seraq mobajl u flus kontanti li jlaħħqu it-350 ewro. Huwa ġie mixli wkoll li l-għada bejn is-7.00 a.m. u t-8.00 a.m. minn Tas-Sliema seraq appartat elettroniku li jinkludi lap top u oġġetti oħra li jaqbżu l-valur ta' 3,330 ewro, liema serq huwa aggravat. Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Ali mill-avukat difensur Yanika Bugeja u għaldaqstant l-akkużat intbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Colin Sheldon, Leeroy Balzan Engerer u Sarah Kathleen Zerafa. | [
0
] |
Fil-Qorti ġie deċiż illi raġel illi wettaq serqa bl-użu ta' pepper spray fl-2020, għamel dan l-att meta kien fi stat ta' mard mentali. B'verdett ta' 7 voti favur u 2 kontra, kien konkluż li l-Ġermaniż Oliver Krautscheid kien fi stat ta' ġenn meta allegatament wettaq is-serqa f'Tas-Sliema. Is-serqa seħħet fil-25 ta' Frar tas-sena li għaddiet minn ħanut tal-frott u ħaxix. Il-ġurin instema' quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja u l-ġurati riedu jiddeċiedu dwar l-istat mentali tal-akkużat dak inhar tal-allegat reat qabel titkompla l-kawża kriminali fil-konfront tiegħu. Ġurija li bdiet tisma' l-każ nhar it-Tnejn ddikjarat raġel Ġermaniż ta '33 sena, mhux tajjeb biex jgħaddi ġuri għal serq fejn intużat ukoll arma minħabba li dak iż-żmien kien fi stat ta' ġenn. Il-ġurija mħejjija apposta ddeċidiet li r-raġel kien legalment ġenn fiż-żmien tas-serqa li seħħet fi Triq Creche, Tas-Sliema. Il-ġurati kkonkludew li Krautscheid, sid ta 'negozju, ma kienx kapaċi jifforma l-intenzjoni kriminali meħtieġa meta daħal f'maħżen bil-'pepper spray' u sprejja fuq il-kaxxier, u żvojta l-'cash register', sakemm ħarab minn fuq il-post sakemm ftit tal-ħin wara nqabad mill-pulizija mir-Rapid Intervention Unit. Il-Qorti ordnat li Krautschied jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli sakemm il-psikjatri jiddikjarawh tajjeb biex jirritorna fis-soċjetà. L-avukati Ezekiel Psaila u Dustin Camilleri kienu avukati difensuri. nGħall-akkużat dehru l-Avukati Dustin Camilleri u Ezekiel Psaila. | [
0
] |
Waqt żjara qasira li kien qed jagħmel f'pajjiżna, fejn fost l-oħrajn inawgura mużew bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-120 sena minn meta twaqqfet l-MFA, il-President tal-FIFA Gianni Infantino flimkien mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo ndirizzaw lill-midja tard l-Ġimgħa wara nofsinhar. Għall-mistoqsija ta' Net News dwar x'kienu l-ħsibijiet tiegħu meta ra dak li seħħ lil Chrisitian Eriksen waqt il-partita kontra l-Finlandja, il-President tal-FIFA qal li l-futbol huwa aktar minn logħba fil-ground filwaqt li faħħar il-ħidma li għamlu t-tobba li assistew lil Eriksen fil-ground. Dwar l-impatt tal-Covid-19 fuq il-futbol madwar id-dinja, Infantino qal li dan il-virus wriena kemm aħna vulnerabbli u kemm il-futbol jgħaqqadna. Il-President tal-FIFA qal li l-FIFA kienet l-unika organizzazzjoni sportiva li ħoloqt fond monitarju sabiex jgħin lill-assoċjazzjonijiet jirkupraw. Infantino qal li l-futbol se jilgħab parti importanti sabiex jerġa jgħaqqad lid-dinja hekk kif il-futbol huwa sports li jgħaqqad lin-nies minn partijiet differenti tad-dinja. Dwar il-possibilità li t-Tazza tad-Dinja tibda ssir kull sentejn, Infantino qali li bħalissa għaddejin studji dwar dan hekk kif l-FIFA torganizza biss tournament wieħed kull erba' snin u ma ċaħadx il-possibilità li fil-futur isiru tournaments bejn nazzjonijiet oħra żgħar sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jikkompeti f'kompetizzjonijiet ta' livell għoli. Gianni Infantino faħħar ukoll il-ħidma li saret taħt it-tmexxija tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo fl-aħħar snin fejn minbarra li faħħar l-infrastruttura faħħar ukoll l-mod ta' kif l-MFA qed tindirizza l-governanza u anke kellu kliem ta' tifħir għall-istrateġija li l-MFA nediet fil-ġimgħat li għaddew. Fi tmiem il-konferenza, Infantino preżenta token kommemorattiv lill-President tal-MFA taż-żjara tiegħu f'pajjiżna. | [
15
] |
Charles Camenzuli Fid-dinja tal-futbol internazzjonali trid u ma tridx tikkummenta fuq il-flejjes kbar li ċerti plejers idaħħlu. Il-Euro2020 huwa l-vetrina ideali biex titla l-kwota ta' certi plejers iżda wkoll ta' dawk il-kowċis li f'xahar ikunu qed imexxu lit-tim rispettiv. Id-dħul finanżjarju tal-24 kowċ tat-timijiet finalisti jvarja minn Joachim Low fl-aħħar dehriet tiegħu mal-Ġermanja li kull sena jdaħħal €4.75 miljun Ewro filwaqt li l-inqas imħallas huwa Igor Angelovski tal-Maċedonja ta' Fuq li jaqla biss 90,000 Ewro . Il-lista skond id-dħul ta'kull kowċ fil-ġrupp rispettiv hija hekk : Grupp A: Roberto Mancini — Italja : €2 m, Vladimir Petkovic — Żvizzera: €1.32m, Senol Gunes — Turkija: €1m, Rob Page — Wales : € 500,000 Grupp B: Stanislav Cherchesov — Russja : €2.5m, Roberto Martinez — Belġju : €1.2m, Kasper Hjulmand — Danimarka : € 270,000, Markku Kanerva — Fillandja : € 190,000 Grupp Ċ: Frank de Boer — Olanda : €3m, Andriy Shevchenko — Ukrajna : € 700,000, Franco Foda — Awstrija : € 370,000, Igor Angelovski — Maċedonja ta'Fuq : € 90,000 Grupp D: Gareth Southgate — Ingilterra : €3m, Zlatko Dalic — Kroazja : € 550,000, Steve Clarke — Skozja : € 420,00, Jaroslav Slihavy — Rep. Ċeka : € 300,000 Grupp E: Luis Enrique —Spanja : € 1.5m, Paulo Sousa — Polonja : € 840,000, Janne Andersson — Svezja : € 450,000Stefan Tarkovic — Slovakkja : € 180,000 Grupp F : Joachim Low — Ġermanja : €4.75m, Didier Deschamps — Franza : €4.39m, Fernando Santos — Portugall : €2.25m, Marco Rossi — Ungerija : € 300,000 S'intendi dawn huma ammonti indikattivi li iżda jgħatu stampa dwar id-differenza bejn federazzjoni u oħra. | [
2,
15
] |
Il-coach Taljan Gennaro Gattuso se jħalli lil Fiorentina wara 23 ġurnata fit-tmun tal-club, hekk kif kellu diżgwid mal-president Rocco Commisso. Jidher li d-diżgwid bejn Gattuso, l-aġent ta' Gattuso Jorge Mendes u l-president ta' Fiorentina, kien fuq nuqqas ta' qbil dwar trasferimenti. Skond rapporti fil-media Taljana, Gattuso ried jiffirma xi plejers li l-aġent tagħhom huwa Jorge Mendes, b'Commisso jippreferi plejers ta' valur irħas. Gattuso kien iffirma ma' Fiorentina fil-25 ta' Mejju li għadda, wara li mexxa lil Napoli għal-ħames post fis-Serie A. Fost dawk li jistgħu joħdulu postu hemm il-coaches Rudi Garcia ta' Lyon u Andrea Pirlo, li tkeċċa minn ma' Juventus fl-aħħar ta' dan l-istaġun. | [
15
] |
Fil-partita bejn l-Ungerija u l-Portugall rajna l-Puskas Arena mimlija bin-nies fejn aktar minn 60,000 partitarju attendew għall-ewwel partita minn Grupp F li ntlagħbet f'Budapest. Fl-aħħar xahar madwar l-Ewropa bdejna naraw il-partitarji jirritornaw fl-istadium f'persentaġġi żgħar iżda llum waqt din il-partita għall-ewwel darba f'aktar minn sena u tliet xhur rajna stadium mimli bin-nies. Jidher li fil-ġimgħat li ġejjin xi stadiums oħra li qed jintużaw għall-Euro 2020 ukoll se jkunu qed iżidu fil-kapaċita ta' kemm jilqgħu partitarji. Fl-Ungerija sal-11 ta' Ġunju kienu tlaqqmu aktar minn 5 miljun persuna minn poplazzjoni ta' kważi 10 miljuni, bil-partitarji kollha li attendew din il-partita kellhom jippreżentaw iċ-ċertifikat jew test negattiv tal-Covid-19 sa 72 siegħa qabel il-partita. | [
2,
15
] |
– Ryan Callus, PN Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem fil-parlament dwar il-kontijiet tal-ilma u qal li l-WSC għandha tnaqqas €2 miljuni mill-qligħ ta' €9.4 miljun għaliex il-Maltin insterqu €2 miljuni; dawn iridu jingħataw lura lill-poplu Malti. Gvern Nazzjonalista se jkun qed jirrifondi lrua dawn il-miljuni lill-poplu. Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) Ryan Callus semma' l-investiment li wettaq Gvern Nazzjonalista fil-25 sena li dam jiggverna bejn l-1987 u l-2013 u qal li l-impjant tan- new water fejn jissaffa d-drenaġġ hu inizjattiva importanti. Hu ppropona li l- cards ma jmorrux Malta biex ma jkunx hemm dewmien. Tajjeb li żdeid il-provvista tan- new water iżda qed ikun hemm nuqqas ta' pressa u ilma disponibbli. Ryan Callus tkellem wdar l-importanza li jitqassam ilma tajjeb fl-iskejjel u appella wkoll biex il-WSC tinstalla water dispensers fil-pjazez Maltin. Ryan Callus tqal li l-WSC ħadet €19-il miljun f'fondi mill-UE' 19-il darba iktar mill-€1 miljun li kien jgħid il-PL. Hu qal li f'disa' snin il-Gvern Laburista ma wettaqx il-wiegħda dwar il-bdil tal-karozzi f'oħrajn li jaħdmu b'enerġija nadifa tant li issa lanqas qed jgħid kemm se jinbidlu karozzi. Id-deputat Nazzjonalista qal li m'hemmx koordinazzjoni bejn Infrastructure Malta u Transport Malta bil-konswgenza li t-tarmak f'diversi toroq qed jerġa' jinqala' wara li tkun diġà sar. Dan qed iġib diffikultajiet għall-WSC. Jirriżulta li 38% tal-ilma li qed jingħata lill-konsumatur ġej mill-ilma tal-pjan iżda l-gvern mhux jgħid kemm inġieb ilma tal-pjan fis-snin li għaddew. Hu qal li ma jirriżultax kemm l-WSC tat direct orders meta dan hu l-gvern li ta direct orders ta' €250 biljun f'San Vinċenz de Paule. Fl-2013 il-Gvern sab statistika tal-iktar baħar nadif tal-Mediterran, sostna Ryan Callus, li kompla li l-Gvern m'għandux pjan kif il-poplu jista' jbiddel il-mentalità fl-użu tal-ilma. | [
12
] |
Kien f'Jannar tal-2020 li l-Europol aċċessat il-mobajl ta' Yorgen Fenech u dan wara li b'suċċess instabet il-passcode tiegħu li fi ftit tax-xhur. Wara beda l-proċess biex tittieħed informazzjoni u data mill-istess mobajl, xi ħaġa mhux faċli peress li biex il-passcode ta' mobajl tiġi aċċessata hemm ukoll massimu ta' żmien li jista' jlaħħaq it-30 sena. Il-mobajl kien iPhone Max u fih kien hemm SIM card u kellu passcode ta' sitt digits. Kien fuq flight mode u kien f'kundizzjoni tajba. Kien hemm mobajl ieħor li kien issiġillat u kien ukoll fuq flight mode, bil-mobajl l-ieħor x'aktar ikun tal-kaptan tal-jott propjetà ta' Yorgen Fenech. Dan ħareġ meta sar il-kontro-eżami ta' Julia Toma, rappreżentanta tal-Europol, li hija Ċiprijotta u esperta diġitali fil-kamp forensiku u hija wkoll Pulizija. Ingħatat struzzjonijiet biex tagħmel eżamijiet forensiċi. Mercieca beda l-kontro-eżami tiegħu bix-xhud tikkonferma dak li qalet fl-aħħar seduta li qalulha biex tagħmel eżami forensiku b'mod immedjat. Mercieca staqsa jekk ħolqitx immaġni forensika tal-mobajl. Hija tispjega li din tissejjaħ "estrazzjoni parzjali". Toma tgħid li ma għamlet l-ebda analiżi. "Wara l-estrazzjoni parzjali, ipproċedejt għall-proċess ta' ftuħ. L-IT huwa proċess li fih ħafna kompiti," hija qalet. Mercieca staqsa għaliex hija meħtieġa immaġni forensika. "Hijaa meħtieġa għax hija kopja li trid tanalizzaha m'għadekx taħdem fuq l-esibizzjoni oriġinali, qed taħdem fuq l-immaġni. " Mercieca staqsa: "Għaliex ma tużax l-apparat oriġinali?" L-espert tispjega li hija l-aħjar prattika li taħdem fuq l-immaġni. "Huwa biex tippreserva l-integrità tal-apparat. Huwa għalhekk li konna qed naħdmu fuq l-immaġni forensika, " hija qalet. Mercieca staqsa jekk kellhiex mod kif tivverifika jekk xi ħadd kienx aċċessa l-apparat qabel ma ħadmet fuqu. Toma tgħid li ma għamlitx din l-analiżi. . Mercieca staqsa wkoll jekk kellhiex mod kif tivverifika jekk xi ħadd kienx aċċessa l-apparat qabel ma ħadmet fuqu. Toma tgħid li ma għamlitx din il-verifika. Sostniet li l-esebizzjoni ġiet eżaminata f'kamra li jsejħulha Faraday, li tiżola l-apparat mill-frekwenzi tar-radju. Dan isir fil-kwartieri tal-Europol u huwa aċċessibbli għal diversi membri. Mercieca staqsa wkoll kemm-il kamra Faraday għandha l-Europol, iżda din il-mistoqsija ma ngħatatx permess li ssir u ġiet annullata fuq l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni. "Għandek bżonn 'badge' jew xi forma ta' identifikazzjoni biex tidħol fil-kamra?," kienet il-mistoqsina ta' wara, bl-espert tgħid li huma madwar 10 persuni li għandhom l-aċċess.," hija qalet. Mercieca staqsa dwar il-kundizzjoni tal-apparat meta rċevieh. Toma qalet li hija ngħatat żewġ esebiti. Wieħed ma kienx issiġillat u ieħor kien. Dak mhux issiġillat kien iPhone XS Max A2101. "L-ewwel ħaġa li nagħmel huwa li neżamina fiżikament l-esebiti għal kwistjonijiet esterni bħal ħsara. L-ewwel esibizzjoni kienet kemmxejn imħassra, imsakkra b'passcode ta' sitt ċifri u kien fuq flight mode. It-tieni wieħed kien issiġillat u kien ukoll fuq flight mode. L-ewwel oġġett kien mixgħul iżda msakkar. " Hija tgħid li rċeviet l-oġġett fl-uffiċċju tagħha f'borża ta' evidenza. Toma jgħid li jekk jiġu segwiti l-aħjar prattiċi ma taffettwax l-integrità tal-mobajl. Meta rċeviet il-mobajl, ma kinitx taf jekk kienx fuq flight mode jew le. "Il-kollega tagħha Sami kien għaddiuli f'idejha fil-11: 30pm. Mistoqsija jekk dan il-ħin huwiex normali, qalet li kien minħabba li kollega tagħha kien qed jivvjaġġa minn Malta għal The Hague dak iż-żmien. L-estrazzjoni parzjali rnexxiet u d-dejta ġiet estratta mit-telefon, spjegat Toma. Hija kienet bdiet taħdem fuq it-telefon malli rċeviet l-esebiti fil-11: 30pm. Il-proċess tal-ftuħ beda immedjatament wara l-estrazzjoni parzjali. Mercieca ppressaha fuq id-dati. Hija tgħid li żżomm noti tal-eżamijiet li tagħmel u titlob permess biex tivverifikahom. Il-permess qalet li jingħata. Toma qalet li bdiet fil-11: 30pm u spiċċat fit-3.00 am tal-għada. Bdiet fl-4.00 am fuq l-ieħor, u kompliet sa nofsinhar il-jum wara li rċeviet l-oġġetti. Ix-xhud ippreżentat kopja tan-noti personali tagħha wara li żgurat li l-għodda tas-softwer użati ma jiġux żvelati. Toma kienet waħidha meta nbeda l-proċess tal-ftuħ tal-mobajls. Ħadd ma assistieha, hija qalet u kienet fil-kamra Faraday. Qalet li l-proċess ta' ftuħ huwa proċess awtonomu, li jipprova miljuni ta' kombinazzjonijiet ta' password. "Fl-agħar xenarju, tista 'tieħu sa 30 sena," hi saħqet, imma rnexxielhom wara ftit xhur. Mercieca staqsa minnfejn ġabet l-informazzjoni li wieħed mill-mobiles kien ta' negozjant u l-ieħor tal-kaptan. Ix-xhud qalet li ma tiftakarx. Ix-xhud tirreferi għal meta kienet Malta fil-15 ta' Novembru tal-2019 u fuq każ ieħor, bl-Avukat Mercieca staqsiha kif hija kienet Malta u ma tafx fuq liema każ kienet qed taħdem, bix-xhud tgħid li hi ma qalitx hekk. Hawn il-Qorti tgħid lid-difiża li mhux se tħalli mistoqsijiet ta' dawn it-tip. Id-difiża qalet li trid tistabilixxi r-raġuni għala x-xhud kienet Malta fil-15 ta' Novembru tal-2019 u jekk hux b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Mercieca insista li jridu jistabilixxu għaliex kienet hawn Malta. Il-Qorti tistaqsi jekk fil-15 ta' Novembru tal-2019 kinitx Malta b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, bix-xhud tgħid li ma taħsibx. Il-Maġistrat Montebello staqsiiet ukoll dwar kif waslet għall-konklużjoni li l-mobajls kienu ta' negozjant u kaptan. Ix-xhud filwaqt li tikkonferma li ż-żjara tagħha Malta ma kinitx relatata mal-każ, dwar ta' min kienu l-mobajls, qalet li ma tiftakarx. Qalet ukoll li ħadet madwar 50 minuta biex tniżżel l-informazzjoni mill-mobajls. Mercieca jistaqsi jekk iż-żjara preċedenti tagħha f'Malta setgħetx tgħinha biex tidentifika l-apparat bħala 'negozjant' u 'kaptan'. "Le, mhumiex konnessi," hija wieġbet. Mercieca qal li wieħed mill-mobiles li għandu tabella li fuqha hemm miktub li hu tal-kaptan, hemm miktub hekk: "Brute-force not supported." Ix-xhud qalet li dik tfisser li jkunu daħlu ħafna passwords bl-iskop li jkun hemm wieħed minnhom li jkun tajjeb u jkun jista' jiġi aċċessat. Tgħid li għall-mobajl tan-negozjant ma kienx hemm dik it-tip ta' nota u li l-password kienet iddeċifrata fid-9 ta' Jannar tal-2020. Mercieca staqai dwar sistemi partikolari u x-xhud tgħid li ma tistax titkellem dwar ċertu nformazzjoni. L-espert tal-Europol qalet li meta tibda proċess biex tiftaħ, taċċessa apparat, dan irid ikun iċċekjat kuljum għaliex il-proċess jista' jieqaf waħdu mingħajr ebda raġuni. L-esebiti ngħataw lill-kollega tagħha Giuseppe Totaro fl-uffiċċju tagħha, bl-istess mod li kienet irċeviethom. Il-kamra Faraday kienet fit-tielet sular bl-uffiċċju tagħha ikun 'ground floor'. Mercieca jistaqsi kif ġew imċaqalqa l-esebiti. Hija tgħid li l-oġġetti tqiegħdu f'borża tal-wirja. Mercieca jgħid li mhux possibbli għaliha li tikkonferma li apparti mill-mumenti meta kienet ġewwa l-kamra Faraday, il-mobajl ma ċċaqlaqx. Toma tgħid li wara li nfetaħ, hija ppruvat tagħmel l-estrazzjonijiet sħaħ tad-dejta. Mercieca jitlobha tagħtih il-password użata fuq it-telefon. Il-qorti tgħid li dan ma jistax jiġi ppubblikat. "Nista' niktibha jekk tixtieq, imma mhux se ngħidha," qalet Toma. Mercieca staqsa lix-xhud, "meta ħadt il-code, lil min għidt?" b'Toma twieġeb li kien il-Maniġer tal-linja tagħha. Toma kompliet tgħid li kienet intalbet biex tieqaf minn xogħolha f'punt waqt l-estrazzjoni u tgħaddi x-xogħol lil kollega ieħor, qal l-avukat. Toma sostniet li wara l-ftuħ u qabel l-estrazzjoni, il-mobajls kienu dejjem fil-kamra Faraday. Sa dak il-punt hija rnexxielha twettaq l-estrazzjonijiet parzjali u tas-SIM card. Qalet li wara l-ftuħ u qabel l-estrazzjoni, dawn kienu dejjem fil-kamra Faraday. Sa dak il-punt hija rnexxielha twettaq l-estrazzjonijiet parzjali u tas-SIM card. Toma tgħid li s-superjuri tagħha kienu qalulha biex tieqaf taħdem fuq l-apparat għax ma ssemmietx f'digriet tal-qorti Maltija, li tawtorizza lill-esperti biex janalizzawhom. Fil-bidu tas-seduta xehedu żewġ eks membri tal-Korp tal-Pulizija. L-eks kuntistabbli Andre Camilleri li kien stazzjonat drug squad bejn l-2016 u l-2020 qal li kien jagħmel parti minn tim li bdew jistħarrġu l-qtil ta' Daphne Caruana Galzia. Qal li kien involut fl-arrest fl-20 ta' Novembru 2019 fejn kien infurmat li kien hemm lanċa fil-Marina ġewwa Portomaso. Mar u hemm sab lil Yorgen Fenech li kien arrestat minn membri tal-Forzi Armati. Tenna li f'pontoon 58 sabu lil Yorgen Fenech u Logan Woods, il-kaptan tal-lanċa. ta' Fenech. Qal li hu u kollega tiegħu kienu waslu fuq il-post fejn qabel kien infurmat li l-arrest kien se jsir minħabba l-qtil. Qalu lil Fenech li kienu mit-taqsima kontra d-droga, u hu weġibhom 'mela mhux se ndumu'. Kien preżenti ukoll meta saru tfittxijiet fuq il-lanċa u r-residenza tiegħu u hemm elevaw xi oġġetti li għaddewhom lill-membri tal-Europol, li kienu preżenti waqt is-search fuq il-lanċa. Mar ukoll id-dar ta' Yorgen Fenech, f'Portomaso, flimkien mal-Pulizija u kien hemm żewġ membri tal-Eurpol. Tenna dan dejjem sar fil-preżenza tal-akkużat u Logan Woods. Qal li Fenech ġab ruħu sew mal-arrest. l-eks Surġent Emmanuel Saliba qal li l-aħħar duties tiegħu fil-Korp kienu fi Frar tal-2019. Dak iż-żmien stazzjonat CID mas-Supretendent Keith Arnaud fuq l-omiċidju ta' Daphne Caruanan Galizia. Tenna li parti mill-inkarigu toegħu kien li jassisti lill-esperti tal-Qorti u li ikkordinaw fuq CCTV's li kienu ġabru tal-port il-kbir u ddentifkaw xi stills fosthom ta' dgħajsa li kienet fl-inħawi fis-16 ta' Ottubru 2017. Esibixxa wkoll kopja ta; footbage 23 ta' Novembru 2017, fejn riedu jidentifkaw isem ta' dgħajsa, Maya dieħla mill-port il-kbir sa taħt it-tinda tal-patata, dawn wara l-qtil u qabel l-arresti. Għandu wkoll filmati tas-CCTV mid-dawra tal-port il-kbir, dik tas-16 ta' Ottubru 2017 meta sar il-qtil, fejn din tidher ħierġa minn naħa tat-tinda tal-patata u aktar tard dieħla wkoll għal taħt it-tinda tal-patata. Wara is-Surġent Suzanne Mifsud mid-Distrett tal-Mosta ippreżentat rapport tas-16 ta' Ottubru fejn qalet li kwra nofs inhar kienet il-Qorti fejn għall-ħabta tat-3.00pm infurmata li karozza kienet qed taqbad fil-Bidnija. Qalet li bagħtulha xufier u marret fuq il-post. Il-kumpilazzjoni tkompli fis-27 ta' Lulju bejn l-10.30 a.m. u t-3.00 p.m. L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia, is-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kur Zahra qed imexxu l-Prosekuzzjoni mgħejjuna mid-Deputat Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia. L-avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca li qed jirrapreżentaw lil Fenech. | [
0
] |
L-avukati ta' Yorgen Fenech, is-suspettat moħħ fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, talbu biex jiġu esebiti l-laptops u l-hard drives tal-ġurnalista maqtula, u qalu li fihom evidenza importanti li tipprova l-innoċenza tiegħu billi tikkontradixxi l-evidenza tax-xhud tal-prosekuzzjoni, l-middleman Melvyn Theuma. Fir-rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Maġistrati, l-avukati qalu li Theuma kien sostna li Yorgen Fenech kien ikkummissjonah biex isib lil xi ħadd biex jeħles minn Caruana Galizia għax kienet se tippubblika storja dwar zijuh. "Fid-dawl ta' dan, il-laptops u l-hard drives tal-vittma huma ta' importanza kbira għad-difiża, sabiex tipprova l-innoċenza tiegħu kif ukoll biex tikkuntrastaha ma' dik li xehed Melvin Theuma." Theuma, li xehed fit-tul f'diversi proċeduri relatati mal-qtil, xi drabi ġie kkritikat mill-qorti għall-ispjegazzjonijiet imħallta u kontradittorji tiegħu. L-applikazzjoni, li ġiet iffirmata mill-avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca, argumentat li l-Pulizija kellha l-obbligu li tiġbor u tippreserva l-evidenza kollha relatata mal-qtil, kemm favur kif ukoll kontra l-akkużat. "Dan għandu jinkludi żewġ laptops u tliet hard drives użati mill-vittma fil-ħin tal-qtil." L-apparat kien ġie ttrasportat lejn il-Ġermanja biex jinżamm sikur wara l-qtil u l-awtoritajiet Ġermaniżi sussegwentement irrifjutaw li jgħadduhom lill-kontropartijiet Maltin tagħhom. Il-Qorti Kostituzzjonali, fis-sentenza tagħha fil-każ ta' Alfred Degiorgio v Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali f'Diċembru 2019, kienet ordnat li din l-evidenza għandha tintalab waqt il-kumpilazzjoni tal-provi quddiem il-Maġistrat kompilatur, qalu l-avukati, u talbu qorti biex tordna li dan isir. | [
0
] |
Il-President tal-FIFA Gianni Infantino se jkun qed iżur pajjiżna nhar il-Ġimgħa 18 ta' Ġunju. Il-President tal-FIFA laqgħa l-istedina tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo għal-laqgħat bilaterali u diskussjonijiet fuq l-iżvilupp tal-futbol f'Malta. Matul iż-żjara tiegħu, Infantino se jkun qed jinawgura il-Mużew tal-Futbol Malti, fil-Millenium Stand fin-National Stadium. Il-President tal-MFA qal li bi pjaċir se jkun qed jilaq' l-President tal-FIFA għal taħdiet importanti filwaqt li semma l-importanza li għandu l-Mużew tal-Futbol Malti f'pajjiżna, li jagħti rikonoxximent lil dawk il-plejers, coaches u uffiċjali li taw kontribut lill-futbol Malti. L-inawgurazzjoni tal-Mużew se tkun qed tikkonkludi wkoll iċ-ċelebrazzjoni tal-120 sena anniversarju minn meta twaqqfet l-MFA, li kienu mtappna bil-Covid 19. Bjorn Vassallo tenna li din iż-żjara mill-President tal-FIFA hija prova tar-relazzjonijiet tajbin li tgawdi l-MFA mal-għola istituzzjonijiet tal-futbol, b'dawn it-taħdiet mistennija jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet. | [
15
] |
Il-Kummissjoni tikkonfermadak li ilu jgħid il-PN Il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar jiem reġgħet wissiet lil Malta biex taġġorna l-liġijiet ma direttivi Ewropej dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-faċilitajiet fejn jintefa l-iskart u t-tnaqqis ta' skart iġġenerat mill-ippakkeġġjar tal-prodotti. Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Robert Cutajar, qal li din it-twissija hija konferma ta' dak li ilu jgħid il-PN li l-Gvern falla fil-miri tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam l-immaniġġjar tal-iskart f'pajjiżna. Twissija li tikkonferma li l-Gvern Laburista, wara 8 snin fit-tmexxija tal-pajjiż, naqas milli jieħu l-azzjonijiet u deċiżjonijiet flinteress ta' pajjiżna. Fid-deċiżjonijiet ewlenin dwar ksur ta' liġijiet Ewropej minn stati membri, l-Kummissjoni Ewropea qalet li f'Ottubru li għadda bagħtet ittri formali ta' twissija lill-Gvern Malti. Il-Kummissjoni ħabbret li issa bagħtet opinjoni motivata biex Malta tagħmel it-tibdil neċessarju. Jekk il-Gvern ma jibgħatx imqar tweġiba fix-xahrejn li ġejjin, Malta tista' titressaq quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba li ma tkun segwiet id-direttiva. Fid-direttiva dwar ir-rimi tal-iskart, l-Unjoni Ewropea timponi restrizzjonijiet fuq l-istati membri dwar l-iskart kollu li jista' jiġi riċiklat jew li minnu tista' tiġi ġġenerata l-enerġija mill2030 'il quddiem. Sal-2035, 10% biss tal-iskart jista' jintefa' f'ċentru għar-rimi tal-iskart, waqt li tintroduċi regoli dwar kif isir il-kalkoli biex il-miri dwar ir-rimi tal-iskart jintlaħqu. Malta, bħall-istati membri l-oħra, għandu jkollha sistema effettiva biex tikkontrolla il-kwalità u mod kif issegwi l-iskart li jintrema f' ċentri għall-iskart. Dwar l-immaniġġjar tal-iskart, id-direttiva tistabbilixxi miżuri operattivi minimi biex ikun hemm skemi dwar ir-responsabiltajiet ta' min jipproduċi il-prodotti waqt li Malta u l-istati membri l-oħra iridu jsaħħu ir-regoli biex jitnaqqas l-iskart. F'inqas minn erba' snin oħra, aktar min-nofs tal-iskart li jiġi ġġenerat mid-djar irid ikun riċiklat, rata li se tkun ikkalkulata skond il-piż tal-iskart. Din il-mira se tkun qed tiżdied għal 60% sal-2030 u 65% sal-2035. Malta trid tbiddel il-liġijiet ukoll biex jitnaqqas l-iskart ġġenerat mill-ippakkeġġjar tal-prodotti u b'hekk ikun hemm l-inqas impatt ambjentali possibbli riżultat ta' dan it-tip ta' skart. Il-Kummissjoni Ewropea qed tisħaq li l-istati membri Ewropej, inkluż pajjiżna, jibqgħu jżommu mal-miri stabbiliti biex l-għanijiet ambjentali li kien hemm qbil dwarhom fost l-istati membri jintlaħqu. Din it-twissija hija konferma oħra li l-ambjent għall-Gvern Laburista mhux prijorita. Ikkummenta Tags ewropea kummissjoni maniġjar partit nazzjonalista robert cutajar skart //= $special ?> | [
7
] |
Fl-ewwel taqsima ir-Repubblika Ċeka ħarġu b'saħħithom aktar mill-Kroazja fejn kienu perikolużi fl-azzjonijiet tagħhom. Fis-37 huma marru fil-vantaġġ meta Dejan Lovren laqgħat bil-minkeb lil Patrick Shcick, bir-referee jordna penalty. L-istess Patrick Schick inkariga ruħu mill-ħdax-il metru u ma żbaljax għal 1-0. Fit-tieni taqsima il-Kroazja ħarġu motivati biex iġibu l-gowl tad-draw u ma tantx damu biex għamlu dan. Kien Ivan Perisic li fis-47 minuta minn pass ta' Andrej Kramaric, għeleb li goalkepper tar-Repubblika Ċeka b'xutt bis-saħħa u għamel l-iskor 1-1. L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka huma dawn : Kroazja : D.Livakovic, S.Vrsaljko, D.Lovren, D.Vida, J.Gvardiol, L.Modric, M.Kovacic, I.Perisic, A.Kramaric, J,Brekalo, A.Rebic Repubblika Ċeka : T.Vaclik, V.Coufal, T.Kalas, O.Celustka, J.Boril, T.Soucek, T.Holes. | [
2,
15
] |
Raġel mixli x-xahar li għadda minħabba s-sejba ta' arma tan-nar mingħajr liċenzja fil-karozza tiegħu nħeles fuq pleġġ. Aaron Cassar ta' 41 sena minn Birżebbuġa kien ġie mixli f'Mejju li ġarr l-arma tan-nar fil-pubbliku mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kien assigurat b'garanzija personali ta' €20,000. Cassar kien diġà taħt pleġġ wara li fl-2018 allegatament ta n-nar lid-dar ta' Deniro Magri li, min-naħa tiegħu, huwa akkużat bil-qtil ta' Sylvester Farrugia fl-2017, f'dak li huwa maħsub li huwa reat relatat ma' gang. Huwa ġie arrestat f'rejd mid-Dipartiment tal-Kriminalità Maġġuri u t-Taqsima tal-Intervent Rapidu (RIU) wara li l-Pulizija ġew infurmati li kien se jsir bejgħ illegali ta' armi. L-arma tan-nar kenet instabet fil-but tal-karozza ta' Cassar, mill-pulizija. Meta tressaq il-Qorti, l-avukat ta' Cassar, David Gatt, kien argumenta li l-arma ma kinitx operabbli. Cassar li kien inżamm taħt arrest preventiv f'Mejju ġie meħlus fuq pleġġ kontra depożitu ta '€500 u garanzija personali ta' €20,000. Huwa ġie ordnat ukoll jiffirma l-Għassa tal-Pulizija kuljum u josserva curfew. | [
0
] |
Żebbuġ Youngsters għaddew għall-kwarti tal-finali tal-MAFA Special League meta kontra kull mistenni eliminaw lil Marsa St Michael wara l-għoti tal-penalties. Kienet logħba ferm sabiħa bejn żewġ timijiet li kellhom jilagħbu logħba preliminari sabiex jaċċertaw posthom għal mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni. Iż-Żebbuġin fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ wara tmien minuti logħob permezz ta' Matthew Coppola. Huma ħadu kuraġġ kbir wara dan il-gowl tant li man-nofs siegħa logħob skorjaw ieħor permezz ta' Jason Woodhead. Marsa St Michael irrifjutaw li jċedu u tliet minuti wara Ricardo Severino naqqas il-marġni tal-iskor, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta' 2-1. Il-Marsin ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz ta' Mohammed Telessi sabiex il-logħba kellha tmur għall-għoti tal-penalties. U hawn Żebbuġ Youngsters kienu l-aħjar tant li skorjaw permezz ta' Okama Egbunike, Neil Borg, Jean Leon Cassar u Beppe Vella b'Matthew Coppola jfalli x-xutt mill-11-il metru. Għal Marsa St Michael kienu fatali ż-żewġ penalties falluti minn David Azzopardi u Mohamed Telessi b'Ricardo Severino, Dillon Grech u Matthew Borg jiskorjaw il-gowls tagħhom. Wara din il-kwalifikazzjoni, Żebbuġ Youngsters issa jiltaqgħu kontra Valletta Stars, bil-logħba tintlagħab fiċ-Charles Abela Stadium u tibda fis-6.15pm. | [
15
] |
Raġel li tefa' post Facebook kontra l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami f'għeluq sninu skuża ruħu ma' ibnu d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u l-familja kollha tiegħu minkejja li ġie lliberat wara li tressaq mill-Pulizija li kiser il-liġi dwar l-att tal-kommunikazzjoni. Dan għaliex il-liġi m'għadhiex fis-seħħ u li l-kumment tiegħu ma jammontax ghal kliem disprezzattiv ta' mibgħeda. Dan ifisser li huwa nħeles mill-akkuza li ghamlet il-pulizija fìsem Beppe Fenech Adami. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li kellha tisma' l-każ kontra ċertu Victor Vella, filwaqt li qatlu li dan mhux il-mod kif titkellem dwar persuni fuq il-media soċjali, illiberatu mill-akkuża peress li l-Pulizija qatt ma messet ħadet passi kontrih fuq dan il-kumment. Minn naħa tiegħu Vella qal li mhux se jitfa' kummenti aktar bħal dawn fuq facebook jew adirritura ma jużahx, xi ħaġa li l-partijiet qalu li m'għandux ikun impedut milli juża l-midja soċjali, basta ma jgaħddix ċertu kummenti. Kien hemm qbil bejn il-partijiet u Beppe Fenech Adami aċċestta l-apolġija tas-Sur Vella. Il-post ta' Vella kien sar fuq il-paġna ta' Facebook ta' Beppe Fenech Adami fis-7 ta' Frar li għadda f'għeluq snin Eddie Fenech Adami. Beppe Fenech Adami kien irreaġixxa mill-ewwel u mar fuq il-midja soċjali biex jesprimi d-diżappunt tiegħu fid-diskors ta' mibegħda ċċirkolat fuq Facebook kontra missieru. F'għeluq is-87 sena tiegħu, Victor Vella poġġa kumment fuq is-sit tal-midja soċjali, fejn qal li 'Eddie Fenech Adami se jieħu ż-żmien biex imut, għax Alla ma jiġborx il-fdal.' Fil-Qorti Beppe Fenech Adami qal li kien lest li jaċċetta l-fatt li Vella skuża ruħu dwar dan il-kliem diżpreġattiv, u jispera li affarijiet bħal dawn ma jirrepetux ruħhom. Il-Qorti qalet lil Vella b'tonalità soda, li diskors bħal dan mhux permesibbli u wissiet lil Vella biex ma jirrepetix kummenti bħal dawn fil-konfront ta' ħadd għax il-mibgħeda mhemmx postha fis-soċjetà. Wara li kien tpoġġa dan il-post, diversi kummenti kienu ġrew fuq il-midja soċjali b'appoġġ għall-eks Prim Ministru ta' Malta. Ħafna kitbu wkoll kummenti li wrew solidarjetà lejn il-familja Fenech Adami. L-Eks Prim Ministru u Eks President ta' Malta Eddie Fenech Adami ċċelebra s-87 sena tiegħu meta saru dawn il-kummenti moqżieża. Huwa twieled fis-7 ta' Frar tal-1934 fejn serva bħala Prim Ministru ta' Malta bejn l-1987 u l-1996, imbagħad bejn l-1998 u l-2004. Sussegwentement huwa kien maħtur bħala s-sebgħa President tar-Repubblika bejn l-2004 u l-2009. Eddie Fenech Adami ħadem ukoll bis-sħiħ favur id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. | [
0
] |
L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo kompla jikser aktar rekords; Ronaldo sar l-ewwel player li lagħab u skorja f'ħames Kampjonati Ewropej konsekuttivi. Ronaldo sar ukoll l-aktar player li skorja gowls għall-Portugall fejn skorja 106 gowl. Ronaldo sar ukoll l-aqwa skorer ta' kull żmien fil-Kampjonati Ewropej hekk kif skorja 11-il gowl. L-attakkant ta' 36 sena ddebutta fil-finali tal-Kampjonati Ewropej kien fit-12 ta' Ġunju tal-2004 kontra l-Greċja fejn fl-istess partita kien ukoll skorja l-ewwel gowl tiegħu. | [
2,
15
] |
Il-poplu tal-Iran, nhar il-Ġimgħa, se jivvota biex jeleġġi President ġdid u meta l-elezzjoni għandha tkun iddominata mill-kandidati konservattivi li huma qrib tal-Mexxej Suprem Iranjan, l-Ayatollah Ali Khamenei. Intant, qed tispikka r-rabja popolari dwar il-problemi ekonomiċi tal-pajjiż u l-kontrolli tal-Istati biex l-Iranjani li jridu r-riformi jibqgħu d-dar u ma jivvutawx. Il-favorit li jilħaq President minflok ( il-President attwali) Hassan Rouhani hu Ebrahim Raisi, imħallef u kandidat konservattiv li l-analisti jqisuh bħala 'simbolu' tal-establishment Iżlamiku f'Tehran li qed jinsisti bil-politika riġida u ripressiva tal-aħħar snin. Madankollu, l-awtoritajiet Iżlamiċi tal-Iran jistgħu jkunu diżappuntati bil-konkorrenza tal-votanti li kapaċi ma tkunx waħda għolja. Anqas ma jivvutaw Iranjani, akbar għandhom ikunu d-dubji dwar il-leġittimità tal-President ġdid, bl-istħarriġ jindika li kapaċi jivvutaw biss mal-40 fil-mija minn xi 59 miljun Iranjani eliġibbli. Il-kritiċi tal-Gvern qed jgħidu li dan il-prospett hu dovut għar-rabja 'ġenerali' dwar ekonomija nazzjonali li qed tbati bil-kbir taħt is-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti. Hemm ukoll rabja dwar in-nuqqas ta' għażla għall-votanti wara li l-establishment Iżlamiku żamm numru ta' kandidati moderati u konservattivi milli jikkuntestaw l-elezzjoni. Il-President Iranjan, Rouhani, dejjem kien meqjus bħala politiku moderat u pragmatiku, iżda s-suċċessur tiegħu se jkun xi ħadd minn ħames politiċi radikali li jemmnu bis-sħiħ fil-fehma ta' Khamenei li 'l-Iran hu l-avversarju naturali tal-Punent'. Fost dawn hemm ukoll Saeed Jalili, li fl-aħħar snin serva bħala n-negozjatur prinċipali tal-Iran dwar il-kwistjoni nukleari ta' pajjiżu. | [
10
] |
Żewġt irġiel bil-liċenzja tal-logħob tan-nar ġew meħlusa mir-responsabbiltà kriminali kollha għal ġrieħi mġarrba minn żewġ subien adolexxenti li kienu ġabru materjal konness ma' logħob tan-nar mhux użat f'għalqa fil-Munxar. Jason Mifsud ta' 44 sena u Joseph Aquilina ta' 49 sena kienu fil-mira ta' prosekuzzjoni kriminali wara l-inċident f'Awwissu tal-2015, u wieġbu mhux ħatja ta' ħsara involontarja fuq il-ġisem kkawżata minn traskuraġni jew nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti min-naħa tagħhom. Peress li l-allegata ħsara kienet ikkawżata minn materjal splussiv, l-irġiel irriskjaw kastig ogħla. Huma kienu ġew akkużati wkoll li kisru r-regolamenti tal-logħob tan-nar. Wieħed mill-adolexxenti, li dak iż-żmien kellu 13-il sena, spiċċa bi ħruq fuq wiċċu u partijiet oħra ta' ġismu, swaba neqsin u sofra wkoll trawma fis-smigħ tiegħu. Il-ħabib tiegħu, li kien midħla sew taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa u li kien jaf il-post eżatt fejn isir il-logħob tan-nar, sofra ġrieħi ħfief. Waqt ix-xhieda fil-qorti ħareġ li ġimgħa qabel l-inċident, ħabib tal-vittmi kien fetaħ oġġett relatat mal-logħob tan-nar mhux użat, magħruf bħala berqa, u ħalla fjamma bajdana. "Kulħadd irid jifhem li kull min jilgħab bin-nar jinħaraq," irrimarka l-Maġistrat Joseph Mifsud meta fis-sentenza li huwa ta. Min-naħa l-oħra, l-organizzaturi tal-festi kellhom jiżguraw li avvenimenti bħal dawn ma jirriżultawx f'korrimenti jew ħsara lill-propjetà ta 'partijiet terzi, billi jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, "lil hinn minn dak li tgħid il-liġi". Kwalunkwe nuqqas minn partijiet terzi involuti mill-organizzaturi tal-festi kellhom jġorru r-responsabbilità bl-istess mod bħal dawk li jorganizzaw avvenimenti popolari bħal dawn. Wara li semgħet madwar 31 xhud, il-Qorti kkonkludiet li l-Prosekuzzjoni naqset milli tipprova r-rabta bejn l-akkużati u l-inċident, kif ukoll il-materjal splussiv. Naqset ukoll milli tipprova li l-inċident kien prevedibbli u seta' jiġi evitat. L-akkużi kienu tpoġġew fuq l-akkużati sempliċement għax kellhom liċenzja biex iwaqqfu l-logħob tan-nar, mingħajr ma pprovaw jekk il-materjal splussiv misjub miż-żagħżagħ kienx tal-organizzaturi tal-festa ta' Sannat jew tal-Munxar, osserva l-Maġistrat. Lanqas ma ġie ppruvat li l-akkużati ma kienux għamlu dak kollu li kien mistenni minnhom meta kienu qed jimmaniġġjaw il-logħob tan-nar f'termini tal-liċenzja tagħhom, qalet il-Qorti, waqt li ddikjarathom bħala persuni ħielsa. Il-Maġistrat Mifsud appella għal kampanja edukattiva biex tassigura li ħadd ma jiffaċċja esperjenza bħal dik imġarrba mill-vittmi, u enfasizza r-rwol tal-iskejjel u l-midja għal dan il-għan. | [
0
] |
"Il-Pulizija ma tikkmandax lis-suldati. Il-liġijiet nafhom u tridu tgħidilu għaliex tridu d-dettalji tiegħi." Skond il-Pulizija din kienet ir-reazzjoni ta' Cleaveon Scicluna, suldat ta' 19-il sena minn Ħaż-Żabbar li fil-25 ta' April li għadda kien kien arrestat wara li allegatament ħebb għall-pulizija waqt spezzjonijiet b'rabta ma' ksur ta' regolamenti tal-COVID-19. F'seduta li saret quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ħareġ li kuntistabbli tal-Pulizija spiċċa biex qala' daqqa ta' xugament mingħand Scicluna u spiċċa mimli ramel minn rasu sa saqajh u wara li ttieħed fiċ-ċentru tas-Saħħa fil-Mosta, intbagħat l-isptar Mater Dei wara li sarlu eżaminazzjoni f'għajnejh minħabba l-kwantità ta' ramel li kellu. Kien għall-ħabta tas-6.30pm, li l-Pulizija mill-Environmental Protection Unit (EPU) kienu qed jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi tal-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, fejn innutaw grupp ta' sitt persuni miġburin ħdejn xulxin fuq il-bajja, fejn spjegawlhom li ma jistgħux ikunu fi grupp ta' aktar minn żewġ persuni. Skont il-Kuntistabbli Italo Mizzi, li spiċċa ferut f'ġħajnejh u s-Surġent Clinton Theuma daw marru jitkellmu mal-persuni involuti li kkoperaw magħhom, filwaqt li l-akkużat beda jirrifjuta jagħti d-dettalji tiegħu u ma obdiex l-ordnijiet mgħotija lilu sabiex ma jibqax fi grupp, u anke sabiex jobdi r-regoli ta' distanza soċjali imposti minħabba il-pandemija. Wara ftit ħin il-ġuvni qabad xugaman li kien mimli ramel u xejjru fid-direzzjoni tal-pulizija. Wieħed minnhom intlaqat direttament f'wiċċu, bil-konsegwenza li Pulizija minnhom spiċċa bir-ramel f'għajnejh. Wara li mar f'Ċentru tas-Saħħa għal kura, huwa ġie riferut għall-Isptar Mater Dei għal iktar assistenza medika, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief. Is-Surġent Clinton Theuma qal li l-kollega tiegħu Mizzi beda jgħajjat bl-uġiegħ u li wara li seħħ dan kollu huma mmanettjaw lill-akkużat. Tenna li kien hemm xi persuni li kienu fil-bajja li offrew lill-Pulizija l-għajnuna tagħhom u li kien hemm ħaddiem tar-ristorant Munchies li hemm fil-bajja li wkoll daħħal lill-kuntistabbli midrub ġewwa biex jagħtih l-għajnuna. Fil-fatt dan beda jxarrab wiċċ Mizzi. Is-Surġent ċaħad meta mistoqsi mill-Avukat ta' Scicluna li huwa kien agressiv mal-akkużat u li għamel xogħolu ta' Pulizija. Qal ukoll li mhux minnu li l-akkużat kien rieqed meta huma waslu fuq il-post u li kien rikonoxibbli minħabba li kien liebes l-uniformi bħal ma kienu lebisn il-kollegi tiegħu li marru fil-bajja. Il-Maġistrat Frendo Dimech intervjeniet u qalet li meta l-Pulizija tagħti ordni, din trid tiġi obduta u jekk wieħed jaħseb li ma kienx trattat sew mill-forzi tal-ordni jaf x'għandu jagħmel. Il-Kuntistabbli Mizzi qal li kif niżel fil-bajja ma' sħabu nnota li kien hemm gruppi kbar ta' nies u fosthom grupp ta' sitta bix-xugamani mal-art. Tenna li għall-ewwel l-akkużat ma riedx jagħti d-dettalji tiegħu u beda jipprotesta, iżda wara deher li kien qed jikkopera. Sa dak il-hin kollox kien sew u fil-fatt hu mar iħarrek ir-raba persuna tal-istess grupp. Tenna li ma kienx ambjent tajjeb, kien qiesu f'kelma waħda party. "F'ħin minnhom Scicluna beda jiġi ħdejna u bdejna ngħidulu biex iżomm id-distanza, u s-Surġent ukoll avżah iżda baqa' jinsisti" qal ix-xhud. Is-sitwazzjoni skalat u ħass daqqa fuq wiċċu u spiċċu kollu ramel minn rasu sa saqajh. Ma kienx jaf x'qed jiġri u kien hemm mara li offrietlu flixkun ilma u tar-ristorant għenu ukoll. Taċ-Ċentru tas-Saħħa ippruvaw inaddfulu għajnejh li kellha wkoll xi brix u għalhekk kien referut għall-isptar. Il-każ ikompli fid-29 ta' Settembru li ġej. Għal Scicluna deheru l-Avukati Veronika Spiteri u Noel Bezzina. | [
0
] |
Rapport: Stewart Said Il-waterpolo lokali tal-irġiel irritorna wara nuqqas ta' kważi tliet xhur u nofs hekk kif tkompliet l-Enemed Cup, l-istess kompetizzjoni li waqqfet meta reġgħu żdiedu l-miżuri b'rabta mal-Covid-19. Il-format tal-kompetizzjoni hu differenti minn tal-aħħar snin, hekk kif biex tim ikun eliminat irid jitlef żewġ logħbiet fil-kompetizzjoni. Marsaxlokk Brown's Pharma kienu l-ewwel tim eliminat u llum żdiedu magħhom Otters Nivea u Birżebbuġa Freeport. OTTERS NIVEA……………… 1 SAN ĠILJAN MERCURY… 2 6 (0-10), (0-6), (0-5), (1-5) San Ġiljan għamlu massakru minn Otters b'rebħa dominanti ta' 26-1. L-iskor finali jitkellem waħdu, logħba mingħajr storja, San Ġiljan iddominaw anki jekk straħu l-plejers regolari għal xi ħinijiet. Nofs il-gowls tal-ewwel sessjoni ġew skorjati minn tripletta ta' Dino Zammit u doppjetta ta' Mattias Ortoleva. Il-captain Matthew Zammit u Dino Zammit skorjaw doppjetta kull wieħed fit-tieni sessjoni hekk kif l-iskor mhux biss kiber għal 16-0 iżda l-gowlkiper Ġiljaniż Jake Tanti rari kien impenjat fil-lasta. It-tim immexxi minn Dorian Pisani baqa' jikkontrolla mingħajr diffikultà u kompla żied il-vantaġġ, b'Matthew Zammit jiskorja doppjetta flimkien mal-gowls ta' Darren Zammit, Dino Zammit u Daniel Fero. L-uniku konsolazzjoni għal Otters kien li anqas minn żewġ minuti għal tmiem il-logħba, irnexxielhom jevitaw logħba sħiħa mingħajr ma jiskorjaw, b'gowl ta' Luke Hyzler. 6 (2-2), (1-1), (1-2), (1-1) Logħba missielta li fiha t-tim tellief kien se jħossu li kien sfortunat, iżda l-fatt li Marsaskala qatt ma kienu minn taħt, jista' jfisser li finalment kien ħaqqhom ir-rebħa. Marsaskala kisbu l-vantaġġ f'żewġ okkażjonijiet matul l-ewwel sessjoni iżda Birżebbuġa wieġbu permezz ta' Christian Mifsud u Russell Spiteri rispettivament. It-tim ta' Arpad Babay reġa' mar minn fuq permezz ta' Mark Carani iżda reġa' kien Mifsud li għamel l-iskor 3-3. Għall-ewwel darba fil-konfront, Marsaskala ħadu żewġ gowls vantaġġ minn Carani u Stephen Micallef. Iż-żewġ timijiet fallew penalty iżda Birżebbuġa naqqsu d-distakk b'gowl tal-veteran David Cutajar. Il-logħba żammet l-istess ritmu, biż-żewġ timijiet joqogħdu attenti li ma jikkonċedux. Neil Cassar ġab id-draw minn azzjoni ta' superjorità numerika. Il-mument deċiżiv seħħ madwar żewġ minuti mit-tmiem. Man-up għal Marsaskala wara li tkeċċa temporanjament David Pace Lupi. Il-kowċ Arpad Babay sejjaħ time-out u mill-azzjoni sussegwenti kien Luca Felice li skorja l-gowl deċiżiv. Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar (1), D. Pace Lupi, C. Mifsud (2), P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar (1), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri (1), S. Fava, L. Abela, B. Grech, G. Sammut Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera, G. Sammut, L. Grixti, K. Navarro (1), M. Manara, S. Micallef (1), L. Felice (1), J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, J.L. Galea, D. Camilleri Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri Logħob li jmiss Għada Sliema v Exiles 6.30pm Neptunes v Valletta 7.35pm Ikkummenta Tags Enemed Cup 21 //= $special ?> | [
15
] |
Qabel il-partita bejn Franza u l-Ġermanja, seħħ inċident li seta' kellu konsegwenzi agħar hekk kif persuna li kien qed jipportesta favur l-ambjent permezz ta' 'parachute' deher jeħel u jitlef il-kontroll tal-parachute b'konsegwenza li niżel fil-ground. Greenpeace Protester almost hurting himself and innocent fans after clipping the Spider Cam cable https://t.co/MnqVZyWR8B — Mun Bagri, MA (@MunBagri) June 15, 2021 Dan l-inċident seta' kellu konsegwenza agħar hekk kif waqt li kien niżel il-persuna li kien fil-parachute deher li seta' niżel fuq il-partitarji u saħansitra xi players li kienu fil-ground. | [
2,
15
] |
Marsaskala eliminati mill-kompetizzjoni Rapport: Stewart Said SLIEMA FRANK SALT………. 11 (0-3), (4-2), (4-4), (2-2) Konfront tipiku bejn żewġ timijiet rivali. Fin-nofs kien hemm post dirett fil-finali ta' din il-kompetizzjoni. Neptunes irnexxielhom jirbħu l-partita li f'mumenti minnhom żiedet fit-tensjoni minħabba li r-riżultat kien qrib. Fatt importanti li għen lil Neptunes għar-rebħa kien li qatt ma kienu minn taħt fil-partita. Kompliċi għar-rebħa ta' Neptunes, kienet il-prestazzjoni tagħhom fl-ewwel sessjoni. It-tim ta' Jovan Popovic kiseb vantaġġ ta' tliet gowls permezz ta' Jeremy Abela, Mark Castillo u man-up veloċi ta' Jake Muscat. Sliema rkupraw mill-ħasda inizjali u wara li kienu 5-1 minn taħt, skorjaw tliet gowls konsekuttivi permezz ta' Matthew Mifsud, Mark Meli u Zach Mizzi. Il-logħba ħadet xejra differenti hekk kif is-Slimiżi bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji mhux biss fil-gowls iżda wkoll fid-dwelli individwali. Wara li għal tliet darbiet konsekuttivi, wieġbu għall-gowls tal-avversarji, Sliema ġabu d-draw bit-tielet gowl fil-logħba ta' Zach Mizzi. Madankollu Sam Gialanze ħalla lil Neptunes 9-8 fil-vantaġġ b'gowl sabiħ. L-andament fl-aħħar sessjoni baqa' l-istess. Neptunes jiftħu vantaġġ doppju darbtejn u Sliema jwieġbu ftit wara. B'hekk il-logħba baqgħet inċerta sal-aħħar iżda t-tentattivi Slimiżi biex jevitaw it-telfa kienu għalxejn, b'Neptunes jamministraw l-aħħar sekondi. 8 M'SKALA FISH AND FISH…… 6 (2-2), (1-2), (2-1), (3-1) Valletta Izibet irkupraw mit-telfa kontra Neptunes u għelbu lil Marsaskala biex jistennew ir-rebbieħ bejn Exiles u San Ġiljan. Ir-rebħa għall-Beltin waslet b'diffikultà hekk kif għal ħafna ħin, Marsaskala kienu tajbin daqshom u għal ftit ħin anki aħjar. Forsi n-nuqqas ta' attenzjoni fl-aħħar sessjoni, kienu determinanti għat-tim ta' Arpad Babay biex b'hekk ġew eliminati mill-kompetizzjoni. Wara li Michele Stellini fetaħ l-iskor għal Valletta fl-ewwel azzjoni, Marsaskala wieġbu mill-ewwel u saħansitra marru 2-1 minn fuq. Niki Lanzon ġab id-draw għal 2-2. Lanzon poġġa lil Valletta minn fuq bi ġmiel ta' gowl mid-distanza iżda l-Beltin naqsu li jibnu fuq il-vantaġġ li kellhom, b'konsegwenza li Marsaskala tejbu l-logħob tagħhom u ma kinitx sorpriża li reġgħu dawru r-riżultat, b'gowls tal-veteran Paul Privitera u Mark Carani. It-tim ta' Zoran Maslovar ġab id-draw fit-tielet sessjoni permezz ta' Nikolai Zammit, Carani ħalla lil Marsaskala minn fuq b'gowl b'saħħtu, b'Miguel Zammit iġib id-draw għal 5-5. Valletta fetħu vantaġġ doppju b'gowls ta' Nikolai Zammit u Andrea Agius. Ir-raba' gowl ta' Mark Carani żamm lil Marsaskala jittamaw għall-aħħar żewġ minuti iżda kien Miguel Zammit li għalaq il-logħba bit-tmien gowl Belti. | [
15
] |
Id-difensur tar-Russja Mario Fernandes kellu jiddaħħal l-isptar wara li fil-partita kontra l-Finlandja niżel ħażin wara li għola u weġġgħa l-ispina ta' dahru. Id-difensur kien imdewwi fil-ground fis-26 minuta fejn wara nħareġ fuq stretcher. Din l-injury tkompli żżid il-problemi fit-tim Russu hekk kif il-player vetera Yuri Zhirkov ukoll se jkun qed jitlef il-bqija tat-tournament wara injury fl-ewwel partita kontra l-Belġju. | [
2,
15
] |
L-Enemed Cup titkompla għada b'żewġ logħbiet Rapport: Stewart Said SIRENS MECCA MARIN……….. 11 (0-4), (1-1), (2-2), (2-4) L-iskor finali jista' jqarraq, forsi tħabtu aktar milli mistenni iżda finalment ħadu dak li riedu. San Ġiljan Mercury għaddew għall-fażi li jmiss tal-Enemed Cup u issa jilagħbu kontra Exiles filwaqt li Sirens Mecca Marin sfaw eliminati mill-kompetizzjoni. Sirens kellhom prestazzjoni sodisfaċenti kontra tim aħjar minnhom. Probabbli li l-akbar diżappunt għalihom hu li setgħu baqgħu fil-logħba fit-tielet sessjoni iżda naqsu li jiskorjaw f'mumenti importanti. Sirens kellhom l-okkażjoni li jiftħu l-iskor iżda l-penalty ta' Ken Erdogan ġie salvat minn Jake Tanti. San Ġiljan ħadu l-okkażjoni u kien Dino Zammit li skorja mill-ħames metri. Matthew Zammit seta' rdoppja iżda falla minn penalty, bil-captain Ġiljaniż jirdoppja ftit wara. Dino Zammit skorja żewġ gowls oħra, l-ewwel minn kontrattakk imbagħad minn man-up veloċi. San Ġiljan baqgħu jirbħu d-dwelli individwali u b'hekk żammew il-kontroll tal-logħba. Sirens irnexxielhom tal-anqas isibu x-xibka f'azzjoni ta' raġel aktar fl-ilma permezz ta' Gianni Farrugia. Dino Zammit għamel l-iskor 5-1 b'penalty ieħor lejn tmiem is-sessjoni. It-tim ta' Marko Orlovic daħal fil-logħba fit-tielet sessjoni bi ġmiel ta' back hand ta' Jerome Zerafa Gregory u penalty ta' Matthew Sciberras. F'dan il-perjodu fallew diversi okkażjonijiet fosthom minn Jacob Sciberras u Matthias Azzopardi. Iżda gowl minn man-up ta' Mattias Ortoleva u penalty ieħor ta' Dino Zammit għamlu l-affarijiet diffiċli għat-tim minn San Pawl il-Baħar. Fl-aħħar sessjoni, San Ġiljan irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ tagħhom b'doppjetti ta' Darren Zammit u Matthew Zammit. Għal Sirens skorja Jacob Sciberras. Zammit (5), G. Vassallo, D. Ciantar Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari Logħob li jmiss Għada Sliema v Neptunes 5.00pm Valletta v Marsaskala 6.05pm Ikkummenta Tags Enemed Cup 21 //= $special ?> | [
15
] |
Il-Maġistrat li qed tiġbor l-evidenza kontra s-suspettat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech iddikjarat li hi mhux se tkun qed tibda proċeduri ta' disprezz lejn il-qorti kontra l-ġurnalist tat-Times of Malta Jacob Borg, wara li fl-2019, huwa ppubblika siltiet ta' chats bejn il-produttur tal-mużika Anton Attard u Yorgen Fenech, li Attard fejn ingħad li dan talab għall-għajnuna biex itejjeb l-'odds' tal-Eurovision li jingħata lil kontestant magħżul permezz tal-ispettaklu X-Factor tal-istess Attard. L-avukati ta' Fenech kienu ressqu applikazzjoni tal-qorti fit-8 ta' Ġunju, fejn talbu li l-ġurnalist jinstab ħati ta' disprezz lejn il-qorti dwar l-artiklu li ġie ppubblikat fit-30 ta' Mejju. Fid-digriet tagħha dwar il-kwistjoni, il-Maġistrat Rachel Montebello osservat li Borg kien diġà s-suġġett ta' disprezz kontinwu fil-proċeduri tal-qorti dwar l-allegat ksur ta' projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni ta' data estratta mill-mowbajl ta' Fenech, lura f'Marzu. Wara li rat l-atti tal-każ, il-qorti qalet li l-messaġġi riprodotti minn Borg fl-artikolu ta' Mejju" dehru li jiffurmaw parti mid-dejta estratta mill-mowbajl ta' Fenech u esebit fil-qorti. " Il-Maġistrat enfasizzat l-ordni tagħha li ma jiġux pubblikati il-kontenut tal-estrazzjoni tad-dejta, u qalet li din l-ordni kienet "verament maħsuba biex tissalvagwardja l-integrità tal-atti u l-evidenza li tifforma parti mill-proċess kriminali u fuq kollox id-drittijiet fundamentali tal-akkużat fi proċedimenti kriminali , u għalhekk il-protezzjoni ta 'l-interessi tal-ġustizzja." l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjonijiet privati kienet "bla dubju kapaċi tippreġudika l-interess tal-proċess tal-ġustizzja kriminali fir-rigward tal-persuna akkużata," qalet il-qorti. Il-Maġistrat Montebello qalet li "żgur li mhux f'idejn il-qorti li tipproteġi l-interessi ta' dawk li jiksru l-ordnijiet tagħha … bl-iskuża li teżerċita d-dritt għal-libertà ta' espressjoni. Għall-kuntrarju, huwa d-dmir ta' din il-qorti li tara li d-drittijiet tal-akkużat ma jiġux preġudikati u li tiżgura li l-ordnijiet li tagħti fl-aħjar interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, jiġu rispettati. " Il-pubblikazzjoni ta' materjal suġġett għal projbizzjoni tal-qorti "ma kienx ġurnaliżmu investigattiv u lanqas ma kienet ġustifikabbli bħala eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni, li huwa soġġett għal restrizzjonijiet fl-interess pubbliku." "F'dan il-każ l-interess pubbliku li kellu bżonn protezzjoni, ma kienx id-dritt li jiġu ppubblikati skambji ta 'messaġġi bejn l-akkużat u partijiet terzi b'konnessjoni mal-konkors tal-kanzunetta tal-Eurovision," qalet il-qorti, u żiedet li "ma setgħet tidentifika l-ebda element interess pubbliku. " Madankollu, meta osservat li ma kienet saret l-ebda ħsara lill-interessi tal-ġustizzja jew tal-akkużat bħala riżultat tal-pubblikazzjonijiet, il-qorti qalet li mhux se tkun qed tieħu passi ulterjuri kontra l-ġurnalist. Biex tevita kull dubju, il-qorti tenniet li kienet qed tagħmilha ċara li l-ebda pubblikazzjoni tal-kontenut tal-estrazzjonijiet tad-dejta mill-mowbajl ta' Yorgen Fenech, inklużi messaġġi u komunikazzjonijiet oħra ma kienetx permessa u li l-ksur ta' din l-ordni jkun jikkostitwixxi disprezz tal-qorti. | [
0
] |
Il-UEFA qed tinvestiga lill-attakkant tal-Awstrija Marko għal kummenti razzjali li allegatament qal waqt il-partita kontra l-Maċedonja ta' Fuq, fil-Euro 2020. Arnautovic beda l-partita fuq il-bank tas-sostituti, fejn daħal u skorja t-tielet gowl Awstrijakk fir-rabħa ta' 3-1. Madanakollu, Arnautovic deher viżibilment irrabjat waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-gowl fejn qed jiġi allegat li għadda xi kummenti razzisti fil-konfront tal-partitarji Maċedonjani. Filfatt, l-għada, fuq Instagram, Arnautovic talab skuża jekk offenda lil xi ħadda, filwaqt li tenna li hu m'huwiex bniedem razzist. | [
2,
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.