text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Maria Deguara, PN Il-Gvern għandu jinvesti f'iktar programmi edukattivi li jgħallmu u jiggwidaw liż-żagħżagħ tagħna dwar il-perikli ta' użu ta' mediċini perikolużi li jagħmlu ħsara u jwasslu għal dipendenza. Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet fil-parlament li kien ilu żmien li bdiet tinħass il-ħtieġa li din il-liġi tiġi aġġornata għaliex numru ta' provedimenti bil-mod il-mod kienu qed ikunu bħal xabla fuq dawk li kienu jabbużaw anke minn ammonti żgħar u li l-pieni kienu qed ikunu ħarxa wisq, saħansitra f'dawk il-każi li ma kienx jixirqilhom miżuri drakonjani stipulati fil-liġi. Dan l-abbozz bir-raġun se jagħmel distinzjoni bejn dawk li llum jitqiesu aktar bħala vittmi milli kriminali meta jabbużaw minn mediċini jew sustanzi perikolużi u hu wkoll xhieda ċara tal-bidla radikali ta' kif is-soċjetà qed tevolvi għax saret tħares lejn persuni li jabbużaw minn mediċini perikolużi minn aspett differenti. Maria Deguara qalet li sirna inqisu dawk li jabbużaw minn konsum ta' medicini perikolużi aktar bħala vittmi tal-kriminali milli inqisuhom bħala kriminali huma stess. Għalhekk inħass il-bżonn li niddistingwu bejn dawk li jabbużaw għall-użu personali u oħrajn li jmexxu mediċini perikolużi għall-profitt finanzjarju. Kollha kemm aħna nemmnu li għandna nagħmlu ħilitna biex ngħinu lil dawk kollha li għal raġuni jew oħra jinħtieġu jerġu lura għat-triq it-tajba. Il-prinċipju fundamentali quddiem il-liġi hu li kull persuna hi meqjusa innoċenti sakemm ma jitressqux l-provi li jinkriminawha. Illum is-soċjetà indunat li jkun aktar għaqli u produttiv meta minflok tittimbra persuna li tikser il-liġi bħala kriminal u tikkundannha qabel iż-żmien, tħares lejn iċ-ċirkustanzi li waslietha biex ixxellef dufrejha mal-liġi. Fost dawn hemm persuni li jabbużaw minn mediċini perikolużi li għandna nħarsu lejhom aktar bħala pazjenti milli bħala sempliċi kriminali. Maria Deguara qalet li llum nemmnu li l-prevenzjoni hija ħafna aħjar mil-kura. Lil dawk li diġà waqgħu fil-vizzju huwa dmir tal-Istat u s-soċjetà li tipprovdilhom l-mezzi u l-għodda kollha li għandhom bżonn biex jerġgħu lura għat triq it-tajba. Jekk il-persuna li ngħatat l-għajnuna kollha meħtieġa tibqa' tippersisti fil-ħażin allura l-qrati jew il-Bord tar-Riabilitazjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga ma' jibqalhomx alternattiva ħlief li jagħtu xi forma ta' kastig. L-emendi jipproponu tnaqqis ta' pieni skond iċ-ċirkustanża u s-serjetà tal-każ. Qed jiġi propost ukoll, li s-smiegħ ta' dawn il-każi għandu jsir bil-magħluq. L-magistrat jkun jista' jisma' x-xhieda ġuramentata u jkun jista' jqies iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ qabel ma jiddeċiedi l-piena. Fost dawn, żgur li jkun tajjeb li jqis ix-xorta ta' mediċina kif ukoll il-persuna involuta, il-kondotta u kemm in-numru u n-natura ta' kull kundanna li l-persuna kellha qabel. Importanti jiġi stabbilit b'ċertezza jekk min qed jitressaq kienx se jikkonsma l-mediċina waħdu jew ma oħrajn jew kienx ser jagħmel profitt minnha. Il-każ ikun aktar ta' serjetà jekk jiġi ppruvat li l-persuna kienet involuta fit-traffikar tagħha. Anki fejn ix-xhieda tal-imputat ma twassalx għal identifikazzjoni definita ta' min iforni dawn il-mediċini perikolużi bi ksur tal-liġi, l-imputat ma jiġix penalizzat. Dawn il-konsiderazjonijiet ikunu fundamentali biex il-maġistrat jkun f'pożizzjoni li jagħti sentenza xierqa għas-serjetà tal-każ. Fis-sentenza importanti li l-maġistrat jiżen fattur importanti ieħor, dak tar-riabilitazzjoni kif disponibbli taħt l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga fejn jiġi msemmi it-trattament u mhux pruġunerija. Emendi oħra li jissemmew f'dan l-Abbozz jaffermaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Bord dwar ir-Riabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga. Jipprovdi mezz legali għall-possibilità ta' reviżjoni mill-qrati riferuti ta' deċiżjonijiet ta' dan l-istess Bord. It-tagħlim għandu jibda sa minn età żgħira għax ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet meta ngħid li f'pajjiżna għandna tfal ta' madwar 12- il sena li diġa' huma dipendenti fuq xi mediċina perikoluża. Għandna ninvestu iżjed fl-isports ħalli ħafna iżjed żagħżagħ ikollhom fejn iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, speċjalment wara xogħol, wara l-iskola u tul il-vaganzi. L-isports hu mezz kif iż-żagħżagħ jissoċjalizzaw fil-komunità u meta jikkompetu bejniethom tidħol sens ta' kompetizzjoni pożittiva. Prevenzjoni tajba u tagħlim huma nvestiment għal pajjiżna u garanzija ta' nazzjon b'saħħtu. Dan, barra li tnaqqas mill-periklu ta' persuni li jispiċċaw skjavi ta' kriminali li jfornihom b'sustanzi illegali. Is-soċjetà jeħtieġ li turi aktar empatija ma' persuni li jinqabdu f'din ix-xibka. Lil dawn irridu nifhmuhom, nappoġġjawhom u ngħinuhom f'dak kollu li għandhom bżonn biex jerġgħu lura u jħossuhom għal darba oħra membri attivi tal-komunità. B'dawn l-emendi l-Istat qed juri r-rieda t-tajba, li qed jifhem il-problema tagħhom u li hu nteressat li jgħinhom. Għalhekk li l-Istat għandu jinvesti aktar bil-qawwi milli diġà għamel. Jeħtieġu aktar professjonisti f'dan il-qasam biex jgħinu lil dawk li għandhom bżonn. Għandu jipprovdi iżjed postijiet b'ambjent sigur fejn min ikollu bżonn jidħol għal programm jkun jista' jagħmel dan mingħajr telf ta' żmien għax kull jum ta' stennija tfisser jum ieħor mitluf minn ħajjithom.
[ 12 ]
Daqqa ta' ras ta' Lewandowski ssalva punt għall-Polonja Spanja u l-Polonja temmew fi draw ta' 1-1, biex b'hekk it-timijiet kollha fi Grupp E għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss hekk kif kollox se jkun deċiż fl-aħħar partiti minn dan il-grupp Fl-ewwel taqsima, Spanja kienu dominanti tant li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn cross ta' Gerard Moreno, Alvaro Morata ikkonkluda ġewwa mill-viċin għal 1-0. Il-Polonja wettqu reazzjoni u fit-42 minuta x-xutt mid-distanza ta' Karol Swiderski ħabat mal-wieqfa. Fit-tieni taqsima, l-Polonja ħarġu fuq l-offensiva u kien fit-53 minuta li ġabu l-iskor indaqs meta minn cross ta' Kamil Jozwiak, kien Robert Lewandowski li b'daqqa ta' ras preċiża għamel l-iskor 1-1. Żewġ minuti wara, Spanja ngħataw penalty meta Jakub Moder waqqa lil Gerard Moreno fil-kaxxa, bir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR jordna penalty. Minn ħdax il-metru l-istess Moreno ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-lasta biex mir-rebound, Alvaro Morata xeħet barra.
[ 2, 15 ]
Ivan Bartolo, PN Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kkritika lill-Gvern Laburista u sostna li l-Gvern ġab Malta ġungla. Fl-Aġġornament tal-parlament tal-lum Ivan Bartolo qal li l-PL jgħid li l-poplu ma jinteressaħx mill-korruzzjoni u mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia iżda jinteressah biss mill-but. Hu qal li l-bwiet imtlew iżda mhux ta' kulħadd u kompla li min hu ta' rieda tajba ma jirraġunax b'dan il-mod u ma jridux ikunu kompliċi ma' dan ir-raġunar. Il-Knisja wkoll hi obbligata titkellem fejn tara li m'hemmx is-sewwa u m'għandhiex tiskot għax kienet restarwata niċċa tar-Redentur. Hu appella lis-saċerdoti biex ma jagħalqux għajnejhom quddiem dan kollu li qed iseħħ fil-pajjiż għax l-għamad u s-skiet isaħħaħ lill-Gvern. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-esponenti tal-gvern joffendu lid-deputati li jaqdu dmirhom fosthom lid-deputati Jason Azzopardi u David Thake. Hu sostna li l-Gvern jgħajjar traditur lill-MEPs Nazzjonalisti; li anki kienu mgħajjra miżbla minn ex imħallef. Ivan Bartolo qal li anki fil-mistoqsijiet prlamentari, il-ministri tal-gvern qed ikunu arroganti; "Malta ġabuha ġungla". Hu sostna li l-awtoritjiet qed jieħdu passi fuq iż-żgħar iżda mhux fuq il-kbar partikolarment fil-kostruzzjoni. Fil-faqar inħolqu konuslenti bil-paga dwar il-faqar iżda l-faqar kompla jikber. Hu tkellem dwar il-PBS u qal li dan ixandar biss dak li jrid il-Gvern Laburista waqt li fid-djar il-Gvern ma solviex il-problemi tal-familji li l-Gvern Laburista ħadilhom l-art bejn l-1981 u l-1983. Dwar dawn il-każi, bejn l-2009 u l-2012 Gvern Nazzjonalista ħallas €5 miljuni lis-sidien misruqa li minnhom ibbenefikaw madwar 800 familja iżda fl-aħħar tmien snin Gvern Laburista nefaq biss €500,000 għal tmien familji. Dan filwaqt li l-Ombudmsan iddikjara li l-proċess għall-għola tliet karigi fil-Korp tal-Pulizija kien paradoja waqt li fil-ħabs jeżisti s-siġġu tal-kastig. Ivan Bartolo qal li l-kejl għan-nies saru l-flus u l-promozzjonijiet iżda appella lin-nies biex jużaw il-voti b'mod għaqli biex jintbagħat messaġġ u ma jkunux imbierka l-qerq, il-manipulazzjoni, ix-xiri tal-voti, is-serq, il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-inġustizzji.
[ 12 ]
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Nazzjonalista sostna li l-Gvern Laburista qed jinjora l-inġustizzja li saret mill-Gvern Laburista stess bejn l-1981 u l-1983 fl-artijiet misruqa fl-iskema Home Onwership Scheme. Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li bejn l-1981 u l-1983 il-Gvern Laburista kien jieħu art privata bla ħlas, itieha fil-Home Owenship Scheme, tibena dar fuq art iżda l-art tibqa' mhix imħallsa. Fir-realtà min bena d-dar tiegħu fuq din l-art, ikun bena fuq propjetà li mhix tiegħu u għalhekk id-dar ukoll ma tkunx tiegħu; dan ifisser ukoll li d-dar ma tkunx tista tinbuegħ. Hu qal li fl-2008 l-Gvern Nazzjonalista kien ħa d-deċiżjoni li kull sena tkun indirizzata żona f'Malta għaliex hawn mijiet ta' familji li għadhom ma tħallsux tal-art li ħadulhom u mijiet oħra li għadhom jgħixu fi propjetà b'konvenju. Kien biss il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi li ħa deċiżjoni dwar din l-inġustizzja u ddedika somma ta' €1 miljun kull sena għal dawn il-każi. Id-deputat Nazzjonalista qal li bejn l-2009 u l-2012 il-Gvern Nazzjonalista ħallas €5 miljuni lis-sidien tal-art li ttieħdet bejn l-1981 u l-1983 lil familji fir-Rabat fejn in-Nigret, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Il-Gudja, Il-Mosta, Burmarrad u Bubaqra fiż-Żurrieq. Hu qal li kien sodisfatt li kien ħa din id-deċiżjoni meta kien responsabbli minn dan is-settur. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista għamel biss tmien każi fi tmien snin waqt li Gvern Nazzjonalista kien indirizza madwar 800 familja li ttieħditihom l-art fl-1981 u l-1983. Jason Azzopardi kompla li l-Gvern Laburista ħallas biss €500,000 lil tmien familji u spjega li kieku l-Gvern Laburista baqa' għaddej bir-ritmu tal-Gvern Nazzjonalista kieku kien isolvi din il-problema iżda l-Gvern Laburista pprefera jaqdi lis-sidien korrotti tas-SOCAR.
[ 12 ]
Rebħa kruċjali għall-Ġermanja f'partita mimlija gowls L-ewwel taqsima bejn dawn iż-żewġ timijiet offriet futbol spettakolari u diversi azzjonijiet ta' gowls. Il-Portugall marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta meta minn kontrattakk veloċi, il-ballun fit-tul ta' Bernardo SIlva sab lil Diogo Jota, li għadda lejn Cristiano Ronaldo li mill-viċin ma żbaljax għal 1-0. Madanakollu l-Ġermanja irrispondew tajjeb hekk kif fil-35 minuta huma ġabu d-draw, meta minn cross ta' Robin Gosens, Ruben Dias tefa' bir-ras fil-lasta tiegħu stess. Biex erba' minuti oħra, din id-darba kien Raphael Guerreiro li tefa' fil-lasta tiegħu Portugiża, minn cross ta' Joshua Kimmich, u għamel l-iskor 2-1 favur il-Ġermanja. Fl-aħħar minuta ta' tmiem l-ewwel taqsima, minn kontrattakk veloċi Serge Gnabry ra x-xutt tiegħu salvat minn Rui Patricio. Fit-tieni taqsima il-Ġermanja ħarġu jiddominaw u proprju fil-50 minuta skorjaw it-tielet gowl, meta wara azzjoni maħduma tajba, minn cross ta' Robin Gosens, kien l-attakkant ta' Chelsea Kai Havertz li mill-viċin tefa' ġewwa għal 3-1. Il-Ġermanja komplew juru s-saħħa tagħhom meta fis-60 minuta skorjaw ir-raba' gowl tagħhom, fejn din id-darba kien Robin Gosens li bir-ras għeleb lil Rui Patricio, minn cross ta' Joshua Kimmich. Fis-67 minuta l-Portugall naqqsu d-distakk meta Diogo Jota ikkonkluda mill-viċin minn pass ta' Cristiano Ronaldo. L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Portugall u l-Ġermanja : Portugall : R.Patricio, N.Semedo, Pepe, R.Dias, R.Guerreiro, C.Ronaldo, B.Silva, B.Fernandes, Danilo, W.Carvalho, D.Jota Ġermanja : M.Neuer, A.Rudiger, M.Ginter, M.Hummels, J.Kimmich, K.Havertz, T.Kroos, S.Gnabry, R.Gosens, I.Gundogan, T.Muller Referee : A.Taylor Assistenti Referees : G.Beswick, A.Nunn Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
F'Seville illejla pressjoni fuq iż-żewġ naħat, Spanja u l-Polonja li fil-bidu tal-kompetizzjoni kienu meqjusa l-favoriti li jgħaddu minn dal-grupp u minflok iridu l-punti llejl biex jittamaw li jikkwalifikaw. Spanja jidħlu għal din il-logħba wara d-dro frustranti ta' mingħajr gowls kontra l-Iżvezja fl-ewwel logħba. L-avversarji tagħhom il-Polonjajinsabu issa darhom mal-ħajt wara t-telfa fl-ewwel logħba kontra s-Slovakkja, telfa li tista' tfisser għal Robert Lewandowski u sħabu.Pressjoni kbira b'hekk fuq Lewandowski u l-attakk Spanjol li għadhom qed ifittxu l-ewwel gowl.Fil-logħba tal-lejla għalhekk iż-żewġ naħat ma jistgħux iktar jagħmlu kalkoli u jridu bilfors joħorġu għar-rebħa. Ovvjament min joħroġ tellief illejla f'Seville jista' jgħid li jkun eliminat, għalkemm forsi jkun jonqsu speranza żgħira għat-tielet post. Għalhekk il-logħba għandha tkun spettakolari bl-Ispanjoli li minkejja kollox jibdew xorta waħda bħala favoriti li jiskbu dik ir-rebħa li tħallihom jittamaw għat-titlu.
[ 2, 15 ]
Id-difensur Taljan Leonardo Spinazzola s'issa huwa l-aktar player veloċi f'dawn il-Kampjonati Ewropej hekk kif fl-ewwel partita kontra t-Turkija laħaq veloċita massima ta' 33.8 km/h. Fl-istess partita, Spinazzola kien ukoll ivvutat bħala l-player tal-partita. Warajh fit-tieni post hemm il-winger ta' Wales Daniel James li rreġistra veloċita ta' 33.5km/h kif ukoll il-winger tal-Ingilterra Raheem Sterling li rreġistra veloċita ta' 33.1km/h. Daniel James (Wales) Raheem Sterling (Ingilterra) Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Il-UEFA ikkonfermat li Wembley Stadium se jkun qed jospita l-partiti tal-istadji finali tal-Euro 2020 b'attendenza ta' 50% tal-partitarji f' Wembley Stadium, li jfisser li se jkunu jistgħu jattendu madwar 45.000 spettatur. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ntefa' dubju dwar jekk il-partiti tas-semi finali u l-finali tal-Euro 2020 għandhomx jiċċaqalqu għal Budapest, fejn il-Puskas Arena qed tospita l-partiti b'attendenza ta' 100% tal-partitarji fil-ground.
[ 15 ]
Il-goalkeeper Ingliż Dean Henderson irtira mill-iskwadra Ingliża għall-Euro 2020 hekk kif tilef żewġ sessjonijiet ta' taħriġ minħabba injury li qed isofri bħalissa. Post Dean Henderson se jieħdu il-goalkeeper ta' Sheffield United Aaron Ramsdale. Dean Henderson ma tħarriġx mat-tim għat-tieni darba fil-Euro 2020, bħala prekawzjoni għall-injury li qed isofri. Henderson ma kienx involut fis-sessjoni ta' taħriġ bi preparazzjoni għat-tieni partita tal-Ingilterra fi Grupp D, kontra l-Iskozja. B'hekk Ramsdale se jkun it-tielet goalkeeper għall-Ingilterra wara Jordan Pickford ta' Everton u Sam Johnstone ta' West Brom.
[ 15 ]
Il-players ta' Chelsea Mason Mount u Ben Chilwell ġew iżolati mill-bqija tal-iskwadra tal-Ingilterra wara li kienu f'kuntatt dirett mal-player tal-Iskozja Billy Gilmour li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Fi stqarrija uffiċjali mill-kamp Ingliż intqal li dan qed iseħħ bħala prekawzzjoni u li wara li saru t-testijiet aktar kmieni llum, il-players kollha rriżultaw fin-negattiv. Iż-żewġ players mistennija jitilfu l-konfront li għada l-Ingilterra tilgħab kontra r-Repubblika Ċeka.
[ 2, 15 ]
Mill-2017 sal-lum, pajjiżna uża biss terz tal-enerġija provduta mill-Interconnector, minkejja li dan kien l-orħos sors ta' energija. Il-Gvern Laburista rabat lil pajjiżna biex jixtri bilfors mill-Electrogas – illi mhuwiex l-irħas sors ta' enerġija. Affaċjata b'dawn il-fatti, l-Ministru Miriam Dalli ħarbet milli twieġeb dwar jekk pajjiżna hux qed jixtri l-enerġija mill-irħas sors u għażlet li tilgħab b'diskors politiku fil-mod illi bih poġġiet il-kliem għad-domandi li għamilnielha. Miriam Dalli qalet li l-Gvern "dejjem adotta l-politka tal-irħas sors." Din it-tweġiba ma tfissirx li pajjiżna dejjem xtara mill-irħas sors u għalhekk jista' jagħti l-każ li l-familji Maltin u Għawdxin qed jispiċċaw iħallsu iktar għall-kontijiet tagħhom. Kien għalhekk li erġajna pruvajna nistaqsu lill-Ministru għal darba darbtejn. Hawnhekk il-Ministru spjegat li "l-Gvern qed jieħu kunsiderazzjoni tal-aspetti tekniċi u finanzjarji." Sitwazzjoni ċara ta' Ministru li għażlet li tkompli tilgħab bil-kliem minflokk twieġeb "iva" jew "le" dwar jekk hux qed nixtru l-enerġija mill-irħas sors. Dawn il-mistoqsijiet saru fl-isfond tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-Electrogas biex jixtri gass għal 18-il sena irrispettivament jekk dan ikunx l-irħas prezz fis-suq għaliex statistika ppublikata mill-Ministeru ta' Miriam Dalli turi li mill-mument li fih bdiet topera l-Electrogas, l-interconnector naqqas l-użu tiegħu b'mod dratiku. Il-Ministru Dalli ma tatx garanzija li l-Gvern Laburista dejjem xtara enerġija bl-irħas prezz possibbli, anke f'kazi meta l-enerġija mill-interconenctor kienet irħas milli mill-Electrogas.
[ 4 ]
L-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti – magħrufa aħjar bħala UNESCO — wissiet li l-Great Barrier Reef tal-Awstralja jinsab f'periklu li jinqered minħabba l-effetti tal-bidliet fil-klima. L-istess organizzazzjoni qalet ukoll li l-Great Barrier Reef għandu ikun inkluż f'lista ta' World Heritage Sites li jinsabu taħt 'theddida kważi immedjata'. Il-Great Barrier Reef hu ffurmat mill-akbar sikka tal-qroll fid-dinja u li hi magħmulha minn xi 900 gżira li jġebbdu fuq zona twila ta' baħar. Din is-sikka tinsab fil-Coral Sea, 'il hinn mill-kosta tal-Istat Awstraljan ta' Queensland. Intant, l-istqarrija tal-UNESCO ingħatat wara li fl-aħħar jiem ħareġ rapport ieħor dwar kif dawn is-sikek tal-qroll qed ikunu affetwati mill-bidliet fil-klima. Fl-istqarrija, l-UNESCO appellat biex l-Awstralja tieħu azzjoni akbar fil-futur qarib biex, kemm jista' ikun, tipproteġi din iz-zona. Intant, l-UNESCO qalet li l-Great Barrier Reef għandu jinżel 'l isfel ( f'sistema ta' downgrading ) fil-lista tal-aktar siti prominenti – b'dan il-pass kapaċi jkun ikkonfermat waqt laqgħa li se ssir ix-xahar id-dieħel. Fl-istess ħin, l-UNESCO qed tħeġġeġ biex l-Awstralja tieħu 'azzjoni immedjata' biex tindirizza l-global warming – bil-Gvern Awstraljan itenni li se 'jopponi bil-qawwi' ir-rakkmandazzjoni għad- downgrading tal-Great Barrier Reef bħala sit prominenti tad-dinja.
[ 10 ]
Il-midfielder Skoċċiż Billy Gilmour nstab pożittiv għall-Covid 19 fl-aħħar testijiet fil-kamp tal-Iskozja. Gilmour issa jrid jagħmel 10 t'ijiem fi kwarantina manadatorja filwaqt li se jkun qed jitlef l-aħħar partita ta' Grupp D kontra l-Kroazja. Billy Gilmour ta' 20 sena, iddebutta f'kompetizzjoni maġġuri għall-Iskozja fil-partita kontra l-Ingilterra, fejn kien ivvutat ukoll bħala l-aqwa plejer tal-partita. Aktar kmieni, fil-preparamenti tagħhom għall-Euro 2020, il-kamp Skoċċiż kellu każ ieħor pożittiv ta' Covid-19, fejn Josh Fleck kien irriżulta pożittiv qabel il-partita ta' ħbiberija kontra l-Olanda.
[ 2, 15 ]
It-tim legali tal-aħwa Robert u Adrian Agius magħruga bħala tal-Maksar qegħdin jiċħdu bil-qawwa kollha li l-armi, l-munizzjon, kif ukoll materjal suspettat splussiv, li nstabu f'qiegħ il-baħar f'Miġra l-Ferħa, limiti tar-Rabat, huwa b'xi mod marbut magħhom. L-Avukat Alfred Abela qal lil-Net News, "il-klijenti tagħna qegħdin jiċħdu bil-qawwa kwalunkwe allegazzjoni li qed issir fir-rigward tagħhom. Ippermettuli li ġentilment infakkar li l-aħwa ilhom miżmuma f'kustodja preventiva mill-24 ta' Frar 2021, u mill-bidu nett iddikjaraw l-innoċenza tagħhom, u se jibqgħu jagħmlu hekk. "Ma ġewx mitkellma mill-Pulizija u lanqas ma ġew mgħarrfa bl-ebda investigazzjoni f'dan ir-rigward, u l-għarfien tagħhom ta' dawn l-allegazzjonijiet huwa limitat għal dak li qed jiġi rrappurtat fil-midja. Wieħed irid japprezza li l-provi jsiru f'Qorti tal-ġustizzja, u mhux fuq il-midja, u allegazzjonijiet bla bażi mifruxa jikkawżaw preġudizzju serju għad-dritt tal-klijenti tiegħi għal smigħ ġust", qal l-Avukat Abela. Ingħad li l-armi u l-materjal splussiv, li jinkludu AK-47s, kienu intenzjonati li jintużaw Malta. Dawn instabu f'basktijiet apposta li jilqgħu għall-ilma, f'qiegħ il-baħar. Dan waqt operazzjoni tal-Ispecial Intervention Unit tal-Pulizija assistiti minn patrol boat tal-Forzi Armati ta' Malta. L-aħwa tal-Maksar huma implikati f'każijiet kriminali kbar fosthom l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-qtil tal-Avukat Carmel Chircop. L-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija dwar din is-sejba għadhom għaddejjin. Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella kienet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
[ 0 ]
Ir-Russja u d-Danimarka se jkun qed jagħlqu l-impenji tagħhom fi Grupp B f'Kopnenhagen, biż-żewġ nazzjonijiet se jkunu qed iħarsu li jagħmluha mal-aħħar sittax. Hekk kif ir-Russja bħalissa jinsabu fit-tieni post bi tliet punti, id-Daniżi xorta waħda għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw minkejja li jinsabu mingħajr ebda punt, jekk il-Finlandja jitilfu mal-Belġju. Minkejja t-telfa diżappuntanti ta' 3-0 kontra l-Belġju fl-ewwel partita tagħhom, ir-Russi rnexxilehom jirbħu l-partita l0oħra kontra l-Finlandja, litpoġġijhom f'posizzjoni favorevoli li jtemmu fit-tieni post ta' Grupp B. It-tim nazzjonali Russu wasal sas-semi finali tal-Euro 2008, iżda ma rnexxielux jgħaddi mill-gruppi fiż-żewġ edizzjonijiet ta' wara, li jfisser li kwalifikazzjoni mal-aħħar sittax għat-tim ta' Stanislav Cherchesov ikun pass 'il quddiem. Għad-Daniżi, min-naħa l-oħra din kienet edizzjoni emozzjonanti ikkaraterizzata mill-inċident ta' Christian Eriksen fl-ewwel partita kontra l-FInlandja. Hekk kif Eriksen issa jinsab lura d-dar, jiġri x'jiġri, it-tim Daniż se jħalli l-Euro 2020 bħala eroj għal mod kif irreaġixxew meta kkollassa seħibhom Christian Eriksen. Bit-telfa kontra l-Belġju fl-aħaħr ħarġa tagħhom, id-Danimarka jridu jirbħu b'żewġ gowls filwaqt li l-Finlandja jitilfu kontra l-belġju, biex jagħmluha mal-aħħar sittax. Iż-żewġ timijiet iltaqgħu darba kontra xulxin, bir-Russja joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 f'partita li tmur lura għall-2012.
[ 2, 15 ]
Il-Ħadd il-Gozo Motorcross Association organizzat il-finali fejn is-sewwieq ikkompetex fid-diversi kartegoriji biex jiġu nkurunati ċ-champions. Ir-rebbieħ ta' Klassi A u overall huwa Steve Xuereb, bi Klassi B tintrebaħ minn Jorn Stellini. Fi Klassi Ċ kien Jurgen Attard li ħareġ tijonfanti filwaqt li Klassi D intrebħet minn Luke Caruana. Il-president tal-assoċjazzjoni Frank Bruno ppreżenta tifkiriet fosthom lit-teżorier James Camilleri, lill-coach Scott Donovan kif ukoll lil Lorenzo Casu għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-assċojazzjoni u fl-isport tal-motorcross. Il-Frank Bruno Award, trofew magħmul mir-rebbieħ Steve Xuereb kien ppreżentat lil Mario Cauchi għad-dixxiplina u r-rispett lejn il-motrocross, filwaqt li Frank Bruno u Vikann Xuereb ngħataw rikonoxximent għax-xogħol volontarju li jwettqu fl-assoċjazzjoni.
[ 15 ]
Laurel Hubbard ta' New Zealand saret l-ewwel atleta transgender li għażlet li tikkompeti f'Olimpjadi f'deċiżjoni kontroversjali. Uffiċjali għażluha għat-tim tan-nisa tal-weightlifting għall-Olimpjadi f'Tokjo wara li r-rekwiżita ta' kwalifikazzjoni ġew modifikati reċentament. Laurel kienet ikkompetiet f'avvenimenti tal-irġiel qabel ma ħarġet bħala transgender fl-2013. Il-kritiċi qalu li għandha vantaġġ inġust, għalkemm oħrajn argumentaw favur aktar inklużjoni fil-logħob. Min-naħa tagħha, fi stqarrija qalet li tinsab grata għall-appoġġ li ngħatat mill-poplu ta' New Zealand. Laurel se tikkompeti fil-kategorija tan-nisa tal-weightlifters b'piż ta' 87kg. L-atleta, ta' 43 sena, saret eliġibbli biex tikkompeti fl-Olimpjadi meta l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, fis-sena 2015, biddel ir-regoli li jippermettu lill-atleti transgender jikkompetu bħala mara jekk il-livelli ta' 'testosterone' tagħhom ikunu taħt ċertu limitu. Għalkemm kritiċi tennew li l-livelli ta' 'testosterone' tal-atleta huma verament taħt ċertu limitu, jgħidu li l-parteċipazzjoni tagħha fl-Olimpjadi għadha inġusta għall-atleti mwieldin nisa.
[ 15 ]
Edwin Vassallo, PN Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fl-Aġġornament tal-parlament tal-lejla li l-PN hu favur il-kaċċa u l-insib sostenibbli u appella biex jitwaqqfu l-abbużi ma' min hu dilettant tal-għasafar ibbalzmati. Hu qal li l-PN jemmen li l-kaċċa u l-inisb jibqgħu prattikati b'mod sostenibbli. Malta rċeviet twissija għaliex ma kienitx konformi mal-liġijiet tal-UE dwar l-insib. Il-Gvern issa hu obbligat li jispjega l-pożizzjoni tiegħu fi żmien xahar. Il-PN jinisti li tingħeleb din it-twissija u jaqbel li l-insib jitkompla anki għal skopijiet ta' riċerka. Il-PN jimpurtha li jgħin biex l-insib jibqa' fil-pajjiż. Hu kkundanna l-abbużi kollha u ħadd m'għandu jagħmilha ta' kbir ma' Malta iżda lanqas Malta ma tista tmur tagħmilha ta' bully mal-UE. Fil-pajjiż hawn ukoll dilettanti l-ibbalzmar iżda kien hemm regoli li bihom jiġi reġistrati l-għasafar ibbalzmati fid-djar. Meta dawn jiċċaqilqu minn dar għall-oħra jkun kkunsidrati bħala reat kriminali. Edwin Vassallo tkellem dwar ir-reġistrazzjoni fid-DBRU fil-kuntest tal-infurzar fl-ERA u appella biex isiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ setturi biex jitneħħew l-inġustizzja ma' dawn il-persuni kaġun tas-sistemi. Hu tkellem dwar it-toroq u qal li qed ikun hemm dewmien biex jitlestew it-toroq, partikolarment fil-Mosta. Dan qed jeffettwa r-residenti u n-negozji.
[ 12 ]
It-Tim Nazzjonali Malti tal-atletika rreġistra l-aqwa prestazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet li saru barra minn xtutna, bis-sitt post minn sittax-il assoċjazzjoni fit-Third League li sar fi tmiem il-ġimgħa f'Limassol, Ċipru. Malta kisbet punteġġ totali ogħla minn nazzjonijiet akbar bħal Ġorġja, il-Montenegro u l-Ażerbajġan. Is-Serbja, il-Moldova u Ċipru kisbu l-ewwel tliet pożizzjonijiet u allura l-promozzjoni għall-istaġun li ġej. L-atleti Maltin kisbu numru ta' prestazzjonijiet eċċellenti għall-pajjiżhom, u kisru tliet rekords nazzjonali u għadd ta' rekords staġjonali u personali. Prestazzjoni li ċertament se tibqa' mfakkra se tkun dik ta' Jordan Gusman li rebaħ it-tellieqa tat-3,000 metru f'ħin ta' 7'53"70, fejn mhux biss waqqaf rekord nazzjonali iżda kiseb l-aqwa ħin fl-erba' diviżjonijiet tal-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet, inkluż tas-Super League. Il-kontribuzzjoni ta' Gusman għall-kuluri nazzjonali inkludiet ukoll it-tieni post fit-tellieqa tal-1,500m f'ħin ta' 3'50"38. Iż-żewġ rekords nazzjonali l-oħra twaqqfu minn Daniel Saliba fil-110 metru hurdles (14.96s) u Peppijna Dalli b'qabża ta' 3.80 metru fil-Pole Vault, fejn spiċċat it-tieni. Riżultati tajbin ħafna nkisbu wkoll mit-tim tar-relay tan-nisa fil-4x100m. It-tim, iffurmat minn Claire Azzopardi, Carla Scicluna, Sarah Busuttil u Charlotte Wingfield, spiċċa fit-tielet psot b'46.27s. Claire Azzopardi kisbet it-tielet post fil-long jump (5.84m), l-istess pożizzjoni ta' Lisa Bezzina fit-tellieqa tal-5,000 metru, rekord staġjonali ta' 17'21"06. Fost l-atleti emerġenti, Carla Scicluna spiċċat ir-raba' fil-200m b'Personal Best ta' 24.77s filwaqt li Dillon Cassar, atleta li ċertament huwa prospett importanti għall-pajjiżna, daħal fil-ħames post kontra avversarji ta' livell ferm għoli fil-5,000 metru. B'ħin ta' 14'34"93, huwa kiser l-aqwa ħin personali tiegħu u kien inqas minn nofs sekonda bogħod minn rekord nazzjonali li ilu hemm għal 26 sena. Fit-tmiem ta' dan l-avveniment, il-President ta' Athletics Malta kkumenta: "Ninsab sodisfatt ħafna b'dan ir-riżultat, l-aqwa prestazzjoni Maltija fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet barra mill-pajjiż, u dan ksibnih b'tim mill-aktar żagħżugħ. Dawn il-prestazzjonijiet jagħtuna konferma li l-futur tal-atleti tagħna huwa wieħed promettenti ħafna".
[ 15 ]
Żaghzugħ li meta kien minuri ta' 17-il sena, f'Jannar li għadda għamel rapport falz liĺl-Pulizija li kien abbużat sesswalment minn tabib li kien ħabib tiegħu tpoġġa taħt probation għal perjodu ta' tlet snin biex jjnghata gwida fil hajja. Huwa se jingħata wkoll għajnuna biex joħroġ mill-vizzju tal-użu tal-kannabis. Illum huwa għandu 18-il sena u għandu bżonn l-għajnuna. Il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat li jsir rapport kull sitt xhur u li ma jagħmel ebda kuntatt mat-tabib għax jista jeħel sentejn ħabs u €7,000 multa. Jekk jisker din l-ordni huwa jista' jingħata wkoll interdizzjoni ġenerali. Fil Qorti ħareġ li ż- żagħzugħ li kellu trobbija diffiċli allega li kien abbużat mit tabib izda minn inkjesta Maġisterjali ħareg li ma kienx hemm provi li dak li seħħ kien abbuz. Irriżulta wkoll li dak li sar bejn l-imputat u t-tabib kien konsenswali. Iż żagħżugħ ammetta fil-Qorti li għamel rapport falz u li anke prova joħloq provi mhux veritieri u li kien taħt l- influwenza tal-kannabis. Il Prosekuzzjoni qalet li konsegwenzi għat tabib setgħu kienu serji ħafna wara li mill-cameras tas sigurtà ma ħariġtx li kien hemm abbuż kif spjegat lill-Pulizija mill akkużat. Il-Qorti ordnat isem l akkuzat kif ukoll tat-tabib ma jiġux pubblikati. L-Avukat Christopher Chircop kien avukat tal-għajnuna legali.
[ 0 ]
"Il-finali ssir f'Wembley" - Hancock Il-Prim Ministru tal-Italja Mario Draghi offra li Stadio Olimpico jospita l-finali tal-Euro 2020 jekk kemm-il darba l-każijiet tal-Covid-19 fl-Ingilterra jibqgħu għoljin. Wembley Stadium se jkun qed jospita s-semifinali u l-finali tal-Euro 2020, iżda tqajjmu dubji dwar kemm dan jista' jsir hekk kif ta' kuljum l-Ingilterra qed tirrieġistra għadd ta' każijiet ġodda ta' Covid-19. Pront wieġeb is-Segretarju tas-Saħħa Brittanniku Matt Hancock illi stqarr b'mod ċar "il-finali ssir f'Wembley". Il-UEFA minn naħa tagħha qalet li ma' hemm l-ebda pjan li l-finali tiċċaqlaq għal Ruma hekk kif, il-UEFA qed taħdem fil-qrib flimiien mal-FA Ingliża u mal-Gvern Ingliż biex kemm is-semifinali u l-finali jsiru kif skedati.
[ 15 ]
Luxol St Andrews għaddew għall-finali tal-kampjonat nazzjonali organizzat mill-FMA wara li għelbu lir-rivali eterni Valletta Futsal bl-iskor ta' 6-2. Wara li dawn iż-żewġ timijiet spiċċaw b'punti ndaqs fil-klassifika flimkien ma' Swieqi United, kien meħtieġ dan il-konfront sabiex jiġi deċiż l-ewwel finalist. It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kien superlattiv fil-logħob tiegħu u ftit ta ċans lill-avversarji Beltin sabiex jimponu l-logħob tipiku tagħhom. Huma stabilixxew vantaġġ doppju permezz ta' Maicon da Silva sabiex Everton Veve rdoppja l-iskor ftit minuti wara. Il-Beltin ma ridux iċedu u naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' Felipe Otero għalkemm sekonda qabel tmiem l-ewwel taqsima, Leanderson Sant'Anna Coriolano għamel l-iskor 3-1. Fit-tieni taqsima, il-pjan tal-logħba qajla nbidel tant li Luxol komplew jiskorjaw b'Leanderson li saħansitra jgħaqqad hat-trick u b'Carl Azzopardi jżid ieħor. Finalment kien Mohammed Elamari li reġa' naqqas il-marġni tal-iskor għal Valletta. Dawn tal-aħħar għandhom l-aħħar ċans li jagħmluha għall-finali meta għada jiltaqgħu fis-semifinali kontra Swieqi United bil-partita tibda fi 8.45pm u tintlagħab fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f'Pembroke.
[ 15 ]
L-Awstrija fin-knockout tal-Kamjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom Fl-ewwel minuti tal-partita l-Awstrija kienu l-aktar tim dominanti, fejn kellhom pusses tal-ballun aħjar mill-Ukreni. Fil-ħmistax-il minuta wasal l-ewwel xutt mill-Awstrija meta l-konklużjoni ta' Marko Arnautovic kienet devajata għall-corner. Biex fl-20 minuta l-pressjoni Awstrijaka ħalliet l-impatt mixtieq, hekk kif minn corner ta' David Alaba, kien Christoph Baumgartner li żmarkat fil-kaxxa ikkonkluda ġewwa għal 1-0. Fit-28 minuta tasal l-ewwel azzjoni denja ta' nota tal-Ukrajna, meta Ruslan Malinovsky qata' tajjeb mil-linja xellugija, bil-goalkeeper Awstrijakk Daniel Bachmann jsalva tajjeb. Fis-36 minuta xutt ta' Stefan Lainer kien imdawwar f'corner mill-goalkeeper Ukren. Fil-41 minuta ċans tad-deheb għall-Awstrija li jagħmluhom tnejn, hekk kif minn kontrattakk veloċi, Marko Arnautovic naqas milli jitfa' fix-xibka minn pożizzjoni favorevoli. Fit-tieni taqsima l-Awstrija komplew jiddominaw, iżda fil-61 minuta l-Ukrajna kienu viċin il-gowl, meta minn cross mix-xellug id-difensur Stefan Lainer tefa' bir-ras fid-direzzjoni tal-lasta tiegħu, bil-goalkeeper Bachmann ikun attent u jdawwar f'corner. Minbarra din l-azzjoni iż-żewġ timijiet ftit li xejn resqu lejn il-lasti opposti, bl-Awstrija jkunu t-tim li jikkwalifika bit-tieni post, flimkien mal-Olanda li temmew fl-ewwel post ta' Grupp Ċ, bl-Ukrajna jtemmu fit-tielet post. Min-naħa l-oħra l-Awstrija se jiltaqgħu kontra l-Italja fil-fażi tal-aħħar sittax.
[ 2, 15 ]
Serb ta' 45 sena ngħata probation għall-perjodu ta' sentejn mill-Maġistrat Nadine Lia wara li ammetta li fit-13 ta' April tas-sena l-oħra mill-Imġarr seraq b'€600 f'għodda mill-Imġarr. Huwa ammetta li kkommetta serq aggravat u li saq karozza mingħajr liċenzja. Boban Smiljkovic, residenti l-Mosta ammetta wkoll li fi Triq iċ-Ċivili fil-Mosta, saq b'manjera perikoluża u bi traskuraġni. Il-Qorti qieset il-fatt li ikkopera mal-Pulizija u rritorna l-oġġetti misruqa. Huwa ma nstabx ħati li kien qed isuq mingħajr liċenzja minħabba li l-każ huwa preskritt. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paula Ciantar.
[ 0 ]
L-Arġentina u ċ-Ċile kwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-Copa America. L-Arġentina għelbu lil Paragwaj 1-0, b'Papu Gomez jiskorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv wara biss disa' minuti, biex b'żewġ rebħiet minn tliet partiti, l-Arġentina telgħu fl-ewwel post ta' Grupp A b'seba punti. F'din il-partita, l-istilla tat-tim Lionel Messi laħaq lil Javier Mascherano bħala l-aktar player li lagħab mal-Arġentina hekk kif din kienet l-147 partita tiegħu. F'partita oħra, ċ-Ċile u l-Urugwaj temmew fi draw ta' 1-1. Eduardo Vargas fetaħ l-iskor għaċ-Ċile wara 26 minuta filwaqt li awto-gowl ta' Arturo Vidal ġab l-iskor indaqs fis-66 minuta. B'dan id-draw, ċ-Ċile kisbu post mal-aħħar tmienja ta' din il-kompetizzjoni hekk kif telgħu b'ħames punti. Il-Copa America titkompla għada fejn fil-11.00pm ħin ta' Malta, l-Ekwador jilagħbu kontra l-Peru u fis-2.00am, l-Brażil jilagħbu kontra l-Kolumbja.
[ 15 ]
Fl-ewwel dehra tagħhom fil-Kampjonati Ewropej, u saħansitra f'tournament maġġuri, il-Finlandja se jkunu qed iħarsu li jegħlbu lit-tim fl-ewwel post tar-rankings tal-FIFA, il-Belġju, li biha jassiguraw kwalifikazzjoni storika għat-tim Finlandiż. Għalkemm rebħu partita u tilfu oħra, il-Finlandja jinsabu bl-istess punti daqs ir-Russja, b'telfa jew draw għar-Russi, u rebħa kontra l-Belġju tkun tifsser li l-Finlandja jagħmluha għall-fażi tal-aħħar sittax. Min-naħa l-oħra l-Belġju, li għaddew għall-fażi li jmiss b'żewġ rebħiet kontra r-Russja u d-Danimarka. B'Romelu Lukaku f'forma eċezzjonali kif ukoll ir-ritorn b'saħħtu ta' Kevin de Buryne kontra d-Danimarka, l-Belġju se jkunu qed jaspiraw li jirbħu l-Euro 2020. Bi skwadra b'talent liema bħalu, ħafna jqisu l-Kampjonati Ewropej bħala l-aħħar ċans li din il-ġenerazzjoni ta' plejers tista' tirbaħ unur maġġuri, hekk kif fallew mill jagħmlu dan fl-aħħar żewġ tournaments maġġuri. Għalkemm hemm differenza kbira fil-livell ta' plejers bejn iż-żewġ timijiet, il-FInlandja rebħu erba' mill-ħdax-il partita li kellhom kontra xulxin, bil-Belġju jirbħu tlieta filwaqt li l-erba' konfronti l-oħra temmew fi draw. Grupp B : Finlandja v Belġju 9.00pm (Krestovsky Stadium St.Petersburg) Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
L-Ukrajna u l-Awstrija jiltaqgħu f'partita diretta għar-rebħ tat-tieni post li jfisser kwalifikazzjoni ċerta għall-fażi li jmiss. Biż-żewġ timijiet jinsabu bi tliet punti wara r-rebħiet rispettivi li kisbu fuq il-Maċedonja ta' Fuq, dan il-konfront mistenni jkun wieħed bilanċjat, bit-tim Ukren jibda xi ftit favorit. Fl-ewwel partita l-Ukrajna tilfu 3-2 kontra l-Olanda filwaqt li rebħu 2-1 lill-Maċedonja. Minn naħa l-oħra, l-Awstrija rebħu 3-1 kontra l-Maċedonja ta' Fuq filwaqt li tilfu t-tieni partita kontra l-Olanda 2-0. Iż-żewġ timijiet fil-passat iltaqgħu darbtejn kontra xulxin, biż-żewġ timijiet jirbħu konfront kull wieħed. Grupp Ċ: Ukrajna v Awstrija 6.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Malta għamlitha fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit… jiġifieri wieħed m'għandux għalfejn isegwi perjodu ta' kwarantina mal-wasla tiegħu. Skont ir-Renju Unit, il-lista ta' pajjiżi fuq il-lista l-ħadra tindika dawk bl-inqas riskju. Israel & Jerusalem are also added to the green watchlist. — Rt Hon Grant Shapps MP (@grantshapps) June 24, 2021 Minkejja dan, min jivvjaġġa minn Malta lejn ir-Renju Unit xorta waħda jrid jimla' formola, li tissejjaħ 'passenger locator form', jipprovdi test negattiv qabel jivvjaġġa kif ukoll jagħmel test fit-tieni jum mill-wasla tiegħu. Dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Erbgħa, 30 ta' Ġunju. Iżda min se jivjaġġa mir-Renju Unit lejn Malta, jiġifieri dawk li se jidħlu f'pajjiżna, xorta waħda se jkunu meħtieġa jagħmlu swab test u jsegwu perjodu ta' kwarantina skont ir-regolamentazzjonijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ta' pajjiżna. Huma biss dawk li ħadu l-vaċċin li m'għandhomx għalfejn jgħaddu minn din il-proċedura. Dan fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-varjant Indjan li hemm fir-Renju Unit. Il-pajjiżi kollha barra Malta tpoġġew fuq lista ġdida msemmija 'Green Watch List'. Dawk li tpoġġew fuq din il-lista se jgawdu l-istess benefiċċji bħal dawk li jinsabu fuq il-lista l-ħadra iżda b'differenza li l-pajjiż jista' jitneħħa minnha immedjatament u jitpoġġa fuq il-lista oranġjo. Il-lista ta' pajjiżi li żdiedu fuq il-lista huma l-istess bħal dawk tal-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja. Jekk se tivjaġġa lejn ir-Renju Unit, idħol f'din il-link għal iktar dettalji: https://www.gov.uk/guidance/red-amber-and-green-list-rules-for-entering-england?fbclid=IwAR0NLijWyDxukKicKH3qzF5QQR_sLhMo1-ElcIY-v2qdW76upBV09PUV8BA#green-list Ikkummenta //= $special ?>
[ 1 ]
Minn nhar l-Erbgħa l-1 ta' Lulju, Malta se tkun fuq il-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar tar-Renju Unit. Din id-deċiżjoni se twassal biex turisti Brittaniċi li jiġu Malta ma jkollhomx bżonn jagħmlu perjodu ta' kwarantina meta mbagħad imorru lura f'pajjiżhom. Mit-30 ta' Ġunju, persuni li jtiru lejn Malta mir-Renju Unit iridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin. Dan ifisser li huma biss il-persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li jkunu jistghu jidħlu Malta mir-Renju Unit mingħajr ma jeħtieġu joqgħodu kwarantina.
[ 1 ]
Il-każijiet attivi f'pajjiżi issa jgħoddu 29 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew ħames każijiet ġodda filwaqt li tliet persuni fiequ mill-virus. Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa saru 3,127 swab test u sal-lum 303,939 persuna tlaqqmu b'mod sħiħ f'pajjiżna.
[ 1 ]
Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 3 każijiet ġodda ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 2 persuni… bl-ammont ta' każijiet attivi huwa dak ta' 30. Dan filwaqt li ma kienu rappurtati ebda mwiet… bl-ammont ta' vittmi li ħalliet din il-pandemija fil-gżejjer Maltin jibqa' dak ta' 420. Sal-Ġimgħa ngħataw 650,411 doża tal-vaċċin kontra l-COVID, b'aktar minn 307,000 persuna huma mlaqqma b' mod sħiħ. Mill-bidu ta' din il-pandemija… f'Marzu tal-2020 … kienu reġistrati 30,606 każ ta' dan il-virus filwaqt li fiequ 30,156 persuna. L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li 70% tal-popolazzjoni Maltija issa hija mlaqqna biż-żewġ dożi, dan filwaqt li madwar 80% ħadu mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19.
[ 1, 8 ]
B'kuntrast għad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fil-pajjiż ġar tagħna, l-Awstralja qed testendi l-lockdown f'Sydney. Dan meta, din il-belt daħlet f'lockdown ta' ġimgħatejn oħra hekk kif l-Awtralja rat żieda fil-każi tal-varjant Delta. Din il-miżura, li ilha ma tidħol fis-seħħ sa minn Diċembru li għadda, se taffettwa miljuni kbar ta' nies u tasal wara li fl-aħħar sigħat, din il-belt irrapurtat 80 każ tal-varjant Delta, li fil-passat nafuh aħjar bħala dak Indjan. Il-Ministru tas-Saħħa Brad Hazzard iddeskriva dan il-varjant Delta bħala "avversarju formidabbli ħafna. Kull pass li nieħdu kontrih, il-varjant qed jifhem u jsib mod kif jagħmel kontrattakk." Il-Prim Ministru Scott Morrison irringrazzja lir-residenti għall-paċenzja tagħhom, u għamel kuraġġ lil kulħadd. Hu saħaq li "din il-pandemija, sfortunatament, għadha għaddejja mad-dinja kollha u minn żmien għal żmien se jkollha l-impatt tagħha fuq il-pajjiż." Fl-aħħar sigħat, New Zealand waqqfet il-bubble tal-ivvjaġġar mingħajr kwarantina mal-Awstralja.
[ 1, 10 ]
Enrico u Federico Chiesa kitbu l-istorja tal-Kampjonati Ewropej hekk kif huma l-ewwel missier u iben li rnexxielhom jiskorjaw f'din il-kompteizzjoni. Enrico Chiesa kien skorja fl-14 ta' Ġunju tal-1996 fil-partita kontra r-Repubblika Ċeka. 25 sena u 12-il jum wara, Federico Chiesa jiskorja l-ewwel gowl fir-rebħa ta' 2-1 li l-Italja kisbet fir-round tal-aħħar 16 kontra l-Awstrija.
[ 15 ]
Żebbuġi ta' 43 sena li f'Marzu ta' erba' snin ilu kien ntbagħat 20 xahar ħabs u mmultat €3,000 wara li kien instab ħati li qed ikabbar pjanti tal-cannabis fit-terazzin tiegħu kellu s-sentenza tiegħu sospiża mill-Qorti tal-Appell wara l-bidla li għamel f'ħajtu, grazzi wkoll għal għajnujna li ngħata mill-Caritas. Mhux talli bidel ħajtu imma fil-Qorti ħareġ li qed jagħti lura bil-bosta u qed jgħid persunui oħra lio għandhom problema ta' droga. Il-Pulizija li kienu għamlu s-sejba ta' dawn il-pjanti fir-residenza ta' Walter Desira f'Marzu tal-2011. Kienu sabu 14-il qasrija tal-pjanta tal-cannabis li kienu qed jiġu kultivati b'21 pjanta tal-kannabis ġo fihom. Huwa kien qed iżommhom f'serrer b'dawl artifiċjali. Fir-residenza tiegħu nstabu ukoll żerriegħa tal-pjanti cannabis. L-Ispettur Johann Fenech li kien ressaq lil Desira akkużah bil-pussess aggravat tal-cannabis, li kollox jindika li ma kienux qed jiġu kultivati għall-użu personali tiegħu biss. Fil-Qorti ammetta li ħawwel il-pjanti wara li sab informazzjoni onlajn, u qal li ħadd ma kien jaf bihom u qatt ma biegħ jew ta droga lil ħadd. Desira kien qal fil-Qorti tal-Maġistrati li beda jpejjep il-marijuana wara li beda jsibha diffiċla jorqod, minħabba mediċina li beda jieħu għall-kundizzjoni li jbati biha. Fix-xhieda tiegħu, l-akkużat kien qal li kien ipejjep mat-tmien joints kuljum għax kien ibati minn dipressjoni u attakk nervuż. Il-missier ta' żewġt itfal qal li huwa kien jixtri d-droga minn persuna li kienet tmexxi d-droga fil-klabb tal-banda ta' Ħal Qormi, iżda wara beda jkabbar il-pjanta tal-kannabis fir-residenza tiegħu. Huwa qal li qatt ma biegħ il-marijuana. Fil-Qorti kien stqarr li huwa waqaf ipejjep il-cannabis biex isalva ż-żwieġ tiegħu, hekk kif il-mara qaltlu biex jagħżel bejn il-familja jew id-droga. Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lil Desira ħati ta' pussess ta' droga iżda mhux fuq traffikar. Il-Qorti qalet li hekk kif ir-raġel deher li biddel il-mod ta' kif jgħix wara perjodu diffiċli f'ħajtu, tagħtu sentenza viċin tal-minimu stabbilita. Il-Qorti tal-Appell prseduta mill-Imħallef Edwina Grima għamlet diversi valwazzjonijiet fuq il-każ. Fosthom qieset il-kondotta aġġornata tal-appellant li talab lil din il-Qorti sabiex tassumi l-funzjoni ta' Qorti dwar id-Droga u laqgħat din it-talba u konsegwentement wara li assumiet il-funzjoni ta' Qorti dwar id-Droga, rreferiet lillappellant quddiem il-Bord tar-Riabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga skont l-artikolu 8(3) tal-Kapitolu 537 u ordnat il-komunika tad-digriet tagħha lil dan il-Bord. Il-Qorti tagħat piż kbir il-fatt li Desira għadda lil Pulizija l-informazzjoni kollha li kellu dwar mingħand min kien jixtri r-raża kif ukoll indika l-ħanut minn fejn xtara ż-żerriegħa tal-cannabis. "Issa jekk il-Pulizija minn naħa tagħha naqset milli tinvestiga l-informazzjoni li hu pprovdilhom, hu ma għandu jbati ebda preġudizzju minħabba dan in-nuqqas", qalet il-Qorti tal-Appell. Ġie kkunsidrat ukoll il-fatt li mid-dokumenti annessi man-nota tal-Bord jirriżulta b'mod ċar illi l-appellant ikkopera bis-sħiħ fil-programm ta' rijabilitazzjoni. Hu kien dejjem konsistenti fl-għoti tal-kampjuni tal-urina li kien obbligat li jipprovdi darba fil-ġimgħa fejn skond dak irrapurtat dawn kienu kollha negattivi. Deskritt minn rappreżentant tal-Caritas bħala "storja ta' suċċess" Minn dak illi xehed ukoll Leon Madden, mill-Caritas li segwih Desira huwa meqjus bħala 'storja ta' suċċess' fil-ġlieda tiegħu kontra l-vizzju tad-droga, u llum huwa wieħed mir-role models għal vittmi oħra ta'l-abbuż u jifforma parti milliskema msejħa 'giving back' tal-Caritas fejn joffri l-għajnuna tiegħu lil persuni oħra maħkuma mill-vizzju. Il-Qorti qalet li hija tal-fehma li Desira irnexxielu jegħleb il-problema ta' tossikodipendenza li kellu. Mis-social inquiry report li ġie imħejji quddiem l-Ewwel Qorti mill-Uffiċjal tal-Probation Svetlana Bezzina, irriżulta illi l-appellant kien dipendenti biss fuq il-kannabis li hu beda jikkonsma f'età avvanzata, iżda rnexxielu jwaqqaf dan l-użu, li kien sar wieħed akut, meta għamel kuntatt mal-Caritas fis-sena 2011. Minn hawn hu baqa' jżomm kuntatt regolari mal-Caritas u kull test tal-urina li sarlu irriżulta dejjem fin-negattiv. Ħareġ mir-rapport illi l-użu li kien jagħmel l-appellant minn din is-sustanza kien marbut ukoll ma' kundizzjoni ta' dipressjoni li kien ibati minnha. Illum Desira għandu impjieg regolariżżat u huwa ffukkat sabiex jistabbilixxi ruħu fix-xogħol ta' sprajer u panel beater. Desira ilu mizzewweġ għal diversi snin u għandu żewġ itfal u llum għaraf il-ħtieġa illi jaħdem u jistinka sabiex jerġa jiggwadanja iż-żmiem mitluf mal-familja tiegħu minħabba l-abbuż tad-droga. Il-fatt illi l-Qorti issa assumiet il-funzjonijiet ta' Qorti dwar id-Droga u fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet magħmula, tqies illi l-piena għandha tkun riveduta. Għal dawn il-motivi l-Qorti taqta' u tiddeċiedi billi wara li rat l-artikolu 8(7) tal-Kapitolu 537 tal-Liġijiet ta' Malta, laqgħet l-appell, u irriforma s-sentenza appellata billi tikkonfermaha fejn l-Desira instab ħati ta' pusses ta' droga, bid-differenza li tikkundanna lil Walter Desira għall-perijodu ta' sitt xhur priġunerija, sospiżi għal żmien sentejn. Il-multa kienet ukoll revokata minn €3,000 għal €600 Ikkummenta //= $special ?>
[ 0 ]
Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħodu, il-Pulizija ser tressaq numru ta' persuni lQorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud. Huma ser jitressqu b'akkużi relatati ma' użu ta' dokumenti ffalsifikati, fost oħrajn.
[ 0 ]
F'laqgħa kordjali li l-President kellu ma' rappreżentanti tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex ġew diskussi diversi temi, fosthom il-ħtieġa li tiġi ddiversifikata l-ekonomija Għawdxija, b'importanza lil setturi ambjentali u diġitali, li jistgħu joffru potenzjal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli f'din il-gżira. Għawdex bħal diversi gżejjer oħra hija dipendenti fuq it-turiżmu fejn il-pandemija uriet il-ħtieġa li l-ekonomija Għawdxija tiddiversifika ruħha f'setturi oħrajn li jistgħu wkoll joffru opportunitajiet tajbin ta' impjieg fil-gżira, filwaqt li bl-ebda mod ma jimpattaw negattivament fuq l-ambjent. Il-President tal- Gozo Business Chamber Joseph Borg tkellem dwar l-isforz li jrid isir fis-setturi ambjentali u diġitali sabiex jinħoloq aktar xogħol ta' kwalita u fit-tul f'Għawdex stess. Il-Kamra kellha wkoll l-opportunità li tiddiskuti l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent fejn saħqet li kull żvilupp li jseħħ f'Għawdex għandu jkun magħmul b'tali mod li jsebbaħ l-ambjent tal-madwar. Il-Kamra qalet li huwa mportanti li Għawdex jitħares sabiex jibqa' destinazzjoni distinta u attraenti.
[ 7 ]
Brażiljan ta' 30 sena intbagħat il-ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li mporta tliet kilos sustanza ħadra suspettata ħaxixa tal-cannabis. Huwa ġie arrestat fl-ajruport nhar il-Ħadd li għadda hekk kif wasal minn Barcellona Pedro Augusto Charret ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud f'ċirksotanzi li juru li din ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu. Irriżulta li nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija mill-Iskwadra Kontra d-Droga ġiet infurmata li l-iskwadra tad-Dwana kienet waqfet persuna li kienet għadha kemm tasal u saret spezzjoni fuq il-bagalja li kienet qed iġorr. Irriżulta li f'kompartament moħbi kien ammont sostanzjali ta' ħaxixa bil-Brażijan jispiċċa arrestat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Steven Ryan Micallef filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għall-Brażiljan.
[ 0 ]
Mara ta' 42 sena mill-Gżira li qed tiskonta għexieren ta' pieni relatati l-aktar ma' każijiet ta' frodi ngħatat opportunità mill-Qorti tal-Appell Kriminali peress li jidher li miexja fit-triq it-tajba u qed tagħmel l-almu kollu biex tirriforma ruħha. Alexia Cross kien ġiet kundannata tliet snin ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati wara li kienet ammettiet li ħadet €71,000 b'qerq lil raġel li miegħu kellha relazzjoni, u li ffalsifikat il-firem tiegħu biex tiġbidlu l-flus mill-bank. Is-sentenza ta' ħabs ġiet sospiża wara li Cross appellat minnha fid-dawl tal-fatt li kienet ammettiet għall-akkużi u li kienet ikkoperat mal-Pulizija. Hija spjegat fl-appell li r-raġel li ffrodat kienet diġà ħallsitu lura parti mill-ammont, iżda ma setgħetx tkompli tħallsu minħabba li spiċċat il-ħabs fuq każi oħra. "F'materja bħal dik in din il-Qrati tagħna kemm il-darba rrikorrew ghall-miżura ta' bdil jew mitigazzjoni fil-piena jekk tiżbokka l-hekk imsejħa 'window of opportunity', ċirkostanza din li tfisser li l-imputati jew appellanti jkunu jafu jgħarfu l-valur tagħha u jisfruttaw il-klemenza tal-Qorti fis-sejbien tat-triq it-tajba jew jitilfu l-mira u jerġgħu lura għall-hajja kriminuża tagħhom", qal l-Imħallef Giovanni Grixti. Kompla li minn eżami tal-fatti kollha, inkluż il-Pre-sentencing Report, jidher illi din hija waħda minn dawk is-sitwazzjonijiet fejn Cross tista' tkun kandidata tajba ghal-ħustizzja riparatriċi u riformattiva. Il-Qorti tal-Appell qalet li Cross setgħet teħel sa sebgħa snin ħabs, u l-ewwel Qorti kienet diġà kkunsidrat l-ammissjoni u l-koperazzjoni tagħha. Madanakollu l-Qorti qieset ukoll li Cross tidher li qed tirriforma ruħha, fejn laqħet ftehim bil-miktub mal-vittma u mill-ħabs qed tħallsu ammont kull xahar. Il-Qorti qieset ukoll il-parir tal-uffiċjal tal-probation li Cross, li issa tixtieq tapplika għal parole, tingħata sentenza sospiża flimkien ma' għajnuna. Il-Qorti għalhekk biddlet il-piena u kkundannat lil Cross sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Hija poġġiet ukoll lil taħt Ordni ta' Superviżjoni għal erba' snin u taħt Ordni ta' Trattament għal sentejn. Il-mara kienet ikkundannata tliet snin ħabs wara li kienet ammettiet li ħadet Lm30,565 (€71,000) b'qerq wara li kienet tiffalsifika firma u toħroġ ċekkijiet li ma jistgħux jissarfu. Alexia Cross kienet akkużata li fuq perjodu ta' erba' snin bejn l-2002 u l-2005 kienet tiġbed Lm300 fil-ġimgħa mill-kont ta' raġel li llum għandu 72 sena. Dan kienet tagħmlu billi tippreżenta ittra bil-firma tiegħu li fiha kien jawtorizzaha tiġbed dawn il-flus. Madanakollu l-firma kienet tiġi ffalsifikata minnha. Sadanittant Cross kienet tagħti wkoll lir-raġel ċekkijiet li kien isarrfilha, li iżda mbagħad kienu jibbawnsjaw u ma jissarfux. Dan kollu baqa' għaddej sakemm il-manager tal-HSBC fil-Gżira ġibed l-attenzjoni tal-klijent b'dak li kien għaddej. Il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat il-fatt li Cross diġa qed tiskonta piena karċerarja fuq kawżi oħra u in rigward ressqet talba sabiex tingħata din is-sentenza peress illi tixtieq tapplika għall-parole Meta l-appellanta tressqet fuq dan il-każ lura fis-sena 2008 diġa kienet misjuba ħatja ta' delitti simili. Minn dakinhar naturalment għadda ħafna żmien tant li qed tiskonta pieni dwar kawżi li għaddew dwar reati kommessi wara is-sena 2008. Il-Qorti qalet li qed tilqa' is-suġġeriment tal-Uffiċċjal tal-Probation fir-rapport ferm dettaljat tagħha meta ssuġġeriet mhux li fil-konfront tal-appellanta jkun applikat l-Att dwar il-Probation, iża li tkun applikata sentenza sospiza fil-massimu tagħha oltre sanzjonijiet kawtelatorji ohra bhala miżuri ta' għajnuna. Dan huwa possibbli biss għaliex Cross ma ingħatatx l-akkuza tar-reċediva fl-akkużi kontriha. Kien għalhekk li l-uniku mod li dan jista' jsir hu li tkun imnaqqsa l-piena u għalhekk filwaqt illi tilqa' l-appell billi tirriforma s-sentenza appellata fejn tikkonfermaha f'dik il-parti li fiha l-ewwel Qorti sabitha ħatja u tvarjaha billi tħassarha f'dik il-parti li fiha kkundannatha għal terminu ta' priġunerija ghal tliet snin. Minflok ikkundannatha għal terminu ta' priġunerija ta' sentejn liema terminu ma jibdiex iseħħ ħlief jekk Cross tikkommetti delitt iehor punibbli bi priġunerija fi żmien erba'snin. Mill-istess Pre Sentencing Report jirriżulta li Cross għad jeħtigilha għajnuna u għalhekk qeħditha taħt Ordni ta' Supervizzjoni għall-istess perjodu ta' erba' snin u Ordni ta' Trattament għall-perjodu ta' sentejn.
[ 0 ]
Joe Ellis, PN Id-deputat Nazzjonalista Joe Elis qal li l-inkjesta madwar il-qtil ta' Daphne Carauana Galizia kkonkludiet li kieku mhux għax Daphne kienet maqtula, l-Istat Malti kien se jispiċċa mmexxi minn organizzazzjoni Mafjuża. Hu sostna fil-parlament li l-pajjiż kien se jipiċċa f'sistema li fiha l-pajjiż jitmexxa minn klikka li taħtaf ir-riżorsi tal-pajjiż għall-benefiċċju tagħha. Dan jikkonfermah il-Bord tal-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hemm anki ministri tal-Gvern li ddikjaraw li l-Kabinet tal-Gvern kien tilef is-saħħa tiegħu minħabba li d-deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn persuni oħra fosthom Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi li kienu jiddeċiedu l-proġett l-kbar ta' korruzzjoni fosthom il-bejgħ tal-isptarijiet u l- power station . Id-deputat Nazzjonalista kkwota r-rapport li jitratta ż-żwieġ kontra n-natura bejn il-Gvern Laburista u elementi fil-kummerċ li wżaw il-viċinanzi li kellhom mal-Gvern Laburista biex javvanzaw l-interessi personali tagħhom. Biex is-sagfriċċju ta' Daphne ma jkunx għalxejn iridu jittieħdu l-azzjonijiet biex dan iż-żwieġ kontra n-natura jintemm.
[ 12 ]
Il-Moviment Graffitti qal li qed jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-forom ta' razziżmu istituzzjonalizzat evidenti fis-sistema tal-ġustizzja kriminali. Każ partikolari huwa l-ġudizzju inuman u inġust ta' jumejn ilu fejn żewġ koppji fi triqthom lejn il-Belġju, ġew arrestati fl-ajruport u ngħataw sentenza ta' sitt xhur ħabs b'mod arbitrarju mill-Qorti tal-Maġistrati għax kellhom passaporti foloz, b'uliedhom li ma jaħtu xejn jispiċċaw 'orfni' mis-sistema. F'komunikat għall-istampa l-Moviment qal li tajjeb ninnutaw li filwaqt li l-Att Dwar l-Immigrazzjoni (Kapitlu 217 tal-Liġijiet ta' Malta) jipprovdi għal terminu ta' bejn sitt xhur u sentejn ħabs għall-użu ta' dokumenti foloz, m'hemm xejn fil-liġi li jwaqqaf lill-Qrati milli tagħti waħda mis-sanzjonijiet ibbażati fil-komunità li jipprovdi l-Att dwar il-Probation (Kapitlu 446 tal-Liġijiet ta' Malta) bħal libertà proviżorja, Ordni ta' Probation, Ordni ta' Servizz fil-Komunità, jew Combination Order – sanzjonijiet li jingħataw b'mod regolari għal offiżi li jġorru sentenza ta' mhux iktar minn seba' snin ħabs u għal offiżi li jikkawżaw ħafna iktar ħsara lill-vittmi tagħhom u lis-soċjetà meta tqabbilhom mal-użu ta' dokumenti foloz minn immigranti. Dan l-issentenzjar qal il-Moviment huwa diskriminatorju lejn l-immigranti u dawk li qed ifittxu ażil juri li l-qrati kriminali qegħdin ikunu l-iktar kattivi u ħorox ma' dawk l-iktar vulnerabbli. Fil-fatt wieħed mill-fatturi li qed tikkontribwixxi għall-kriżi ta' nuqqas ta' spazju fis-sistema tal-ħabs jista' jiġi attribwit għall-fatt li dawk li jinstabu ħatja taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni qegħdin jingħataw sentenzi kattivi ta' ħabs mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni umanitarja għaċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom – każ sfaċċat ta' abbuż ta' poter u ta' razziżmu istituzzjonalizzat. Il-Moviment Graffitti qal ukoll li jinsab ukoll imħasseb dwar proċessi ovvji ta' 'krimmigrazzjoni' fejn l-immigrazzjoni qiegħda tkun minsuġa dejjem iżjed ma' proċessi ta' ġustizzja kriminali u qiegħda tiġi kriminalizzata minflok indirizzata fuq bażi umanitarja. "Filwaqt li nifhmu li s-sistema tal-ġustizzja kriminali jeħtieġ li tindirizza serjament il-kriminalità organizzata u t-traffikar uman, huwa ċar li b'dawn il-prattiki inumani u diskriminatorji, qed tilħaq biss lil min hu vulnerabbli u żvantaġġat. Dan żgur mhux l-iskop tas-sistema tal-ġustizzja kriminali li għandha d-dmir li titratta lil kulħadd b'mod ġust u bla preġudizzji kif ukoll li tiżgura li s-severità tas-sentenza tkun tirrifletti l-offiża li tkun saret", qal il-Moviment. Fid-dawl ta' dan, il-Moviment Graffitti jsejjaħ għal mod iktar uman u ġust ta' sentenzjar kif ukoll għat-tmiem immedjat tar-razziżmu istituzzjonalizzat tas-sistema tal-ġustizzja kriminali.
[ 0 ]
Is-soċjetà ċivili Repubblika ressqet protest ġudizzjarju wara li kien miċħud l-aċċess għall-Strangers 'Gallery fil-Parlament. Il-protest ġudizzjarju, ippreżentat kontra l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra Raymond Scicluna u ffirmat mill-avukati Paul Borg Olivier u Eve Borg Costanzi, li argumentaw li l-pandemija kienet "skuża dgħajfa" biex tiċħad liċ-ċittadini d-dritt tagħhom li josservaw id-dibattiti u proċess leġislattiv b'mod personali. Huma kienu għamlu t-talba lill-Iskrivan tal-Kamra, u talbu 30 biljett għall-Strangers 'Gallery għas-sessjoni tal-Ġimgħa, iżda din kienet ġiet miċħuda. Dan jgħid il-protest kien abbuż serju tad-diskrezzjoni mogħtija lill-Ispeaker u l-Iskrivan biex jillimitaw l-aċċess mhux ikkontrollat ​​għall-Gallerija u ma kinitx l-ewwel darba li dan ġara waqt dibattiti dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku, huma qalu. Ir-rifjut mhux biss ma kienx raġonevoli, iżda kien parti minn pattern mill-Ispeaker u l-Iskrivan, sostnew Repubblika. Ġie argumentat li r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija ġew imposti fi żmien ta' emerġenza tas-saħħa nazzjonali li minn dakinhar ġie irrevokat, flimkien ma' bosta restrizzjonijiet oħra fil-portijiet, bars, ħwienet u ristoranti. Ir-riżultat finali tal-għeluq ta' li Stangers Gallery fejn dan kien l-esklużjoni għaċ-ċittadini minn spazju maħluq bl-intenzjoni li jippermettilhom isegwu dibattiti li kienu jikkonċernawhom. Id-dibattitu kien kwistjoni ta' interess nazzjonali kbir, sostniet l-organizzazzjoni, waqt li indikat il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika, li talbet li jibda l-proċess ta' fejqan nazzjonali wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Ir-Repubblika żiedet tgħid li l-awtoritajiet ma rawx il-ħtieġa ta' barrikati u miżuri oħra biex jipproteġu s-saħħa tal-Membri Parlamentari fl-aħħar jiem meta folol kbar u kompatti ta' nies mhux imlaqqma għamlu kju barra l-Parlament biex jirċievu t-tilqima tagħhom. Il-protest jargumenta li r-rifjut tagħhom kien jammonta għal ksur tad-dritt fundamentali tal-bniedem għall-espressjoni tagħhom u qed iżomm lil dawk responsabbli għal kwalunkwe azzjoni sussegwenti tal-qorti li tista' tiġi ppreżentata b'rabta ma 'dan il-fatt.
[ 0 ]
Statwa misruqa, ikona tal-whisky Johnnie Walker wasslet lill-pulizija biex tidentifika ħalliel li baqa' dieħel f'diversi karozzi pparkjati biex jisirq oġġetti tal-elettronika u l-għodda tal-kostruzzjoni. Il-Qorti semgħet kif Ivan Galea li jaħdem bħala kaħħal ta' 46 sena mill-Belt Valletta kien għadu kemm ħareġ mill-ħabs meta ddeċieda li jisraq l-istatwa minn vetrina tal-ħanut fi Triq San Pawl, il-Belt. Filmati minn CCTV wassal lill-pulizija biex tidentifika lil Galea ma' żewġ serqiet oħra. It-tnejn seħħew fit-23 ta 'Lulju fil-Belt Valletta. Il-miri kienu karozzi pparkjati. Minn Alfa Romeo, Galea seraq baskett li kien fih MacBook u oġġetti oħra tal-elettronika. Huwa seraq ukoll sander industrijali minn vann Toyota ipparkjat fi triq fil-qrib. Aktar tard huwa ġie arrestat u ffaċċjat b'evidenza inkontestabbli tal-ħtija tiegħu, Galea kien stqarr kollox mal-pulizija u rritorna l-oġġetti misruqa. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-Ispettur Priscilla Caruana Lee akkużat lir-raġel b'diversi akkużi ta 'serq, aggravati mill-valur u n-natura tal-ħaġa misruqa. Huwa ġie mixli wkoll li kkawża ħsara lill-karozzi. L-avukat difensur Jason Grima qal li r-raġel ried iwieġeb ħati bi tpattija għall-piena minima, iżda r-raġel ħasibha u qal li biddel fehmtu u kien se jiċħad l-akkużi. Il-Qorti rrimarkat li kieku ma kienx eliġibbli għal piena minima jekk finalment ibiddel fehmtu. Wara li kkonsulta mal-avukat tiegħu, huwa wieġeb ħati. Fl-għoti tal-piena, il-Maġistrat Mifsud qies it-talba bikrija ta' ammissjoni tar-raġel, il-fatt li l-oġġetti misruqa ġew ritornati lill-pulizija, il-kooperazzjoni tal-akkużat mal-pulizija u r-rekord kriminali twil tar-raġel. Galea ġie kkundannat 18-il xahar ħabs. Il-qorti appellat lill-akkużat biex juża l-ħin tiegħu fil-ħabs biex jiddeċiedi darba għal dejjem biex ibiddel il-modi tiegħu u joħroġ mill-ħabs bħala "ċittadin denju." Il-qorti talbet lill-awtoritajiet tal-ħabs biex jippermettu lil Galea jaħdem fil-ħwienet tax-xogħol tal-ħabs u barra l-ħabs, taħt superviżjoni. Il-Maġistrat Mifsud qal ukoll li ried jarah fuq pellegrinaġġ tal-priġunieri f'Ta Pinu, li se jkun qed iseħħ dalwaqt. "Agħmilha sew din id-darba; Ma rridx narak lura l-ħabs," ​​qallu il-maġistrat.
[ 0 ]
Dalgħodu, il-membri tal-Gvern ċaħħdu lis-soċjetà ċivili milli tkun preżenti fl-istrangers gallery biex issegwi d-dibattitu Parlamentari dwar l-Inkjesta Pubblika li ġiet ippubblikata ilbieraħ. Kien il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li ressaq din it-talba f'isem is-soċjetà ċivli, iżda n-naħa tal-Gvern irreżistiet din it-talba u ma tatx permess li jkun hemm preżenti nies fl-istrangers gallery. Man-naħa tal-Gvern kien hemm ukoll il-Prim Ministru innifsu – bid-deputat Laburista Rosianne Cutajar eżatt warajh. Intant, fuq barra tal-Parlament, spikkat preżenza akbar mis-soltu ta' membri mill-Korp tal-Pulizija. Inġabru wkoll numru ta' attivisti mis-soċjetà ċivili, opinjonisti u akkademiċi.
[ 12 ]
L-attakkant internazzjonali Ingliż u ta' Manchester United, Marcus Rashford se jkun qed jiltef l-ewwel tliet xhur tal-istaġun il-ġdid wara li se jkun qed jiġi operat fi spalltu il-ġimgħa d-dieħla. Rashford ilu bi problemi fi spalltu għal numru ta' xhur u kien konkluż li permezz ta' operazzjoni biss, jista' jirritorna għan-normal. Fl-istaġun li għadda Marcus Rashford skorja 11-il gowl f'37 partita ma' Manchester United u kien ukoll parti mill-iskwadra tal-Ingilterra għall-Euro 2020.
[ 15 ]
Karol Aquilina, PN Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna fil-parlament li issa daqshekk gideb, manuvrar u ħabi, issa l-verità nafuha u għandhom jittieħdu l-azzjonijiet. Karol Aquilina qal li r-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Caruana Galizia jitfa' l-ħtija fuq il-Gvern Laburista, kollu kemm hu li issa qed jipprova jilgħabha tal-veriġni. Il-Gvern Laburista kien kontra li ssir inkjesta u vvota diversi drabi kontra l-mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni. L-inkjesta titkellem fuq l-impunità u r-responsabbiltà fejn il-Gvern ħoloq sitwazzjoni fejn min hu fil-Gvern jagħmel li jrid; jista' jewttaq korruzzjoni u joqtol u ma jmissu ħadd. Eżempju ta' dan hu l-kriminal Konrad Mizzi li għadu jgawi mill-impunità. Il-Kap tal-Majfa Joseph Muscat kellu lil Robert Abela bħala konsulent tiegħu, sostna Karol Aquiliuna, li semma' diversi persuni f'awtoritajiet importanti li ssemmi l-inkjesta fosthom Ian Abdilla. Dan hu pulizija korrott li rċieva r-rapport tal-FIAU dwar Keith Schembri iżda li ħadem biex ma jsir xejn dwaru. Meta dan ir-rapport kien żvelat, ċempillu Keith Schembri u Ian Abdilla ammetta li mar Kastilja biex iddiskuta dan ir-rapport. Dan hu kompliċi mal-kriminali. Min se jieħu azzjoni biex Abdilla jitkeċċa mill-Korp tal-Pulizija? Hu semma' lil Yorgen Fenech u qal li meta kienet żvelata l-istorja dwar 17 Black, Keith Schembri waqqal lill-pulizija milli jkellmu lil Fenech. X'se jagħmel il-Prim Ministru? Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jiċħad lil Joseph Muscat billi jkeċċih mill-PL, jirtiralu l-unur tal-Ordni tal-Mertu, jitolbu jirrifondi lura l-€120,000 li ħa meta spiċċa minn Prim Ministru u jista' jitolbu jagħti l-informazzjoni kollha lill-Pulizija. Iżda l-Prim Ministru ma jistax jagħmlilhom għax għadu marbut ma' Joseph Muscat; se jibqa' l-iskjav etern ta' Muscat. Daqshekk gideb, manuvrar u ħabi, issa l-verità nafuha u għandhom jittieħdu l-azjzonijiet.
[ 12 ]
Raġel minn Hong Kong kien ikkundannat għal disa' snin ħabs wara li saq mutur għal fuquffiċjali tal-pulizija — u waqt li hu kien qed ixejjer bandiera b'messaġġ ta' sfida lill-awtoritajiet lokali li qed jimplimentaw il-politika taċ-Ċina. Tong Ying-kit – li dakinar kien qed iġorr bandiera b'messaġġ favur 'rivoluzzjoni' u 'Hong Kong ħieles' – aktar qabel kien instab ħati bħala 'protagonista ta' moviment kontra l-awtoritajiet ta' Hong Kong' kif ukoll dwar 'terroriżmu'. Hu kien l-ewwel raġel li spiċċa akkużat taħt il-liġi kontroversjali ta' Hong Kong li tirrigwarda s-sigurtà nazzjonali. Intant, il-verdett, filwaqt li hu sinifikanti, kapaċi jservi bħala 'mudell' għal kif każijiet simili jkunu interpretati fil-futur. Sadanittant, spiċċaw arrestati 'il fuq minn 100 ruħ mindu l-liġi daħlet fis-seħħ, fl-2020 – bil-kritiċi jfissru l-liġi bħala 'daqqa ta' ħarta lill-kunċett tal-awtonomija għal Hong Kong.'
[ 10 ]
Dieversi nirien ħakmu l-madwar tal-Ajruport ta' Katanja fi Sqallija, bil-konsegwenza li diversi turisti li kienu qed jistennew biex jaqbdu t-titjiriet spiċċaw l-art u anki kellhom jevakwaw l-ajruport. Rapporti min Sqallija qegħdin jindikaw li l-fjammi kien wisq feroċi biex ikunu kkontrollata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili Sqallin. Dan wassal biex diversi turisti jqattgħu lejl ieħor fi Sqallija huma u jistennew biex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal. Intant, kelliema għall-ajruport ta' Katanja ikkonfermaw is-sospensjoni tat-traffiku tal-ajru, sakemm iċ-ċirkustanzi jkunu aktar favorevoli. Wara investigazzjonijiet preliminarji, irriżulta li n-nirien tqabbad apposta minn individwi li għad iridu jkunu identifikati. Dan meta bħalissa Sqallija għaddejja min perjodu ta' sħana tremenda li hi rari anki għal dawn iż-żmenijiet tas-sena. L-aktar żoni affetwati min-nirien kienu ż-żoni ta' Palermo, Messina u Katanja — fejn lokalitajiet bħal Fossa Creta, kellhom saħansitra jevakwaw iċ-ċittadini min djarhom sabiex huma jevitaw in-nirien. Il-Protezzjoni Ċivili ta' Sqallija immedjatament iddikjarat allert massimu fost l-istqarrijiet biex iċ-ċittadini jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi fid-dawl tal-kriżi u biex jevitaw il-fatalitajiet. Ikkummenta Tags internazzjonali
[ 10 ]
Nirien li ilhom għaddejin 24 siegħa sħaħ. Fjammi u dħahen kbar. Sqallija, kważi kollha, mixgħula b'dawn in-nirien li qed iħallu qerda sħiħa. Hija din is-sitwazzjoni li żviluppat ilbierah fil-gżira ġara tagħna – minn Palermo sa Katanja sa Noto – b'għexieren ta' residenti jkollhom jiġu evakwati. Il-President tar-Regjun Nello Musumeci qed jgħid li ċertu zoni inbiddlu f'infern, u wissa li se jitfa' l-ħabs lil dawk kollha responsabbli għall-hruq – nar illi kompla jinfirex anke kaġun tas-sħana rekord li qed tolqot fuq Sqallija.
[ 10 ]
It-Turkija kisbet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja fid-dixxiplina tal-isparar bil-qaws meta Mete Gazoz għeleb l-isfida ta' Mauro Nespoli f'finali kompetittiva. Gazoz li rebaħ darbtejn it-Tazza tad-Dinja f'din id-dixxiplina darbtejn għeleb lit-Taljan 6-4, biex b'hekk kiseb ukoll l-ewwel deheb għat-Turkija f'dawn l-Olimpjadi. Fit-tielet post u b'hekk rebaħ il-bronż, temm l-atleta Ġappuniż Takaharu Furukawa.
[ 15 ]
Wang Shun rebaħ il-midalja tad-deheb fil-200 metru individual medley hekk kif temm 0.28 sekondi quddiem Duncan Scott. Wang waqqaf rekord Asjatiku dak ta' 1:55.00. Scott temm f'ħin ta' 1:55.28 filwaqt li Jeremy Desplanches temm f'ħin ta' 1:56.17.
[ 15 ]
Barcelona, Real Madrid u Juventus mistennija jibqgħu għaddejin bil-pjanijiet li jwaqqfu l-European Super League. Fi stqarrija konġunta, t-tliet klabbs qalu li d-deċiżjoni tal-qorti li ttieħdet l-Ġimgħa f'Madrid tobbliga lill-UEFA biex twaqqaf il-proċeduri kontra dawn il-klabbs. F'April li għadda 12-il klabb proponew li jwaqqfu l-European Super League iżda dan il-pjan kellu jitwaqqaf wara 72 siegħa wara li kien kritikat minn bosta.
[ 15 ]
L-Erbgħa li ġej jiltaqgħu kontra xulxin Rapport: Stewart Said SAN ĠILJAN MERCURY………… 15 M'SKALA FISH AND FISH……… 6 (4-2), (6-1), (2-1), (3-2) Ebda diffikultà għaċ-champions San Ġiljan Mercury Towers kontra Marsaskala Fish and Fish. Il-Ġiljaniżi ħadu r-riedni tal-logħba mill-ewwel sessjoni u aċċertaw mir-rebħa fit-tieni waħda biex fl-aħħar żewġ sessjonijiet ikkontrollaw il-konfront. Marsaskala ħassew in-nuqqas tat-tim ta' Paul Privitera li kien mat-tim iżda ma kienx inkluż fl-ilma. Darren Zammit poġġa lil San Ġiljan żewġ gowls minn fuq iżda Marsaskala wieġbu b'żewġ gowls minn Stephen Micallef u Mark Carani. Madankollu Darren Zammit u Mattias Ortoleva taw vantaġġ doppju. San Ġiljan iddominaw it-tieni sessjoni u sa nofs is-sessjoni kien diġà kabbru l-vantaġġ għal 8-2. Ben Plumpton u Matthew Zammit mir-raba' penalty tas-sessjoni, kabbru d-distakk għal tmien gowls, b'Jake Ciantar inaqqas id-distakk fl-aħħar nofs minuta ta' qabel il-mistrieħ. Ir-ritmu tal-logħba naqas fl-aħħar żewġ sessjonijiet. Dino Zammit skorja doppjetta oħra u tella' t-total personali għal ħames gowls, b'Carani jiskorja r-raba' gowl ta' Marsaskala fl-aħħar minuta tas-sessjoni. Il-kowċ Dorian Pisani żamm ħafna mill-plejers regolari fl-aħħar sessjoni wkoll. Għal Marsaskala spikka l-gowlkiper żagħżugħ Aiden Muscat li lagħab l-aħħar sessjoni. Wara li Kyle Navarro u Carani skorjaw għal Marsaskala, San Ġiljan skorjaw tliet darbiet fl-aħħar tliet minuti b'doppjetta ta' Andreas Galea u gowl ta' Dino Zammit għal rebħa aktar minn komda. 11 BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 6 (3-0), (3-1), (2-2), (3-3) Neptunes għelbu wkoll lil Birżebbuġa Freeport f'logħba kalma u mingħajr tensjoni żejda. L-aħjar tim rebaħ, b'Neptunes ma jkollhomx l-aqwa logħba possibbli iżda kisbu dak li xtaqu meritatament. Dan minkejja li Birżebbuġa pruvaw jorganizzaw ruħhom kemm setgħu biex jillimitaw id-danni kontra tim aħjar minnhom. Bidu pożittiv mit-tim ta' Jovan Popovic li rebaħ l-ewwel sessjoni 3-0 b'doppjetta ta' Stevie Camilleri u gowl ta' ħuh Jordan. L-andament tal-logħba baqa' l-istess, b'Neptunes ikomplu jikkontrollaw il-logħba filwaqt li sabu ċ-ċans li jżidu tliet gowls oħra. Wara s-sitt gowl, Birżebbuġa naqqsu d-distakk permezz ta' Christian Mifsud. Neptunes baqgħu jikkontrollaw il-logħba u wara li David Cutajar naqqas id-distakk, James Spiteri Staines u Stevie Camilleri kabbru l-iskor għal 8-2. Cutajar reġa' naqqas id-distakk fl-aħħar minuta tas-sessjoni. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata, bit-tim ta' Pierre Borg tal-anqas jirnexxilu jikseb riżultat rispettabbli. Dan wara li baqgħu sal-aħħar jippruvaw jilagħbu l-logħba tagħhom, għalkemm Neptunes naqqsu ftit l-intensità tagħhom. Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), L. Calleja, G. Pace, J. Spiteri Staines (1), S. Camilleri (4), J. Camilleri (2), J. Abela, M. Spiteri Staines (2), A. Fenech, S. Gialanze, A. Bugeja, M. Farrugia, R. Galea Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia, N. Cassar, D. Pace Lupi, C. Mifsud (1), P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar (4), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech, G. Sammut (1) Referees: Peter Balzan, Stefan Licari Logħob għas-Sibt L-Ewwel Diviżjoni Sirens v Exiles 5.00pm Ta' Xbiex v Marsaxlokk 6.05pm Kampjonat Premier Sliema v Valletta 7.10pm Ikkummenta Tags Kampjonat tas-Sajf 21
[ 15 ]
L-atleta Maltija Carla Scicluna rnexxielha tikkwalifika għall-ewwel rawnd tal-heats tal-100 metru meta temmet fit-tielet post fir-rawnd preliminari. Scicluna rnexxielha twettaq ħin ta' 12.11 sekonda u kienet biss 0.06 sekondi 'l bogħod milli tikser l-aħjar ħin personali tagħha. It-tellieqa ntrebħet minn Joella Lloy b'ħin ta' 11.55 sekonda. Fl-ewwel rawnd, Scicluna tellqet fil-ħames heat fejn fost l-oħrajn tellqet kontra Shelly-Ann Fraser Pryce, rebbieħa ta' żewġ midlaji tad-deheb fil-100 metru. Scicluna temmet fit-tmien post fejn kisbet ħin ta' 12.16 sekonda. Shelly-Ann Fraser Pryce rebħet il-heat b'ħin ta' 10.84 sekonda.
[ 15 ]
Trent Alexander-Arnold ġedded il-kuntratt tiegħu ma' Liverpool hekk kif iffirma kuntratt ta' erba' snin. Alexander-Arnold qal li huwa mument speċjali ferm għailh li qed jingħata l-fiduċja mill-klabb ta' Liverpool.
[ 15 ]
Ir-Repubblika Ċeka kisbet il-midalja tad-deheb fil-qdif K1 permezz tal-qaddief Jiří Prskavec hekk kif qabel l-Olimpjadi kien il-favorit li jagħmel dan. Prskavec kellu bidu tajjeb u fetaħ vantapp komdu fuq Jakub Grigar li temm fit-tieni post. Prskavec temm f'ħin ta' 91.63 sekonda fejn għeleb id-diżappunt li kellu f'Rio fejn temm fit-tielet post. Fit-tielet pożizzjoni temm il-Ġermaniż Hannes Aigner li temm f'ħin ta' 97.11 sekonda.
[ 15 ]
Tiġi fi tmiemha l-ħolma ta' Novak Djokovic fl-Olimpjadi ta' Tokjo hekk kif kien eliminat minn Alexander Zverev fejn issa se jkun qed jilgħab kontra Karen Khachanov wara li għeleb lil Pablo Carreno Busta. Zverev ħareġ rebbieħ 1-6 6-3 6-1 f'sagħtejn u tliet minuti. Din kienet telfa mhux mistennija għal Djokovic hekk kif kien qed jittama li jirbaħ l-erba' Grand Slams u l-midalja tad-deheb fl-istess sena.
[ 15 ]
L-għawwiema mill-Istati Uniti Katie Ledecky kompliet tiddomina t-800m freestyle hekk kif rebħet it-tielet deheb konsekuttiv fl-Olimpjadi ta' Tokjo. Ledecky kienet il-favorita li tirbaħ din it-tellieqa, bl-Awstraljana Ariarne Titmus tkun l-aktar kompetitura diffiċli hekk kif kienet diġa għelbet lil Ledecky fl-400m. Din kienet is-sitt midlaja tad-deheb individwali għal Ledecky biex b'hekk saret l-aktar mara li rebħet midalji tad-deheb. Fit-tieni u fit-tielet post temmew Ariarne Titmus u Simona Quadarella.
[ 15 ]
Valtteri Bottas kien l-aktar veloċi fi tmiem it-tieni sessjoni fil-provi tal-Ġimgħa. Bottas temm qabel sieħbu fit-tim Lewis Hamilton fejn temm 0.027 sekonda qabel is-sewwieq Ingliż. Max Verstappen li kien qed jirritorna wara l-inċident li kellu ma' Lewis Hamilton temm fit-tielet post. Is-sewwieq ta' Alpine Esteban Ocon temm fir-raba' pożizzjoni filwaqt li s-sewwieq ta' Red Bull Sergio Perez temm fil-ħames post. Is-sewwieqa ta' Ferrari, Charles Leclerc u Carlos Sainz temmew fil-ħdax u fit-tnax -il post rispettivament.
[ 15 ]
Is-seed numru wieħed Novak Djokovic temm l-Olimpjadi f'Tokjo mingħajr midalja hekk kif tilef il-finali għall-midalja tal-bronż kontra Pablo Carreno Busta. Djokovic kien qed jittama li jirbaħ il-Golden Slam, hekk kif f'sena waħda seta' rebaħ l-erba' Grand Slams kif ukoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi. Carreno Busta rebaħ din il-partita 6-4 7-6 6-3. Matul il-partita Djokovic deher nieqes mill-motivazzjoni kif ukoll deher f'xi waqtiet frustrat. It-tennista Serb xorta waħda għadu fiċ-ċans li jikseb il-bronż fid-doubles hekk kif flimkien ma' Nina Stojanovic jilgħabu kontra t-tim Awstraljan iffurmat minn Ashleigh Barty u John Peers Ikkummenta
[ 15 ]
L-għawwiem Amerikan Caeleb Dressel waqqaf rekord dinji fil-100m butterfly hekk kif rebaħ it-tielet midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Tokjo. Dressel temm f'ħin ta' 49.45 sekonda fejn għeleb l-sifida tal-Ungeriż Kristo Milak, bl-għawwiem Żvizzeru Noe Ponti jtemm fit-tielet post. Ikkummenta
[ 15 ]
L-atleta tal-Korea t'Isfel An San saret l-ewwel atleta li rebħet tliet midalji tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Tokjo. An San rebħet il-finali tan-nisa tal-isparar bil-qaws f'Yumenoshima Park Archery Field fejn għelbet l-isfida diretta ta Elena Osipova. L-atleta ta' 20 sena saret l-ewwel atleta li rebħet tliet midalja tad-deheb hekk kif qalet li l-għan prinċipali tagħha kien li tirbaħ id-deheb fil-kategorija tat-timijiet.
[ 15 ]
Zhu Xueying rebħet l-ewwel unur internazzjonali tagħha meta fit-trampoline rebħet id-deheb f'Tokjo. Zhu, li kisebt il-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-2018, irnexxielha ttemm fuq il-podju bħala rebbieħa meta kisbet 56.635 punt. Hi għelbet l-isfifa ta' Liu u Bryony Page li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Zhu qalet li l-aktar element importanti kien li żżomm kalma anke jekk kienet qed tikkompeti fl-Olimpjadi hekk kif l-importanti kien li żżomm kalma.
[ 15 ]
Il-Pulizija Ingliża ħarġet ritratti ta' żgħażagħ li qed jiġu mfittxija mill-Pulizija għad-diżordni u vjolenza li kien hemm waqt il-final tal-Euro 2020 tal-Ħadd li għadda f'Wembley Stadium. Investigaturi qed janalizzaw filmati tas-CCTV u filmati li ġej mill-kameras milbusa mill-pulizija waqt il-finali bejn l-Ingilterra u l-Italja biex isibu żgħażagħ li jridu jitkellmu magħhom. Żewġ persuni ġew arrestati s-Sibt wara li nqabdu idaħħlu persuni l-grawnd mingħajr biljett. Il-Metropolitan Police ppubblikaw ritratti u sar appell għall-partitarji biex jiġu identifikati supporters li jaħsbu li jridu jagħmlulhom xi mistoqsijiet. Qabel il-partita, grupp ta' persuni nqabbdu fuq il-kameras jiġġieldu u jaqbżu uffiċjali tas-sigurtà biex jidħlu l-grawnd mingħajr biljett. Madwar 19-il-uffiċjal weġġgħu, b'wieħed minnhom sofra ksur f'idejh waqt li affronta il-partitarji fil-kapitali Ingliża.
[ 10, 15 ]
Ritratt: Facebook / Muntaġġ / Canva Tħabbret il-mewt ta' Victor Stivala magħruf bħala Is-Sax, persuna rispettata ferm fil-komunità tan-Naxxar. Is -Soċjetà Mużikali Peace Naxxar sellmet il-memorja ta' Victor Stivala u ddeskrivietu bħala ġentlom u persuna maħbuba minn kulħadd. Illum in-Naxxar tilef ġentlom u persuna maħbuba minn kulħadd. F'isem il-President, il-Kumitat u kummissjonijiet kollha… Posted by Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar on Saturday, July 17, 2021 Naxxar Lions FC ukoll sellmu l-memorja ta' Victor Stivala, li kien ukoll membru, benefattur u supporter ta' dan il-klabb. "Illum in-Naxxar tilef ġentlom u persuna maħbuba minn kulħadd. Grazzi ta' kollox Victor, Marija Bambina tilqgħek fi ħdanha," temmet tgħid. Ritratt: Facebook L-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja tan-Naxxar ukoll sellmet lil Victor Stivala u rringrazzjatu tal-għajnuna u s-sehem tiegħu matul is-snin. F'isem il-President, il-Kumitat u fergħat kollha tas-Soċjetà, ngħatu l-kondoljanzi sinċiera lil familja ta' Victor… Posted by Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar on Friday, July 16, 2021 Fost il-ħafna li sellmu l-memorja ta' Victor Stivala kien hemm l-attur Michael Stivala , li jiġi n-neputi tiegħu. Michael qasam ukoll ritratti li kellu ma' zijuh. Ritratt: Facebook – Michael Stivala Victor, strieħ fis-sliem!
[ 2 ]
Ritratt: Wikipedia Bliet u rħula fil-Ġermanja jinsabu f'riskju li jibqgħu bla dawl u ilma minħabba l-għargħar li laqtu lill-pajjiż il-ġimgħa l-oħra. Fir-reġjun ta' Ahrweiler, hemm madwar 30,000 ruħ mingħajr dawl, ilma, u gass, minħabba ħsarat fis-sistemi tad-drenaġġ u pipeline tal-gass ikkawżati mill-maltemp estrem. Is-Sindku tal-belt ta' Altenahr f'dan ir-reġjun, Cornelia Wiegand, qalet li "jidher li tant saret ħsara fl-infrastruttura li xi bnadi mhux se jkollhom ilma tax-xorb għal ġimgħat sħaħ". Minħabba n-nuqqas ta' ilma, fejn saħansitra l-provvista kollha nixfet, l-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar fil-Ġermanja kellha tibgħat żewġ tankijiet tas-7,000 litru 'l wieħed, u erba' tankijiet oħra bi kważi 4,000 litru ta' ilma tax-xorb fir-reġjun. Dan l-inċident wassal għal dibattitu favur li jkun hemm sistema ta' twissija aktar effiċjenti kontra d-diżastri naturali, u jekk sistema aħjar setgħetx tevita l-imwiet tal-163 ruħ li seħħew minħabba l-għargħar. Filwaqt li l-Professur Hannah Cloke, studjuża tal-ilma fl-Università ta' Reading, qalet li l-imwiet juru li s-sistema falliet bil-kbir, il-Ministru tal-Intern tal-Istat Herbert Reul qal li s-sistema mhijiex waħda ħażina. Huwa iżda, ammetta li s-sistema ta' twissija ma ħadmitx kif suppost.
[ 10 ]
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Sunshine for Gabriel Gabriel Abela jinsab fl-Istati Uniti biex illum issirlu l-ewwel operazzjoni sabiex ikun jista' jiċċaqlaq aħjar. Gabriel ibati minn ċelebral palsy u l-operazzjoni li se jkun qed jagħmel illum hija msejħa Selective Dorsal Rhizotomy. Operazzjoni bħal din tiswa' eluf ta' ewro iżda bl-għajnuna ta' ħafna nies il-familja ta' Gabriel Abela setgħet tagħmel l-arranġamenti neċessarji sabiex iċ-ċkejken ikollu ċans aħjar f'ħajtu. Din se tkun l-ewwel operazzjoni minn tlieta li se tkun qed issir lil Gabriel. L-operazzjonijiet li jmiss se jsiru fit-28 ta' Lulju. Il-proċess ta' rijabilitazzjoni jinvolvi l-fiżjoterapija. Here he goes!What a setup! :)Ms.Lorella <3#SDRjourneyHere we come!#LivingWithCerebralPalsy Posted by Sunshine for Gabriel on Friday, June 18, 2021 Nawguraw lil Gabiel kull suċċess fl-operazzjonijiet li se jkun qed jagħmel.
[ 2 ]
Il-Prim Ministru Boris Johnson ħeġġeġ għall-kawtela hekk kif il-maġġoranza tar-restrizzjonijiet legali fuq il-kuntatt soċjali marbuta mal-Covid-19 mistennija jitneħħew mil-lum fl-Ingilterra. Fl-Ingilterra mil-lum m'hemm l-ebda limitu fuq kemm jistgħu jiltaqgħu nies jew jattendu avvenimenti, filwaqt linightclubs jistgħu jerġgħu jinfetħu u fil-ħwienet tal-ikel in-nies mhux se jkunu obbligati jkunu bilqiegħda bilfors. L-ilbies tal-maskri ser ikun irrakkomandat f'xi spazji, iżda mhux meħtieġ mil-liġi. Xi xjenzati qed ibassru li infezzjonijiet fir-Renju Uniti, li bħalissa qed jammontaw għal madwar 50,000 kuljum, jistgħu jilħqu 200,000 kuljum wara s-sajf. Hekk kif 68% tal-adulti fir-Renju Unit huma mlaqqma kompletament, ir-riċerka qed tissuġġerixxi li dħul fl-isptar, mard serju u mwiet minn Covid-19 se jkunu f'livell aktar baxx milli fil-mewġiet ta' qabel. Ingilterra: 'Irresponsabbli u perikoluż jekk jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha' – BMA
[ 1, 10 ]
Ritratt meħud mill-filmat Read in English . Il-Papa Franġisku wassal it-talba tal-Angelus mill-Pjazza ta' San Pietru fil-Vatikan. Bħal llum ġimgħa l-Papa wassal il-messaġġ tiegħu tal-Anġelus mill-10 sular tal-Isptar Gemelli f'Ruma, akkumpanjat minn tfal li bħalu kienu rikoverati l-isptar għall-kura. Fil-messaġġ tiegħu llum il-Papa qal li hemm bżonn li nikkultivaw lil qalbna billi nistrieħu, nikkontemplaw u bil-kompassjoni. Spjega li lum il-ġurnata n-nies qed jinqabdu fil-ġenn tal-ħajja li ngħixu bil-konsegwenza li nispiċċaw niffukaw fuq l-affarijiet biex isiru u biex jintlaħqu ċertu miri. Dan jista' jwassal biex dak li jkun jaħseb li hu l-protagonist ta' kollox b'risju li jitwarrab Alla. Il-Papa fakkar kif fit-tagħlim tiegħu l-Mulej ifakkarna fil-bżonn li nieħdu ħsieb tagħna nfusna. Iżda meta nieħdu ħsieb tagħna nfusna mhux biss l-aspett fiżiku imma anke qalbna. Il-Papa joħroġ fil-gallarija tal-isptar ma' pazjenti tfal "Biex wieħed verament iserraħ qalbu jrid jirritorna għall-qalba tal-affarijiet. Dan ifisser nieqfu mill-attivitajiet tagħna u noqogħdu fis-silenzju u fit-talb biex niffukaw fuq dak kollu li għamlina u dak li għad baqalna nagħmlu," spjega l-Papa Franġisku. Huwa ħeġġeġ lin-nies biex jitgħalmu jieħdu pawża, biex jitfu l-mobiles u jħarsu lejn xulxin ħalli jirriġeneraw ukoll id-djalogu tagħhom ma' Alla. Wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku offra t-talba u appella għall-paċi f'Cuba wara li qamu protesti kbar li ħasdu lill-pajjiż b'rabta mal-għoli tal-ħajja u pagi li naqsu b'mod drastiku. Mhix deċiża d-data meta l-Papa ġej Malta
[ 10, 13 ]
L-artist lokali Kurt Cassar b'kollaborazzjoni mal-artista Taljana KEL nedew l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħhom bl-isem ta' Not this Time. Din hija kanzunetta kontemporanja bi ħsejjes etniċi u pop. Ħafna huma sorpriżi b'dan il-proġett mużikali hekk kif m'aħniex imdorrijin naraw lil Kurt f'dan il-ġeneru partikolari. Bi produzzjoni ta' Cyprian Cassar u l-produttur Taljan Jody Bacouccha u fuq kitba tal-artisti stess, Not This Time għandha melodija b'saħħitha. Fi ftit hin li l-vidjow mużikali tnieda fuq il-meżżi soċjali, l-kanzunetta bdiet tiġġenera ħafna attenzjoni. Not this Time għandha messaġġ partikolari ħafna warajha. Ġieli nħossuna mitlufin u ma nkunux għadna sibna lilna nfusna. Filfatt dan il-kunċett ġie rrakkontat permezz ta' atturi lebsin l-iswed bla emozzjoni li jirrappreżentaw id-dell tqil ur-rifless ta' dak li naħsbu li aħna meta fil-verità ma nkunux ghax inkunu għadna qed niskopru verament. L-użu tal-mirja juru l-isforz ta' persuna li tkun qed tfittex lilha nnifisha. B'hekk Not This Time għax finalment meta ssib lilek innifsek tħossok liberu u kuntent. Il-vidjow jagħlaq bix-xena tal-artisti neżlin fil-baħar sakemm jisparixxu bħala simbolu ta' ħelsien mir-relazzjonijiet tossiċi li għaddew minnhom minħabba li ma kinux jafu min tassew huma. Messaġġ intensiv u pożittiv fl-istess ħin. Esperjenza pożittiva ferm għal Kurt u KEL iżda ma mexiex kollox ward u żahar meta ġew biex joħorġu x-xogħol viżiv! L-istennija minn ħafna kienet għas-16 ta' Lulju kif filfatt ħabbru l-artisti stess iżda l-filmat ġie mniedi ġurnata tard. Kurt u KEL qalulna li min kien responsabbli mill-filmat beda jaħdem fuqu l-Ġimgħa stess u kien għad hemm ħafna xogħol x'isir tant li spiċċaw kellhom jipproduċu l-filmat huma stess f'lejl bla irqad u rnexxielhom jgħaqqduh waħedhom bl-ahjar xeni dejjem skonthom sas-Sibt fit-3 ta' waranofsinhar. proprju' siegħa BISS qabel it-tnedija. Kurt qalilna li "Dejjem titgħallem ma' min għandek taħdem. Mix-xewk ħareġ il-ward ukoll. Persuna tista' tkun għaddeja minn żmien iebes veru imma l-professjonalità titlob mod ieħor. Nirringrazzja lil KEL li kienet ta' spalla u tatni s-saħħa li kelli bżonn għax jien bniedem panikuż u xi haga hekk ikun jonqosni.. Meta nara kemm nies qed jiktbulna messaġġi sbieħ dwar il-vidjow qed inħoss sodisfazzjon doppju għax dak xogħli u xogħol Kelly ukoll! Kurt u KEL jirringrazzjaw ħafna lil Mixta Drama li taw kontribut qawwi għal dax-xogħol b'mod speċjali lil Clayton Pace, Lenies Gauci, Chanelle Cardona u Justin Axiak. Kellhom ukoll appoġġ minn Tumas Group li offrew post għall-filming. Not This Time se kun disponibbli fuq il-mezzi kollha digitali fil-ġranet li ġejjin. Ritratt: meħud mill-filmat
[ 2 ]
Il-Ministru Michael Farrugia ħabbar fuq Facebook li wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus. Għalhekk hu se jkun fi kwarantina għall-ħmistax-il jum li ġejjin. Bħalissa josserva perjodu ta' kwarantina hemm anke d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara li membru tal-familja tiegħu rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Fearne kien għamilha ċara li mhuwiex pożittiv għall-Coronavirus. Fearne f'iżolament, qarib tiegħu pożittiv għall-Covid-19
[ 1 ]
Il-każi attivi tal-COVID-19 żdiedu għal 1,832 dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 195 każi ġodda filwaqt li 18-il persuna jinsabu rikoverati l-isptar b'pazjent minnhom qed jingħata l-kura fl-ITU. Tħabbar ukoll li ma miet ħadd u għalhekk in-numru ta' vittmi kawża tal-COVID-19 għadu dak ta' 420. Skont l-infografika ppublikata mill-Ministeru tas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa saru 3,548 swab test u fiequ 5 persuni oħra. Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li mill-każijiet tal-bieraħ, 151 każi kienu fost dawk li għandhom bejn 10 snin u 39 sena u l-età medja tal-każi rreġistrati l-bieraħ hi dik ta' 27 sena. S'issa ngħataw 723,299 tilqima, u 357,236 persuna huma mlaqqma kompletament. Kwart tal-pazjenti tal-Covid għandhom qed isofru minn effetti
[ 1 ]
Ritratt: Facebook - Fr George Awguri lil Fr George Ocar Buttigieg, il-moħħ wara l-proġett Ħelu Bambin. Fr George llum jagħlaq 52 sena. Twieled bħal-lum, is-17 ta' Lulju tal-1969. Fr George twieled f'Victoria, Għawdex u kien wieħed minn żewġ aħwa. Tilef lil ommu meta kellu 13-il sena, u tlett snin wara tilef ukoll lil missieru. Il-mużika minn dejjem kienet parti minn ħajtu u għal bosta snin kien ukoll jagħmilha ta' DJ fid-diskoteki. Apparti l-mużika, Fr George huwa wkoll dilettant taż-żwiemel. Nawguraw il Fr George l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
Ritratt: Facebook - England National Team Il-plejers tat-tim Nazzjonali Ingliż se jagħtu l-flus li qalgħu mill-finali tal-EURO 2020 lis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Ingliż (NHS). Li kieku l-Ingliżi rebħu din it-tazza, kienu se jingħataw aktar minn €14-il miljun (£12-il miljun). Peress li ġew it-tieni post, din is-somma niżlet għal kważi €10 miljun (£8.5 miljun). L-NHS ilha taħdem mindu bdiet il-pandemija biex ittaffi l-effetti tal-coronavirus, u biex tnaqqas il-każijiet ta' nies infettati. Il-ġimgħa l-oħra bħala turija ta' apprezzament għas-servizz tagħhom, ir-Reġina Eliżabetta II tat il-George Cross lill-NHS. Dan għamlitu wkoll bħala rikonoxximent tal-passat u tal-preżent. F'ittra, ir-Reġina rrikonoxxiet dan ix-xogħol tant importanti li jsir mill-istaff tal-NHS. Aktar dwar dan: Ir-reġina tagħti l-George Cross lill-NHS Ingliż Il-George Cross ingħata lill-NHS fuq il-parir tal-Kumitat tal-George Cross u l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.
[ 10, 15 ]
Ritratt: MaltaPost Fit-23 ta' Lulju 2021, MaltaPost ser toħroġ sett ta' tliet bolol bl-isem 'Olympic Games 2020'. Dawn il-bollol se jkunu qed jikkommemoraw il-bidu tal-Logħob Olimpiku ta' din is-sena, li se jsiru f'Tokyo, ġewwa l- Ġappun bejn it-23 ta' Lulju u t-8 t' Awissu 2021. Il-Logħob Olimpiku huwa avveniment ewlieni li jsir kull erba' snin fejn atleti mid-dinja kollha jikkompetu kontra xulxin fi sports differenti. Il-Logħob huma maħsuba bl-għan li jingħaqdu n-nazzjonijiet mondjali b'mod paċifiku billi jedukaw liż-żgħażagħ permezz ta' sports prattikat mingħajr ebda tip ta' diskriminazzjoni bi ftehim reċiproku, ħbiberija u solidarjeta. Il-bollol se jinħarġu f'folji ta' għaxra. Kull bolla hija ta' daqs 35mm x 35mm, b'perforazzjoni ta' 13.75 x 13.75 u għandha watermark bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 204mm x 99mm u ġew ipprintjati minn Printex Limited bi proċess offset. Il-Ħarġa tikkonsisti f'80,000 bolla tad- €0.59, f'80,000 bolla tal- €1.35 u 80,000 bolla taż- €2.80. Dan is-sett ġie ddisinjat minn Aidan Cassar. Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f' Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 23 ta' Lulju 2021. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq is-sit jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. Dan it-tagħrif twassal minn MaltaPost.
[ 15 ]
Ritratt: Omar Camilleri (DOI) Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, inawgura l-proġett ta' restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta li tifforma parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, b'investiment ta' €5 miljun mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Proġett li fi kliem il-Prim Ministru jgħaqqad flimkien il-patrimonju kulturali u l-futur fis-settur tal-arti. "Ħames miljun ewro investiment għar-restawr ta' din il-binja fil-Belt biex minnha nindokraw it-talent tal-mijiet ta' persuni li jagħżlu l-Iskola tal-Arti biex jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom. L-aspirazzjoni tagħna hija li min jiġi f'din l-iskola joħlom li jista' jilħaq il-livelli tal-individwi li bil-kreattività tagħhom ikontribwixxew fl-iżvilupp tal-identità tagħna bħala Maltin." Dr Abela tenna l-impenn tal-gvern fis-settur artistiku u li permezz ta' dawn il-proġetti qed titfassal viżjoni ċara fejn l-artisti jkollhom fejn jimirħu u jesponu x-xogħol tagħhom. "M'għandiex dubju li dan iċ-ċentru se joffri lill-madwar 500 artist li ta' kull sena jsegwu korsijiet fih ambjent aktar adattat biex jimmotiva aktar is-sens kreattiv u tnissil ta' ideat innovattivi. Din l-iskola tikkumplimenta x-xogħol eċċellenti li jsir f'diversi istituzzjonijiet oħra bħal l-MCAST u l-Università ta' Malta, fost oħrajn. Huwa sinifikattiv li dan l-investiment sar ukoll f'perjodu ta' pandemija. U mhux l-uniku wieħed. F'Marzu, ftaħna il-Valletta Design Cluster b'investiment ta' €10 miljun. Post ieħor fejn żewwiġna l-imgħoddi mal-futur bil-għan li l-artisti tagħna jkollhom iktar fejn jimirħu, kif ukoll jesponu x-xogħol tagħhom." F'dan il-kuntest, il-Prim Ministru semma l-għajnuna li qed joffri l-gvern lill-artisti f'pajjiżna bil-għan li jkomplu jifjorixxu fit-talent tagħhom u joffru l-aqwa potenzjal. "Kien għalhekk li permezz ta diversi skemi u inizjattivi, rajna li ninvestu fihom. Qed nimplimentaw il-programm RESTART maħruġ mill-Kunsill Malti għall-Arti, b'investiment li jlaħħaq il-ħames miljun u nofs ewro fuq perjodu ta' sena. Programm iffokat għall-artisti u dawk involuti fis-settur kreattiv. Irridu li s-suċċess li kiseb dan is-settur fis-snin ta' qabel il-pandemija jerġa jaqbad ir-ritmu," ikkonkluda l-Prim Ministru. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-investiment tal-Gvern fil-qasam edukattiv huwa investiment mifrux fuq livelli u wkoll fuq setturi differenti, li lkoll flimkien huma investiment f'uliedna. "Investiment li mhuwiex biss fit-tagħlim, mhuwiex biss fl-edukaturi tagħna, imma huwa wkoll investiment fid-dar tagħhom—il-binja li tilqa' fiha kemm lill-edukaturi u wkoll lill-istudenti biex jieħdu t-tagħlim tagħhom, biex ikattru l-ħiliet tagħhom. U ninsab sodisfatta llum, għaliex l-inawgurazzjoni ta' din l-iskola, hija wkoll iċ-ċelebrazzjoni tal-ħiliet tal-istudenti tagħna", qalet il-Ministru. Il-Ministru Caruana semmiet diversi investimenti li qed isiru fis-settur edukattiv, fosthom ukoll boroż ta' studju u wkoll ftehim ma' entitajiet fis-settur biex il-ministeru jkompli jagħti l-importanza mistħoqqa lill-arti u l-espressjoni artistika, u wkoll biex jagħti aktar opportunitajiet lill-istudenti f'dawn is-suġġetti. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada Dr Neville Young qal li proġett ta' restawr u tisbiħ bħal dan huwa parti minn kullana ta' proġetti li permezz tagħhom qegħdin nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva ta' pajjiżna. "Dan hu investiment bla preċedent ta' aktar minn €100 miljun fl-iskejjel tal-istat, li aktar minn terz minnu hu fil-gżira Għawdxija. Il-proġetti tagħna jvarjaw minn bini ta' skejjel ġodda, bħal dik tar-Rabat, Għawdex u l-Imsida, kif ukoll l-immodernizzar u t-tkabbir ta' skejjel eżistenti," temm jgħid Dr Young. Fost l-aktar artisti rinomati li kellhom l-edukazzjoni formali tagħhom fl-iskola hemm: Antoine Camilleri, Victor Diacono, Harry Alden, Vincent Apap, Willie Apap, Esprit Barthet, Anton Inglott, u Carmelo Mangion. Ritratt: Omar Camilleri (DOI) Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
Tifel ta' ħames snin miet bil-COVID-19 fl-istat Amerikan ta' Tennessee. Wyatt Gibson ma kienx ibati minn problemi ta' saħħa. Skont il-ġurnal Ingliż Independent, in-nanna u l-parrina ta' Gibson qalu li t-tifel qatt ma kien isofri minn mard sever imma ttieħed l-isptar wara li sabulu lsienu abjad. Il-parrina ta' Wyatt, ikkonfermat li oħt it-tifel, kif ukoll missieru ħarġu pożittivi għall-COVID-19. Missier it-tifel esprima d-dieqa tiegħu għat-telfa ta' ibnu u fakkar kif Wyatt kien iferraħ lil ta' madwaru u jilgħab ma' tfal oħra. We loved having fun and going on… Posted by Wes Gibson on Sunday, July 18, 2021 Iċ-Ċentru għall-Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard fl-Istati Uniti qal li l-COVID-19 huwa inqas ta' riskju għat-l tfal milli adulti. Minn 609,000 mewta fl-Istati Uniti mill-COVID-19, 335 kellhom anqas minn 18-il sena. Il-ġimgħa l-oħra f'Malta, mietet tifla ta' ħames snin u wara mewtha rriżulta li kienet infettata bil-COVID-19. S'issa għadu mhux magħruf x'ikkawża l-mewt tagħha. Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru għas-Saħħa dwar jekk kienx hemm żviluppi, iżda sal-ħin tal-pubblikazzjoni ma rċevejna l-ebda risposta. Tmut tifla ta' 5 snin; pożittiva għall-Covid wara mewtha
[ 1, 10 ]
12-il persuna mietu wara li niżel ammont rekord ta' xita u għerqet mini tal-ferrovija taħt l-art fiċ-Ċina, u ħalliet il-passiġġieri maqbuda f'ilmijiet baqgħu dejjem jogħlew. Filmat grafiku li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri passiġġieri li nqabdu fil-ferrovija bilkemm jirnexxilhom iżommu rashom 'il fuq mill-ilma. Fil-filmat l-ilma jidher jinxtered b'rata mgħaġġla fuq il-pjattaformi. L-għargħar kien ikkawżat wara li fir-reġjun fl-aħħar tlett ijiem niżel ammont ta' xita li normalment jinżel f'sena. Hekk kif it-toroq inbidlu fi xmajjar, bil-karozzi u l-fdalijiet jinġarru tul kurrenti, diversi persuni kellhom jiġu salvati wara li nqabdu fl-għargħar. B'kollox, 25 persuna mietu fil-provinċja ta' Henan.
[ 10 ]
Tifel spiċċa jsofri minn ġrieħi li se jibqa' jsofri bihom għal ħajtu kollha wara li ntlaqat minn e-scooter fin-nofsinhar ta' Londra. Il-pulizija Ingliża qed tappella biex is-sewwieq jikkuntattjaha wara li t-tifel ta' tliet snin ġie milqut serjamentf'Park it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tat-8.30pm. Fil-ħin tal-inċident iċ-ċkejken kien mal-familtu fil-park. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu wara li lk-kundizzjoni tat-tifel marret għall-agħar. Fi stqarrija, il-Pulizija Metropolitana qalet li t-tifel jinsab f'qagħda stabbli, iżda l-ġrieħi li sofra se jibqa' jsofri bihom għal ħajtu kollha. Il-Pulizija ġiet infurmata li s-sewwieq tal-e-scooter, deskritt bħala raġel żagħżugħ li kien ma' grupp ta' nies li kienu qed isuqu e-scootersu rota, waqaf wara l-inċident biex jiskuża ruħu qabel baqa' sejjer. Membri tat-Taqsima tal-Investigazzjoni tal-Ħabtiet Serji f'Londra qed jinvestigaw.
[ 10 ]
Ritratt: Emvigee Julian Harding wera li s-success li kiseb fid-debutt tiegħu fl-isfera tat-triathlon ma kienitx xi ħaġa ta' darba meta kiser ir-rekord tal-kors li hu stess stabbilixxa ħmistax ilu fil-Go & Fun Sprint Triathlon nhar il-Ħadd li għadda. Ir-rekord il-ġdid tal-korsa tas-Salina issa hu ta' 58 minuta 33 sekonda. L-ewwel barra mill-ilma, Harding kompla għall-korsa tar-rota bl-intenzjoni li jżomm il-vantaġġ quddiem Keith Galea. L-ex-għawwiem Harding irreġistra titjib fit-taqsimiet tal-għawm u r-rota iżda ra ħin kemmxejn itwal fil-ġirja. Madankollu, is-sekondi mitlufa fil-ġirja ma influwenzawx ir-riżultat li rah jirreġistra rekord ġdid. Harding ġie segwit minn Keith Galea li spiċċa t-tellieqa fl-1:02:05. Galea irregistra l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri. Fit-tielet post daħal Jesrit Angel Camilleri, li minkejja li ħareġ mill-ilma fl-10 post, għamel tajjeb biex naqqas id-distakk fit-taqsima tar-rota u tal-girja biex spiċċa t-tellieqa fl-1:07:10 It-tellieqa tan-nisa ntrebħet minn Danica Bonello Spiteri, li tilfet l-ewwel tellieqa minħabba impenji kompetittivi barra l-pajjiż. Bonello Spiteri marret fil-vantaġġ mill-bidu nett u baqat tkabbar id-distakk bejnha u Pia Zammit fit-tieni post. Bonello Spiteri temmet it-tellieqa f'ħin ta'siegħa 7 minuti 51 sekonda, b'Zammit tirreġistra hin ta' 1:17.18. Fit-tielet post spiċċat Eva Resnich f'ħin ta'1: 24.36. "It-tlielaq ta' din is-sena mhumiex neqsin minn sorpriżi. Dan jagħmel tajjeb ghal effett negattiv li l-pandemija poġġiet fix-xena sportiva. Aħna nħarsu 'l quddiem biex naraw prestazzjonijiet aktar kompetittivi hekk kif nipproċedu għat-tellieqa li jmiss f'Settembru", spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. Il-Każin esprima l-gratitudni tiegħu lejn Go & Fun Energy Drink Malta, Transport Malta, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, l-uffiċċji distrettwali tal-Pulizija ta'Birkirkara u Naxxar. It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir nhar il-Ħadd 5 ta' Settembru ġewwa Salina. Ritratt: Emvigee Dan it-tagħrif twassal minn Emvigee.
[ 15 ]
Denis Balibouse Il-Kap Eżekuttiv tal-Olimpjadi Tokjo 2020 Toshiro Muto qal li mhux qed jeskludi li l-Olimpjadi jiġu kkanċellatifl-aħħar minuta hekk kif Tokjo qed jara żieda sostanzjali fil-każijiet ta' Covid-19. F'Tokyo t-Tlieta nstabu 1,387 każ ġdid ta' Covid-19, it-tieni l-ogħla żieda ta' kuljum ta' każijiet ġodda fil-belt mill-21 ta' Jannar, skond il-websajt tal-Gvern Metropolitan ta' Tokjo. Skont l-organizzaturi, hekk kif l-atleti bdew jaslu qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' nhar il-Ġimgħa, in-numru ta' każijiet ta' Covid-19 fil-Ġappun marbuta mal-Logħob Olimpiku issa huwa aktar minn 70. "Ma nistgħux nipprevedu kif se tidher l-epidemija fil-futur. Allura qed niddiskutu x'nistgħu nagħmlu f'każ li l-każijiet jibqgħu jiżdiedu b'din ir-rata." qal Muto waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f'Tokjo nhar it-Tlieta. "Matul l-aħħar taħdita bejn ħames għaqdiet li qed jorganizzaw l-Olimpjadi f'Tokjo, intqal b'mod ċar li ser inkomplu nissorveljaw is-sitwazzjoni tal-coronavirus, u jekk ikun meħtieġ ser issir taħdita bejn il-ħames partijiet biex naraw kif se nipproċedu." Il-ħames partijiet huma l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), il-Kumitat Organizzattiv ta' Tokjo 2020, il-gvern tal-Ġappun, il-gvern Metropolitan ta' Tokyo u l-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali. "F'dan l-istadju, is-sitwazzjoni tal-koronavirus tista' tmur għall-agħar jew aħjar, allura se naħsbu dwar x'għandna nagħmlu meta s-sitwazzjoni fil-fatt sseħħ." żied Muto. Tokjo bħalissa tinsab fi stat ta' emerġenza tal-coronavirus, li mistenni jintemm fit-22 ta' Awwissu, u l-organizzaturi ħabbru dan ix-xahar li l-Olimpjadi f'Tokyo mhux se jkollhom spettaturi minħabba f'hekk. Tlett ijiem biss qabel ma jibda l-ispettaklu sportiv, l-espert tas-saħħa pubblika ta' Tokyo Dr Kenji Shibuya qal li s-sistema Olimpika tal-bubbles falliet u mhix taħdem. "Viżitaturi, atleti, ġurnalisti, delegati, naturalment huma suppost ikunu f'bubbles rispettivi, iżda din mhix taħdem tajjeb hekk kif xorta qed ikun hawn taħlit bejn l-atleti, nies lokali, delegazzjonijiet u ġurnalisti." qal Shibuya f'intervista it-Tlieta. Tokyo 2020 se jospita madwar 11,000 atleta li jirrappreżentaw aktar minn 200 pajjiż, u se jkunu qed joqogħdu f'21 bini residenzjali. Madankollu, mhux dawn l-atleti kollha se jkunu f'Tokjo għat-tul kollu tal-Logħob. L-organizzaturi qalu li l-atleti mistennija jaslu fil-Villaġġ Olimpiku ħamest ijiem qabel il-kompetizzjoni tagħhom, u jitilqu massimu ta' jumejn wara.
[ 10, 15 ]
Persuna ttir bil-parachute 'l fuq mill-baħar, b'veduta panoramika ta' Tas-Sliema u San Ġiljan. Il-parasailing hija attività divertenti li tista' titgawda minn kulħadd inkluż nies li jibżgħu mill-għoli, li huma lesti li jinsew il-biża' tagħhom u jesperjenzaw l–summer-in-Maltaattività eċitanti.
[ 2 ]
Pixabay Illejla se jsir it-tberik tat-trabi fil-ġuf fil-knisja ta' Wied il-Għajn. Il-quddiesa u l-barka fuq l-omm u t-tarbija fil-ġuf tagħha se jsiru fis-6.30pm, bl-interċessjoni ta' Sant'Anna li tħares lill-ommijiet u t-tarbi fil-ġuf tagħhom. Huma mistednin ukoll il-ġenituri li welldu tarbija biex jirringrazzjaw lil Alla. Agħfas hawn għal aktar tagħrif. Fl-2019 Tberik ta' trabi fil-ġuf f'Wied il-Għajn
[ 13 ]
L-ewwel medalja tad-deheb tal-Olimpjadi f'Tokjo ingħatat lil Qian Yang miċ-Ċina, wara li l-mara ta' 21 sena ġiet l-ewwel fil-kompetizzjoni tal-air rifle tan-nisa tal-10 metri. Hi laħqet rekord Olimpjad ġdid. Fit-tieni post kien hemm Anastasiia Galashina mir-Russja, u fit-tielet post kien hemm Nina Christen mill-Isvizzera. Il-midalji tqassmu fuq tray u huma stess libsuhom m'għonqhom, bħala parti mill-protokolli tal-coronavirus. Sa nhar is-Sibt, kien hemm 127 każ ta' coronavirus, bi 17-il każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa. Dawn kollha każijiet marbuta mal-logħob. L-Olimpjadi ġew posposti mill-2020 għall-2021 minħabba l-pandemija globali. Minkejja l-fatt li l-logħob beda, il-Covid-19 xorta qed toħloq problema għall-atleti u l-organizzaturi tal-avveniment. Aqra iżjed fuq l-Olimpjadi hawn Tokyo 2020: 9 fatti li ma kontx taf dwar l-Olimpjadi
[ 10, 15 ]
Ritratt: Facebook -Birkirkara F.C. It-tim tan-nisa ta' Birkirkara F.C. illejla se jkun qed jilgħab kontra t-tim tan-nisa ta' Juventus f'partita li se tkun qed titwassal b'mod dirett fis-6.30pm fuq Juventus TV. Il-kontinġent Malti telaq ilbieraħ lejn Turin fejn hemmhekk se jkun qed jagħmel kamp ta' taħriġ, bl-ewwel sessjoni saret ilbieraħ u t-tieni waħda ssir nhar it-Tnejn. Il-kontinġent Malti jinkludi staff tekniku u uffiċjali tal-klabb, filwaqt li l-iskwadra tinkludi 19-il plejer fosthom lid-difensur internazzjonali Maltija Charlene Zammit u Ruth Steer Chetham. L-iskwadra hija mmexxija mill-kowċ Melania Bajada. Il-kamp ta' taħriġ qed isir bħala preparazzjoni għall-UEFA Women's Champions League li jibda f'nofs Awwissu. Il-kontinġent Malti se jirritorna Malta nhar it-Tlieta 27 ta' Lulju.
[ 10, 15 ]
Illum l-atleti tal-kontinġent Malti bdew jikkompetu fil-Logħob Olimpiku li għaddej bħalissa f'Tokyo. Il-Ħadd filgħodu, Eleanor Bezzina kienet l-ewwel atleta Maltija li kkompetiet fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-10m Air Pistol. F'din il-kompetizzjoni, li fiha hadu sehem 53 atleta, l-ewwel tmienja biss setghu jaslu għall-aħħar rawnd. Bezzina spiċċat fis-26 post ġenerali bi skor finali ta' 570. Bezzina se terġa' tikkompeti nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. Intant, fil-Musashino Sport Plaza kien imiss lil Matthew Abela. Abela, li huwa l-ewwel plejer tal-Badminton Malti li kkompeta fl-Olimpjadi, jinsab fit-333 post fid-dinja u kkompeta fil-kompetizzjoni tas-singles tal-irġiel. Għall-fażi tal-gruppi, il-plejers kienu maqsuma f'16-il grupp ta' bejn 3 u 4 plejers kull wieħed. L-aqwa plejer f'kull grupp jgħaddi għar-rawnds tan-knockout. Minħabba li l-player minn Surinam Sören Opt instab pożittiv għall-Covid-19, Abela lagħab kontra ċ-Ċiniz Shi You Qi li huwa kklassifikat fil-11-il-post fid-dinja. Sasha Gatt, l-iżgħar membru tal-kontinġent Malti għamlet l-ewwel dehra Olimpika tagħha meta ħadet sehem fil-kwalifikazzjoni tal-400m freestyle. Hija spiċċat b'ħin ta' 4:19.78. Ħinha kien ftit iktar minn sekonda mir-rekord Nazzjonali attwali li hi registrat f'Ġunju 2021. Gatt se terġa' tikkompeti għada filgħaxija fl-avveniment tal-għawm tal-1500m freestyle. Nhar it-Tnejn 26 ta' Lulju, Gatt se terġa' tikkompeti fil-kwalifikazzjoni tal-1500m.
[ 10, 15 ]
Zack Zammit Motorsport 103 jawgura kull suċċess lil Zach Zammit Racing Team li se jkun qed jikkompeti dan il-weekend ġewwa l-Ingilterra! 🏎️🏁 🤞Malta Motorsport FederationIsmagħna LIVE minn hawn: 103.mt/103-player#onlyon103 #staytuned Posted by 103 on Tuesday, July 20, 2021 F'dan it-tmiem il-ġimgħa is-sewwieq Zach Zammit se jkun qed jikkompeti fil-British & Midland Championship li se jsir fi Prescott, fl-Ingilterra. Zach se jkun qed jitlaq lejn Cheltenham, Gloucestershire, fl-Ingilterra għada l-Ġimgħa. Waqt intervista fuq l-istazzjon 103 Malta's Heart Zach stqarr li t-trakka jafha iżda l-karozza li jsuq hi waħda ġdida. "Wara li fl-2019 konna ġejna draw mal-Ingliż konna nafu x'upgrade kelna nagħmlu l-karozza biex fis-sena ta' wara nippruvaw nirbħu," kompla jgħid hu. Nawguraw lil Zach u lit-tim tiegħu. .
[ 10, 15 ]
Ritratt: Unsplash Il-Filippini mhix se tħalli lit-tfal joħorġu minn darhom, u lanqas nies jivvjaġġaw mill-Malażja u t-Tajlandja. Dan minħabba li beħsiebha żżid ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Dawn se jidħlu fis-seħħ biex tiġi evitata l-firxa tal-varjant Delta. Skont rapporti ta' Reuters, kelliem għall-President Rodrigo Duterte qal li r-restrizzjonijiet se jibdew mill-Ħadd li ġej u se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta' Lulju. Ir-reġjun ta' Manila, li fih joqogħdu aktar minn 13 miljun ruħ, tpoġġiet taħt aktar miżuri. Fosthom, tfal li għandhom bejn 5 snin u 17-il sena mhux se jitħallew joħorġu minn darhom. Il-Filippini ħabbret ukoll li ma jistax isir sport u avvenimenti ta' ġewwa, u li ħadd ma jista' jżur attrazzjonijiet turistiċi ta' ġewwa. Aktar kmieni din is-sena l-Filippini ħabbret li nies minn 8 pajjiżi ma jistgħux jidħlu fil-pajjiż, fosthom mill-Indja u mill-Indoneżja. S'issa fil-Filippini kien hemm aktar minn 1.5 miljun każ ta' Covid-19, u mietu 27,000 ruħ. Minnhom, 47 każ kienu tal-varjant Delta.
[ 10 ]
Malta tpoġġiet fil-lista ta' pajjiżi b'riskju għoli ta' ħasil ta' flus u finanzjament ta' terroriżmu, biex b'hekk issa, individwi u negozji f'Malta se jaffaċjaw proċessi ta' kontroll aktar stretti. Bir-regolamenti li daħlu fis-seħħ fit-13 ta' Lulju, ir-Renju Unit neħħiet lill-Ghana mil-lista u żiedet lil Malta, l-Haiti, il-Filippini u n-Nofsinhar tas-Sudan. F'nota konsultattiva li ħarġet aktar kmieni dan ix-xahar, ir-Renju Unit qal li r-regolamenti jeħtieġu kontrolli akbar fuq pajjiżi b'riskju għoli. Effettivament, in-negozji fir-Renju Unit issa jridu jieħdu kontrolli u miżuri aktar stretti u moniteraġġ fir-relazjonijiet ma' kumpaniji u individwi Maltin. FATF: "Konsegwenzi fit-tul fuq l-investiment barrani" – DBRS Dan wara li Malta tpoġġiet fil-lista l-griza mill-FATF. Fi pjan b'azzjoni li ntlaħaq mall-FATF, Malta għamlet impenn politiku li tiffoka l-kapaċità tagħha fuq l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus u żżid it-trasparenza fuq il-kumpanija. Il-pajjiżi l-oħra li jinstabu fuq il-lista tar-Renju Unit jinkludu: l-Albanija, Barbados, Botswana, Burkina Faso, Kambodja, Cayman Islands, Democratic People's Republic of Korea, Iran, Jamaica, Mauritius, il-Marokk, Myanmar, Nicaragua, Pakistan, Panama, Senegal, Sirja, Uganda, Yemen, u Zimbabwe. "Se nallokaw €10 miljun biex nitneħħew mil-lista l-griża" – Abela
[ 10 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attriċi u kantanta Fiona Cauchi. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 20:1-2.11-18 "Mara, għalfejn qiegħda, tibki?" Hi wieġbet: "Għax ħadu 'l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh." Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex? Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu: "Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura." Ġesù weġibha: "Marjam!" Hi daret u qaltlu: "Rabbuni!" (jiġifieri, Mgħallem). Ġesù qalilha: "Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom." Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: "Rajt il-Mulej u tani dil-bxara." The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
whitehouse.gov L-Istati Uniti se timponi sanzjonijiet ġodda kontra l-Ministru tas-Sigurtà Kuban u l-Ministeru tal-Intern wara akkużi ta' allegati abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem waqt protesti ġewwa Kuba. Il-President Amerikan Joe Biden qal li dan hu "biss il-bidu" fi stqarrija li kkundannat ukoll "detenzjonijiet tal-massa u smiegħ fittizji fil-Qrati Kubani". "L-Istati Uniti se tkompli tissanzjona individwi responsabbli għall-oppressjoni tal-poplu Kuban," huwa qal. Dawn sanzjonijiet tħabbru wara li eluf ta' nies ħarġu fit-toroq ta' Havana u bliet oħra għal dimostrazzjonijiet anti-governattivi aktar kmieni dan ix-xahar biex jipprotestaw dwar nuqqas ta' ikel u prezzijiet għoljin, kif ukoll dwar l-immaniġġjar tal-pandemija COVID gil-pajjiż.
[ 10 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attriċi u kantanta Fiona Cauchi. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 15:1-8 F'dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ritratt: Facebook: Rowen Muscat Il-plejer Rown Muscat fl-aħħar sigħat telaq minn Malta lejn Dubaj fejn hemmhekk se jkun qed jingħaqad ma' tim tal-futbol mmexxi minn Giovanni Tedesco. L-aħbar ġiet żvelata fuq il-paġna Replay Net Television li rrappurtat li Muscat se jkun qed jiġi ppreżentat mill-klabb tiegħu b'mod uffiċjali fil-ġranet li ġejjin. Il-kuntratt ta' Rowen Muscat ma' Valletta Football Club ma ġiex imġedded fuq għażla tal-plejer Malti ta' 30 sena li kien qed iħares lejn opportunità barra minn Malta, bil-klabb Belti jagħti appoġġ lil Muscat li kienu lesti li jżommu lil Muscat f'każ li l-plejer ma jirnexxielux isib klabb barrani. Aħbar oħra sabiħa hekk kif Replay (Net Television) jista' jikkonferma li l-internazzjonali Malti Rowen Muscat se jibda… Posted by Replay (Net Television) on Monday, July 26, 2021
[ 15 ]
Ritratti: muntaġġ / provduti minn Chan Vella Il-kompożitur u preżentatur tal-programm Maltin Biss fuq Radju Malta Chan Vella lbieraħ iċċelebra 13-il sena miżżewweġ mal-kantanta Alexia Schembri. Huma żżewġu fil-Katidral tal-Mdina fis-26 ta' Lulju tal-2008. Kienet il-mużika li laqqgħathom flimkien. Dan ġara fis-sena 2000 grazzi għal Glen Vella u kien waqt il-festival Żgħażagħ 2000 li sar f'Buġibba li huma ltaqgħu għall-darba. "L-ironija tal-ħajja kienet li konna noqgħodu ftit kantunieri il-bogħod minn xulxin. Konna wkoll fl-istess skola u qatt ma ltqajna. Kif jgħidu l-Ingliżi kienet love at first sight għax tmien snin wara rbatna l-għoqda flimkien," irrakkonta Chan Vella ma' newsbook.com.mt . Chan qalilna wkoll li l-jum tat-tieġ hija "ġurnata li ma ninsew qatt u li kieku nistgħu inreġġgħu lura l-arloġġ nerġgħu immorru għall-jum it-tieg tagħna. "13-il sena miżżewġin u magħhom 8 snin għarrajjes. Nistgħu ngħidu li għaddejna minn kollox. Dħaqna u bkejna flimkien. Ħdimna u produċejna diversi kanzunetti flimkien. Insomma kollox ma kollox nirringrazzjaw lill-Mulej ta' dawn is-snin kollha flimkien," temm jgħidilha Chan. Ritratt: Facebook: Chan Alexia Vella Schembri Nawguraw lil Chan u lil Alexia l-isbaħ xewqat għall-anniversarju tgħhom u għal aktar snin ta' mħabba, rispett u mużika.
[ 2 ]
Ritratt: Ahmad Ardity / Piixabay Matul l-aħħar ġimgħa 390 persuna resqet lejn is-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm sabiex tagħti d-donazzjoni tagħha. Fost dawn kin hemm 21 donatur li taw id-demm għall-ewwel darba. Madanakollu hemm ħtieġa qawwi għal demm hemm kif tħabbar li r-riserva tad-demm hi ftit inqas minn nofs. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għal aktar donaturi minħabba li huma bosta l-pazjenti li qed jistennew id-donazzjoni tad-demm. Kuljum iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa hu disponibbli mit-8:00am sas-6:00pm. Il-karta tal-identità hi meħtieġa. Intant għal tagħrif dwar l-għoti tad-demm nistednukom iżżuru www.blood.gov.mt u f'każ ta' diffikultà tisgħu iċċemplu fuq 79307307 jew 80074313. Aqra wkoll: Sejħa lid-dilettanti tal-festi Fuq il-paġna tas-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm, b'apprezzament lid-donaturi u għarfien tal-bżonn kontinwu għad-donazzjonijiet tad-demm, ġie mniedi filmat li sar b'mod volontarju minn Joseph Cordina, Joseph Grima u Daniel Zerafa. Dan il-filmat hu l-ewwel wieħed li sar minn Għawdex u sar ukoll bħala ringrazzjament għall-kollaborazzjoni li saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, b'mod speċjali Il-Ministeru għal Għawdex, Il-Kunsilli Lokali Għawdxin parteċipanti, u l-Kurja ta' Għawdex. Is-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm irringrazzja wkoll li entitajiet oħra non-governattivi li ipparteċipaw f'din il-kampanja u li ma jidhrux f'dan il-filmat.
[ 2 ]
Ritratt: Miguela Xuereb Il-UĦM Voice of the Workers appellat biex kull post tax-xogħol iżomm mal-linji gwida tal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u mhux kulħadd jagħmel ir-regoli tiegħu għax dan qed joħloq konfużjoni. Il-UĦM Voice of the Workers fi stqarrija spjegat li qiegħda tirċievi diversi ilmenti minn ħaddiema minħabba proċeduri rigward miżuri tal-Covid-19 fejn kull post tax-xogħol qed jieħu l-inizjattiva li joħroġ ir-regoli tiegħu. Huma spjegaw li dan qiegħed iġib konfuzjoni sħiħa fil-postijiet tax-xogħol l-pajjiż minflok qed jadotta strateġija waħda, 'qed iġib ruħu daqslikieku huma xi Mini-Awtorità tas-Saħħa Pubblika'. Il-Union kompliet li huma dejjem ħeġġew lill-ħaddiema biex ikunu konformi mal-policies u proċeduri li joħorġu mill-Awtoritajiet ta' Saħħa u żiedet li mhux se taċċetta policies dwar is-saħħa pubblika li jiġu mfassla mill-postijiet tax-xogħol. Il-UĦM appellat biex ikun hemm diskussjoni u li r-raġuni tipprevali. Ma eskluditx li jekk dan ma jsirx ikun hemm azzjonijiet industrijali.
[ 1 ]
Il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta' Malta u l-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina ta' Malta ħarġu stqarrija biex itennu l-pożizzjoni tagħhom li huma favur it-tilqima tal-Covid-19. Huma ddiżassoċjaw ruħhom mill-opinjoni ta' xi studenti tal-mediċina li esprimew l-opinjoni taħghom li huma kontra t-tilqima tal-Covid-19. Il-fakultà u l-għaqda insistew li t-tilqim kontra l-Covid-19 huma siguri u huma kruċjali għal ġlieda kontra din il-pandemija. Dan seħħ wara li mijiet ta' nies, li huma xettiċi jew kontra t-tilqima, is-Sibt li għadda nġabru fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet ta' Covid-19. Dawk li kienu qed jipprotestaw ħafna minnhom ma libsux il-maskri u talbu t-tmiem tar-regoli marbutin mal-pandemija u saħqu li dawn qed iċaħħduhom mil-libertajiet individwali tagħhom. Protesta fil Belt kontra r-restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19 Fi stqarrija l-għaqda qalet li kull student jista' jesprimi l-opinjoni personali tiegħu madankollu hija tiddiżassoċja ruħha mill-opinjoni personali ta' dawk l-istudenti li esprimew il-ħsibijiet tagħhom kontra l-vaċċin tal-COVID-19. Kompliet li l-maġġoranza assoluta ta' aktar minn 700 membru tal-MMSA jirrikonoxxu li l-evidenza xjentifika hija ċara u turi li t-tilqima kontra l-Covid-19 hija waħda effettiva u sigura, u li hija għodda importanti sabiex tiġi miġġielda din il-pandemija. Żiedu li numru kbir ta' studenti tal-mediċina kienu ta' għajnuna fil-ġlieda tal-pajjiż kontra l-pandemija, billi għenu fl-għoti tat-tilqima lill-pubbliku. Komplew li l-istudenti tal-mediċina huma kważi kollha mlaqqma kontra l-Covid-19.
[ 1 ]
Ir-Renju Unit ħabbar li vjaġġaturi li huma kompletament imlaqqma li jaslu fir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti mhux se jkollhom aktar jagħmlu kwarantina mal-wasla tagħhom fl-Ingilterra. Ir-rilaxx ta' din ir-regola se jibda minn nhar it-Tnejn li ġej, 2 ta 'Awwissu. Grant Shapps, is-Segretarju tal-Istat għat-Trasport ikkonferma dan fuq Twitter ilbieraħ wara nofsinhar. Il-bidla se tidħol fis-seħħ flimkien mas-sistema tad-dwal tat-traffiku eżistenti tar-Renju Unit li tiddetermina restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ibbażati fuq jekk pajjiż huwiex ikklassifikat bħala aħmar, oranġjo jew aħdar. Bħalissa l-maġġoranza tal-pajjiżi – bħall-Istati Uniti u bosta pajjiżi Ewropej inklużi Spanja, l-Italja u l-Ġermanja – jinsabu fuq il-lista oranġjo tar-Renju Unit. Ftit tal-ġimgħat ilu kien imħabbar ukoll li ċ-ċittadini tar-Renju Unit imlaqqma kompletament li jirritornaw minn pajjiżi fuq il-lista oranġjo ma jkollhomx għalfejn jagħmlu kwarantina, ħlief dawk li ġejjin minn Franza.
[ 1, 10 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 95 każ ġdid ta' Covid-19 minn 3,795 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 229 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità niżel għal 2,060. Ma miet ħadd fl-aħħar 24 siegħa u n-numru ta' vittmi baqa' ta' 423. S'issa ngħataw 751,546 tilqima, u 375,373 persuna huma mlaqqmin kompletament. OFFICIAL COVID-19 figures for 29•07•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Thursday, July 29, 2021 Minn 33 każ ta' Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, tnejn minnhom qegħdin fl-ITU.
[ 1 ]
Ritratt: Pierre Sammut (DOI) Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera flimkien mal-Ministeru għall Edukazzjoni Justyne Caruana nedew il-programm Culture Pass 2021-2022. Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali qed jalloka €200,000 għal dan il-programm. L-għan ta' dan il programm huwa li joffri programm artistiku b'xelta wiesgħa ta' produzzjonijiet mtella' minn artisti lokali, għal studenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju. Dan il-programm jikkumplimenta l-kurrikulu sabiex joffri esperjenza edukattiva u ħolistika lill-istudenti li jipparteċipaw fih. "Il-programm tal-Culture Pass huwa importanti ħafna u huwa outreach edukattiva għaż-żgħażagħ tagħna. Aħna nemmnu li biex iż-żgħażagħ tagħna verament jkollhom edukazzjoni kompluta, din trid tingħata wkoll dimensjoni kulturali u kreattiva," sostna l-Ministru Herrera. Huwa kompla li matul is sena skolastika li għaddiet dan il-programm kien ta' suċċess, fejn aktar minn 80 skola għamlu talba għal dawn il-wirjiet li kellhom jsiru online sabiex jiġu osservati l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Il-Culture Pass sar opportunità oħra biex jinċentiva l-produtturi kulturali biex jipproduċu produzzjonijiet ġodda u attivitajiet artistiċi mfassla speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ. Il produzzjonijiet ivarjaw u jirrappreżentaw il-forom kollha tal-arti: żfin, teatru, mużika, arti viżiva, letteratura, film u wirt kulturali. "Irridu nrawwmu liż-żgħar tagħna sa minn età ċkejkna biex japprezzaw mhux biss il-kultura, il-wirt storiku u dak kollu li huwa tradizzjoni kulturali, imma wkoll inħeġġu u nnisslu fihom l-apprezzament għall-espressjoni artistika. Dan huwa mod ukoll kif inwasslu biex jiżdied il-potenzjal kreattiv ta' dawn l-istudenti", qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana. Hija kompliet tgħid li, "Bis-saħħa ta' dawn l-attivitajiet kulturali qed ngħinu lill-uliedna jgħarfu li l-edukazzjoni mhix biss dik li tingħata fil-klassi, imma l-edukazzjoni tmur lil hinn mill-kurrikulu u hija mezz kif student jesplora wkoll il-ħiliet tiegħu u għalhekk permezz ta' dawn l-attivitajiet kulturali jista' jkollok studenti li jaraw fihom infushom talenti u ħiliet artistiċi li jistgħu jesploraw fil-mixja tal-karriera tagħhom." "Is-suċċess tal-Culture Pass ġej mill-fatt li hemm sinerġija bejn il-ħolqien ta' produzzjonijiet ġodda mill-artisti professjonali mmirati speċifikament għat-tfal u r-rabta ta' dawn il-produzzjonijiet mal kurrikulu li jkun qed jiġi studjat. Għalhekk, il-produzzjonijiet iservu biex it-tagħlim ikun aktar kreattiv u interattiv," sostna s-Sur Mario Azzopardi, Direttur tal-Kultura. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
Il-prodott hu maħsub li joffri s-serħan tal-moħħ lil dawk li huma ħerqana biex jerġgħu jsiefru Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li tneħħi r-rekwiżit tal-kwarantina tagħha għal vjaġġaturi kompletament imlaqqma mill-Istati Uniti u l-UE ħlief Franza hija "diskriminatorja" u "inkomprensibbli", qal il-Gvern Franċiż fi stqarrija lbieraħ. Hija deċiżjoni diskriminatorja, naħseb, lejn il-Franċiżi, għax l-Ewropej kollha, anke minn pajjiżi b'sitwazzjonijiet tas-saħħa aktar diffiċli minn tagħna – minħabba l-varjant Delta jew inkella – mhumiex ikkonċernati, jew m'għadhomx ikkonċernati , sal-kwarantina," saħaq il-Ministru Franċiż għall-Ewropa, Clement Beaune. Il-kummenti tiegħu ġew ġurnata biss wara li l-awtoritajiet Ingliżi rrinunzjaw ir-rekwiżit tagħha ta' awtoiżolazzjoni ta' 10 ijiem għal vjaġġaturi minn pajjiżi fuq il-lista oranġjo – li jinkludu l-Istati Membri tal-Istati Uniti u tal-Unjoni Ewropea – sakemm dawn ikunu mlaqqma għal kollox kontra COVID-19 bil-vaċċini approvati mir-Renju Unit.
[ 1, 10 ]