text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 111 każ ġdid ta' Covid-19 minn 3,693 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 199 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità niżel għal 1,972. Ma miet ħadd fl-aħħar 24 siegħa u n-numru ta' vittmi baqa' ta' 423. S'issa ngħataw 755,655 tilqima, u 379,016 persuna huma mlaqqmin kompletament. Minn 36 każ ta' Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, wieħed minnhom qiegħed fl-ITU. | [
1
] |
Ritratt: Unsplash Eluf ta' imħallfin u prosekuturi fil-Polonja ffirmaw appell biex il-Gvern jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex tiġi sospiża l-Kamra Dixxiplinarja tal-Qorti Pollakka. Dan wara li l-Gvern tal-Polonja ma ħa l-ebda azzjoni dwar din id-deċiżjoni, li tgħid li l-mod kif il-Polonja tiddixxiplina l-imħallfin tagħha jmur kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea u għandu jinbidel billi jissospendi lil din il-Kamra. Jekk dan ma jsirx, l-Unjoni Ewropea se timplimenta numru ta' sanzjonijiet finanzjarji kontra l-Polonja. Filwaqt li l-Gvern Polllakk insista li hi r-responsabbiltà tiegħu li jieħu ħsieb is-sistemi tal-Ġustizzja u l-Ġudikatura, l-appell biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea ġabar minn tal-inqas 3,500 firma. F'kitba fuq Facebook, l-Imħallef Pollakk Wlodzimierz Wrobel saħaq li l-Gvern Pollakk qed jikser il-liġi tal-UE, kif ukoll il-liġi kostituzzjoni tal-pajjiż. Wrobel qal ukoll li biex dan ma jibqax isir, il-Gvern għandu jissospendi din il-Kamra Dixxiplinarja. Minkejja dan, il-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru Mateusz Morawiecki qal li ma jeskludix il-possibiltà li jirrevedi l-irwol tal-Kamra Dixxiplinarja, għax ma wettqitx dak kollu li kien mitlub minnha. | [
10
] |
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Lija Athletic F.C. Tħabbret il-mewt ta' Francis Pirrone, eks plejer ta' Lija Athletic F.C. Magħhom kien lagħab 63 partita u skurja 4 gowls. Pirrone miet fl-eta ta' 62 sena. Wara li kien irtira minn plejer tal-futbol, Francis Pirrone kien inkarigat bħala kowċ ma-nurseries ta' Gzira United Football Club, Floriana FC, San Ġwann FC u Santa Venera Lightnings FC. | [
15
] |
Erba' persuni mietu f'nirien kbar li ħakmu l-bliet ta' Antalya u Mugla fit-Turkija. Minn rapport tal-gazzetta The Guardian joħroġ kif dawn in-nirien kisru rekord ta' 60 sena fit-Turkija, għax iġġeneraw erba' darbiet is-sħana rrekordjata fil-pajjiż. Dan ġara meta l-ogħla temperatura reġistrata kienet ta' 49.1°C. Postijiet tat-turisti qrib il-Baħar Eġew kellhom jiġu evakwati, filwaqt li madwar 4,000 turist u staff ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Torka. Biex jassistu f'din l-operazzjoni ta' salvataġġ, kien hemm ukoll numru ta' dgħajjes tas-sajd. Il-belt Griega ta' Patras kellha tiġi evakwata wkoll. Fuq il-post marru numru ta' pumpiera biex jikkontrollaw in-nirien, li numru sew minnhom kellu jintbagħat l-isptar minħabba d-dħaħen tossiċi li belgħu. Minħabba n-nirien, intbagħtet twissija lil Ċipru, il-Greċja, u l-Bulgarija biex jilqgħu għal dan id-diżastru naturali. Bdiewa mit-Turkija qegħdin ibatu minn din id-diżgrazzja wkoll. Fost dawk li sofrew, kien hemm bidwi li tilef l-annimali kollha li kellu, u li kważi tilef ħajtu hu wkoll. "Din mhix xi ħaġa normali, jien kont qisni qiegħed l-infern", huwa saħaq. Intant, f'Malta wkoll mistennijin temperaturi li jlaħħqu d-39°C. Skont is-sit tat-tbassir tat-temp It-Temp Madwarna, għada mistennija tkun 40°C. It-temperaturi għal għada: Imbassra t-tieni mewġa ta' sħana: Ara kemm se titla' t-temperatura | [
10
] |
Kunsillier Sqalli għall-partit tal-lemin estrem Lega Nord ġie arrestat f'Licata fil-provinċja ta' Agrigento għal attentat ta' qtil. Gaetano Aronica ġie arrestat talli allegatament spara lil sieħbu fin-negozju ta' 71 sena. Il-vittma weġġa' driegħu tax-xellug b'din l-isparatura, li seħħet wara li ż-żewġ irġiel kellhom xi jgħidu fuq l-immaniġġjar ta' kumpanija tas-servizzi tal-funerali. Aronica tqiegħed taħt arrest ġo daru stess u jrid jilbes brazzuletta elettronika. Aqra wkoll Brazzuletta elettronika minflok sentenza ħabs? | [
10
] |
Ritratt: Downing Street Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u martu Carrie Symonds ħabbru li qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom. Il-koppja, li żżewġet f'ċerimonja sigrieta f'Mejju li għadda, għandhom tifel ieħor bl-isem Wilfred li twieled f'April tas-sena li għaddiet. Fil-bidu ta' din is-sena, mart Johnson kellha korriment. Kienet propju Symonds li ħabbret li hi u żewġha qed jistennew it-tieni tarbija, fuq il-paġna tagħha fuq Instagram, filwaqt li qalet li l-korriment li ġarrbet fil-bidu tas-sena ħallieha b'qalbha maqsuma. Issa, iżda, hija tħossha grata ħafna li hi tqila mill-ġdid, imma ammettiet li xorta waħda hija mħassba ġaladarba għaddiet minn esperjenza bħal dik. It-tarbija mistennija titwieled f'Diċembru, għal żmien il-Milied. Dwar l-ewwel tarbija tal-koppja It-tarbija ta' Johnson tieħu isem it-tobba li salvaw il-ħajja tal-PM | [
2,
10
] |
Ritratt: Miguela Xuereb Fetħu r-reġistrazzjonijiet għall-istudenti prospettivi għall-Istitut Sir Michelangelo Refalo Sixth Form f'Għawdex. Fi stqarrija l-istitut qal li l-applikazzjonijiet fetħu fis-26 ta' Lulju 2021 u se jibqgħu miftuħa sas-17 ta' Settembru 2021. It-tieni reġistrazzjoni se tiftaħ wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat tas-SEC ta' Ottubru. Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista' wkoll jidħol fuq is-sit tal-Istitut smarsf.edu.mt u jagħfas online registration. Minn fuq is-sit wieħed jista' jsib il-prospektus u l-lista ta' kotba disponibbli għall-bejgħ mil-librerija tal-Istitut. Sentejn ilu l-Istitut Sir Michelangelo Sixth Form fir-Rabat Għawdex iċċelebra l-50 sena anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-post bħala istitut tekniku. Sentejn ilu: Is-Sixth Form f'Għawdex tagħlaq 50 sena | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attriċi u preżentatriċi Marica Cassar. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 13, 54-58 F'dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: "Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?". U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: "Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f'pajjiżu u daru stess". U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta' fidi tagħhom. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel esprimiet xokk għall-istat devastanti li jinsabu fih uħud miż-żoni l-aktar milquta mill-għargħar fil-Ġermanja. Waqt iż-żjara tagħha hija tkellmet ma' numru ta' ċittadini vittmi tal-maltemp qawwi kif ukoll mal-ħaddiema tal-emerġenza. Iż-żjara tagħha saret waqt li numru ta' persuni fil-Ġermanja u l-Belġju bdew bit-tindif wara l-ħerba sħiħa li ħalla warajh l-għargħar. Dan filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għall-aktar persuni li għadhom irrapportati nieqsa. Ix-xita qalila ħasdet il-ħajja ta' minn tal-inqas 184 persuna; fil-Ġermanja biss mietu aktar minn 150 persuna inkluż erba' ħaddiema tas-salvataġġ. L-Awstrija, l-Iżvizzera, il-Lussemburgu u l-Olanda wkoll sfaw milquta minn xita qalila. Kamera tas-sigurtà qabdet dan il-ħtif li sar fid-dawl tax-xemx nhar il-Ħamis li għadda fi Queens, New York. Ir-raġel ġie arrestat għal dan l-attentat ta' ħtif. | [
10
] |
Omm salvat lil binha ta' ħames snin milli jkun maħtuf minn raġel li ta s-salt għalih. Kamera tas-sigurtà qabdet dan il-ħtif li sar fid-dawl tax-xemx nhar il-Ħamis li għadda fi Queens, New York. Dak il-ħin l-omm kienet miexja flimkien ma' tliet uliedha meta r-raġel ħareġ mill-karozza, ġera lejn it-tifel u refgħu b'ħeffa biex ħadu ġol-karozza. Iżda, l-istint tal-omm wassal biex b'mod immedjat hija toħroġ lil binha mill-karozza qabel ma l-aggressur irnexxielu jaħrab. Ir-raġel ġie arrestat għal dan l-attentat ta' ħtif. | [
10
] |
Ministri u uffiċjali Ingliżi qed jistennew biex ikunu jafu jekk hux se jkollhom jiżolaw ruħhom wara li l-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid, irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Huwa mifhum li l-Ministru Javid kellu laqgħa mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sigħat qabel ma beda jħossu ħażin. Madanakollu, Johnson mhux meqjus bħala wieħed mill-persuni li kellu kuntatt mill-qrib mal-Ministru. Javid diġà jinsab fi iżolament u qed jaħdem mid-dar, filwaqt li stqarr li s-sintomi li għandu huma ħfif ħafna. Aqra wkoll: Boris Johnson fi kwarantina wara li kien f'kuntatt mal-Ministru għas-Saħħa Ingliż | [
1,
10
] |
Il-Gvern Kuban organizza mass rally matul il-jum tas-sibt, ġimgħa wara l-protesti bla preċedent li saru fil-pajjiż immexxi mill-komunisti. Waqt din il-manifestazzjoni, li għaliha attendew numru ta' partitarji favur il-Gvern, reġa' twassal il-messaġġ li Kuba hija kontra s-sanzjonijet ekonomiċi li imponiet l-Amerika. Tant, li l-Amerika qed tiġi akkużata li permezz ta' dan l-azzjonijiet, Kuba tinsab fi stat ekonomiku devastanti. Raul Castro attenda għal din il-laqgħa tal-massa. Castro rtira bħal l-Kap tal-Partit Komunista f'April li għadda, iżda kien wiegħed li se jibqa' jiġġieled għar-rivoluzzjoni, huwa kien ħa f'idejh it-tmexxija tal-partit wara ħuh, Fidel Castro. | [
10
] |
Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel bħalissa jinsab f'Baku l-Ażerbajġan fejn iltaqa' mal-President Ilham Aliyev. Il-Ħadd, Michel sellem lill-vittmi tal-aggressjoni Sovjetika kontra l-Ażerbajġan, hekk kif il-pajjiż din is-sena se jkun qed ifakkar it-30 anniversarju minn mindu sar stat indipendenti. Qabel il-wasla tiegħu fl-Ażerbajġan, il-President tal-Kunsill Ewropew kien fl-Armenja fejn hemmhekk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Armen Nikol Pashinyan. | [
10
] |
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. Huwa qal dan f'kitba fuq il-midja soċjali, fejn qal kif huwa ħareġ pożittiv illum waranofsinhar. Il-Ministru Farrugia qal li se jkun fi kwarantina għal ħmistax-il ġurnata. | [
1
] |
Pedro Castillo ġie ddikjarat President elett tal-Perù, xahar wara li hu rebaħ il-vot popolari f'taqtigħa elettorali kontra Keiko Fujimori. Id-dewmien fit-tħabbira tar-riżultat kien minħabba li Fujimori allegat li kien hemm it-tbgħabis fl-għadd tal-voti. Castillo li jgħodd 51 sena se jinħatar uffiċjalment President tal-Perù fit-28 ta' Lulju. Intant, il-President attwali Francisco Sagasti laqa' din l-aħbar u stqarr li jispera li dan l-eżitu jkun ifisser bidu ġdid ta' rikonċiljazzjoni u għaqda. | [
10
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 5:59pm Aktar laqgħat bilaterali għall-Prim Ministru Robert Abela fi Brussell hekk kif ftit tal-ħin ilu ltaqa' mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u mal-Prim Ministri tal-Bulgarija Boyko Borissov, tal-Kroazja Andrej Plenkovic, tas-Slovenja Janez Jansa u mal-President tar-Rumanija Klaus Iohannis. Fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal li dawn il-mexxejja huma lesti jkomplu jiddjalogaw b'mod kostruttiv biex waqt is-summit fi Brussell jintlaħaq ftehim dwar il-Budget sal-2027 u dwar il-Fond ta' Rkupru mill-Coronavirus. Malta, il-Kroazja, il-Bulgarija, is-Slovenja u r-Rumanija issieħbu fl-UE fl-2004 u huma lkoll membri tal-grupp informali Friends of Cohesion fi ħdan l-UE. Aktar qabel: Il-PM Abela f'laqgħa mal-PM tal-Iżvezja: "Irridu kompromess ġust għal irkupru b'saħħtu" Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tal-Iżvezja Stefan Lofven. Il-laqgħa saret fil-marġni tal-Kunsill Ewropew Speċjali li qed isir fi Brussell u matulha ġew diskussi n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Budget tal-UE sal-2027 u dwar il-Fond ta' Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħasad il-coronavirus. Fi tweet il-Prim Ministru Abela qal li Malta tibqa' tfittex kompromess ġust għal irkupru ekonomiku b'saħħtu madwar l-Ewropa. Fil-laqgħa kienu diskussi wkoll l-immigrazzjoni u s-saltna tad-dritt. Il-mexxejja Ewropej, li oriġinarjament kellhom jiltaqgħu f'12pm f'sessjoni plenarja, bħalissa għadhom għaddejjin b'sensiela ta' laqgħat bilaterali u fi gruppi żgħar maħsuba biex jingħelbu d-differenzi li għadhom jeżistu. Il-plenarja issa mistennija tibda fil-5.30 pm. Il-qasmiet jibqgħu l-istess li kienu nhar il-Ġimgħa qabel beda s-summit jiġifieri dwar kemm mill-Fond ta' Rkupru se jkun f'għotjiet u kemm b'self; il-kundizzjoni tar-riformi ekonomiċi u fis-suq tax-xogħol li jolqtu l-aktar lil Spanja u lill-Italja; u l-garanziji u l-kundizzjonijiet tar-rule li jrid jimponi fuq l-Ungerija u l-pajjiżi tal-Lvant. Dawn il-kundizzjonijiet huma kollha talbiet li qed jagħmel il-Prim Ministru Olandiz Rutte flimkien ma' sħabu tal-Iżvezja, id-Danimarka, l-Awstrija u issa anki l-Fillandja li uffiċjalment ingħaqdet mal-pajjiżi li jekk se jonfqu jridu jimponu l-kundizzjonijiet tagħhom. Il-mexxejja Ewropej li qed ikomplu jiltaqgħu fi Brussell qed iħejju ruħhom għal-lejl twil li jista' ma jispiċċa qatt fit-tentattiv tagħhom li jaslu għal ftehim dwar il-budget Ewropew għas-seba' snin li ġejjin u dwar il-Fond ta' Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħaset il-pandemija tal-coronavirus. Ħames pajjiżi mmexxija mill-Olanda għadhom qed jimblokkaw kollox għax qed jibqgħu jinsistu li jorbtu numru ta' kundizzjonijiet ma' ftehim aħħari. Ara l-aħħar żviluppi minn Brussell f'dan is-servizz: | [
1,
3
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 5:26pm Fl-Italja, beda l-ittestjar fuq il-pont il-ġdid fil-belt ta' Genoa. L-ittestjar mistenni jieħu sa sitt ijiem u hu ppjanat li jgħaddu minn fuqu 54 trakk. Il-pont l-antik kien sfronda bil-karozzi b'kollox f'Awwissu ta' sentejn ilu, meta kienu tilfu ħajjithom 43 persuna. L-inċident kien wassal għal baraxx ta' kritika lejn il-kumpanija li kienet topera l-pont. Ix-xogħol fuq il-pont il-ġdid beda f'Jannar ta' sena ilu u kompla għaddej minkejja li l-pajjiż spiċċa għarkupptejh minħabba l-imxija tal-coronavirus. | [
1,
3,
10
] |
L-isforzi biex it-trasport pubbliku jintuża minn aktar nies mhumiex limitati biss biex iħeġġu aktar faxex tal-popolazzjoni jużaw mezzi ta' trasport tal-massa fuq l-art, bħall-karozzi tal-linja, imma anke fuq il-baħar. Għal dan l-għan, Transport Malta għadha kemm ħarġet sejħa għall-proposti biex tagħti lill-privat kuntratt biex jipprovdi servizz bi skeda ta' ġarr ta' passiġġieri fuq il-baħar b'mill-anqas sitt waqfiet, mifruxa minn Marsaxlokk sa Għawdex. Waqt li fuq l-art għaddejjin bosta proġetti maħsuba biex itejbu l-infrastruttura tat-toroq, il-gvern qed jinċentiva l-użu ta' mezzi alternattivi fosthom is-servizz tat-trasport pubbliku, mhux biss bil-karozzi tal-linja iżda wkoll bil-ferries. Transport Malta ħarġet sejħa għall-proposti għal kuntratt li jagħti konċessjoni ta' servizz pubbliku għal servizz bi skeda biex iġorr passiġġieri bil-baħar minn post għal ieħor. Is-sejħa tħalli f'idejn min jersaq 'il quddiem bil-proposti biex jipproponi r-rotot iżda tgħid li minn tal-anqas irid ikun hemm waqfiet biex jinżlu u jitilgħu l-passiġġieri f'Marsaxlokk, il-Belt, Ta' Xbiex, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u Għawdex. Jingħad li s-servizz irid jingħata minn faċilitajiet ta' irmiġġ li jiġu provduti mill-awtorita' u jintużaw biss minn dawk li jingħataw din il-konċessjoni li tkun għal perjodu ta' 15-il sena. L-Awtorità tintrabat li f'dan il-perjodu ma tħallix operaturi oħra joffru servizz simili fuq l-istess rotot. Transport Malta qalet li min jirbaħ il-konċessjoni jrid iħallas rata annwali u sehem mid-dħul kollu ġġenerat bl-għoti tas-servizz ta' trasport bil-baħar. Dawk li jwieġbu għas-sejħa jridu jagħtu prova li għandhom mill-anqas ħames snin esperjenza f'xogħol ta' servizz bi skeda ta' ġarr ta' passiġġieri fuq il-baħar. Id-dokument tas-sejħa għall-proposti jitratta wkoll x'tip ta' laneċ iridu jintużaw. Apparti t-tul, jingħad li kull lanċa trid tiflaħ iġġorr mill-anqas 200 passiġġier. Min jingħata l-konċessjoni se jkun obbligat li fi żmien sitt xhur jintroduċi sistema moderna ta' biljetti li tkun tista' tintuża ma' servizzi oħra ta' trasport pubbliku. Is-sejħa għall-proposti tagħlaq fis-7 ta' Settembru. | [
3,
16
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 6:20pm Fi ftit jiem oħra t-tinda protettiva tat-tempju ta' Ħaġar Qim se terġa' għal li kienet qabel ma' parti minnha ċċartet kawża ta' riħ qawwi fi tmiem is-sena li għaddiet. Ix-xogħol ittardja minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Uffiċċjali ta' Heritage Malta spjegaw li t-tinda hi kruċjali biex ma ssirx aktar ħsara fuq dan is-sit neolitiku. Fl-aħħar jumejn, it-tempju ta' Ħaġar Qim inżamm magħluq għall-pubbliku biex isiru t-tiswijiet fuq parti mit-tinda protettiva. Ivan Barbara, li huwa responsabbli mil-loġistika tal-proġett, spjega li x-xogħol kellu jsir fl-ewwel xhur ta' din is-sena, imma kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Spjega li tekniċi ta' Heritage Malta għamlu manutenzjoni temporanja biex ma ssirx aktar ħsara fuq il-bqija tal-istruttura. "Iddisinjajna grid magħmula miċ-ċinek biex aħna erġajna ħloqna t-tensjoni li kien hemm nieqsa ta' dik il-panel li falliet. Ovvjament imbagħad saret l-ordni u sadanittant konna qed nistennew li l-COVID tirrilaxxa daqsxejn u llum qed naraw li hawn tekniċi jaħdmu fuqha," qal is-Sur Barbara. Il-Perit Kevin Abela qal li din kienet l-akbar ħsara li ġarrbet it-tinda mindu tpoġġiet ħdax-il sena ilu. Spjega li d-dipartiment tal-proġetti u s-sezzjoni tal-inġinerija fi ħdan Heritage Malta jiċċekkjaw it-tinda tal-inqas darbtejn fis-sena jew wara maltempata jew riħ qawwi. "Niċċekkjaw il-cables, niċċekkjaw l-integrità tal-materjal. Lokalment ikollna ħsara lokalizzati żgħar ħafna li jissewwew, nibagħtu għal nies speċjalizzati minn barra biex jiġu jsewuwhielna." Il-kuratriċi Katya Straoud rrimarkat li qabel ma tpoġġiet it-tinda, it-tempji ta' Ħaġar Qim, l-Imnajdra, u ta' Ħal Tarxien kienu qed iġarrbu ħsarat konsiderevoli minħabba l-elementi – speċjalment ix-xita. "Li kien jiġri huwa li peress li dawn il-binjiet neolitiċi huma mibnijin għandhom ħajt fuq barra u ħajt ieħor fuq ġewwa bejniethom jiġifieri għandek qoxra u qoxra u fin-nofs għandek ħamrija u ġebel żgħir, mazkan. Li kien jiġri li meta tagħmel xita naqra qalila din ix-xita kienet litteralment taħsel dan il-materjal bejn żewġ ħitan u li kien jiġri kien li ma jibqgħux sodi strutturalment – ma jibqgħux stabbli." Żiedet li dawn it-tined protettivi huma riversibbli u għaddejja riċerka fuq modi alternattivi dwar kif is-siti storiċi jistgħu jiġu protetti b'mod li l-impatt viżwali jkun anqas mis-soluzzjoni li nstabet s'issa. | [
1,
2,
3
] |
L-editur ta' The Lancet – l-aktar journal mediku influwenti fid-dinja, qal li din is-sena mhux mistenni li jkun hawn tilqima u għalhekk importanti li n-nies ikunu jafu kif jgħixu mal-virus. F'intervista esklussiva maċ-China Global Television Network, Richard Horton qal li dak li hu magħruf dwar il-virus s'issa huwa limitat iżda meta jiġi żviluppat vaċċin dan se jkun fuq mudell bħal dawk li jintużaw għall-influwenza. | [
1,
3,
10
] |
F'lejla ħiemda nhar is-27 ta' Marzu li għadda fi Pjazza San Pietru baħħ inħareġ kurċifiss mirakoluż. Dakinhar, infetħu bibien is-sema u f'kesħa xxoqq il-għadam il-Papa Franġisku talab biex id-dinja tirpilja mill-aktar fis mill-flaġell li ġabha għarkupptejha mil-lejl għan-nhar. Liema salib, jingħad li ħeles lil Ruma mill-pesta fis-seklu 16. Fir-Rabat Għawdex, f'Marzu li għadda wkoll, inħarġet l-istatwa titulari ta' San Ġorġ fil-knisja għall-istess għan. F'kummenti lil tvm.com.mt rappreżentant mill-Uffiċċju Parrokkjali ta' San Ġorġ t'Għawdex stqarr li l-istatwa ta' San Ġorġ tpoġġiet fuq il-presbiterju fis-16 ta' Marzu bit-tama li lkoll nerġgħu nqumu fuq saqajna minnufih. Ir-rappreżentant spjega li fil-qedem l-istatwa kienet tinħareġ meta kien jinqala' xi għawġ fosthom meta l-gżejjer Maltin sfaw milquta mill-pesta. Qal, li jemmen li l-każi ta' Covid-19 fostna bdew jonqsu aktar ma jmur bl-għajnuna ta' San Ġorġ. Ir-rappreżentant qalilna li l-Bażilika ta' San Ġorġ u l-istatwa fi ħdanha huma marbutin ma' ġrajjiet ta' ħelsien. Spjega, li l-knisja nbniet bħala radd il-ħajr lil Alla u lil San Ġorġ għall-ħelsien mill-pesta tal-1673 u li l-istatwa saret b'turija ta' ringrazzjament talli San Ġorġ ħeles lill-Għawdxin mill-kolera. Liema statwa, fl-aħħar jiem tpoġġiet mill-ġdid taħt waħda mill-arkati tal-korsija fil-Bażilika, lesta biex illum f'jum il-festa titgawda bis-sħiħ mir-Rabtin Għawdxin Ġorġjani. | [
1,
2,
7,
10
] |
Fil-jum tas-Sibt feġġ każ ieħor tal-COVID-19 f'Malta. Wara li aktar kmieni ħareġ li kellna każ impurtat, TVM jinsab infurmat li feġġ każ ieħor fost it-63 immigrant li ġew salvati u ddaħħlu Malta lbieraħ. L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw ma' TVM li l-immigrant irriżulta pożittiv wara li saru test ftit wara li ddaħħal f'Malta. TVM jinsab infurmat ukoll li 62 immigranti l-oħra rriżultaw negattivi għall-virus iżda xorta waħda jinsabu fi kwarantina. Il-ġimgħa d-dieħla se jerġa' jsirilhom it-test. Wara tmint'ijiem infila mingħajr ebda każ, aktar kmieni ħareġ li minn 846 swab test kien hemm persuna affettwata li kellha sintomi jiem wara li rritornat Malta minn barra l-pajjiż. B'hekk f'Malta hawn 5 każijiet attivi u minn meta faqgħet il-pandemija f'Malta kien hawn 676 każ. Każ ġdid ta' Coronavirus f'Malta | [
1,
3
] |
L-imħabba lejn l-Imperu Ingliż tinħass sew fid-dar ta' Dennis Vella li ħadem 'il fuq minn 20 mudell ta' bastimenti u submarines mill-flotta tal-Qawwa Navali Ingliża fis-seklu 20. Is-Sur Vella wera lil TVM din il-kollezzjoni u kif għaqqadha. Trid paċenzja kbira u namra profonda biex mill-injam u r-ram tibni mill-qiegħ dawn il-mudelli ta' inġenji tal-baħar, kopja perfetta ta' uħud li servew il-qawwa navali Ingliża fis-seklu għoxrin. Dawn huma kollha xogħol Dennis Vella li rnexxielu jibni aktar minn 22 bastiment navali sal-anqas dettall. Is-Sur Vella bena bastimenti differenti li jirrappreżentaw kategoriji varji. Dawn servew lill-Qawwa Navali Ingliża għal għaijiet differenti fosthom iż-żamma tas-sigurtà fuq il-baħar fi żminijiet diffiċli u anke fil-gwerer dinjija. Is-Sur Vella qal li l-Ingliżi rnexxielhom jiżviluppaw u jtejbu l-Qawwa Navali tagħhom matul is-snin fosthom b'destroyers u submarines. "Għandi kollezzjoni sħiħa, battleships u battle cruisers, imbagħad għħandi aircraft carriers , destroyers li huma dawn u submarines. Issa dawn l-idea kienet li nagħmel bastiment minn kull klassi li kien ta' ċerta importanza għan-navy Ingliża fit-20 century." Bejn ir-riċerka meħtiega biex dawn il-mudelli jirriflettu eżatt dak oriġinali flimkien max-xogħol involut tal-idejn, Dennis jikkalkula li fuq kull mudell ha bejn 12 u 18-il xahar xogħol. | [
1,
2,
3
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 6:17pm Familja minn Għawdex li marret vaganza fil-Greċja spiċċat ġiet lura b'togħma morra, hekk kif inżammet lejl fl-ajruport ta' Ateni wara li ma tħallietx taqbad it-titjira lejn Malta. Il-koppja Eyad u Josianne Abuhishmeh, li kienu flimkien mal-erba' wliedhom, qalu lil TVM kif twaqqfu mill-pulizija Griega meta kienu qed jiġu analizzati l-passaporti. Is-Sur Abuhishmeh ilu jgħix f'Malta 30 sena u għandu ċittadinanza Maltija. Martu hija Għawdxija, u anki wliedu. Qal li ġie mistoqsi diversi drabi mill-uffiċjal tal-Pulizija minn liema pajjiż ġej, u baqa' jwieġeb li hu u familtu huma Maltin. Qal madanakollu li ma ngħataw l-ebda spjegazzjoni għalfejn ma kinux qed jitħallew jitilgħu fuq l-ajruplan, u ġew ordnati joqgħodu mal-ġenb sakemm il-passiġġiera l-oħra għaddew qabilhom u telgħu. Ma' TVM qalu li ħassewhom trattati bħallikieku kienu kriminali, fejn tul l-istennija ġew segwiti mill-Pulizija anki biex marru fit-toilet, u sadanittant ħadd ma ried jispjegalhom għalfejn kienu qed jiġu miżmuma. Wara li tilfu t-titjira ttieħdu f'żona fejn jiġu ċċekkjati l-passaporti, u hawn allegatament qalulhom li kienu ġew miżmuma minħabba li karta mill-ktieb tal-passaport tas-Sur Abuhishmeh kellha tiċrita f'tarf minnhom. Is-Sur Abuhishmeh sostna ma' TVM li minflok seta' faċilment intalab juri l-karta tal-identità, ġaladarba qiegħed f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Huwa esprima dubju dwar kemm din kienet ir-raġuni għalfejn hu u familtu ġew miżmuma, u jħoss li ġew iddiskriminati minħabba li għandhom kunjom li mhux Malti. Il-familja qattgħet lejl fl-ajruport sakemm ingħatat titjira oħra, li għaliha kellhom jerġgħu jħallsu €658 minn buthom. Dwar dan il-każ TVM talab ir-reazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, fejn kelliem għall-Ministeru qal li l-kwistjoni hija waħda privata u tirrigwarda l-miżuri tas-sigurtà ta' pajjiż sovran, fejn f'dan il-każ il-pulizija Griega kellhom suspett raġonevoli u riedu jagħmlu l-verifiki. Il-kelliem żied li 'duty officer' minn Malta u anki l-ambaxxatur Malti għall-Greċja, l-E.T. Patrick Cole, kienu f'kuntatt mal-familja, anki mal-lejl, sakemm dawn eventwalment qabdu t-titjira lejn Malta. | [
3
] |
Qed ikompli dalgħodu fi Brussell is-Summit Ewropew Speċjali dwar il-Budget tal-UE sal-2027 u dwar il-Fond ta' Rkupru maħsub biex jagħmel tajjeb għall-ħsara ekonomika li ħasad il-Coronavirus. Wara 16-il siegħa ta' taħditiet u negozjati tal-Ġimgħa, il-mexxejja Ewropej marru lura fil-lukandi tagħhom fis-2am u qablu li jerġgħu jiltaqgħu fil-11am tas-Sibt. Kif fil-fatt qed jagħmlu. Li jiltaqgħu kien l-uniku qbil reġistrat sa issa, u dan għaliex dwar il-finanzi u t-tqassim tal-flus, numru ta' pajjiżi għadhom qed iżommu mal-pożizzjoni riġida li ġew biha tant li sorsi qrib il-Kunsill Ewropew sostnew li l-mexxejja Ewropej għadhom ferm 'il bogħod milli jilħqu ftehim. Il-jum tas-Sibt jista' jkun deċiżiv. Jekk jibdew jinstabu l-kompromessi, is-summit jaf ikompli l-Ħadd. Jekk le, il-mexxejja jafu jxolju llum bit-tir li jiltaqgħu aktar tard f'Lulju. L-akbar uġigħ ta' ras jibqa' l-Pjan ta' Rkupru imsejjaħ 'New Generation EU' li waħdu jinvolvi €750 biljun. F'dan il-każ l-Olanda, l-Awstrja, id-Danimarka u l-Fillandja qed jimponu kundizzjonijiet għal riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-pensjonijiet fi Spanja, l-Italja, Franza u l-Greċja. Din hija meqjusa pożizzjoni sensibbli għal xi wħud. Iżda mhux għal oħrajn. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew stqarrew li l-fondi tal-pjan ta' rkupru mill-ħsara ekonomika li ġab miegħu il-coronavirus m'għandu jkollu l-ebda rbit. Is-27 Kap ta' Gvern fosthom il-PM Malti Robert Abela li jinsabu miġbura fi Brussell lanqas mhu qed jaqblu dwar kemm mill-flus tal-pjan ta' rkupru se jkunu f'għotjiet u kemm b'self; m'hemmx qbil lanqas dwar meta dan is-self għandu jitħallas lura. Dwar il-budget tal-UE sal-2027, li jinvolvi aktar minn elf biljun ewro, il-PM Malti Robert Abela u n-negozjaturi Maltin qed jibqgħu jinsistu li l-pakkett finali għandu jkun wieħed ġust li jirrifletti mhux biss ir-realtajiet ekonomiċi iżda wkoll l-isfidi ta' dejjem li jiffaċċjaw l-istati membri. | [
1,
3
] |
Imtella' Lulju 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Lulju, 2020 10:48am Nar ħakem ġewwa tal-Katidral ta' Nantes fil-punent ta' Franza. Ritratti u filmati juru pumpiera fuq barra tal-Katidral li nbena fis-seklu 15. Sena ilu nirien kbar hakmu l-Katidral Notre Dame f'Pariġi u għamlu ħsara fis-saqaf u l-kampnar. Din mhix l-ewwel darba li l-Katidral ta' Nantes ħa n-nar. Patri minnu nqerdet min-nirien fit-Tieni Gwerra Dinjija waqt li fl-1972 nar għamel ħsara fis-saqaf li reġa' nbena 13-il sena wara. | [
3,
10
] |
Transport Malta qed tagħti iktar żmien sabiex jiġġeddu l-liċenzji skaduti tal-vetturi, minħabba li ma setgħux jagħmlu l-VRT waqt il-pandemija COVID19. Is-sidien issa għandhom ċans sal-aħħar ta' Awwissu 2020 biex iġeddu. Bħala parti mill-miżuri biex titrażżan l-imxija tal-COVID19, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienet għalqet l-istazzjonijiet li joffru l-VRT, għaldaqstant għadd ta' vetturi ma setgħux iġeddu l-liċenzja. Fl-4 ta' Mejju 2020, meta tnaqqsu r-restrizzjonijiet, is-Supretendent awtorizzat il-ftuħ tal-istazzjonijiet tal-VRT f' Malta u Għawdex. Transport Malta kienet estendiet id-data, sakemm jistgħu jiġġeddu l-liċenzji li skadew wara Marzu 2020, sal-aħħar ta' Lulju. Madanakollu għad baqa' ammont konsiderevoli ta' vetturi li l-liċenzja tagħhom għad trid tiġi mġedda, minħabba li nġabru għadd ta' vetturi li jeħtieġu t-test u minħabba r-restrizzjonijiet. L-Awtorità għaldaqstant qed tagħti ċans xahar ieħor sabiex is-sidien jirregolarizzaw irwieħhom. Dan, kif imħabbar qabel, ma jfissirx li s-sidien jistgħu isuqu l-vettura tagħhom mingħajr polza tal-assikurazzjoni valida. L-Awtorità tfakkar lis-sidien li dawk inkarigati mill-VRT jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu t-test lill-vettura jekk din ma tkunx f'livell ta' ndafa aċċettabbli kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. | [
1,
3
] |
Waqt l-eqqel tal-pandemija tal-Covid-19, tliet żgħażagħ Indjani li jgħixu Malta waqqfu grupp bl-isem ta' Yuvadhara Cultural Forum. L-għan ewlieni kien li jgħin lill-Indjani li jiġu mill-provinċja ta' Kerala jiffaċċjaw diversi sfidi li kellhom quddiemhom minħabba l-pandemija. L-inizjattiva kibret tant li l-forum illum iħaddan 70 voluntier. Lura f'April li għadda, meta l-pajjiż kien għaddej fl-eqqel tal-pandemija tal-Covid 19, tliet żgħażagħ Indjani li jgħixu Malta waqfu l-Yuvadhara Cultural Forum bl-għan li jgħinu Indjani oħra, għall-bidu dawk mill-provinċja ta' Kerala, biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż tagħhom quddiem sfidi kbar. Matul il-pandemija, il-Yuvadhara Cultural Forum ta 170 xirja lil Indjani li kienu fil-bżonn. Kif spjega wieħed miż-żgħażagħ tal-Yuvadhara Cultural Forum, minn 3 membri dawn issa telgħu għal qrib is-70 voluntier. Minbarra li jagħtu mill-pagi tagħhom, il-membri tal-Yuvadhara Cultural Forum qed jorganizzaw attivitajiet biex jiġbru l-fondi, fosthom attivitajiet sportivi u festival tal-ikel. Ayoob Thavanur qal li minbarra li qed jgħinu Indjani f'Malta, illum-il ġurnata mhux biss minn Kerala, il-Yuvadhara Cultural Forum għen f'dik li tissejjaħ il-Fond tal-Ministru Ewlieni ta' Kerala biex jgħin tfal fl-Indja. Il-Yuvadhara Cultural Forum waqfet ukoll fergħa biex twassal l-aħħar aħbarijiet marbuta mal-coronavirus f'Malta bl-għan li tinforma lill-Indjani li jgħixu hawn. | [
1,
3
] |
Imtella' Lulju 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Lulju, 2020 12:25pm Fi Brussell għaddejjin b'mod intensiv il-laqgħat bejn gruppi żgħar ta' mexxejja tal-Unjoni Ewropea f'tentattiv li jinstab xi forma ta' kompromess li jwassal għal ftehim dwar il-Fond ta' Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħasad il-coronavirus. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waslet fil-bini tal-Kunsill Ewropew għall-ħabta tad-9.10am u kienet segwita ftit wara mill-PM tal-Olanda Mark Rutte. Ritratt meħud minn Ray Attard Flimkien iltaqgħu mal-President tal-Kunsill Michel, mal-President Franċiż Macron, mal-Kanċillier tal-Ġermanja Merkel kif ukoll mal-PM Taljan Conte. Ftit wara l-Olandiż Rutte laqqa' lill-erba' PM li qed jappoġġjaw fil-pożizzjoni riġida li addotta sa issa jiġifieri l-Kanċillier Awstrijakk Kurz, il-PM tad-Danimarka Frederiksen u l-PM tal-Iżvezja Lofven. Dawn il-laqgħat separati jista' jkollhom effett fuq dak li se jiġi deċiż waqt il-laqgħa plenarja li fiha qed jipparteċipaw il-bqija tal-kapijiet ta' Gvern tas-27 stat membru tal-UE li bdiet fil-11.30am. Summit UE: Meħtieġa kompromessi jew ixolju | [
1,
3
] |
Il-programm ta' irranġar ta' toroq f'Għawdex qed jissokta wkoll f'żoni residenzjali bil-flus jinħarġu mill-budget tal-Ministeru għal Għawdex. Fi żjara fi tliet lantijiet ta' xogħol f'żewġ lokalitajiet, il-Ministru Clint Camilleri qal li dawn ix-xogħlijiet se jiswew mal-€440,000. Bi spiża ta' kwart ta' miljun Ewro, qed isir kanal ġdid għall-ilma tax-xita fi Triq Santa Eliżabbetta, fix-Xewkija. Hawnhekk se jinbnew bankini ġodda u mbagħad jingħata l-asfalt. F'Ta' Kerċem, intant, qed jingħata t-tarmak f'parti minn Triq Qasam San Pawl u Triq ta' Doti. Ix-xogħol hawnhekk se jiswa kważi mitejn elf Ewro biex isiru l-bankini, jinbidlu s-servizzi u ġie estiż ukoll is-servizz tad-drenaġġ biex ir-residenti jinqdew aħjar. | [
1,
3
] |
Imtella' Lulju 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Lulju, 2020 3:09pm Grupp ta' residenti Ġiljaniżi nġabru fi Triq it-Telgħa ta' Birkirkara biex isemmgħu leħinhom kontra applikazzjoni biex jinħareġ permes għall-iżvilupp ta' 'l fuq minn 60 appartament, uffiċini u stabbiliment kummerċjali. Ir-residenti qalu li xebgħu bl-iżvilupp kontinwu u jħossu li l-kwalità tal-ħajja tagħhom marret għall-agħar. Is-Sindku ta' San Ġiljan, Albert Buttigieg, appella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ma tibqax titma lil ftit zviluppaturi kontra l-interessi tar-residenti. Is-Sur Butigieg qal li l-karattru tal-post qed jitħassar u t-toroq ma jippermettux zvilupp kbir għax huma dojoq ħafna. Ingħad ukoll li biex isir dan l-iżvilupp se titwaqqa dik li x'aktarx hi l-eqdem dar f'San Ġiljan. Astrid Vella għall-Għaqda "Flimkien għal Ambjent Aħjar" qalet li fl-applikazzjoni hemm informazzjoni nieqsa u qalet li jekk jinħareġ il-permess ikun ifisser aktar traffiku f'dawn it-toroq dojoq li qas jifilħu għat-traffiku ta' bħalissa, aħseb u ara bil-proġett propost. Qalet li l-applikazzjoni saret f'parti biex la darba joħrog l-ewwel permess, ma jkunx hemm diffikulta' joħroġ permess ieħor, bil-possibilità li n-numru ta' appartamenti jaqbeż il-100. L-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp propost se tiġi diskussa u deċiża f'laqgħa tal-Kummissjoni tal-Ippjanar skedata għal nhar l-Erbgħa li ġej. Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dawk li ma jistgħux jipparteċipaw fil-laqgħa pubblika online jistgħu jattendu personalment fl-uffiċini tal-awtorità, il-Floriana. | [
1,
3
] |
Raġel ammetta li assoċja ruħu ma' persuni oħra fl-importazzjoni, il-bejgħ u t-traffikar tad-droga kannabis u kokaina. Hu tressaq il-qorti akkużat ukoll li sar riċediv u li saq karozza mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni. Il-Maġistrat Demicoli ma tatx is-sentenza sakemm jinġiebu l-provi għal talba li għamlet id-difiża biex jiġi applikat artiklu fil-liġi li jaħseb għal każi fejn l-akkużat ikollu hu stess problema ta' droga. Il-Qorti iżda tatu l-ħelsien mill-areest b'għadd ta' kundizzjonijiet. Isem l-akkużat mhux qed jixxandar b'ordni tal-qorti. | [
0,
1,
3
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 9:51am Tħabbret il-mewt tal-iskater Ekaterina Alexandrovskaya ta' 20 sena, li kkompetiet fl-Olimpjadi sentejn ilu. Alexandrovskaya, li fl-Olimpjadi rrappreżentat lill-Awstralja, mietet fir-Russja, bil-midja tirrapporta li waqgħet minn tieqa. L-atleta rtirat mill-isport fi Frar li għadda minħabba li weġġgħet, bil-kowċ tagħha jgħid ukoll li iktar kmieni dis-sena nstab li kienet tbati mill-epilessiji. Flimkien ma' Harley Windsor, li kkompeta magħha fl-Olimpjadi, iż-żewġ żgħażagħ kienu l-ewwel koppja ta' skaters li kkompetew fl-Olimpjadi f'isem l-Awstralja. Din hija t-tieni mewt fi ftit jiem ta' atleta tal-Olimpjadi mill-Awstralja, hekk kif iktar kmieni tħabbret il-mewt tal-isnowboarder Alex Pullin. Pullin, li pparteċipa fl-Olimpjadi tliet darbiet, miet waqt li kien qed jogħdos bil-ħarpun fil-Gold Coast fl-Awstralja. | [
3,
10
] |
Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mix-Xandir Pubbliku Carmelo Abela rringrazzja lil Reno Bugeja għall-mod professjonali li bih mexxa l-aħbarijiet tal-istazzjon tax-xandir pubbliku matul dawn l-aħħar seba' snin. Fi stqarrija l-Ministru Abela qal li fl-aħħar jiem iltaqa' mas-Sur Bugeja, li fit-18 ta' Lulju 2020, ġiet fi tmiemha l-kariga tiegħu bħala l-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali u bħala l-Editur tal-Istazzjon Nazzjonali. Fi kliem il-Ministru Abela: "grazzi Reno Bugeja tas-servizz impekkabbli u ta' kwalità għall-aħbarijiet fuq ix-xandir nazzjonali". Huwa rringrazzjah ukoll tal-ħidma bla waqfien, b'tant integrità u lealtà lejn il-pubbliku matul karriera twila ta' 44 sena bħala ħaddiem fi ħdan il-PBS. Il-Ministru Abela nnota kif l-aħbarijiet tal-PBS taħt it-tmexxija ta' Reno Bugeja dejjem baqgħu jżidu fil-kwalità, tant li dawn baqgħu jingħataw fiduċja mit-telespettaturi, fejn fl-aħħar sondaġġi mill-Awtorità tax-Xandir dawn laħqu udjenza rekord ta' iżjed minn 200,000 segwaċi. Il-Ministru Abela faħħar il-mod u l-istil ġurnalistiku investigattiv, b'mistoqsijiet skjetti u studjati li kienu jsiru minn Reno Bugeja bħala l-preżentatur tal-programm dwar l-affarijiet kurrenti Dissett imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali. Il-Ministru Abela qal li Reno Bugeja li jemmen li fadallu aktar x'joffri fil-qasam tax-xandir f'pajjiżna b'mod partikolari f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-għarfien u l-edukazzzjoni dwar l-użu b'mod effettiv u sikur mill-pubbliku tal-għodda kollha relatati mal-pjattaformi tal-midja f'pajjiżna. | [
3
] |
Raġel ta' 52 sena mir-Renju Unit u li jgħix Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara inċident waqt li kien qed isuq ir-rota fl-Imsida. Il-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. ftit metri 'l bogħod mill-għassa tal-Imsida. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm inċident bejn rota li kien qed isuq ir-raġel mir-Renju Unit u karozza li kien qed isuq raġel ta' 38 sena minn Santa Venera. Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. | [
3
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 2:17pm Taljan ta' 43 sena li jgħix il-Gżira weġġa' gravi f'inċident tat-traffiku f'Bormla. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Għajn Dwieli għall-ħabta tas-7.30 ta' dalgħodu. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta li seħħet ħabta bejn il-vettura tal-għamla Kia Ceres, li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 52 sena li jgħix il-Marsa u l-mutur tal-għamla Kymco, li kien qed jinstaq mit-Taljan. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. | [
1,
3
] |
Salah Altayed, Sudaniż ta' 24 sena intbagħat sitt xhur ħabs wara li nqabad jipprova jaħrab minn Malta waqt li kien mistoħbi taħt trailer li kien tiela fuq il-Catamaran kmieni dalgħodu. L-ispettur Lara Butters mis-sezzjoni tal-immigrazzjoni qalet li Salah instab jistaħba mdendel ma' qiegħ trailer li kien fi triqtu lejn Sqallija għall-ħabta tal-5.00 a.m. L-akkużat li huwa residenti fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far wieġeb ħati għall-akkuża li pprova jaħrab minn Malta mingħajr passaport u ntbagħat sitt xhur ħabs. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace appellat lid-direttur tal-faċilità korrettiva ta' Kordin biex tingħata l-għajnuna medika u psikoloġika li kif meħtieġ. | [
0,
1,
3
] |
Imtella' Lulju 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Lulju, 2020 2:07pm Mara fl-Istati Uniti li kienet qed taħrab minn bison ifferoċjat ħelsitha ħafif, wara li lagħbitha taparsi mejta. Il-każ, li nqabad fuq filmat miġbud minn mobile, kien irrappurtat li seħħ f'Yellowstone National Park. Fil-filmat il-bison jidher jiġri wara koppja, iżda waqt li r-raġel kompla jiġri, il-mara tfixklet u waqgħet. Il-mara baqgħet mal-art u ma tħarrkitx, bil-bison jidher jieqaf ħdejha u jxommha, iżda ma jagħmlilha xejn. Il-bisons huma l-ikbar mammiferi fit-tramuntana tal-Amerka, bl-irġiel li kapaċi jaqbżu 900 kilogramma. | [
3,
7,
10
] |
Imtella' Lulju 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Lulju, 2020 5:15pm 530 student qed jieħdu sehem f'żewġ programmi ġodda tal-Aġenzija Żgħażagħ biex ikunu iktar ippreparati għall-bidla mill-primarja għall-iskola medja u dawk li minn Form 2 se jbiddlu għall-iskola sekondarja. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima qal li minħabba l-Covid 19 it-tfal se jkunu ilhom sitt xhur ma jmorru skola, u li kien importanti li jsir programm online biex dawn it-tfal jiġu mgħejjuna għall-bidla kbira li se jgħaddu minnha fis-sena skolastika li jmiss. Il-bidla mis-sitt sena tal-primarja għall-iskola Medja taf tkun diffiċli ħafna, għaliex minn klassi waħda, l-istudenti jispiċċaw fi skola ġdida, fejn ikunu huma li jridu jimxu minn klassi għall-oħra skont l-iskeda tal-lezzjonijiet. Bidla oħra iżda forsi mhux daqshekk drastika hija meta minn Form 2, l-istudenti mill-iskola medja jaghmlu l-pass għas-sekondarja li tħejjihom sa meta jiġu biex jagħmlu l-eżamijiet fil-livell Ordinarju. L-Aġenzija Żgħazagħ ħasbet biex tvara żewġ programmi biex bl-għajnuna tal-youth workers, l-istudenti jingħataw lezzjonijiet u għajnuna online. Il-programmi jikkonsistu anki f'logħob u modi kif jesprimu ruħhom biex jiġu mgħejjuna għall-bidla li se jgħaddu minnha fil-vjaġġ edukattiv tagħhom. "Aħna nagħtuhom il-ħiliet li jkollhom bżonn, biex ikunu ippreparati u l-kunfidenza biex il-bidla jikkoopjaw magħha". Is-sinjura Teuma spjegat li l-programm My Next School Adventure huwa programm immirat għall-istudenti li għadhom kemm spiċċaw is-sitt sena. Qed jieħdu sehem 400 student filwaqt li fil-programm My Secondary School Survival Kit qed jieħdu sehem 130 student. B'kollox qed jaħdmu fuq iż-żewġ programmi b'lezzjonijiet online, disa' youth workers. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Clifton Grima qal li f'din il-pandemija minkejja l-isfidi, ħareġ ukoll il-ġid, għaliex il-programmi online jistgħu jinżammu, minħabba li t-tfal jirnexxielhom jibbenifikaw ħafna minn sistemi online, li huma iktar aċċessibbli. "Għal-laqgħa qabel inġibu n-nies fl-uffiċini, illum effiċjenti minħabba t-teknoloġija, irridu nagħmlu użu aktar ta' dawn il-mezzi biex inkunu produttivi". Waqt sessjoni li saret mal-istudenti dawn esprimew id-diffikultajiet tagħhom, iżda wkoll esprimew entużjażmu li jagħmlu esperjenzi ġodda edukattivi. | [
3,
5,
14
] |
Imtella' Lulju 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Lulju, 2020 2:58pm 3 irġiel u 4 nisa bl-etajiet tagħhom ivarjaw bejn is-17 u t-22 sena nstabu bla ħajja f'bosk fil-Panama, ħdejn ix-xmara Gatun. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-vittmi kienu fuq ġita fi grupp ta' 14-il persuna meta żewġt irġiel armati attakkawhom u sparawlhom. Il-pulizija qalet li persuna tinsab arretsata b'rabta mal-każ mentri s-seba' persuni l-oħra li rnexxielhom jeħilsuha mill-mewt, qed jingħataw il-kura meħtieġa. | [
1,
3,
10
] |
Huma 4 il-każi attivi tal-COVID-19 f'Malta bħalissa. Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa, minn 583 test ħareġ każ wieħed pożittiv. Fuq nota pożittiva fl-aħħar ħin fiequ 2 persuni. Fl-aġġornament mediku, intqal li l-każ ġdid tal-lum, il-persuna kellha kuntatt ma' każ ieħor li ġie rrapportat fil-jiem li għaddew. Intant, sa issa f'Malta kien hawn 677 każ li minnhom fiequ 664. B'kollox saru 113,820 test. | [
1,
3,
14
] |
Imtella' Lulju 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Lulju, 2020 5:05pm Ġiet konfermata fl-appell sentenza fuq trattament ħażin fil-konfront tal-Ispettur Elton Taliana. L-Ispettur Taliana kien iffaċċja passi dixxiplinarji meta tressaq quddiem bord tal-pulizija fuq każ li jmur lura għall-2013 meta kien proċeda fuq każ ta' holdup wara li sar jaf li l-pulizija kienu resqu persuna żbaljata. Il-bord kien ċanfar lill-Ispettur Taliana talli ma nfurmax lis-superjuri tiegħu. Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat ukoll li r-rapport tal-bord tal-pulizija dwar l-ispettur Taliana kien null u li l-bord aġixxa lil hinn mill-poteri tiegħu. | [
0,
3,
14
] |
L-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 inħassu wkoll bin-nuqqas fit-traffiku tal-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer fit-tieni kwart tas-sena. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għax-xhur tal-eqqel tal-pandemija bejn April u Ġunju juru li qasmu bejn Malta u Għawdex, ftit iktar minn 580,000 passiġġier – 63% inqas mill-istess xhur sena ilu. Il-karozzi naqsu wkoll u qasmu b'kollox 282,000 vettura – f'dan il-każ tnaqqis ta' kważi 40% fuq l-istess perjodu sena ilu. Iċ-ċifri tal-NSO juru li f'Ġunju, meta r-restrizzjonijiet bdew jitneħħew, bdew jerġgħu jirrankaw il-vjaġġi u f'dan ix-xahar il-vjaġġi telgħu għal 2,136. | [
3
] |
Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li Malta se tibqa' twassal messaġġ favur stabbiltà fil-Mediterran. Huwa qal dan waqt żjara uffiċjali f'Ankara, it-Turkija fejn iltaqa' mal-ministru tad-difiża Tork, Hulusi Akar, Iż-żjara ffukat fuq l-oqsma tad-difiża u s-sigurtà fil-Mediterran u sewgwiet id-diskussjoni fuq l-istess temi li saru f'Malta waqt żjara li għamel il-Ministru Hulusi iktar kmieni dan ix-xahar. Malta u t-Turkija jinsabu f'taħditiet avvanzati biex ikun żviluppat ftehim ta' kollaborazzjoni biex tiġi miġġielda l-kriminalità biż-żewġ pajjiżi jaħdmu fuq il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali serji bħat-terroriżmu, il-ħasil ta' flus u t-traffikar tad-droga, l-armi u l-persuni. F'Ankara ġew organizzati wkoll laqgħat bejn il-ministri responsabbli mis-sigurtà nazzjonali u d-difiża ta' Malta, it-Turkija u l-Libja bit-tliet pajjiżi jenfasizzaw l-importanza li tinsab soluzzjoni politika fil-Libja, ibbażata fuq il-waqfien mill-ġlied u l-għaqda nazzjonali. Mal-Ministru Libjan Fathi Bashagha, il-Ministru Camilleri ddiskuta t-tema tal-immigrazzjoni llegali biż-żewġ naħat jirrikonoxxu li għalkemm l-awtoritajiet Libjani qed jirnexxielhom iwaqqfu bosta mill-vjaġġi klandestini fil-Mediterran, għad baqa' sfidi li jirrikjedu l-impenn taż-żewġ pajjiżi. | [
3,
12,
14
] |
Il-pulizija rnexxielha tkisser ċirku ta' serq ta' mobiles li kienu jinbiegħu klandestinament f'Malta u barra minn Malta u llum resqet żgħażugħ Libjan ta' 18-il sena il-qorti. Huwa ammetta li seraq mill-istabiliment tal-Vodafone f'Birkirkara f'April li għadda, bil-pulizija mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali mistennija tressaq iktar persuni l-qorti b'rabta ma' dan il-każ. Żagħżugħ Libyan li għadu kif għalaq tmintax-il sena, Abdulani Abderaham, intbagħat sentejn ħabs wara li ammetta fil-qorti li seraq telephones ċellulari u apparat elettroniku mill-istabbilment tal-Vodafone ta' Birkirkara. Il-proskuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Shawn Pawney akkuża lil Abderaham, li ma jaħdimx u qed jiskonta sentenza ta' ħabs fuq każ ieħor, li fit-2 ta' April għall-ħabta tas-siegħa u għoxrin ta' filgħodu seraq 13-il mobajl li jiswew viċin it- €8,000 għad-dannu tal-kumpanija Vodafone. Huwa kien akkużat ukoll li huwa reċediv. Abderaham ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bl-ammissjoni tiegħu twassal lill-Maġistrat Rachel Montebello biex twissih li r-reat iġorr sentenza minn tlettax il-xahar sa massimu ta' seba snin ħabs li jista' jinżel bi grad peress li meta wettaq dan ir-reat kien għadu taħt l-età. Madankollu qalet li l-Qorti riedet tieħu nkonsiderazzjoni li l-akkużat sar reċediv. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Shawn Pawney talbet lill-Qorti għal sentenza ta' ħabs iżda qalet ukoll li huwa kkopera mal-Pulizija. Wara li ssospendiet is-seduta temporanjament biex jerġa' jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu, l-akkużat intbagħat sentejn ħabs wara li reġa' wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. | [
0,
3
] |
Minkejja li illum it-temp beda jtella' u jniżżel, l-istaġun tas-sajf qed jirranka ġmielu u l-Maltin u l-Għawdxin qed jagħmlu l-almu tagħhom biex igawdu l-atmosfera sajfija. U donnu li hekk kif jibdew jitwalu il-jiem u l-iljieli, din is-sena huma diversi dawk li qed igawdu iżjed bil-qalb l-attivitajiet sajfin wara li kienu sfurzati jagħmlu xhur iżolati minn xulxin minħabba l-prekawzjonijiet tal-Covid. Iżda l-Maltin qed iwettqu l-istess attivitajiet bħas-snin imgħoddija jew għadhom qed jibżgħu mill-Covid? | [
1,
3,
14
] |
F'sessjoni oħra tal-Kunsill Ewropew li se jerġa' jiltaqa' aktar tard illum waranofsinhar mistenni jitressaq pakkett ta' proposti aġġornati għall-Fond ta' Rkupru mill-coronavirus. Dawn il-proposti diġà ġew imtarrfa lill-mexxejja Ewropej waqt sessjoni tal-Kunsill li saret qabel ma fi Brussell beda jbexbex jum ġdid – ir-raba' jum ta' dan is-summit. F'laqgħa li bdiet fil-5.30am u damet biss ftit minuti, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel informa lill-mexxejja Ewropej li kien se jaġġorna l-proposti tiegħu għall-Fond ta' Rkupru mill-Coronavirus u aktar tard matul il-ġurnata kien se jressaq pakkett ġdid. Hu mifhum li l-pakkett il-ġdid se jkun jinkludi massimu ta' għotjiet sa 390 biljun ewro bil-bqija jingħataw bħala self. Hu mifhum ukoll li fil-pakkett il-ġdid li mistenni jiġi diskuss wara nofsinhar, il-ħlasijiet lura – ir-rebates – lill-pajjiżi l-aktar li jissussidjaw il-Budget Ewropew se jitnaqqsu. Sorsi fi ħdan il-Kunsill Ewropew qalu li dawn huma indikazzjonijiet pożittivi u li l-mexxejja jista' jkun li resqin lejn qbil. Anki l-Kanċillier Awstrijakk Sebastian Kurz iddikjara ruħu sodisfatt b'dak li ġie diskuss dal-lejl u dak ukoll jagħti x'jifhem li resqin lejn qbil meta tqis li l-Awstrija kienet waħda minn dawk li baqgħu iżommu iebes. Madanakollu sorsi oħra spjegaw li kollox jiddependi minn qbil ġenerali dwar diversi punti oħra fosthom il-kundizzjonijiet li jridu jimponu grupp ta' pajjiżi mmexxija mill-Olanda dwar il-ħarsien tas-saltna tad-dritt u l-governanza għall-pajjiżi tal-lvant u riformi strutturali fl-ekonomija tal-pajjiżi tan-nofsinhar. Kienu dawn il-kundizzjonijiet li żammew milli jintlaħaq qbil bil-PM Taljan Giuseppe Conte matul il-lejl jakkuża lill-PM Olandiz Mark Rutte li qed jilgħab għall-gallarija u li ċ-ċittadini Ewropej għad iżommuh responsabbli tal-futur li jkun tellifhom. Rutte kien diġa safa fil-mira tal-PM Ungeriż Orban u akkużah li baqa' jwebbes rasu. Il-proposti l-ġodda tressqu wara li l-mexxejja Ewropej qattgħu madwar seba' sigħat sas-sagħtejn ta' filgħodu jiddiskutu madwar mejda, imbagħad reġgħu bdew isiru konsultazzjonijiet fuq bażi bilaterali jew fi gruppi żgħar. Issa l-Kunsill Ewropew huwa msejjaħ għall-ħabta tal-4pm. Oriġinarjament il-pakkett komplessiv bejn il-budget għas-seba' snin sal-2027 u l-budget tal-fond ta' stimulu ekonomiku minħabba l-coronavirus kienu jqarrbu lejn l-elfejn biljun ewro. | [
3,
14
] |
Imtella' Lulju 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Lulju, 2020 5:32pm Fi Triq Vjal de la Cruz, f'Ħal Qormi nqaleb high-up b'passiġġier maqbud fih. L-inċident seħħ qrib ġnien, bit-trukk jispiċċa mmejjel fuq bankina qrib l-appartamenti. Fuq il-post marru immedjatament il-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u ambulanza, li għenu lir-raġel biex jinħareġ mit-trukk. Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta' waranofsinhar. | [
3,
14
] |
Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema Maltija ta' €720,000 għas-sajjieda self-employed li jistadu għat-tonn u li ntlaqtu ħażin mill-Covid-19. Din l-għajnuna finanzjarja se tingħata fi grants diretti u se tiġi kkalkulata abbażi tal-kwota tat-tonn mogħtija lis-sajjieda mid-Dipartiment tas-Sajd għas-sena 2020. L-iskop ta' din l-iskema hija biex tikkumpensa r-roħs fil-prezz tat-tonn fis-swieq u tgħin lis-sajjieda jkampaw wara li faqqgħet il-pandemija. L-iskema mhux se taqbeż l-€120,000 għal kull benefiċjarju. | [
3,
7,
14
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:44pm Dan ir-raġel jirrakkonta ma' Television Malta li sa mnalla kienet l-ordni tal-probation biex reġa' ħa r-riedni ta' ħajtu f'idejh. Wissa iżda li min jieħu l-probation biċ-ċajt ikun qed jidħak bih innifsu għax eventwalment se jirbħu l-ħabs. Tappan żgħożitu meta beda jieħu d-droga u kompla jgħarraqha meta qaleb għall-kokaina. "Irrid nieħu biex norqod. Il-bqija ma norqodx." Jammetti li sar bniedem perikoluż. "Kelli żewġ skejjel. L-iskola tal-iskola u l-iskola tat-triq. Allura nista' nimmanipulak kif irrid. Bid-diskors, bil-kliem, bl-iskużi u bil-gideb." Jirrakkonta li ħajtu saret gidba waħda. "Tisraq lil ommok. Tagħmel kollox. Li tasal biex tisraq lil ommok tista' tagħmel kollox." Xellef difrejh mal-ġustizzja. Il-Qorti ddeċidiet li ttih ċans ibiddel ħajtu. "Jien qatt ma ħadtu bħala kastiga il-probation. Jien ħadtu bħala ċans tad-deheb." Ordni ta' probation tingħata għal reat li jġorr miegħu sa 7 snin ħabs. Waqt il-perjodu ta' probation, kien hemm drabi meta reġa' miss mad-droga. "Tkellem u mhux sparixxa. Refa' r-responsabbiltà. Ammetta. Iddiskutejnieha, u hekk sewwieh l-iżball," qalet l-uffiċjal Marilyn Attard dwar dak iż-żmien. Fi kliem Marilyn Attard, il-probation hu test mill-Qorti li jekk l-akkużat jeħel minnu, hemm il-ħabs jistennieh. Dan ir-raġel iżda ma falliex mit-test, fosthom billi temm b'suċċess programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga. "Jien kburija bih. Kburija li f'dawn is-snin kollha ma fetaħx iżjed każi." Sentejn wara li ntemmet l-ordni ta' probation, ir-raġel għadu jsib spalla f'Marilyn Attard. "Jien dejjem ngħidlu l-għażla f'idek. Għal kull għażla hemm konsegwenza. Jien se ngħidlek x'inhuma l-għażliet tiegħek. Issa f'idek li tiddeċiedi." Wara 35 sena jabbuża mid-droga, ir-raġel wissa kontra l-impressjoni li ordni ta' probation tfisser li ħlist minn ikla ħabs. "Jekk inti m'intix verament se tieħu ċ-ċans tkun just qed tipposponi l-ġurnata tal-ħabs għal data oħra. Sempliċi." Sal-aħħar ta' Ġunju, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole kien qed isegwi 935 każ ta' persuni b'ordni ta' probation jew parole. | [
6
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:44pm L-Indiċi tar-raġġi UV illum kien 10, għada mistenni jkunu 11 u l-Ħamis 12. Iċ-Chairman tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, Lawrence Scerri, appella lill-pubbliku biex jipproteġi l-ġilda mix-xemx. Saħaq li l-protezzjoni m'għandhiex issir biss fix-xhur tas-sajf, u fakkar li f'minn tal-anqas nofs is-sena l-indiċi tar-raġġi UV f'Malta jaqbżu s-sebgħa, li hu livell għoli. Ma' Dr Scerri, Television Malta ddiskuta l-konsegwenzi. Semma l-melanoma, li hu l-aktar kanċer tal-ġilda qalil ikkawżat mix-xemx, u ħsara oħra fuq il-ġilda bħal xi xemxata, u li l-ġilda tixjieħ aktar malajr. Kull sena, l-ispeċjalisti tal-ġilda qed jaraw mal-120 każ ġdid ta' melanoma. Iċ-chairman tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, Lawrence Scerri, qal li l-għadd ta' każijiet ġodda fis-sena fl-aħħar għaxar snin baqa' kostanti, imma rdoppja meta mqabbel ma' 25 sena ilu. Qal li kull sena jiġu reġistrati bejn tmienja u disa' mwiet kawża tal-melanoma – meqjus bħala l-agħar kanċer tal-ġilda. Dr Scerri wissa li l-kumplikazzjonijiet jiżdiedu meta l-kanċer ikun daħal aktar fil-fond tal-ġilda. Irrimarka iżda li tliet kwarti tal-każijiet f'Malta jinqabdu fi stadju bikri u għalhekk il-prospetti ta' fejqan huma akbar. "Għaliex in-nies aktar konxji, jiċċekjaw il-ġilda u jkun hemm xi dubju jiċċekkjawh aktar ta' spiss, iktar kmieni għand it-tabib, jiġifieri dik importanti." Dr Scerri spjega kif wieħed għandu joqgħod attent għal bidliet spontanji f'xi dabra jew għazza sewda jew kannella. "Mod spontanju jiġifieri mhux għax inti lqata' jew grifta u ħareġ id-demm dik ma tgħoddx jiġifieri bidla waħedha bħala forma, daqs jew kulur u din tkompli tinbidel b'mod konsistenti matul xhur, ġimgħat eċċetra." Huwa ssuġġerixxa biex min għandu riskju ogħla – dawk li għandhom ġilda bajda, ikunu ġinġrin jew għandhom ħafna għazz – għandhom jżommu rekord fotografiku tal-għazz jew dbabar li jista' jkollhom. "Jagħmlu ritratt ta' darba tal-ġilda kollha inkluż fejn hemm dawn id-dabriet u dawn l-għazz u minn żmien għal żmien jiċċekkjaw u jqabblu u jekk jaraw xi bidla b'mod konsistenti jfittxu assistenza medika." Dr Scerri rrimarka li l-ikbar għadu tal-ġilda huma r-raġġi UV – minn indiċi ta' sebgħa 'l fuq. Dan ifisser li wieħed m'għandux jipproteġi ruħu mix-xemx fis-sajf biss! L-awtoritajiet tas-saħħa jwissu li l-kanċer tal-ġilda jista' jiġi evitat jekk wieħed jevita li joqgħod ħin twil fix-xemx, speċjalment bejn l-10.30am u l-4.00pm. Konxju li minħabba raġunijiet ta' xogħol xi wħud mhux talli ma jistgħux jevitaw ix-xemx imma jkollhom jaħdmu fiiha, Dr Scerri jħeġġeġ li kemm jista' jkun wieħed ifittex id-dell, jilbes ħwejjeġ addattati, inkluż kappell li jgħatti l-għonq u l-widnejn, u juża sunblock fil-postijiet fejn ma jirnexxilux jgħatti. Qal li s-sunblock ma jdumx fuq il-persuna aktar minn tliet sigħat u appella biex jiġi applikat aktar minn darba. | [
8
] |
Imtella' Lulju 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 6:03pm F'seduta oħra li qabżet it-tmien sigħat fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta' Yorgen Fenech, akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fis-seduta ta' llum quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello kien mistenni li jixhed l-intermedjarju Melvin Theuma li jinsab rikoverat l-isptar f'qagħda kritika. Fil-bidu tas-seduta d-Difiża ta' Yorgen Fenech għamlet verbale li fih qalet li tinsab imħassba li Melvin Theuma jinsa jiġġieled għal ħajtu meta suppost kien mgħasses 24 siegħa kuljum mill-pulizija. Id-Difiża talbet li jiġi rilevat il-mobile ta' Melvin Theuma. Fis-seduta tal-Erbgħa xehed l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ġie muri l-proklama li kienet ingħatat lil Melvin Theuma u kkonferma li kien hemm il-firma tiegħu stess. Fil-kontro eżami mid-difiża, l-avukat Charles Mercieca staqsa diversi drabi kif wasal għal konklużjoni biex tingħata l-proklama lil Melvin Theuma u ma' min kien ikollu laqgħat. Lawrence Cutajar qal li kien ikollu laqgħat fuq il-kontenut tal-investigazzjoni mal-ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra u mal-Avukat Ġenerali Peter Grech. Cutajar qal li qabel il-proklama u qabel l-14 ta' Novembru li għadda kien ikun hemm diversi laqgħat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalihom kien ikun hemm preżenti l-ex Prim Ministru Joseph Muscat, l-ex chief of staff Keith Schembri, Keith Arnaud, Kurt Zahra u Peter Grech. Lawrence Cutajar ċaħad li qatt irċieva xi flus biex tingħata l-proklama lil Theuma. Qal li min jgħid hekk jew qed jibbluffja jew qed jigdeb. Sostna li r-rapport li jagħti parir biex tingħata l-proklama lil Cutajar tlesta mill-investigaturi u mhux minnu. Id-Difiża staqsiet lil Lawrence Cutajar meta ltaqa' u tkellem ma' Edwin Brincat, magħruf bħala Il-Ġojja. Cutajar qal li Brincat mar id-dar tiegħu f'Mejju tal-2019 biex ikellmu fuq xi ċitazzjoni. Qal li milli jiftakar kien qabad u mar iħabbattlu l-bieb u sostna li hu min iħabbattlu jaqbad u jiftaħ. L-Ex Kummissarju qal li ħassu li kien qed jagħmel xogħolu meta lill-Ġojja daħallu bil-mod u staqsieh jekk jafx bir-recordings fil-pussess ta' Melvin theuma. Id-Difiża staqsietu jekk kienx tkellem mal-investigaturi fuq daċ-ċans li kien se jieħu ma' Edwin Brincat u qal li ma setax minħabba li qabad u marlu d-dar għall-għarrieda. Iktar kmieni, l-avukat Jason Azzopardi, li qed jidher għall-familja Caruana Galizia, qal li hi gidba li xi recordings u files tħassru mill-hard drive. Dwar dan xehed l-espert tal-Qorti fil-qasam tal-IT, Alvin Cardona li qal li jemmen li kienet kwistjoni ta' software li waslet biex xi files bir-recordings ma kinux aċċessibbli. Enfasizza li hu qatt ma fetaħ il-files, ħlief dawk li ngħata struzzjoni li jiftaħ. Qal li ltaqa' mal-ispettur Keith Arnaud darba biex dan iċċekkja r-recordings. Xehed ukoll l-ispettur Keith Arnaud li qal li l-mobile ta' Yorgen Fenech jinsab għand il-Europol u hu għalhekk li ma setax jiġi ippreżentat fl-inkjesta. Id-Difiża talbet lill-qorti tawtorizza l-prosekuzzjoni tgħaddi kopja tal-informazzjoni li ġiet estratta mill-mobile ta' Yorgen Fenech, bil-Prosekuzzjoni tgħid li t-tħassib tad-Difiża mhux ġustifikat għax l-evidenza hi priżervata. | [
0
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:34pm Il-Prim Ministru Robert Abela llejla indirizza konferenza stampa minn Kastilja, wara li iktar kmieni llum wasal Malta, wara lejl impenjattiv ferm fi Brussell li matulu ntlaħaq ftehim fuq il-baġit li jmiss tal-Unjoni Ewropea. Riżultat ta' dan il-ftehim Malta ngħatat pakkett ta' €2.25 biljun f'fondi Ewropej, li huwa l-ikbar ammont għal pajjiżna sa mis-sħubija fl-UE. Il-Prim Ministru qal li dan is-suċċess inkiseb bis-saħħa ta' argumenti sodi u konvinġenti madwar il-mejda negozjati, fejn id-delegazzjoni Maltija telqet mill-punt li tkunu katalista biex twassal li jkun hemm ftehim bejn 27 stat membru. "Konna ċari li dak li hu dritt tagħna,konna lesti li niġġieldu għalih kif għamilna bil-persważjoni u konvinzjoni. Dan is-suċċess ksibnieh billi għamilna argumenti sodi, bi strateġija u billi ma qtajnhiex qalbna," qal il-Prim Ministru. Qal li l-gvern Malta ġab mhux biss allokazzjoni speċjali waħda għal pajjiżna imma sitta, u parti kbira minnhom fl-aktar qasam kruċjali għal pajjiżna; dak tal-koezjoni. Qal li dan il-pakkett jassumi sinifikat ikbar meta wieħed iqis li l-UE tilfet it-tieni l-akbar kontribut tiegħu; jiġifieri r-Renju Unit. Malta tikseb pakkett ta' €2.25 biljun – l-akbar allokazzjoni f'16-il sena ta' sħubija | [
12
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:44pm Il-President Amerikan, Donald Trump, hedded li jibgħat iktar uffiċjali tas-sigurtà fl-ibliet ewlenin fl-Istati Uniti biex irażżnu l-protesti vjolenti li għadhom għaddejjin. Trump ikkritika l-istati ta' Chicago u New York għax qal li l-mexxejja tagħhom qed jibżgħu jaġixxu. Iż-żewġ stati jitmexxew mid-Demokratiċi u mhux mir-Repubblikani ta' Trump. Trump faħħar lill-uffiċjali f'Oregon li qal għamlu biċċa xogħol li sejjaħ fantastika biex ikkontrollaw il-protesti f'Portland. Mill-banda l-oħra iżda l-mexxejja tal-istati talbu lil Trump biex iġegħelhom jirtiraw minn Portland. Akkużawh li bid-deċiżjonijiet tiegħu qed ikompli jiggrava s-sitwazzjoni. | [
10
] |
Imtella' Lulju 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 6:59pm Il-Public Broadcasting Services Ltd. tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020. L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.com.mt/eurovision . Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mit-23 ta' Awwissu 2020. Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tkun qed tevalwa is-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu tnax-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni. Il-finalisti, ser jkantaw LIVE quddiem ġurija waqt sessjoni li ser tiġi rrekordjata u murija aktar tard fuq it-television u anke fuq is-Social Media f'Settembru. F'dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista' jivvota għall-kantant jew kantanta favorit/a tiegħu. Il-vot tal-pubbliku (50%) flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa ta' din is-sena li ser jitħabbar fl-aħħar ta' Settembru Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena ser isir fil-Polonja fl-29 ta' Novembru li gej. | [
10
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:44pm Fl-Ukrajna, il-Pulizija għaddejja b'operazzjoni delikata biex issalva madwar 20 persuna li qed jinżammu ostaġġi minn raġel armat fuq karozza tal-linja. Il-Pulizija qalet li nstemgħu tiri fiż-żona u l-aggressur waddab bomba li iżda ma ħaditx. Għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tas-saħħa tal-ostaġġi. L-aggressur ġie identifikat bħala Maksym Kryvosh, Russu ta' 44 sena, li hu magħruf mal-Pulizija. Ir-raġel kien jirċievi kura psikjatrika. Hu qed jitlob biex il-politiċi tal-Ukrajna jiddikjaraw li huma terroristi. Il-Pulizija qalu li qed jippruvaw jinnegozjaw mar-raġel li allegatament poġġa bomba f'post pubbliku. Il-Pulizija appellaw lin-nies biex jibqgħu f'darhom. | [
10
] |
Imtella' Lulju 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 9:18am Maħruġa oriġinarjament fl-1975, il-kanzunetta 'Fil-Pjazza Tar-Raħal' kantata mill-kantawtur Enzo Gusman kienet rebħet konkors internazzjonali fost tant u tant pajjiżi. Pajjiżi li lkoll ippreżentaw kanzunetti bil-lingwa tagħhom, iżda kienet il-lingwa Maltija mirquma bl-isbaħ mod li rebħet l-aqwa kanzunetta. L-għażla tal-kantant żagħżugħ ta' 16-il sena waqgħet fuq din il-kanzunetta għal żewġ raġunijiet prinċipali, l-ewwel waħda hi li hu jħobb ikanta bil-lingwa Maltija għax iħoss li biha jesprimi ruħu kif verament jixtieq; infatti lura għas-sena 2017 kienet rebaħ l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bil-kanzunetta Dwell fi dwett. It-tieni raġuni li jagħti Drakard hi li kanzunetta bħal din ma tmut qatt. Hu jistqarr, "jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqha inħoss li kanzunetta bħal din tagħti kontribut lill-kanzunetta Maltija, għax ġejja minn żmien li l-kanzunetti jirriflettu l-identità awtentika Maltija." Il-kantant żagħżugħ iqis lil Enzo Gusman wieħed mill-aqwa kantawturi lokali. Drakard jgħid, "Il-mod kif Enzo jwassal il-messaġġ ta' kull kanzunetta hu wieħed inkredibbli speċjalment fil-kanzunetti li kiteb hu. Il-mod ta' kif iżewwaq il-kliem mal-mużika hu wieħed tassew speċjali." Drakard jirringrazzja lil Enzo li tah il-permess jaħdem fuq din il-kanzunetta li hi tant u tant għal qalbu. Il-filmat mużikali ta' 'Fil-Pjazza Tar-Raħal' ġie miġbud fir-raħal taż-Żurrieq. L-għażla għal Drakard kienet waħda naturali minħabba l-fatt li hu trabba f'dan ir-raħal pittoresk Malti u għadu jgawdih sal-ġurnata tal-lum. Fil-Pjazza Tar-Raħal – Drakard 🎤 Kanzunetta oriġinali ta' ENZO Gusman🎵 Mużika: Enzo Gusman📝 Lirika: Enzo Gusman🎚 Rikording, Mixing: Kaya @ Singer Stage Studios🎥 Vidjo Mużikali: Ekaterina Camilleri @ Insight Media Creations 🤵🏻 Stilista: Antonio Muscat✂️ Xagħar: Josmar's classic scissors | [
2
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 1:27pm Il-vapur bil-qlugħ Amerigo Vespucci, li jifforma parti mill-flotta navali Taljana, llum se jkun qed idur madwar il-gżejjer Maltin. L-Ambaxxata Taljana f'Malta qalet li l-vjaġġ madwar Malta huwa parti mit-taħriġ tal-istudenti tal-ewwel sena fl-akkademja navali ta' Livorno. Il-vapur, li jintuża għat-taħriġ, se jgħaddi minn ħdejn Għawdex u jkompli jbaħħar lejn Malta, sakemm qrib inżul ix-xemx jasal il-Belt. Fil-Port il-Kbir il-vapur mistenni jagħmel esebizzjoni bid-dwal bis-sehem tal-106 studenti li jinsabu abbord il-vapur. Wara, l-Amerigo Vespucci jkompli fi triqtu lejn il-Gżejjer Aegadian. | [
10
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 1:39pm Ix-xogħlijiet fuq l-iskola primarja l-ġdida tal-Qawra waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Il-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada qalet lil TVM li din l-iskola se tiftaħ il-bibien tagħha għat-tfal fis-sena skolastika l-ġdida. L-iskola hi mifruxa fuq medda ta' 9,500 metru kwadru, u se jkollha 39 klassi għal 500 tifel u tifla, sala għal 400 persuna, kif ukoll kindergarten u ċentru għall-ħarsien tat-tfal. Taħt il-binja hemm ukoll parkeġġ għal 400 karozza. Il-proġett qed isir b'investiment ta' madwar €13-il miljun, kollha fondi nazzjonali. | [
5
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 6:08pm Il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja ma bdietx ilbieraħ; fis-snin ħamsin u sittin kienu jsiru lezzjonijiet tal-Ingliż għall-Maltin li kienu se jemigraw. Illum il-lezzjonijiet għall-adulti huma aktar strutturati u jaħsbu għal diversi ċirkustanzi – minn għarfien bażiku fil-qari u l-kitba fl-Ingliż u l-Malti għal korsijiet marbuta mas-saħħa. Bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tat-tagħlim tul il-ħajja li jibdew minn Ottubru. Għall-ewwel darba, tnax-il kors se jingħataw fuq l-internet. It-tagħlim ma jiqafx fuq il-bank tal-iskola, imma għandu jibqa' għaddej tul il-ħajja. Fl-aħħar snin, korsijiet offruti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni taw din l-opportunità b'mod organizzat lil eluf ta' adulti. Mandy Mifsud, uffiċjal edukattiv għat-tagħlim tul il-ħajja, qalet li hemm studenti li baqgħu jistudjaw f'livelli differenti. "Qed tiġini f'moħħi studenta jisimha Charmaine li għamlet l-O-level tal-Malti, magħna mbagħad l-A level tal-Malti u issa qiegħda l-università u qed tagħmel diploma MQF level 5 fil-Malti, tikteb il-poeżiji, jiġifieri tista' tibda mill-bidu nett imma mbagħad tipprogressa." Minn Ottubru li ġej se jiġu offruti aktar minn 450 kors f'77 suġġett differenti, li jvarjaw minn ħiliet bażiċi għal persuni li jixtiequ jsaħħu l-abilitajiet tagħhom fil-qari u l-kitba fil-Malti u l-Ingliż u fl-informatika, għal tagħlim fi ħdax-il lingwa differenti, u korsijiet mfassla apposta biex isaħħu l-prospetti tal-karriera. Qed jiġu offruti wkoll korsijiet marbuta mas-saħħa biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu għażliet siewja għal saħħithom u aktar minn 20 kors ta' arti u artiġjanat imfassla biex jagħtu l-opportunità lill-adulti juru l-ħiliet kreattivi tagħhom. Uħud mill-korsijiet huma akkreditati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. "Jekk forsi fil-passat ma studjajtx jew m'għandekx xi kwalifika tista' tiġi għandna, tibda mill-bidu nett, però mbagħad ħa tasal ħafna." Mandy Mifsud qalet li fuq l-esperjenza tal-aħħar xhur, meta ħafna mil-lezzjonijiet saru fuq l-internet minħabba li ngħalqu l-iskejjel, din is-sena ħasbu għal dak li jista' jinqala' – inkluż li tasal it-tieni mewġa tal-virus. " Hemm ħafna preparamenti però anke jekk jiftħu l-bibien f'Ottubru ħadna ċertu miżuri u prekawzjonijiet u ħa nkunu dejjem qed nimxu mal-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa." Għal dan il-għan, l-għadd ta' studenit fil-klassi se jonqos għal ħmistax biex tkun tista' tinżamm id-distanza soċjali. Din is-sena jistgħu japplikaw dawk kollha li għandhom minn ħmistax-il sena 'l fuq. L-applikazzjonijiet jagħlqu fis-sebgħa ta' Awwissu. Il-prospett għall-korsijiet u l-applikazzjonijiet jinsabu fuq is-sit: lifelonglearning.gov.mt | [
5
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 1:44pm Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-ġurnalisti għandhom jitħallew liberi minn kwalunkwe forma ta' xkiel u rbit u għandhom jitħallew jaħdmu biex joħorġu l-verità u jżommu lill-politiċi responsabbli ta' għemilhom. Fi stqarrija, Dr Delia qal li ma jaqbilx ma' proposta li għamel fil-Parlament id-Deputat Jean Claude Micallef li l-ġurnalisti għandu jkollhom liċenzja, għax qal li dan iġib lill-ġurnalisti dipendenti fuq il-gvern meta huma fid-dover jissindikaw anke lill-istess gvern. B'reazzjoni, id-Deputat Jean Claude Micallef wera l-fehma li l-professjoni ta' ġurnalist għandu jkollha l-istess privileġġ, responsabilità u preġju soċjali bħal professjonijiet oħra inkluż l-avukati, l-periti u nutara fost oħrajn. Spjega li għandu jkun l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li jagħmel skrutinju u jippubblika l-warrants lill-ġurnalisti | [
12
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 4:51pm Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji reġa' kkonferma li l-papri qrib ir-Riserva Naturali tas-Salina nstabu pożittivi għall-Avian Flu. Fi stqarrija, id-Direttorat qal li kampjuni tal-papri ttieħdu f'laboratorju ċċertifikat mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà tal-ikel u s-saħħa pubblika u reġgħu ttestjaw pożittiv għal din it-tip ta' influwenza. Intqal li wara dan l-iżvilupp, ħafna mill-papri infettati ġew trasferiti f'post sikur waqt li għaddejjin sforzi biex il-papri li għad fadal jiġu rilokati f'post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li t-testijiet saru l-Italja. Id-Direttorat qal li minbarra dan kollu, qed isiru aktar testijiet filwaqt li l-pubbliku hu mħeġġeġ biex ma jaqbadx jew jipprova jċaqlaq papra jew papri li għad fadal mingħajr il-permessi meħtieġa tad-Direttorat. AĠĠORNAT: Papri se jitneħħew mis-Salina wara li nstab li huma morda – jonqsu b'aktar minn 60% f'xahar u nofs | [
7
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 8:15pm Fl-Imrieħel, inawgurati l-kwartieri ġodda tal-Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali. Il-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna qal li Malta qed titqies bħala xempju ta' eċċellenza f'dan is-settur minħabba l-mod kif irnexxielha toħloq leġislazzjoni aġġornata u sistema ta' regolamentazzjoni u lliċenzjar għas-settur diġitali. Spjega li s-sistemi tal-cryptocurrencies u l-ekonomija diġitali huma rivoluzzjonarji u jistgħu isarrfu għall-benefiċċji sostanzjali għall-ekonomija. Qal li l-Gvern qed isaħħaħ l-leġislazzjoni biex ma jkunx hemm abbużi b'sistemi li jiskrutinizzaw inidividwi u operazzjonijiet li jistgħu itellfu mix-xogħol tal-awtorita'. Is-Segretarju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji Clayton Bartolo qal li li l-gvern huwa impenjat li jonora u jwettaq l-viżjoni li Malta tkun hub teknoloġiku internazzjonali. Qal li huwa għal dan il-għan li qed isir xogħol biex l-infrastruttura tkun adegwata u jitħarrġu ħaddiema biex ikollhom il-kompetenzi u l-ħiliet neċessarji biex joperaw fis-settur. Is-Sur Bartolo qal li l-MDIA ġiet identifikata bħala l-awtorita kompetenti mill-Unjoni Ewropea fl-iċċertifikar tas-sistemi tas-sigurtà cyber u diġa' implimentat b'suċċess għadd ta' inizjattivi diġitali. | [
12
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 1:27pm Fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta, wara li saru 959 swab test. Fl-aġġornament ta' kuljum, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-istess waqt ma kien iddikjarat ħadd iktar imfejjaq, biex b'hekk il-każijiet attivi ta' Covid-19 f'Malta baqgħu 4. Sal-lum b'kollox saru 114,770 swab tests, li minnhom 667 irriżultaw pożittivi. | [
1
] |
Fl-aħħar 24 siegħa, tfaċċaw żewġ każijiet ġodda ta' Coronavirus f'Malta. Dan ikkonfermah il-Ministeru għas-Saħħa fejn qal li dawn iż-żewġ każijiet kienu sporadiċi fil-kommunità; wieħed minnhom mingħajr ma wera l-ebda sintomu tal-virus mentri l-ieħor ħarġulu s-sintomi. Fl-aħħar 24 siegħa wkoll fieqet persna oħra mill-marda biex issa b'kollox hemm 5 każijiet attivi. | [
1
] |
Marokkin ta' 36 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex tressaq il-Qorti t'Għawdex akkużat li ħebb għal persuna bi strument li jaqta' u bil-ponta. Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Brigitte Sultana, ir-raġel ġie akkużat li nhar id-19 ta' Lulju, għall-ħabta tal-10.30pm waqt li kien fi Triq in-Naħla ż-Żebbuġ, Għawdex, ħebb u kkaġuna ġrieħi ta' natura ħafifa fuq persuna oħra bi strument li jaqta' u bil-ponta. Hu ġie akkużat ukoll li ġarr l-istess strument mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika. Il-Marokkin ġie akkużat ukoll li nhar l-20 ta' Lulju, 2020, għall-ħabta tal-11am, għamel użu mhux xieraq t'apparat ta' kommunikazzjoni eletroniku u li hedded persuna oħra bl-istess apparat. Hu ġie akkużat li fl-20 ta' Lulju, għall-ħabta tal-12pm, waqt li kien fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex, volontarjament kiser il-bon ordni. L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
0
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 7:13pm Ingliż intbagħat 5 snin u nofs ħabs wara li ammetta li importa u kellu fil-pussess tiegħu iktar minn 4 kilogrammi droga kannabis. Thomas Appleby kien arrestat mill-Pulizija f'Ġunju tas-sena l-oħra wara li kien inqabad b'iktar minn żewġ kilogrammi d-droga fil-vettura tiegħu. Fil-Qorti ħareġ li waqt l-arrest, Appleby kien ammetta mal-Pulizija li aktar qabel kien wassal kunsinna ta' żewġ kilogrammi oħra droga kannabis. Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, ir-raġel ammetta l-akkużi minflok għadda ġuri. L-Avukat Ġenerali kien talab biex ir-raġel jintbagħat għomru l-ħabs iżda bi ftehim mad-difiża, l-imputat ammetta l-akkużi u ntbagħat 5 snin u nofs ħabs. Id-difiża tmexxiet mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri. | [
0
] |
Imtella' Lulju 21, 2020 - Aġġornata 21 Ta' Lulju, 2020 4:21pm B"pakkett komplessiv ta' żewġ biljuni u mitejn u ħamsin miljun ewro, min-negozjati li saru fil-Kunsill Ewropew tul l-aħħar ħamest'ijiem, Malta rnexxielha tinnegozja l-akbar allokazzjoni ta' fondi mill-UE li qatt kisbet. Dan kien ikkonfermat mill-Prim Ministru Robert Abela fuq twitter, li qal li dan huwa l-akbar pakkett qatt negozjat minn Malta mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, li jfisser aktar investiment fiċ-ċittaidini Maltin u Għawdxin u fl-ekonomija tal-pajjiż. Il-pakkett jinkludi €1.923 (biljun, disa' mija u tlieta u ghoxrin miljun ewro mill-budget għas-seba' snin li ġejjin. Kif ukoll pakkett ieħor ta' 327 miljun ewro mill-Fond ta' Rkupru għall-Coronavirus imsejjaħ Next Generation EU. Dan l-ammont ma jinkludiex l-element tas-self. Fl-ewwel budget tal-UE li Malta kellha sehem minnu għas-seba snin bejn l-2007 u l-2013 Malta kienet kisbet 1.114 miljun ewro, filwaqt li għas-seba' snin bejn l-2014 u l-2020 Malta kisbet 1.128 miljun ewro. Il-Prim Ministru Robert Abela fi tmiem is-summit iddeskriva l-ftehim bħala riżultat eċċezzjonali u nnota li din hija l-ikbar allokazzjoni li qatt saret għal Malta b'sitt allokazzjonijiet speċjali. Huwa qal li dan huwa aktar sinifikanti meta wieħed iqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u t-tkabbir ekonomiku ta' Malta f'dawn l-aħħar snin. Bi Brexit, l-Unjoni Ewropea tilfet 75 biljun ewro mill-budget tagħha. Il-PM qal li l-fondi allokati lil Malta għas-snin 2021-2027 huma ħafna ogħla minn dawk miksuba fi Frar tal-2013 għall-perjodu 2014-2020. Fi stqarrija l-Gvern qal li l-ftehim milħuq fil-Kunsill Ewropew ifisser li Malta kisbet total ta' €842 miljun f'fondi taħt il-Politika ta' Koeżjoni. Dan l-ammont, li ma jinkludix €92 miljun f'fondi addizzjonali oħra għar-REACT-UE (Politika ta' Koeżjoni) mill-Istrument ta' Rkupru, huwa minn tal-inqas €66 miljun aktar minn dak li kisbet Malta fi Frar tal-2013 għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020. Għall-agrikoltura, Malta kisbet €191 miljun, li jfisser €53 miljun – (jew 38%) aktar mill-2014-2020. Dan kien possibbli minħabba allokazzjoni speċjali assigurata mill-Prim Ministru Abela li ngħatat lil Malta biex tappoġġja l-isforzi f'dan il-qasam. B'kollox, skont il-politika tradizzjonali tal-UE dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Agrikoltura, li jammontaw għal madwar 60% tal-Baġit totali tal-UE, Malta kisbet €1.125 biljun, meta mqabbel ma' €793 miljun minn dak li kienet tikseb bil-proposta tal-Kummissjoni. Il-Gvern iddeċieda li ammont minimu ta' 10% tal-allokazzjoni skont il-Politika ta' Koeżjoni u l-Agrikoltura jmorru għal Għawdex. Dan se jiżgura li globalment, Għawdex jingħata aktar fondi milli attwalment ġie allokat fil-perjodu ta' finanzjament 2014-2020. Strumenti u programmi ewlenin oħra għal Malta jinkludu Erasmus+; il-fondi ta' migrazzjoni, fruntieri u sigurtà; u programmi ambjentali.L-allokazzjoni ġenerali indikattiva li Malta se tirċievi taħt il-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali għas-snin 2021-2027 hija stmata li tkun €1.923 biljun. Il-Gvern qal li dan mhux biss jitqabbel tajjeb mal-ftehim ta' Frar 2013 għas-snin 2014-2020 iżda saħansitra huwa €795 miljun ogħla. Barra minn hekk, Malta se tibbenefika minn €327 miljun f'għotjiet mill-Istrument ta' Rkupru biex jassisti fl-isforz ta' rkupru. Il-Gvern għandu wkoll l-għażla li jaċċessa l-element tas-self jekk jixtieq li jagħmel dan. L-allokazzjonijiet speċjali (addizzjonali): €200 miljun fil-Politika ta' Koeżjoni (€100 miljun għal gżira Stat Membru, €50 miljun għat-tkabbir u l-impjiegi u €50 miljun minn ReactEU biex jindirizzaw in-nefqa relatata mal-COVID 19). Allokazzjoni speċjali oħra ta' €50 miljun għall-Iżvilupp Rurali; u żewġ allokazzjonijiet speċjali taħt il-fondi tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri li jżidu l-ammonti fissi għal €25 miljun kull wieħed. Il-Gvern qal li minkejja l-andament ekonomiku qawwi ta' Malta f'dawn l-aħħar snin, dan il-pakkett eċċellenti jfisser li l-bilanċ nett ta' Malta mill-baġit tal-UE se jibqa' pożittiv b'mod sostanzjali għas-snin li ġejjin. Sadanittant il-Prim Ministru ta ħajr lil dawk kollha li kienu involuti fix-xhur ta' negozjati kkumplikati u diffiċli ħafna li wasslu għall-pakkett finali ta' Malta. Huwa saħaq li l-Gvern se jagħmel l-almu tiegħu sabiex ir-riżultat tal-lum jiġi tradott fi programmi u proġetti biex isostnu l-irkupru ta' Malta u Għawdex, kif ukoll billi nikkonsolidaw aktar investimenti fl-ekonomija u ċ-ċittadini tagħna. Ara hawn it-tabella bil-figuri miksuba minn Malta: Fondi Ewropej għal Malta Summit UE: Ftehim milħuq; "Riżultat kbir għal Malta" -PM Abela | [
12
] |
Imtella' Lulju 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Lulju, 2020 5:03pm Melaniya Petrushanska ta' tliet snin, qattgħet kważi sitt xhur f'eżilju aċċidentali wara li Iżrael għalaq il-fruniteri waqt li hi kienet imsiefra għal dik li kellha tkun btala qasira. It-tifla ta' koppja ta' immigranti Ukreni, nfaqgħet tibki malli ingħaqdet mal-ġenituri tagħha fl-ajruport. Hija kienet akkumpanjata minn skorta speċjali minn Kyiv fejn kienet siefret għand nannitha f'Jannar. It-titjiriet ta' ritorn ma operaw għaliex Iżrael kien għalaq il-fruntieri biex irażżan l-imxija tal-coronavirus. Omm Melaniya, Alona qalet li kienet titkellem ma' bintha b'video conference u kien tipprova tispjegalha li l-ajruplani huma morda u m'hemmx mod kif tirritorna għalissa għaliex kulħadd huwa marid. Għalkemm Melaniya hija ċittadina Iżraeljana, nannitha mhix u dan għamilha impossibbli biex hi tidħol Iżrael waqt li kien impost lockdown fuq il-ftit ajruplani li kienu għadhom qed jagħmlu t-titjiriet. Kieku l-ġenituri ta' Melaniya siefru huma lejn l-Ukrajna, riedu joqgħodu ġimagħtejn kwarantina kemm meta jaslu l-Ukrajna u meta jerġgħu jirritornaw Iżrael. Dan ma kienx ikun għaqli għall-impjiet tal-missier fid-dawl tal-prospetti tax-xogħol meta l-ekonomija ta' Iżrael ma kinitx tajba. Israir kienet l-unika linja tal-ajru li qablet li twassal minuri mhux akkumpanjata u li ħallset hi l-ispejjeż għall-iskorta li akkumpamjha. Melaniya se jkollha toqgħod kwarantina iżda dan ma naqqas xejn mill-emozjonijiet kbar li qed iħossu kollha kemm huma għax issa reġgħu ngħaqdu flimkien bħala familja wara perjodu diffiċli. | [
1,
8,
10
] |
Fl-aħħar parti tas-sena, il-Patrijiet Franġiskani fil-Belt sa fl-aħħar se jiftħu l-bieb tal-kunvent tagħhom għal 'Kċina Franġiskana' li fiha l-aktar persuni vulnerabbli se jkunu jistgħu jieħdu platt sħun bla ħlas. Il-proġett inbeda tliet snin ilu u issa kiseb għajnuna finanzjarja ta' kważi terz ta' miljun ewro minn fond tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett tal-Kċina Franġiskana fil-kunvent tal-Franġiskani fi Triq Santa Ursula, l-Belt għadu kif ħa mbuttatura finanzjarja b'għotja ta' €303,000 mill-Awtorità tal-Ippjanar bil-għan li sal-aħħar tliet xhur ta' din is-sena jibda jgħin lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Patri Marcellino Micallef mill-Ordni tal-Franġiskani f'Malta qal li din l-għajnuna sostanzjali se tgħinhom biex fix-xhur li ġejjin jiftħu l-kċina li mhux biss toffrilhom l-ikel kuljum iżda aktar dinjità b'servizzi oħrajn. "Nittamaw li fix-xhur li ġejjin nagħtu bidu għal night shelter sabiex dawn in-nies ikollhom mhux biss platt tal-ikel tajjeb li jsostnihom imma anke saqaf fuq rashom," qal Patri Marcellino Micallef OFM, fundatur tal-Kċina Franġiskana fil-Belt. Il-proġett jinkludi l-bini ta' kċina u kamra li sservi għall-preparazzjoni tal-ikel, sala ewlenija li se tkun qiegħdha toffri spazju biex dawk fil-bżonn jieklu fiha mill-inqas tliet ijiem fil-ġimgħa, kamra fejn dawk bla dar ikunu jistgħu jaħslu u jnixxfu l-ħwejjeġ u uffiċċju żgħir għall-amministrazzjoni. Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar qal li dan il-proġett qed jingħata għajnuna mid-Development Planning Fund tal-Awtorità li l-flus fih jiġu minn proġetti li l-iżviluppaturi tagħhom jagħżlu li jħallsu kontribuzzjoni biex jikkumpensaw għall-ispazji ta' parkeġġ li ma jkunux ħolqu fil-proġett. Il-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar, Aaron Farrugia qal li sa ftit tal-ġimgħat ilu, il-fond kien esklussiv biss għall-Kunsilli Lokali iżda b'riforma li saret, issa qed jappoġġja proġetti soċjali li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. "Dan hu mod kif il-PA qed tgħin anke persuni vulnerabbli, fl-aħħar xhur rajna diversi proġetti ambjentali li l-Planning Authority permezz tad-Devepolment Planning Fund qed tagħti imma wkoll proġetti b'laqta soċjali u dan huwa wieħed minnhom li aħna kburin bih," qal il-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Id-Development Planning Fund beda fl-2017 u permezz tiegħu ngħataw aktar minn €17 miljun għal diversi proġetti li saru f'diversi komunitajiet. Il-Ministru Farrugia qal li s-sena li għaddiet biss dan il-fond iffinanzja 44 proġett minn diversi kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi li jlaħħqu investiment totali ta' ftit iktar minn sitt miljuni u erba' mitt elf ewro. | [
0,
1,
14,
16
] |
Fost l-effetti tal-COVID fuq is-saħħa mentali, professjonisti rrappurtaw li ħafna minn dawk dipendenti fuq is-servizzi tal-kura ma baqgħux ifittxu l-għajnuna tal-professjonisti minħabba li nħakmu mill-biża'. Fuq nota pożittiva, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali qal li s-sitwazzjoni tranġat minn Mejju. Il-kummissarju għas-saħħa mentali, John Cachia, qal li tul il-perjodu tar-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-Covid-19 kienu diversi l-pazjenti li bdew jibżgħu imorru għall-kura għax beżgħu li jieħdu l-virus. F'konferenza virtwali, Dr Cachia qal li s-sitwazzjoni nbidlet minn Mejju meta l-għadd ta' pazjenti li reġgħu fittxew is-servizzi tas-saħħa mentali rduppjaw. B'reazzjoni għall-pandemija, studenti universitarji li qed jistudjaw għal infermiera li jispeċjalizzaw fis-saħħa mentali ħolqu website li tipprovdi informazzjoni akkumpanjata minn grafika biex ittaffi mit-tensjonijiet li kienu kkawżati mill-covid. Il-lecturer Paulann Grech qalet li l-kontenut tal-website se jkun ppreżentat fi ktieb li se jkun pubblikat dalwaqt. "Konna nfittxu l-evidenza li teżisti u fuqha niktbu artikli jew inkella neqilbuha l-informazzjoni li diġa teżisti għall-malti u nagħmluhom aċċessibli għan-nies hemm barra kien ikollna nies li jiffollowjaw dawn il-posts u kienu jgħidulna li qed ngħinuhom għax konna nolqtu dawk il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet li konna għaddejjin minnhom f'dawk iż-żminijiet," qalet Paulann Grech. Fost l-istudenti li għenu: Francesca Sammut li tinsab fit-tieni sena tal-kors. Qalet li anki għaliha l-website pprovdiet sors ta' wens partikolarment meta l-Covid kienet qed twassal għall-biżgħat li f'xi waqtiet kienu msejsa fuq xniegħat. "U meta spiċċajna kulħadd lura għad-dar u bi ftit pjani għal tul il-ġurnata għax kulħadd kien kwarantina d-dar aħna ġejjna avviċinati mill-akkademiċi tad-dipartiment tagħna u ddeċidejna li nibdew il-website li tirrelata fuq covid 19 u kif se negħelbu id-diffikultajiet li ġabet magħa din il-pandemija," qalet Francesca Sammut. Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali qal li wieħed għadu jista' juża n-numru 1770 li hu mmexxi minn persuni speċjalizzati fis-saħħa mentali. L-uffiċju tal-kummissjoni għas-saħħa mentali nieda wkoll fuljett b'informazzjoni dwar l-att tas-saħħa mentali u d-drittijiet tal-persuni li huwa aċċessibbli minn fuq l-internet. | [
0,
1,
8,
16
] |
Il-President Amerikan Donald Trump ikkanċella il-Konvenzjoni tal-Partit Republikan li kella ssir fi Florida minħabba l-Coronavirus. Trump qal li mhuwiex il-ħin opportun sabiex tittela l-konvenzjon. Żied li se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu fuq pjattaforma oħra. Trump kien mexxa l-konvenzjoni għal Florida wara li l-istat ta' North Carolina introduċa miżuri stretti ta' distanza soċjali. F'konferenza tal-aħbarijiet fil-White House Trump qal d-deċiżjoni ħadha minħabba tħassib dwar is-sigurtà. Qal li ħass li ma jkunx ġust li jpoġġi eluf ta'parteċipanti f'periklu. F'reazzjoni, il-Partit tad-Demokratiċi kkritika lil Trump u l-Partit tar-Repubblikani għan-nuqqas ta' viżjoni tagħhom. Dan hekk kif f'Awwissu d-Demokratiċi se jkunu qed itellgħu konvenzjoni virtwali, li fiha Joe Biden mistenni formalment jaċċetta n-nominazzjoni tal-partit għall-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li ġej. | [
1,
8,
10
] |
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia nedew id-disa' edizzjoni ta' Ħondoq by Night Festival, waħda mill-akbar attivitajiet li jsiru f'Għawdex, u li din is-sena tittella' s-Sibt, 25 ta' Lulju 2020. Il-Ministru Clint Camilleri qal li dawk li jżuru Għawdex f'dan it-tmiem il-ġimgħa se jsibu bosta attivitajiet jistennewhom, fosthom dan il-festival fuq il-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien proprju l-għada tal-festival tan-nar li se jsir fix-Xagħra. Il-Ministru Aaron Farrugia qal li attivitajiet bħal dawn juru r-reżiljenza tal-poplu Malti hekk kif qed nirkupraw mill-pandemija COVID-19. Spjega li se tkun preżenti wkoll il-kampanja li għaddejja bħalissa, 'Saving our Blue', sabiex jitwassal il-messaġġ li ngawdu l-bajjiet u x-xtajtiet Maltin u Għawdxin mingħajr l-użu ta' single-use plastics, biex dawn il-bajjiet u l-ibħra tagħna ngħadduhom lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna aħjar milli sibniehom. Il-line up tal-Ħondoq by Night Festival 2020 se jinkludi wħud mill-aqwa artisti lokali, fosthom Ira Losco & band, Cash & Band, Rebecca & The Passengers, Ryan Spiteri, Micimago u Dj Darco. | [
0,
1,
16
] |
Imtella' Lulju 24, 2020 - Aġġornata 24 Ta' Lulju, 2020 6:42pm Infrastructure Malta qed taħdem bla heda sabiex triq ġdida tal-Marsa Junction Project li kienet ser titlesta f'Awwissu tiftaħ il-ġimgħa d-dieħla minflok u b'hekk Triq Garibaldi ma tibqax magħluqa. Lest s'issa iktar minn 70% tal-proġett tal-Marsa Junction b'Infrastructure Malta l-ġimgħa d-dieħla qed taħdem biex tiftaħ triq ġdida u b'hekk Triq Garibaldi, waħda mill-arterji ewlenin tat-traffiku fin-nofsinhar ta' Malta ma tibqax magħluqa. It-triq ġdida b'żewġ korsiji twila madwar nofs kilometru se tgħaddi minn taht il-flyovers ġodda ta' din il-junction biex toħloq konnessjoni diretta minn Vjal Sir Paul Boffa sa Triq Aldo Moro fid-direzzjoni tat-tramuntana. F'kummenti ma' Television Malta l-Ministru tat-Trasport Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-kuntrattur intalab jintensifika r-riżorsi tiegħu fuq il-post, biex ix-xogħol ikun jista' jsir f'inqas żmien ħalli t-triq tinfetaħ minnufih. Qal li l-aħħar xogħlijiet b'karreġġjati li kellhom jingħalqu biex ikun jista' jitkompla x-xogħol fit-triq il-ġdida wassal ukoll għaż-żieda fil-konġestjoni tat-traffiku. Madanakollu qal li jifhem il-frustrazzjoni tan-nies u li għalhekk tkellem ma' Trasport Malta u Infrastructure Malta għal soluzzjoni. "Jiena tkellimt ma' Infrastructure Malta u Trasport Malta dwar id-dwejjaq tan-nies speċjalment dwar dak li ġara din il-ġimgħa, fis-sigħat ta' filgħodu u qed naħdmu sabiex fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla jinfteħu korsiji ġodda u hemhekk immedjatament nergħu naraw żblokk fis-sitwazzjoni." Fl-istess waqt għaddej ġmielu x-xogħol ta' kisi bl-asfalt ta' tliet flyovers oħra mis-sebgħa li Infrastructure Malta qed tiżviluppa permezz ta' dan il-proġett, biex ikunu jistgħu jibdew jintużaw sal-aħħar tax-xahar id-dieħel. Filwaqt li t-toroq kollha tal-proġett ikunu lesti sal-Ħarifa, il-proġett kollu kemm hu mistenni jkun lest sal-aħħar ta' din is-sena. | [
0,
1,
4,
16
] |
Raġel minn Singapore ammetta li kien qed jaħdem bħala agent taċ-Ċina fl-Istati Uniti. Dan kien l-aħħar minn sensiela ta' ġrajjiet li qed ikomplu jkebbsu it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Jun Wei Yeo kien akkużat li uża l-konsulenza politika tiegħu fl-Amerka biex jikseb informazzjoni għas-servizzi sigrieti Ċinżi. L-Istati Uniti qalet li f'każ ieħor, riċerkatur Ċiniża li kienet akkużata li ħbiet ir-rabtiet tagħha mal-militar Ċiniż ,baqgħet tinżamm arrestata. Aktar kmieni, il-Gvern Ċiniż ordna l-għeluq tal-konsulat tal-Istati Uniti f'Chengu, mossa li qed titqies bħala ritaljazzjoni għall-għeluq tal-konsulat li kellha iċ-Ċina fi Houston, l-Istati Uniti. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li din d-deċiżjoni ttieħdet minħabba li ċ-Ċina kienet qed tisraq propjeta intelletwali, bil-Ministru tal-affarijiet barranin Ċiniż Wang Wenbin jgħid li din kienet biss waħda minn sensiela ta' gideb li l-Amerka qed tgħid kontra ċ-Ċina. | [
1,
10
] |
Illum il-ġurnata, it-teknoloġija nużawha b'għajnejna magħluqa. Kważi kważi, ma ngħaddux mingħajrha tant kemm saret parti integrali mill-ħajja tagħna ta' kuljum. Biha, dak li jkun igawdi minn għadd ta' kumditajiet u jinqeda f'radda ta' salib. Fost l-aktar għodod teknoloġiċi li bosta minna sirna nużaw, hemm l- apps . Fi ftit kliem, l- apps huma software fuq it- tablet jew smartphone ta' dak li jkun li rnexxielhom jieħdu post għadd ta' affarijiet li konna nużaw qabel. Fost l-oħrajn, jeżistu apps li jikkontrollaw id-dawl u l-arja kkundizzjonata ġo darek. Liema apps , spiss ikunu jaqbdu mal-internet jew man- network privat tiegħek. F'filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, inġibdet l-attenzjoni għall-fatt li spiss biex dawn l- apps joperaw ikollhom bżonn jingħataw aċċessi fuq id- device u li saħansitra jaf jintalab aċċess għad- data personali ta' dak li jkun. F'dan l-isfond, Cyber Security Malta saħqet li wieħed għandu jqis mitt darba minn fejn ġejja l- app qabel ma jniżżilha u wisq anqas jħalliha taċċessa d- data personali tiegħu kif ġieb u laħaq. Fost l-oħrajn, permezz ta' informazzjoni bħal m'hija l-ġeolokalizzazzjoni l-kriminal jista' faċilment ikun jaf fejn qed tkun u meta ma tkunx id-dar. | [
2,
10
] |
L-immigrazzjoni fil-Mediterran u diversi temi oħra fosthom il-kummerċ, il-kultura u l-investiment kienu diskussi bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Jean Yves Le Drian f'laqgħa li nżammet fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta. Il-Ministru Bartolo qal li fl-ewwel xhur ta' din is-sena waslu Malta 2,000 immigrant li huwa d-doppju ta' kemm waslu fl-istess xhur is-sena l-oħra. Spjega li mal-kosta Libjana hemm biss żewġ patrol boats jissorveljaw medda kbira ta' kosta li qed jagħmilha aktar faċli għat-traffikanti tal-persuni. Minkejja dan, qal il-Ministru Bartolo, kien hemm mat-3,000 immigranti li ma tħallewx jaqbdu r-rotta lejn l-Ewropa. Spjega wkoll lir-rilokazzjoni ma ħadmitx għax fi 15-il sena kienu biss 8% li ttieħdu minn pajjiżi oħra. Il-Ministru Franċiż qal li Malta u Franza għandhom l-istess għan għal Libja dak li jkun hemm pajjiż magħqud u ħieles. Spjega li Franza tifhem il-piż tal-immigrazzjoni li qed iġġor Malta fejn qal li uffiċjali Franċiżi jintbagħtu Malta biex jittieħdu numru ta' immigranti. | [
0,
2,
4,
9
] |
Imtella' Lulju 25, 2020 - Aġġornata 25 Ta' Lulju, 2020 8:33pm Illejla TVM żar wieħed mill-aktar postijiet pittoreski fil-lbiċ ta' Malta: Wied iż-Żurrieq. Imfittex tul is-sena kollha, iżda popolari aktar fis-Sajf għal ħin ta' mistrieħ b'veduti mill-isbaħ, għawm, ikel tipiku Malti u dawra bid-dgħajjes sal-Blue Grotto. Fi tmiem din il-ġimgħa, l-Awtorità għat-Turiżmu qed torganizza jumejn ta' attivitajiet maħsuba li jkabbru l-għarfien tal-pubbliku għal dan il-post. | [
0,
2
] |
Imtella' Lulju 25, 2020 - Aġġornata 25 Ta' Lulju, 2020 8:12pm Fuq il-karozzi tal-linja, l-ilbies tal-maskri hu obbligatorju l-ħin kollu. L-Awtorità tat-Trasport qed iżżid l-infurzar fuq ix-xarabanks biex ikun żgurat li r-regoli qed jiġu osservati minn dawk abbord. Ivan Pierre Vella, uffiċjal ta' Transport Malta responsabbli mit-trasport pubbliku, qal li qed isiru spezzjonijiet għall-għarrieda mill-uffiċjali tal-infurzar, b'min jinqabad mingħajr maskra tittieħed azzjoni kontrih. "Hemm ir-riskju li jitla' uffiċjal ta' Transport Malta u dak il-persuna jekk ma jilbisx il-maskra se jkollu jinżel u jwaqqaf il-vjaġġ hemm," qal is-Sur Vella. Transport Malta qed tfakkar f'dan l-obbligu, fosthom bi stickers mal-bus stops, mal-bibien tal-karozza tal-linja u anke fejn il-kabina tax-xufier. Is-Sur Vella qal li persuna waħda biss tista' ma tilbisx il-maskra abbord: ix-xufier. "M'għandux bżonn ghax hemm screen li tipproteġi lix-xufera u lill-passigiera kollha – kif hemm fil-ħwienet kollha, dan iservi ta' protezzjoni." Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minkejja li n-numri huma baxxi, hu importanti għall-pajjiż li ma jillaxkax il-miżuri ta' prevenzjoni u mitigazzjoni. "La m'għandniex it-tilqima f'idejna l-aħjar hu li nagħmlu 'social distancing', nevitaw li noqgħodu f'folla użu ta' 'alcohol rubs', u l-użu tal-maskri – jekk għandek virus fik tipprevjeni l-virus milli jasal għand ħaddieħor." Il-Professur Gauci saħqet li apparti fuq tal-linja, kull min jidħol f'ħanut jew jitla' fuq il-vapur tal-Gozo Channel jeħtieġ jilbes il-maskra f'kull ħin. Mistoqsija dwar l-attivitajiet tal-massa li qed jiġu organizzati, fosthom parties u marċi ta' festi, il-Professur Gauci appellat li tinżamm id-distanza soċjali għax il-virus għadu magħna. L-importanti li meta jiġu organizzati dawn l-events inżommu fil-planning id-distanza soċjali, għax meta jkollok nies qrib dawk li mhux nies li s-soltu tkun qrib tagħhom…" Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika saħqet biex anzjani u nies b'mard kroniku ma jattendux għal dawn l-attivitajiet billi huma f'ċans akbar ta' kumplikazzjonijiet. | [
0,
1,
12
] |
Fl-aħħar jiem il-band Maltija Red Electrick nediet il-kanzunetta 'Come Alive', is-sitt silta mill-album 'Tragic Optimistic'. Liema album, kiseb suċċess liema bħalu hekk kif niżel għasel ma' bosta dilettanti tal-mużika Maltin u Għawdxin. Il-kanzunetta 'Come Alive' hija kkaratterizzata minn stil sajfi. Ġmiel ta' silta, li sa mid-daqq tal-kitarra li jiftaħ 'il-kanzunetta tpaxxi 'l-widna ta' dak li jkun u tisraq qalb is-semmiegħa minnufih. Intant, il-grupp Red Electrick jinsab determinat għall-aħħar bil-għan li jkompli jpaxxi 'l-udjenzi bil-mużika tiegħu. | [
2,
6
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Lulju, 2020 9:25am Tifel ta' 13-il sena minn Għajnsielem jinsab midrub gravi wara li waqa' f'gandott hu u jsuq ir-rota fl-istess lokalità. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas- sebgħa ta' filgħaxija, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Sant' Antnin, f'Għajnsielem kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. It-tifel ittieħed minnufih l-Isptar Ġenerali t'Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. | [
0
] |
Is-Sunday Times of Malta tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed jitlef l-appoġġ tal-kunsilliera. Dan ħareġ minn stħarriġ fejn jingħad li maġġoranza relattiva tal-kunsilliera jridu li Delia jirreżenja. Ir-Ir-rapport jispjega li 46.5 % jemmnu li għandu jitlaq filwaqt li 41% għandu jibqa' u 12.5% għandhom indeċiżi. Rapport ieħor jispjega li l-ħsara għar-reputazzjoni ta' Malta laħqet livelli sinifikanti għax jekk titpoġġa fuq il-lista l-griża ser ifisser diżastru għas-servizzi finanzjarji. Dan qalu l-President tal-Istitut Malti tal-Accountants. It-Torċa It-Torċa għandha ritratt ta' persuni li qed jgħixu f'kamp li bnew fil-parkeġġ ta' dak likien l-Isptar San Luqa. Rapport ieħor jispjega li rapport tal-Bank Ċentrali jiżvela li f'Mejju aktar familj u negozji bdew igawdu mill-moratorju fuq is-self. It-tielet rapport jgħid li dawk li qed jaħdmu ta' nannies ilmentaw li qed jingħataw ħlasijiet baxxi ħafna bejn 500 ewro u 600 ewro fix-xahar. Jingħad li dawn il-ħaddiema mhumiex konxji tar-regoli li jeżistu li jirregolaw dan ix-xogħol li jsir fid-dar. Il-Mument Il-Mument tikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li l-Partit ser joħroġ aktar b'saħħtu għax ser jiġġedded. Jingħad ukoll li ser jibqa' jagħti vuċi lin-nies u lit-tesserati li huma l-qalb u r-ruħ tal-Partit Nazzjonalista. Ir-rapport jgħid lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech isostni li l-Partit Nazzjonalista huwa l-għodda li bih jitwettaq il-ġid fil-pajjiż. Jispjega wkoll li tħabbar il-proċess tal-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit. Rapport ieħor jgħid li l-Gvern ta' Robert Abela jibqa' jgħatti l-manuvri suspettużi ta' Joseph Muscat. Il-Maltatoday tgħid li Melvin Theuma kellu l-intenzjoni li jgħaddi 15,000 ewro lil eks-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar biex jakkwista l-maħfra presidenzjali qabel ikun arrestat fuq akkużi ta' ħasil ta' flus. Jingħad li dan intqal minn Theuma stess f'waħda mill-konversazzjonijiet siġrieti. Rapport ieħor juri ritratt ta' ħames persuni li mistennija jikkontestaw l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn jingħad li l-Kunsilliera ser ikollhom għażla fil-Kunsill Ġenerali tal-ġimgħa d-dieħla. Kullħadd Il-Kulħadd permezz ta' ritratt ta' Daniel Micallef tgħid li dan kien ikkonfermat bħala Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit b'vot b'saħħtu ħafna wara li 98% tal-voti qablu li għandu jokkupa l-pożizzjoni lil kienet vakata wara r-riżenja ta' Chris Cardona f'Ġunju li għadda. It-tieni rapport jispjega li aktarx li l-Kap Nazzjonalista sab il-formula kif jeħles darba għal dejjem mill-avversarji tiegħu fi ħdan il-Partit, għalkemm jistgħu jiġuh ma' wiċċu aktar b'saħħithom fil-parlament. The Malta Independent għandha ritratt tal-Perit Daniel Micallef li kien approvat kważi b'mod unanimu bħala Deputat Kap Laburista. Rapport ieħor jispjega liż-żieda fl-infezzjoni tal-coronavirus li kellna dan l-aħħar ma jfissirx li għandhom jitwaqqfu l-parties iżda li kulħadd għandu jifhem li qed ngħixu f'normalità ġdida u l-ħtieġa li hemm ċertu protokolli li għandhom jinżammu. Dan qalu l-virologu Dr Chris Barbara. It-tielet rapport jgħid li fl-aħħar ġranet, il-komunità ġdida fuq il-midja soċjali Women for Women innotat li żdied t-tixrid ta' informazzjoni personali dwar attakki sesswali, abbuż, stupru u anke espożizzjoni indiċenti. Illum L-Illum tgħid li ser ikunu sitta l-kandidati Nazzjonalisti fit-tellieqa għall-Kap tal-Partit. Jingħad li ġimgħa qabel id-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali Bernard Grech, Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia, Mark Anthony Sammut u l-Alex Perici Calascione qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftgħu isimhom jekk issir elezzjoni għall-Kap Nazzjonalista flimkiem ma' Adrian Delia. Tliet rapporti oħra li jkomplu fuq il-paġni ta' ġewwa jitrattaw il-Melanoma minħabba x-xemx, it-turiżmu u l-lirika Maltija. | [
0,
12
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 24 Ta' Lulju, 2020 10:51am Superlove , il-grupp mużikali Malti bbażat f'Berlin se jniedi diska ġdida 'Jarvis Put the Record On' f'edizzjoni limitata bil-cassette. Il-grupp ta' mużika stil indie, magħmul mid-duo Daniel Borg u Alexandra Aquilina, iżewweġ ħsejjes u lirika bilingwa biex joħloq katina ta' mużika indie klassika, ħsieb li jgħaqqad perfettament mal-għan tal-"music label" li tipprova tesponi l-aqwa artisti 'underground'. Il-ħsejjes tal-kitarra, li jiddominaw fil-kanzunetta jifformaw parti mill-ħsejjes l-oħra klassiċi fosthom dak tal-quirk-pop flimkien mal-lirika vivaċi ta' rakkont. 'Jarvis Put The Record On' ġiet ispirata wara li l-grupp iltaqa' b'kumbinazzjoni mal-leġġenda tal-Pulp Jarvis Cocker f'Berlin u jittamaw li d-diska tasal ukoll għal widnejn Cocker u huwa wkoll jispira ruħu biex joħroġ album ieħor ġdid. Id-diska hija ispirata wkoll minn gruppi u mużiċisti ċelebri bħal Pavement, Belle and Sebastian, Mac Demarco kif ukoll Pulp. It-tnedija tad-diska se ssir fis-7 t'Awwissu u għal casette pre-sale tista' żżur: https://safesuburbanhomerecords.bandcamp.com/album/jarvis-put-the-record-on?fbclid=IwAR2YiVwJCPT0qOLUWAyRrhcQfI7EtXtie8vFqtikWh7D7qN8Q2bh7xA-qVk | [
0,
2,
12
] |
Żewġ timijiet ta' riċerkaturi rebħu bejniethom miljun u mitejn elf ewro li se jużawhom fir-riċerka tagħhom għall-kura u t-trattament tal-kanċer. Huma kienu fost għaxar proposti li tressqu biex jieħdu fondi mill-fondazzjoni Emanuele Cancer Research. Skont is-sistema Ewropea dwar l-informazzjoni tat-tixrid tal-kanċer, huwa stmat li f'Malta l-inċidenza tal-kanċer fl-2018 kienet ta' 2213-il persuna, filwaqt li 933 persuna mietu bih. B'dawn iċ-ċifri li iktar mal-bniedem ikompli jgħix fit-tul, iktar tiżdied l-inċidenza tal-kanċer, żewġ proġetti immirati għar-riċerka dwar il-kura tal-kanċer, rebħu bejniethom kważi miljun u tliet mitt elf ewro biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom. Il-proġetti huma mħaddma minn esperti u riċerkaturi fl-Università ta' Malta. L-għotjiet ingħataw mill-fondazzjoni Emanuele Cancer Research, imwaqqfa bejn il-Malta Trust Foundation, il-Fondazione Terzo Pilastrop Internazionale u l-Università ta' Malta. Ir-riċerkatur fil-qasam tal-kanċer, il-Professur Christian Scerri qal li proġetti bħal dawn huma importanti biex jinstabu l-każijiet ta' kanċer fi stadju bikri, wieħed jifhem it-tip ta' kanċer iktar malajr u jkun magħruf ukoll it-tip ta' trattament. "Waqt li jekk ikollok fondi minn fondazjonijiet u mill-pubbliku tkun tista' tagħmel riċerka iktar bażika li hemm bżonnha biex tifhem il-kundizzjoni tal-każ tal-kanċer kif inhu, għax once li tifimha tkun tista' ssib għalfejn ġie, għalxiex qed jitfaċċa l-kanċer u kif tista' ssib ukoll it-tip ta' trattament li jfejqu. Jiħifieri huwa importanti ħafna li jkollok fondi għax wara kollox din hi xi ħaġa li tista' taffettwa ħafna nies. Ma ninsewx li din hija ħaġa li taffettwa ħafna nies u skont statistika turi li 'l quddiem tista' tattakka wieħed minn kull żewġ persuni." Il-fondi se jmorru għar-riċerka li se jagħmlu żewġ timijiet ta' esperti – wieħed immexxi mill-Professur Godfrey Grech u ieħor immexxi mill-Professur Josanne Vassallo u Dr David Saliba. Iċ-chairperson tal-Fondazzjoni Emanuele Cancer Research, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dawn il-fondi huma l-ewwel parti minn total ta' żewġ miljun u nofs ewro li se jmorru biex jgħinu lir-riċerkaturi tal-Università ta' Malta, fil-ħidma tagħhom għall-kura u t-trattament tal-kanċer. | [
6
] |
Il-Fondazzjoni Richmond fasslet programm biex tgħin ħaddiema individwali u anke lil min iħaddem jaslu għal soluzzjoni dwar problemi mentali fuq il-post tax-xogħol. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond qalet li s-saħħa mentali tħalli effett fuq il-produttività u għandha tinghħta prijorità. Fl-aħħar 20 sena l-Fondazzjoni Richmond ħadmet ma' 82 organizzazzjoni li bejniethom iħaddmu mat-30,000 ħaddiem biex tgħinhom jinstabu s-soluzzjonijiet għal diversi problemi ta' saħħa mentali. F'sena, il-Fondazzjoni Richmond torganizza madwar 3,600 sessjoni ta' terapija għall-ħaddiema li jbatu minn diffikultajiet mentali jew isofru minn mard mentali li qed jaffettwawhom b'mod negattiv fuq il-post tax-xogħol. Biex tlaħħaq mad-domanda, il-Fondazzjoni għandha aktar minn 20 terapista professjonali li jaħdmu fuq firxa wiesgħa ta' diffikultajiet. Il-Kap Eżekuttiv Stephania Dimech Sant qalet "matul dawn is-snin aħna għamilna riċerka u ħarisna lejn riċerki ta' entitajiet oħra u qegħdin insegwu t-trends fejn l-issues ta' saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, naraw ħafna stress, anzjetà, dippressjoni, ovvjament jekk il-ħaddiema mhumiex b'saħħithom kemm fiżikament kif ukoll mentalment l-intrapriża ma tistas timxi 'l quddiem u allura ħadna l-opportunità u ħarisna lejn is-servizzi tagħna u qed jippreżentawhom b'mod ġdid biex ikun sostenibbli għall-organizzazzjonijiet biex ikunu inċentivati biex jieħdu ħsieb tal-ħaddiema tagħhom." Il-Kap Eżekuttiv Dimech Sant qalet li wieħed jista' jinduna bid-diffikultajiet mentali mill-mod kif persuna tirreaġixxi għas-sitwazzjoni ta' madwarha." Persuna tista' turi diversi sintomi meta jkollha problemi ta' saħħa mentali, tibdil fl-imġiba, jekk persuna tkun ċajtiera fid-daqqa u l-ħin tibda tinqata' għaliha weħedha jew taħtaf jew forsi tkun aktar bin-nervi." Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond appellat biex dawk li jeħtieġu l-għajnuna – kemm ħaddiema u anke min iħaddem, jersqu lejn il-Fondazzjoni biex jibbenefikaw mill-firxa ta' servizzi li toffri. | [
6
] |
Fl-Istati Uniti l-Urugan Hanna wasal fuq in-Nofsinhar ta' Texas. Fil-maltempata qed jagħmel riħ qawwi ta' madwar 145 kilometru fis-siegħa u xita niżla qlil. Il-Gvernatur Greg Abbott iddikjara stat ta' diżastruz fi 32 żona. Huwa qal li l-firxa tal-Coronavirus ser ikompli jikkumplika s-sitwazzjoni u anke ser jagħmel diffiċli l-ħidma ta' salvataġġ. L-Awtoritajiet appellaw biex ir-residenti joqogħdu attenti għall-avviżi li joħorġu s-servizzi ta' emerġenza. Il-President Donald Trump qal li l-Awtoritajiet qed isegwu dak li qed jigri. | [
10
] |
Meqjusa bħala waħda mill-attriċi klassiċi li qatt ħarġu minn Hollywood, tħabbret il-mewt ta' Olivia de Havilland, magħrufa għall-parti tagħha fil-film Gone With The Wind li ħareġ fl-1939. Hija kellha 104 snin u mietet fid-dar tagħha f'Pariġi. De Havilland rebħet żewġ Oscars tul il-karriera tagħha, li bdietha bħala l-attriċi ewlenija fil-films ta' Errol Flynn. Iżda d-debutt ewlieni jibqa' dak fil-parti ta' Melanie Hamilton fil-film klassiku Gone With The Wind. | [
10
] |
Il-Port il-Kbir huwa port uniku li jilqa' fih mijiet ta' eluf ta' opri tal-baħar kull sena. Madanakollu xi wħud minnhom qatt ma jaqbdu t-triq lura u agħar min dan jispiċċaw mgħerqa jew abbandunati fil-port. Transport Malta bdiet ħidma biex dan l-abbuż jitrażżan. Bir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir fil-mira tal-Gvern, Trasport Malta permezz tad-Diretttorat tal-Portijiet li hi responsabli mill-ordni u s-sikurezza tan-navigazzjoni bdiet ħidma biex tneħħi mill-portijiet pittoreski Maltin speċjalment il-Port il-Kbir opri tal-baħar abbandunati fosthom barkuni u dgħajjes tal-qlugħ mgħerrqa b'mod speċjali f'żona fuq ġewwa nett tal-port il-kbir magħrufa bħala Churchwharf. Id-deputat harbour master il-Kaptan Fritz Farrugia qal ma' Television Malta qal li l-isfida biex jitneħħew dawn id-dgħajjes tinvolvi kumplikazzjonijiet u proċeduri legali kumplessi. "L-Awtorità bdiet ħidma fuq dawn id-għajejs li jikkawżaw problemi fuq xogħol ta' tħammil hemm bzonn nibdew min issa biex jitnejjhew kemm jista' jkun malajr ħalli inzommu schedule u nagħmlu xogħol kif suppost." Mistoqsi jekk dawn il-vapuri abbandunati humiex qed jniġġżu l-portijiet Maltin il-Kaptan Fritz spjega li dan jiddependi mill-opra tal-baħar. "Skont jekk għandekx barkun dak m'għandux fjuwil abbord imma jekk għandek vapur li jużaw fjuwil iva imma dawk ahna nieħdu passi sa qabel ma jasal f'dak il-punt." Huwa qal li l-proċess ta' loġistika huwa wieħed kumpless għaliex ħafna mill-mollijiet tal-Port il-Kbir jinsabu f'idejn il-privat. Madanakollu qal li se jkunu qed jibdew diversi proċeduri legali u jinħarġu avviżi għall-baħħara sabiex sal-aħħar ta' din is-sena ix-xogħol ikun jista jsir kif inhu meħtieġ. | [
6
] |
F'dawn l-aħħar snin mal-50 persuna fittxew l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali minħabba l-isfruttament tad-drittijiet umani tagħhom. F'seminar li ddiskuta t-traffikar uman fil-preżenza tal-mudelli ta' Ms World u Mr World Malta, is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li t-traffikar uman huwa ħaj f'Malta. It-traffikar uman minn organizzazjonijiet kriminali huwa realtà anke għall-gżira żgħira fil-Mediterran bħal Malta. Fix-xahar li fih jitfakkar il-jum dinji kontra t-Traffikar Uman, il-Gvern nieda l-kampanja "Uman, Bħalek" b'sezzjoni informattiva li fiha diversi kelliema esperti spjegaw ir-realtajiet assoċċjata ma' din il-ferita tal-umanità. Fid-diskussjoni ħadu sehem, il-parteċipanti ta' Ms World Malta u Mr World Malta li ta' kull sena ikollhom jippromwovu kampanja b'element soċjali u għat-tieni sena konsekuttiva, Modelle International għażlu li jippromwovu din il-kawża. Id-Direttur fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali Remenda Grech qalet ma' Television Malta li l-aktar vittmi li ressqu għall-għajnuna kienu minħabba raġunijiet ta' sfruttament ta' xogħol. "F'dawn l-aħħar snin l-aġenzija appoġġ ħadmet ma' madwar 50 persuna illi resqu għandna għall-għajnuna għaliex huma kienu vittmi tat-traffikar uman. Fil-maġġoranza tagħhom kienu vittmi li ressqu għall-għajnuna minħabba labour explotation. U allura jista' jkun li kien hemm ingann u fuq il-post tax-xogħol tagħhom kienu qed jiġu abbużati anke min dan l-aspett." Qalet li l-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali toffri għajnuna li tinkludi attenzjoni medika u psikoloġika. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar. qalet li t-traffikar uman mhuwiex limitat għal xi script tal-films. "It-traffikar uman jinsab viċin tagħna u jinsab f'pajjiżna bħala Gvern ninsabu kommessi li mhux biss inqajmu kuxjenza b'diversi kampanji iżda b'liħġijiet li jkollhom tolleranza zero fejn jidħol it-traffikar uman." L-organizzaturi tal-konkors Ms World u Mr World Malta Claudia Callejja u Sue Rossi qalu li ġiet magħżula din it-tema għaliex l-għarfien dwar it-traffikar uman huwa l-ewwel pass biex jinqered dan l-isfruttament. | [
6,
13
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Lulju, 2020 12:39pm Il-Ministeru għal Għawdex u l-management tal-Gozo Channel ikkundanna w l-attakk li sar ilbieraħ filgħaxija fuq Chief Officer tal-istess kumpanija . Dan intqal fi stqarrija uffiċjali wara li grupp ta ' rġiel taw xebgħa liċ-Chief Officer meta dan ordnalhom jilbsu l-maskra waqt li kienu t e lgħin fuq il-vapur tal-Gozo Channel Malita. I ċ -Chief Officer ittieħed l-isptar u jinsab f ' qagħda tajba. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel saħqu li dan l-aġir huwa inaċċettabbli u esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-ħaddiem involut. | [
6
] |
Il-Pulizija kkonfermat ma' TVM li fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu nqabad immigrant qed jipprova jaħrab minn Malta billi staħba fuq saqaf ta' trailer. It-trailer kien mistenni jivvjaġġa minn Malta lejn Sqallija bil-katamaran. L-immigrant ġie arrestat mill-Pulizija kif jixhed il-filmat. | [
6
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Lulju, 2020 12:37pm Mara Ingliża ta' 49 sena minn San Pawl il-Baħar, tinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kienet involuta f'argument f'San Pawl il-Baħar. Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-22:45, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, minħabba xi argument. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu persuna mitluqa mal-art. Immedjatament intalbet l-assistenza ta' tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara ta' 49 sena, kellha argument ma' raġel Sirjan ta' 38 sena minn Ħal Balzan. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi serji. Ir-raġel ta' 38 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Fl-erba' xhur li damet id-dar minħabba Covid 19, tifla ta' tmien snin irnexxielha ssir sensazzjoni fuq il-midja soċjali bir-riċetti li bdiet issajjar biex tferraħ lin-nies. Gwen Gravina llum għandha eluf li jsegwuha kuljum bir-riċetti varji li tagħmel u saħansitra ħarġet ktieb li parti mill-qliegħ tiegħu se jmur għal Puttinu Cares. Tisraqlek qalbek b'dik il-ħarsa ħelwa u kif tibda titkellem taħseb li qed tkellmek mara kbira, bl-irraġunar bl-idejn u kunfidenza kbira fit-taħdit. Gwen Gravina għad għandha tmien snin, u tirrakkonta kif fi żmien li qaghdet id-dar minħabba l-Covid, ġietha l-ħajra li tibda tagħmel il-videos ta' xi riċetti biex ittaffi ftit mill-monotonija. "Għamilna ricetta, tellgħajtha, fuq fb u qaluli missek tiftaħ fb page, u għalaqna 5,000 likes". Fuq il-paġna tagħha fuq FB Gwen's Cooking Club, Gwen ittella' video kuljum ta' xi riċetta sempliċi li taf tagħmel, b'ommha tiġbed il-videos bil-mobile. Gwen tgħid li qatt ma basret li r-rispons se jkun kbir tant li r-riċetti spiċċaw popolari anki ma' nies barra minn Malta li saħansitra wassalha biex tippubblika ktieb li qed jinbiegħ ukoll barra minn Malta. "L-energija li jtuna n-nies jgħinuna biex nibnu iktar, kieku m'għandniex in-nies warajna aħna m'aħna xejn". Omm Gwen, Molly Gravina qalet lil TVM li minkejja li r-riċetti fihom x-xogħol tagħhom, minħabba l-ingredjenti li trid tipprepara kuljum għaliha l-aqwa ħaġa hi li tara lil bintha kuntenta b'dak li qed tagħmel. "Kburija bit-tifla imma waslet bis-saħħa tagħha, jien ninkoraġġiha imma tagħmlu għax qiegħed ġo fiha". Minkejja ċ-ċokon tagħha, Gwen ħasbet ukoll fil-Fondazzjoni Puttinu, biex parti mill-qliegħ imur għal tfal morda bil-kanċer. B'kurżità tkixxift ftit x'ħolma għandha Gwen għal meta tikber. "Li forsi meta nikber u jkolli t-tfal jibqgħu jagħmluhom huma". Gwen tħeġġeġ lit-tfal biex jesprimu t-talenti tagħhom, għax b'dinja b'ħafna kuluri ta' talenti, hija dinja bi tbissima. | [
6,
13
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Lulju, 2020 5:06pm Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela qal li x-xhur li għaddew urew kemm il-Gvern huwa wieħed ta' stoffa. Qal li s-suċċess li kiseb il-pajjiż ma kienx b'kumbinazzjoni u li Malta se tkompli tgħix in-normali għada u pit għada. L-għeluq tal-Konferenza Ġenerali kien indirizzat wkoll mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef u l-President il-ġdid tal-partit Ramona Attard. Fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li d-differenza ewlenija bejn iż-żewġ forzi politiċi f'Malta tibqa' l-inklużivita li qal hi ċ-ċavvetta għas-suċċess tal-Parit. Qal li l-moviment Laburista huwa miftuħ għal kulħadd waqt li l-Partit Nazzjonalista jpoġġi l-partitarji tiegħu stess f'kategoriji differenti. Dr Abela stqarr li kien maħsud bl-aħħar żviluppi fl-Oppożizzjoni. Qal li huwa importanti li l-instabilta fil-Partit Nazzjonalita ma tmissx mal-pajjiż. Il-Prim Ministru Abela qal li biex pajjiż jegħleb l-isfidi irid ikun kontinwament iffukat u r-riżultati ekonomiċi jixhdu l-ħidma tal-Gvern. Qal li l-aġenzija ta' kreditu wriet viżjoni ottimista għal ekonomija ta' pajjiżna u li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li Malta se jkun l-ewwel pajjiż li jirkupra mill-impatt ekonomiku tal-Coronavirus. Qal f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat naqas il-qgħad f'Malta u nħolqu 4,000 impjieg ġdid. Il-Prim Ministru Abela tkellem ukoll dwar is-suċċess li kellha Malta fin-negozjati għall-pakkett ta' fondi Ewropej għas-seba snin li ġejjin. "In-numri ma kienu xejn sbieħ għal pajjiżna għaliex il-fondi jiddependu fuq kemm pajjiż sejjer ħażin. Iktar ma tkun sejjer ħażin aktar tieħu u allura s-suċċess ta' pajjiżna kien l-aktar arma kontra tagħna. Iżda ma qtajniex qalbna." Dr Abela qal li suċċess f'dawn in-negozjati huma dovuti wkoll għall-bidliet importanti li għamlet Malta fis-saltna tad-dritt. Appella lill-Oppożizzjoni biex nhar il-Erbgħa fil-Parlament tivvota favura l-emendi li ġew approvati mill-Kummisjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea. Qal li wara xhur twal jikkritikaw is-saltna tad-dritt f'Malta l-Oppożizzjoni issa tidher li se tivvota kontra. Qal li dan ma jagħmilx sens u appella biex titwarab il-pika u l-vot jittieħed favur il-poplu. Dr Abela qal bħal dan iż-żmien sena Malta se jkollha t-test importanti tal-Moneyval u li l-Gvern hu impenjat jikseb riżultat mill-aqwa. Dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni l-Prim Minsitru Abela qal li jifhem it-tħassib tal-Maltin speċjalment dawk li jgħixu f'żoni milquta bħal Ħamrun u l-Marsa u wiegħed li se jkun hemm aktar preżenza ta' Pulizija. "Min jikser il-liġi u ma jħallix lill-Maltin u l-Għawdxin jgħixu bi kwiethom se nkunu iebsin ħafna. Min indaħħlu ġewwa darna nistennew li jġib ruħu sew." Il-Prim Ministru Abela semma kif f'dawn l-aħħar jiem il-Forzi Libjani waqfu mal-5,500 immigrant li kienu fi triqthom lejn Malta jew Lampedusa. Żied li l-Gvern se jibqa' pożittiv li jġib il-bidla u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. | [
6,
12
] |
Il-Pulizija Maltija mis-'Central Intelligence & Analysis', illum arrestaw mara ta' 49 sena mis-Slovakkja, li kienet imfittxija mill-awtoritajiet Slovakki fuq reati finanzjarji u ekonomiċi. Wara ġimgħat ta' investigazzjonijiet, ġie stabbilit li l-mara kienet qiegħda tgħix u taħdem f'Malta. Għalhekk bdiet sorveljanza mill-Pulizija tas-'Central Intelligence & Analysis', sakemm illum waranofsinhar, il-mara kienet arrestata minn residenza fejn kienet qiegħda tgħix fil-Mellieħa. L-arrest sar permezz ta' Mandat ta' Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Slovakkja. Il-mara mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin, sabiex jibdew il-proċeduri ta' estradizzjoni lejn is-Slovakkja. | [
6
] |
Il-Pulizija kkonfermat fi stqarrija li l-kundizzjoni tas-Sur Melvin Theuma baqgħet stabbli. Thuema għadu qiegħed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei wara li ftit tal-jiem ilu ddaħħal b'urġenza l-isptar wara attentat ta' suwiċidju. | [
6
] |
Imtella' Lulju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Lulju, 2020 6:49pm 14-il każ ġdid ta' Covid-19 tellgħu n-numru ta' każi attivi għall-26, wara li fl-aħħar 24 siegħa sa nofsinhar ma kien hemm ħadd li fieq. Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 1,220 swab test. Disa' mill-każijiet il-ġodda huma marbuta mal-attivita Takeover Summer li sar fi tmiem il-ġimgħa l-oħra fir-Radisson Blu f'San Ġiljan bi tliet każijiet oħra huma sporadiċi u żewġ każijiet impurtati minn barra. L-awtoritajiet tas-Saħħa qalu li l-każijiet marbuta mal-party fir-Radisson Blu issa telgħu għal 15 u komplew jirrakkomandaw biex kull min attenda dan il-party jew xi avveniment marbut miegħu, imur jagħmel is-swab test anke jekk m'għandhomx sintomi. Intqal ukoll li ħadd mill-14-il każ ikkonfermati fl-aħħar 24 siegha mhu rikoverat l-isptar. Intant il-każijiet pożittivi għall-Covid-19 mill-bidu ta' Marzu li għadda issa telgħu għal 700 li 665 minnhom fiequ. Minn Marzu, it-total ta' swab tests skorrew il-120,000. TVM tkellem mal-virologu Dr Chris Barbara. Huwa fakkar li l-virus għadu preżenti u appella biex kulħadd jibqa' jieħu l-miżuri ta' prevenzjoni. Il-virologu Dr Chris Barbara enfasizza li n-nies iridu jżommu f'moħħhom li n-normalità l-ġdida mhix in-normalità ta' qabel. Qal li l-fatt li reġa' kien hawn żieda fil-każi hu minħabba dak li jissejjaħ cluster u minħabba li kien hemm xi ħadd infettat li m'obdiex ir-regoli li l-awtoritajiet tas-saħħa ilhom jisħqu fuqhom għal xhur sħaħ. "Jekk aħna naħsbu li billi nixorbu wara xulxin mill-flixkun, noqogħdu kwantitajiet ta' nies flimkien, ma nżommux is-social distancing, li mhu se jigrilna xejn huwa żball kbir għax nafu li l-virus għadu hawn u jekk ikollok xi ħadd infettat fost din il-folla nafu li dan il-virus ma nbidilx, jittieħed malajr ħafna u allura se jkun hemm konsegwenzi kbar." Staqsejna lil Dr Barbara jekk kienx qed jistenna li jerġa' jkun hemm din iż-żieda fil-każi. "Aħna konna qed nistennew li jkollna spike 'l hawn u 'l hemm, ngħid il-verità ma konniex qed nistennewha daqshekk malajr, però dan ifisser li n-normalità ġdida hi n-normalità ta' qabel meta aħna nafu li n-normalità ġdida hi li nżommu dawn id-distanzi, naħslu jdejna ta' spiss, ma mmissux wiċċna." Mistoqsi jekk jistax jagħti l-każ li l-Covid-19 inbidilx xi ftit bħala virus u jekk hemmx dawk li jissejjħu strains differenti tiegħu, Dr Barbara qal li din il-possibbiltà qed tiġi studjata. "Din hi xi ħaġa li qed tiġri bħalissa ma nafux x'tip ta' strains hawn però li nafu madwar id-dinja hawn 4 tipi ta' strains. Xorta jibqa' l-istess virus però jkollhom varjazzjoni żgħira bejn strain wieħed u ieħor tal-virus." Staqsejna lil Dr Barbara jekk jaħsibx li fid-dawl ta' dak li seħħ fejn ħarġu 15-il każ minn attività tal-massa, għandhomx jieqfu dawn l-attivitajiet. "Sakemm dak li jkun iżomm ma' dawn ir-regoli li aħna qed ngħidu għamilna ħafna affarijiet ta' mitigazzjoni biex naraw li dak li jkun ma jistax jibqa' dejjem magħluq il-kumplament ta' ħajtu. Nafu l-virus min jaf kemm se jdum magħna….. tinsewx li għad hawn nies li huma vulnerabbli. Għad hawn nies li huma immunosuppressed, qed jieħdu l-chemotherapy, ejja naħsbu fihom dawn in-nies ukoll għax tgħid forsi jien imradt għal ċertu ammont u wara ħriġt għaddieli imma hawn nies oħrajn li jista' joqtolhom dal-virus mingħajr ma nbeżżgħu lil ħadd. Ejja nieħdu l-prevenzjoni. Tinsewx li l-prevenzjoni aħjar mill-kura. Tinsewx li l-virus lest li jieħu l-opportunità biex kif isib okkażjoni li jiena kont ferħan u nsejt is-social distancing dan se jinfetta dak il-ħin." Il-virologu Barbara qal li bniedem li hu edukat jaħseb f'ħaddieħor u għalhekk qal li issa li x-xjenza qed tgħallem li l-użu tal-maskri u l-visors jgħinu biex il-qtar li fihom il-virus ma jiġux trasmessi minn persuna għall-oħra, hemm bżonn li jintużaw. | [
1,
6
] |
Imtella' Lulju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Lulju, 2020 8:52pm Illum Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid Triq l-Għeriexem, fir-Rabat, biex b'investiment ta' €4 miljun issewwi snin twal ta' ħsarat ikkawżati mill-art li qed tisfronda, u fl-istess waqt tibni belvedere ġdid. Fi stqarrija IM qalet li waqt li l-karreġġjata tal-karozzi b'żewġ korsiji mhix se titwessgħa, se jkun hemm bżonn medda art dejqa maġenb it-triq eżistenti biex fiha jsiru l-bankini u żewġ ringieli ta' pilastri tal-konkos imniżżlin fil-fond taħt l-art biex jirfdu t-triq u l-binjiet madwarha. L-aġenzija qalet li l-istruttura tal-pedamenti u tal-belvedere ġiet iddisinjata b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali u arkaeoloġiċi biex jonqos l-impatt fuq l-għelieqi tal-inħawi, waqt li kull fdalijiet storiċi li jista' jkun hemm se jiġu mħarsa. Investigazzjonijiet ġeotekniċi li saru fuq is-sit ikkonfermaw li din it-triq twila 800 metru hija mibnija fuq saffi ta' blat imxaqqaq u tafal. Il-ħajt antik li sserraħ fuqu t-triq fih ħafna konsenturi u qed imil, li juru li qed jiġi mbuttat 'il barra biċ-ċaqliq fis-saffi fondi tas-sisien taħt it-triq. L-ilma tax-xita li jgħaddi mix-xquq tat-triq qed jagħmel aktar pressjoni fuq il-ħajt li sserraħ fuqu. Minħabba f'hekk it-triq u diversi binjiet li hemm ħdejha huma f'periklu li jċedu, l-istess bħalma ġara ftit 'il bogħod, tul il-parti ta' fuq tat-Telgħa tas-Saqqajja, waqt maltempata ta' ftit xhur ilu. L-aġenzija qalet li qed tħaffef ix-xogħlijiet sabiex tiżgura li ħafna mill-iskavar taħt l-art ikun lest qabel ma tibda x-xita. Dan għaliex jekk jinġema' l-ilma tax-xita fuq is-sit waqt l-iskavar jiżdied ir-riskju li t-triq u l-istruttura tagħha jkomplu jiddeterjoraw. Din il-ġimgħa l-kuntratturi tal-aġenzija bdew ix-xogħlijiet bi tħejjija għall-proġett bi skavar arkeoloġiku, qabel ma jibda x-xogħol strutturali meħtieġ biex tissaħħaħ din it-triq. Arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed jissorveljaw l-iskavar li qed isir apposta f'diversi partjiiet tas-sit ħalli jittieħdu kampjuni li jagħtu indikazzjoni tal-arkeoloġija taż-żona. | [
1,
9,
12,
16
] |
Imtella' Lulju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Lulju, 2020 8:33pm Il-komunità tas-sajjieda bbażata fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex dalwaqt se jkollha faċilitajiet aħjar, hekk kif miexi ġmielu x-xogħol fuq proġett li qed twettaq Infrastructure Malta bi spiża ta' sitt miljun Ewro.Fil-jiem li għaddew, tpoġġew f'posthom l-ewwel tnejn minn erba' puntuni ġodda fil-Menqa ta' dan il-port wara li fix-xhur li għaddew inbnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali. Erba' puntuni b'tul ta' bejn 55 u 150 metru fil-jiem li tgħabbew fuq barkun li mill-Port il-Kbir f'Malta baħħar bihom għall-Port tal-Imġarr f'Għawdex. Il-puntuni se joffru 286 post għall-irmiġġ. Il-puntuni l-ġodda huma akbar minn dawk li kien hemm qabel, tant li se jiżdiedu b'madwar 90 il-postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes tas-sajjieda. Is-sajjieda Għawdxin ilhom snin jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b'mod aktar sigur id-dgħajjes u l-laneċ li bihom jaqilgħu l-għixien tagħhom waqt li jkollhom aċċessibilità aħjar. Malli l-puntuni twasslu Għawdex, tniżżlu minn fuq il-barkun. Tnejn mill-puntuni diġà tqiegħdu f'posthiom mal-mollijiet il-ġodda, bit-tnejn l-oħra se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin. Kelliem għal Infrastructure Malta spjega li l-kuntratturi tal-aġenzija użaw 7,857 tunellata konkos u 630 tunellata azzar biex bnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali fil-Menqa. Żied jispjega li l-proġett li qed jitwettaq b'investiment ta' €6 miljun hu kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru għal Għawdex. Il-proġett se jkun indirizza problema oħra: il-kwantita' kbira ta' ħama u materjali li nġemgħu f'qiegħ il-baħar tant li s-sajjieda kien qed ikollhom diffikulta' jimmanuvraw id-dgħajjes u l-laneċ tagħhom. Bil-proġett, din il-parti tal-port se tkun tnaddfet u tfanndet b'madwar żewġ metri u nofs. Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġġeneraw mill-ħidma tagħhom. B'hekk jintlaħaq l-għan li l-Menqa fil-Port tal-Imġarr tkun tista' tinżamm aktar nadifa. B'mod ġenerali, il-proġett se jgħin biex din iż-żona tkun organizzata aħjar u tidher isbaħ ukoll. Minbarra s-sajjieda, dawn l-inħawi huma popolari wkoll ma' ħafna Għawdxin, Maltin u turisti għal xi passiġġata sar-Ramla taż-Żewwieqa. | [
1,
9,
12,
16
] |
Fid-dawl tal-aħħar aħbar, li minn 94 immigrant li ddaħħlu Malta l-lejl li għadda, 65 minnhom jinsabu infettati bil-Covid-19, l-istatistiku Dr Vincent Marmara tkellem ma' TVM. Isma' x'qal Dr Marmara dwar ir-rata tat-trasmissjoni hawn: | [
1,
9,
12
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.