text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Imtella' Lulju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Lulju, 2020 8:36pm L-obeżità qed tkun ta' spiss fuq fomm il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, li fil-jiem li għaddew saħansitra daħħal lil Malta fil-kredu dwar din it-tema. Illum hu uża dak li għadda minnu hu fl-aħħar xhur biex jappella lill-Ingliżi inaqqsu mill-piż. Il-Prim Ministru Johnson ammetta li qabel marad bil-coronavirus kien oħxon wisq. Johnson qal li mindu fieq naqas iktar minn 6 kilogrammi. Johson qal dan waqt li l-Gvern imbarka fuq kampanja biex jiġġieled l-obeżità li Johnson sejħilha bomba tal-ħin. Il-Gvern Ingliż ipprojbixxa l-offerti li jħeġġu lin-nies jieklu aktar junk food u r-reklamar tiegħu qabel id-disgħa ta' filgħaxija. L-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż qalu li n-nies b'piż żejjed qegħdin f'iktar riskju li jmutu bil-Covid-19.
[ 10 ]
Imtella' Lulju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Lulju, 2020 4:26pm Voluntier fil-katidral f'Nantes li ħa n-nar fit-18 ta' Lulju, ammetta li kien hu li qabbdu. Ir-raġel ta' 39 sena ngħad li huwa refuġjat mir-Rwanda, u kien inkarigat li jagħlaq il-katidral Saint-Pierre-et-Saint-Paul fil-lejl li dan ħa n-nar. Huwa kien diġà ġie arrestat iżda nħeles mingħajr ma ġie akkużat, madanakollu jidher li wara xi jiem ta ruħu f'idejn il-Pulizija. Nirien fil-Katidral ta' San Pietru u San Pawl fi Franza
[ 10 ]
Imtella' Lulju 28, 2020 - Aġġornata 28 Ta' Lulju, 2020 5:23pm Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ilbieraħ inawgura uffiċjalment Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex b'investiment ta' €2 miljun. Din il-pjazza fil-qalba tal-belt Victoria ngħatat dehra kompletament ġdida wara proġett ta' riġenerazzjoni u ta' tisbiħ li se toffri spazju ieħor miftuħ għar-residenti u għat-turisti li jżuruha ta' kuljum. Il-Prim Ministru qal li investiment fi pjazza bħal din jirrifletti l-ħsieb ta' dan il-gvern li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-proġett ta' Pjazza San Franġisk, li minnha jgħaddu mijiet ta' vetturi fi triqithom lejn bosta lokalitajiet oħrajn, inkluda bosta xogħlijiet fosthom żieda fiż-żoni pedonali, installazzjoni ta' sistema ġdida ta' dwal fil-pjazza, issaħħew is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u twaħħlet għamara ġdida ta' barra sabiex il-pubbliku jkun jista' jpoġġi u jistrieħ waqt li jgawdi din il-pjazza. Il-Prim Ministru sostna li dan hu gvern li jmidd idejh għax-xogħol u mhu se jistrieħ qatt milli jkompli jagħmel il-bidliet. Qal li huwa kruċjali li wara li fl-aħħar xhur ipproteġejna s-saħħa tan-nies, inkomplu nipproteġu wkoll l-għajxien tan-nies bil-ħolqien tax-xogħol. Dr Abela sostna li jinsab kburi li l-ġimgħa li għaddiet Malta nnegozjat pakkett ta' €2.25 biljun f'fondi Ewropej li minimu ta' 10 fil-mija tagħhom se jiġu allokati għal proġetti f'Għawdex. Huwa nnota kif l-ekonomija Għawdxija reġgħet iripiljat u appella biex ma nħallux il-biża' mingħajr bażi tidħol fl-għeruq tas-soċjetà. Qal li bħala poplu rridu nimxu 'l quddiem fil-ġid billi nibbilanċjaw is-saħħa, l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Għawdxi u Malti. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li fl-aħħar xhur, il-Ministeru għal Għawdex ħadem bla waqfien sabiex wasalna s'hawn. "Iddedikajna ħafna riżorsi biex din il-pjazza fiċ-ċentru tar-Rabat tlestiet fl-iqsar żmien possibbli bl-inqas inkonvenjent għar-residenti. L-infrastruttura mhijiex biss l-asfalt li jingħata lit-toroq. L-infrastruttura tfisser ukoll li nirriġeneraw il-pjazez tagħna għax huma ċ-ċentru tal-attività ta' kull belt jew raħal", qal il-Ministeru għal Għawdex. Il-ministru spjega li l-proġett ta' riġenerazzjoni u tisbiħ tal-pjazza ta' San Franġisk ikompli jikkumplimenta l-għan tal-Ministeru għal Għawdex li joffri ambjent mill-isbaħ lill-Għawdxin u lill-viżitaturi.
[ 1, 9, 12 ]
Fl-Istati Uniti, ir-Repubblikani pproponew li ssir nefqa ta' triljun dollaru biex tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija. Il-pjan jinkludi mitt biljun dollaru għall-iskejjel, u ħlas sa elf u mitejn dollaru għaċ-ċittadini Amerikani li ħafna minnhom tilfu l-impjieg tagħhom. Skont dan il-pjan, din in-nefqa tieħu post is-sitt mitt dollaru li kienu qed jingħataw bħala benefiċċju għal dawk li tilfu l-impjieg. Id-demokratiċi iżda sejħu dan il-pjan bħala wieħed inadekwat. Il-Gvern Amerikan diġ nefaq aktar minn 2.4 triljun dollaru f'miżuri ta' għajnuna, fosthom biljuni ta' dollari għan-negozji u anki għall-individwi. L-ekonomisit iżda diġa' qalu li dan mhux se jkun biżżejjed biex jikkumpensa l-ħsara li ġabet magħha l-pandemija. Is-senatur Mitch Mc Connel qal li r-Repubblikani jridu jaraw kif il-programmi ta' għajnuna se jkunu effettivi quddiem il-katastrofi li ġabet il-pandemija. Qal li hemm bżonn li almenu l-ħaddiema li tilfu l-impjieg jiġu kkumpensati b'sebgħin fil-mija tal-paga li kellhom biex ir-rota tkun tista' tibqa' ddur
[ 1, 10 ]
Imtella' Lulju 28, 2020 - Aġġornata 28 Ta' Lulju, 2020 3:04pm Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li kollox jindika li l-Ewropa riesqa lejn it-tieni mewġa tal-Coronavirus hekk kif baqa' jiddefendi d-deċiżjoni tal-gvern Ingliż dwar l-ivvjaġġar minn Spanja. Johnson iddefenda d-deċiżjoni li kull min jivvjaġġa lejn Spanja u jirritorna lejn ir-Renju Unit irid awtomatikament jagħmel ġimagħtejn kwarantina filwaqt li qal ma jinkoraġġixxix l-ivvjaġġar lejn Spanja. Qal ukoll li l-gvern jaf jieħu l-istess deċiżjoni fir-rigward tal-ivvjaġġar minn pajjiżi oħra dan biex tiġi mħarsa s-saħħa, is-sigurtà u s-sitwazzjoni tal-poplu Ingliż.
[ 10 ]
Imtella' Lulju 28, 2020 - Aġġornata 28 Ta' Lulju, 2020 3:05pm Fis-sigħat li ġejjin, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte mistenni jressaq proposta fil-Parlament biex l-istat t'emerġenza fil-pajjiż, minħabba l-imxija tal-Covid-19, jiġi estiż sal-aħħar t'Ottubru. Dan kollu qed isir hekk kif nhar il-Ġimgħa 31 ta' Lulju jintemm l-istat t'emerġenza b'deċiżjoni li kienet ittieħdet f'Jannar li għadda wara li l-Italja nħakmet mill-virus. L-estensjoni tal-istat t'emerġenza jġib miegħu restrizzjonijiet bħaż-żamma tad-distanza soċjali u t-tele working fost oħrajn.
[ 10 ]
Imtella' Lulju 28, 2020 - Aġġornata 28 Ta' Lulju, 2020 7:51pm L-Awditur Ġenerali Charles Deguara qal li wara li analizza l-memordanum ta' qbil bejn il-Gvern u l-iżvilupaturi u l-operaturi għall-bini ta' kumpless mediku f'Għawdex, ikkonferma l-konklużjonijiet kollha milħuqa fir-rapport inizjali. L-Awditur qal li s-similaritajiet li hemm bejn l-investituri fil-memorandum of understanding u l-investituri li ngħataw il-konċessjoni eventwali għat-3 sptarijiet, tkompli ssostni l-fehma tal-uffiċju tal-Awditur, li l-proċess kien vvizzjat mill-bidu. F'addendum għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Verifika ta' kwistjonijiet relatati mal-konċessjoni mogħtija lil Vitals Global Healthcare Ltd mill-Gvern, l-awditur analizza l-memordanum ta' qbil dwar il-bini ta' kumpless mediku f'Għawdex li ġie ffirmat fl-10 ta' Ottubru tal-2014, ħames xhur qabel ħarġet is-sejħa għall-offerti għar-riġenerazjoni ta' tlett sptarijiet. Fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali qal li jeżisti xebħ bejn it-tlett investituri li ffirmaw l-memorandum ta' qbil mal-Gvern, u tnejn minnhom li eventwalment rebħu s-sejħa għall-offerti. It-3 investituri li daħlu għal ftehim inizzjali kienu AGMC Incorporated, Portpool Investments Ltd u Bluestone Special Situation 4 Ltd. Skont il-memorandum ta' qbil, il-proġett f'Għawdex kellu jżid is-sodod fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex minn 210 għall 410, tinbena faċilità għall-anzjani b'200 sodda, kif ukoll skola medika skont l-istandards tal-iskola medika ta' Barts. Issemma wkoll l-akkwist potenzjali tal-isptar St Philips u jew l-Isptar San Luqa. Fid-dawl tax-xebh bejn memorandum ta' qbil u s-sejħa eventwali, flimkien mad-dewmien min-naħa tal-Gvern biex għadda kopja tad-dokument lill-uffiċċju tal-Awditur, l-Awditur Ġenerali qal li dawn il-fatti jitfgħu l-konċessjoni li ngħataw il-Vitals Global Healthcare, f'dell ikraħ, u joħolqu dubju dwar il-validità tiegħu. L-Awditur qal li meta qabbel il-qbil mal-konċessjoni li ngħatat eventwalment, sab li n-natura tal-proġett ma nbidlitx, u fil-fatt inżammu l-mudell ta' żvilupp u operat, id-dħul mill-Gvern baqa' garantit permezz ta' ftehim fit-tul, it-turiżmu mediku baqa' jsostni l-fattibbiltà tal-proġett, u l-kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts baqgħet element ċentrali. Dwar iż-żieda tal-isptar Karin Grech u l-isptar San Luqa, l-Awditur qal li din issostitwiet iż-żieda fis-sodod fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex. Fl-analiżi tiegħu l-uffiċċju tal-Awditur tkellem ukoll mal-eks Ministru tal-ekonomija Chris Cardona, li qal li ma kienx involut fil-proċess u li kien ġie mitlub jiffirma l-qbil f'isem il-Gvern, li kien ġie ffirmat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru. L-Awditur innota wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-mod li bih ġew identifikati l-investituri, in-negozjati li saru magħhom u r-riżultat negattiv tad-diliġenza dovuta li l-Malta Enterprise wettqet fir-rigward tal-investituri, flimkien man-nuqqas ta' informazzjoni mgħoddija lill-Awditur dwar in-natura tar-riżultat negattiv tad-diliġenza dovuta. Wara li analizza kemm il-memorandum ta' qbil kif ukoll il -kuntratt tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare, l-Awditur Ġenerali ikkonkluda li jidher li l-proġett kien miftiehem minn qabel u li l-proċess tas-sejħa għall-offerti kien eżercizzju superfiċjali li wasal għal riżultat premeditat.
[ 1, 9, 12 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 10:05am Waslu f'Malta dal-lejl 30 magna tan-nifs, magħrufa bħala 'respiratory health devices' li ngħataw bla ħlas miċ-Ċina lis-Sur Reno Calleja, President tal-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija l-għaqda qalet li dawn il-magni twasslu dritt fl-imħażen tal-Minsteru tas-Saħħa biex jekk ikun hemm bżonn jintużaw għal pazjenti morda bil-Covid-19. Intqal li barra l-magni nġiebu wkoll ukoll 40,000 maskra li ngħataw ukoll lill-Ministeru. L-għaqda rringrazzjat lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u lill-Ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina John Aquilina, kif ukoll lil dawk kollha li kkoperaw biex din l-għotja setgħet isseħħ. L-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina ġġib 20 ventilator b'xejn
[ 0, 1, 12, 15 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 5:36pm Il-Bank of Valletta jistma li l-pandemija tal-COVID swietu madwar €25 miljun f'nuqqas fil-qligħ fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, li jammonta għal tnaqqis ta' 75%. Waqt li ħabbar ir-riżultati finanzjarji għall-ewwel nofs tas-sena, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Rick Hunkin qal li bejn Jannar u Ġunju li għadda, il-bank għamel qligħ ta' €13.8 miljun, tnaqqis ta' €41 miljun meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Irrapporta żieda fid-depożiti u s-self. Fil-preżentazzjoni tar-riżultati finanzjarji b'mod virtwali, is-Sur Hunkin qal li l-COVID affettwat is-setturi ekonomiċi lokali kollha u l-impatt fuq il-Grupp BOV kien inevitabbli. Il-bank irrapporta li d-dħul nett mill-imgħax, li jibqa is-sors ewlieni tad-dħul għall-bank ammonta għal €72.3 miljun, €5.3 miljun inqas mid-dħul reġistrat tul l-istess perjodu fl-2019. Il-qligħ mill-kummissjonijiet u mill-kummerċ ammontaw għal €37.0 miljun, 19% inqas mill-ewwel sitt xhur tal-2019. L-ispejjeż totali tal-operat fl-ewwel nofs tas-sena żdiedu bi €8.2 miljun għal kważi disgħin miljun ewro (€89.50). Iċ-Chairperson interim tal-grupp BOV, is-Sur Alfred Lupi, qal li waqt li qed iħarsu lejn il-ġejjieni b'ottimiżmu kawt, moħħhom mistrieħ li l-likwidità u l-kapital għadhom f'livelli b'saħħithom ħafna. Ġie spjegat li mill-bidu tas-sena finanzjarja, id-depożiti tal-klijenti żdiedu b'aktar minn €500 miljun u laħqu l-€11.1 biljun sa tmiem Ġunju 2020, waqt li s-self żdied b'€91 miljun minn Diċembru 2019 u issa jammonta għal €4.7 biljun.
[ 1, 4, 12, 15 ]
Xahrejn mindu ngħalqet wara li ċediet parti mit-triq, Infrastructure Malta bdiet l-aktar xogħlijiet kruċjali għat-tisħiħ tan-naħa ta' fuq tat-Telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat. Il-kuntratturi bdew iħaffru toqob fondi madwar sitt sulari li fihom se jiffurmaw sistema ta' sisien b'34 pilastru tal-konkos u azzar biex jirfdu din it-triq mibnija fuq saffi ta' blat u tafal dgħajjef li xahrejn ilu bdiet iċċedi. Il-perit tal-proġett Anton Zammit qal li l-ħaddiema se jdaħħlu f'dawn it-toqob xibka tal-azzar twila li tibqa' nieżla sal-qiegħ, u jimlewhom b'konkos b'saħħtu ħafna apposta biex jirreżisti t-tmermir mill-ilmijiet. "Il-kolonni ngħidulhom friction piles qegħdin imwaħħlin fl-art fit-tafal fondi ħafna sitt sulari l'isfel u jekk ikun hemm moviment fis-sulari ta' fuq, it-triq se tibqa' fejn hi." Il-Perit spjega li dan l-intervent hu meħtieġ biex ikun evitat li t-triq tkompli ċċedi u tiġbed magħha bini storiku li hemm fl-inħawi. Ix-xogħol fuq dan il-proġett b'investiment ta' madwar €1 miljun, beda ħabta u sabta fl-aħħar ta' Mejju wara li parti minn din it-triq ċediet għal ġol-wied ta' taħtha waqt maltempata. L-għada tal-maltempata, il-periti tal-aġenzija, flimkien m'esperti f'dan il-qasam, bdew studji ġeotekniċi biex jagħrfu eżatt il-qagħda tat-triq u tas-saffi ta' blat, tafal u materjal ieħor taħtha. L-aġenzija qed tikkollabora mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, biex tiżgura li kull intervent li jsir fit-triq iħares il-wirt storiku f'dawn l-inħawi, kemm binjiet kif ukoll fdalijiet arkeoloġiċi ta' importanza li jista' jkun hemm mirdumin fl-inħawi. Fl-istudji li saru f'dawn l-aħħar xhur urew li t-triq, u l-ħajt tal-ġenb tagħha li ċeda f'Mejju li għadda, huma mibnijin fuq saffi fondi ta' tafal b'ħafna ilma fih. Dan wassal biex matul is-snin it-triq bdiet iċċedi. Il-Perit Zammit qal li t-triq mistennija tkun miftuħa għat-traffiku sal-aħħar ta' Settembru. "Qed nantiċipaw li x-xogħol jieħu bejn 6 ġimgħat u 8 ġimgħat imbagħad it-triq inkunu nistgħu niftħuha għall-pubbliku. Permezz tat-tisħiħ li qed isir bħalissa, it-triq u l-bini tal-inħawi se jintrifdu u ma jibqgħux jiċċaqilqu, bil-konsegwenza li jċedu mal-movimenti tas-saffi tat-tafal taħthom.
[ 0, 12, 15, 16 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 4:48pm L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 10 każijiet ġodda ta' Covid-19 f'Malta minn fost 1,314 swab test. Sitta mill-10 każijiet ġodda għandhom rabta mal-festa ta' Santa Venera filwaqt li l-bqija huma każijiet sporadiċi. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-10 persuni li rriżultaw pożittivi fl-aħħar sigħat, kważi kollha ma marrux għax-xogħol waqt li kellhom is-sintomi. Fl-aħħar 24 siegħa ma ġie rreġistrat ħadd li rkupra mill-virus u għalhekk minn Marzu 'l hawn f'Malta fiequ total ta' 665 persuni mill-Covid-19. Mil-lum l-awtoritajiet tas-saħħa bdew jgħoddu wkoll mat-total ta' każijiet, dawk ta' immigranti li ġew salvati miż-żona ta' tiftix u salvataġġ ta' Malta. Riżultat t'hekk, it-total ta' każijiet pożittivi għall-coronavirus li ġew irreġistrati f'Malta minn Marzu 'l hawn issa huwa ta' 824 li minnhom 150 għadhom attivi. 85 mill-każijiet attivi huma ta' immigranti li ddaħħlu Malta f'żewġ gruppi differenti aktar kmieni din il-ġimgħa. X'miżuri restrittivi għall-attivitajiet tal-massa daħlu fis-seħħ mil-lum?
[ 1, 12, 15 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 4:16pm Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad rapporti mxandra fil-midja soċjali li fl-iskola primarja ta' Ħal Qormi San Ġorġ, hemm każ ta' COVID-19, u appella għar-responsabbilità biex ma tinxteridx informazzjoni skoretta. F'kummenti lil Television Malta, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li ma ngħalaq ebda ċentru ta' Skola Sajf għax ma kienx hemm kuntatt ta' persuni infettati bil-virus ma' studenti jew membri tal-istaff. Appella lill-ġenituri biex għall-informazzjoni jsegwu biss sorsi uffiċjali. Il-Ministru Bonnici, qal li fl-iskejjel kollha, qegħdin jittieħdu l-prekawzjonijiet biex jiġi assigurat li ma jkun hemm ebda każ ta' Covid-19. Ma' Television Malta, il-Ministru spjega kif wara li saru l-verifiki kollha, jista' jgħid li fl-aħħar jiem ma kienx hemm bżonn li jingħalaq ebda wieħed miċ-ċentri ta' Skola Sajf. "Ma kellna ebda każ fejn persuna esebiet is-sintomi tal-COVID waqt li kienet f'wieħed miċ-Ċentri ta' Skola Sajf. Il-prekawzjonijiet jittieħdu dejjem, kemm prekawzjonijiet ta' nies li jidħlu fl-iskejjel, jittieħdu testijiet u jittieħdu proċeduri, u anki f'każ li jkun hemm xi ħadd li esebixxa is-sintomi tal-COVID barra mill-iskola, jew id-dar, hemmhekk ukoll anki jekk mhux fl-iskola nieħdu l-prekawzjonijiet." Dr Bonnici żied jgħid li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej b'taħditiet ma' dawk kollha involuti, biex xahrejn oħra, l-istudenti kollha jirritornaw fl-iskejjel. "Sabiex imorru lura kemm jista' jkun biex l-edukazzjoni titkompla, però naturalment irridu nkompluha billi nieħdu wkoll il-prekawzjonijiet u dawn il-prekawzjonijiet qegħdin jiġu diskussi, analizzati, u nibnu fuq l-esperjenza li diġà ksibna bil-ftuħ taċ-Child care centres, kemm bil-ftuħ ta' skola sajf, kemm bil-ftuħ tal-lezzjonijiet tar-reviżjoni tas-SEC." Wara li qed tirriżulta informazzjoni żbaljata fil-midja soċjali dwar xi ċentri ta' Skola Sajf, il-Ministru Bonnici appella lill-ġenituri biex jieħdu l-informazzjoni minn sorsi uffiċjali biss. "Ġieli kien hemm każijiet ta' nies li kien allarmaw lill-ġenituri inġustament, li ma naħsibx li huwa sewwa. Aħna bħala Minsisteru tal-Edukazzjoni qegħdin nimxu fuq il-fatti, l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin jagħmlu xogħol eċċellenti u qegħdin jagħtu servizz tajjeb ħafna u jiena nappella lil kulħadd biex ikun responsabbli f'dak kollu li jgħid sabiex ma jinkwetax persuni oħra għalxejn." Il-Ministru Bonnici kien qiegħed jitkellem waqt it-tnedija tal-fiera Ichoose fil-lukanda Excelsior, fejn l-istudenti li lestew l-iskola sekondarja huwa mistiedna jiltaqgħu ma' istituzzjonijiet edukattivi li fihom jistgħu ikompli bl-istudji tagħhom. Il-fiera dwar l-opportunitajiet fl-edukazzjoni post sekondarja tissokta s-Sibt sas-siegħa ta' wara nofsinhar.
[ 0, 1, 16 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 1:20pm Dalgħodu f'awla 20 issoktat l-inkjesta pubblika indipendenti li qed tistħarreġ jekk l-istat setax evita l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia. Fuq il-pedana tax-xhieda tela' l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, li wara li għadda informazzjoni lill-bord tal-inkjesta ntalab jixhed dwar il-fatti li jaf. Jgħid li ngħata parir ma jsuqx il-karozza tiegħu, jiġi mgħajjar meta jkun miexi l-Belt Bil-ġurament xehed li għalkemm mhuwiex Pulizija jew l-Avukat Ġenerali ħass il-ħtieġa li jagħmel pressjoni biex fi kliemu jindaga dwar id-delitt tas-Sinjura Caruana Galizia. Qal li l-kumpanija 17 Black kienet waħda mill-fatturi li wasslet għall-mewt ta' Caruana Galizia. Qal li ħassu mhedded u għamel rapporti lill-Pulizija iżda ma sar xejn. Semma kif ma kienx żmien faċli għaliex Yorgen Fenech saħansitra offra flus biex huwa ma jkunx elett. Casa qal li fuq pariri tal-esperti ma jistax isuq il-karozza tiegħu u lanqas wisq jista' jattendi quddies ta' nhar ta' Ħadd waħdu. Qal li jkun miexi l-Belt u jiġi mgħajjar, li qal hi frott l-impunità tal-pajjiż. Jiċċara li ma kienx hemm theddid ta' vjolenza fil-konfront tiegħu Qal li meta kellu f'idejh ir-rapport tal-FIAU ġie mhedded minn Manuel Mallia u l-avukati ta' Keith Schembri. Tenna li għalhekk tela' jixhed fil-Qorti, li ddeskriva bħala l-unika istituzzjoni li għandu fiduċja fiha. Minkejja t-theddid Casa qal li qatt ma kien hemm l-użu ta' vjolenza fil-konfront tiegħu mill-persuni li għamel referenza għalihom. Qal li t-theddid kien dwar proċeduri legali. Jgħid li Caruana Galizia kienet l-aktar waħedha fil-kampanja għall-kap tal-PN fl-2017 Qal li Daphne kienet ħabiba personali tiegħu, u li kienet l-aktar waħedha fil-kampanja għall-kap tal-Partit Nazzjonalista fl-2017. Qal li wara mewtha għamel patt li jinvestiga kull każ li kienet qed taħdem fuqu. Qal li fl-aħħar kampanja għall-Parlament Ewropew ħass li l-Partit Nazzjonalista ma ridux ikun elett u li ma kienx il-kandidat favorit tal-Partit. Qal li m'għandux dubju li l-allegat pagament biex huwa ma jiġix elett sar. Il-bord fakkar lix-xhud li dwar din l-allegazzjoni hemm inkjesta separata quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke. Jixhed dwar l-Electrogas u l-wind farm fil-Montenegro Ix-xhud ikompla jixhed dwar ir-rapport tal-FIAU, 17 Black, l-Bank Pilatus, il-Wind Farms ta' Montenegro u pagament lil uffiċjal tal-Electrogas. Qal li ma ppubilkahx għax kien illegali u għax ma rridx jippreġudika investigazzjonijiet li forsi kienu qed isiru. Qal li fir-rapport li kellu kien hemm referenza lejn il-ftehim tal-Wind Farms tal-Montenegro. Dwar l-arrest ta' Ali Sadr Hasheminejad, Casa qal li għalkemm fil-Istati Uniti ma nstabx ħati dan għandu jigi estradit lejn Malta biex jirrispondi għal akkużi ta' ħasil ta flus. Xehed dwar Nexia BT, li qal kienet il-magna tal-ħasil ta' flus. Jgħid li ma jistax jaċċetta li tneħħew l-akkużi fil-konfront ta' Joseph Muscat Dwar l-inkjesta Egrant, ix-xhud qal li l-Prim Ministru gideb u li huwa ma setax jaċċetta li tħassru l-akkużi fil-konfront ta' Joseph Muscat. Xehed li kiteb lill-Avukat Ġenerali tal-Emirati Għarab Magħquda u l-FIAU tal-pajjiż, biex jara hux minnu li l-awtoritajiet tal-pajjiż ma jridux jikkooperaw. Qal li sar jaf li l-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda talbu għal-laqgħa mal-awtoritajiet Maltin, tant li saret laqgħa virtwali. Il-bord hawnhekk innota li din il-laqgħa virtwali diġà ssemmiet f'seduta oħra. Wara li s-Sur Casa kompla jixhed fil-magħluq, is-seduta ġiet diferita għat-12 ta' Awwissu, fejn mistenni jixhed il-Ministru Edward Scicluna.
[ 0, 12 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 4:24pm Is-Senat Taljan ivvota favur il-prosekuzzjoni tal-ex Ministru tal-Interrn Matteo Salvini talli mblokka vapur bl-immigranti 'l barra mill-kosta Taljana, f'Awwissu li għadda. Aktar minn 100 immigrant damu 19-il ġurnata bejn sema u ilma 'l barra mill-gżira ta' Lampedusa, abbord il-bastiment Spanjol Open Arms. Prosekuturi fi Sqallija qed jakkużaw lil Salvini b'detenzjoni illegali – akkuża li ġġor magħha piena sa 15-il sena ħabs. Salvini li huwa kontra l-immigrazzjoni diġà se jgħaddi ġuri fuq każ simili. Is-Senat ivvota 149 vot favur u 141 vot kontra, li lil Salvini titneħħielu l-immunità parlamentari u għalhekk issa huwa mistenni jiffaċja proċeduri legali. Salvini li għandu 47 sena jgħid li kienet il-politika tal-Gvern Taljan li jipprevjeni lill-immigranti rregolari milli jjiżbarkaw fl-Italja. "Li niddefendi l-Italja mhux reat. Jien kburi li għamilt hekk u nerġa' nagħmel hekk," saħaq Salvini.
[ 0, 9, 10 ]
Minn tal-anqas disa' persuni fl-Indja mietu wara li fl-aħħar jumejn ikkonsmaw sanitiser b'livell għoli ta' alkoħol. Uffiċjal għoli tal-pulizija f'Kurichedu qal li n-nies għandhom il-vizzju tax-xorb alkoħoliku u għax l-alkoħol mhux disponibbli minħabba l-lockdown, qegħdin minflok jikkonsmaw is-sanitisers li huma aktar aċċessibbli. Żied li minbarra dawk li mietu, persuni oħra li kkonsmaw sanitiser, inħarġu mill-isptar. Infetħet ukoll investigazzjoni fuq l-imwiet.
[ 1, 9, 10 ]
Il-bank APS rrapporta qligħ qabel it-taxxa ta' għaxar miljuni u tliet mitt elf ewro għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena. Il-bank qal li l-qligħ fl-ewwel nofs ta' din is-sena hu mal-miljun u mitt elf ewro inqas mill-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Fi stqarrija, il-bank qal li riżultat tal-imxija tal-COVID f'Marzu li għadda, in-negozji kollha tal-bank waqfu għal kollox wara bidu mfisser b'saħħtu ħafna. Intqal li dan wassal biex il-bank u l-grupp rreġistraw inqas qligħ mill-2019. Il-bank qal li minkejja l-impatt qawwi riżultat tal-pandemija, il-bank kiseb riżultati sodisfaċenti ħafna bid-depożiti jiżdiedu b'6.5% u s-self żdied b'6.7% meta mqabbel ma' sena ilu.
[ 0, 4, 16 ]
F'quddiesa ta' radd il-ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners fil-qasam tas-saħħa waqt l-imxija tal-COVID-19, l-Arċisqof Charles Scicluna talab għall-għaqal tas-solidarjetà u tar-responsabbiltà, imma wkoll għall-għaqal li niġbdu ħabel wieħed. Dan għaliex, fi kliem l-Arċisqof, jekk ikollna ħafna kaptani, il-vapur mhux se jmur fid-direzzjoni l-ġusta. Saħaq li l-awtoritajiet tas-saħħa jridu jiġġieldu mhux biss il-pandemija tal-COVID-19 iżda wkoll lil min jaħseb li jista' jagħmel ta' rasu u jinjora dak li tgħallimna x-xjenza. L-Arċisqof qal li n-nuqqas ta' responsabbiltà hija periklu għas-saħħa tagħna daqskemm hu perikoluż il-virus. Hu rringrazzja lill-carers, lill-professjonisti, lill-infermiera u l-operaturi kollha fil-qasam tas-saħħa li bl-imħabba u s-sagrifiċċju li juru ma jwasslux biss il-fejqan fiżiku imma wkoll idewwu tant ġerħat psikoloġiċi u spiritwali. Semma li fiċ-ċirkustanzi li qed ngħixu, joħorġu aktar il-ġerħat tas-solitudni, tal-ermarġinazzjoni u tal-istigma li ġabet magħha l-pandemija. L-Arċisqof talab biex il-Mulej ikompli jbierek lill-pajjiżna bis-saħħa, bid-dehen, bil-għaqal u bl-għożża. Għal din il-quddiesa li saret fil-Bażilika ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid, attendew id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, u diversi ħaddiema mill-qasam tas-saħħa. Fi ħsieb l-Arċisoqf matul il-Quddiesa, d-disa' persuni li mietu bil-COVID-19.
[ 1, 12, 13, 15 ]
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 6:55pm L-organizzaturi ta' erba' festivals internazzjonali kbar ħabbru li l-attivitajiet tal-massa li kienu se jagħmlu f'Malta matul Awwissu u Settembru u li għalihom kienu mistennija li jattendu eluf ta' nies, tħassru. Dawn huma Escape 2 The Island li kien se jsir bejn it-28 u t-30 ta' Awwissu, Rhythm and Waves li kien se jsir bejn l-4 u s-6 ta' Settembru, The BPM Festival li kien se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Settembru u Mi Casa Festival li kien se jsir bejn it-18 u l-21 ta' Settembru. Ftit qabel is-6 p.m. huma ħabbru fuq il-mezzi soċjali tal-media li ġew informati mill-imsieħba tagħhom fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li minħabba ż-żieda fil-każijiet ta' coronavirus fil-gżejjer Maltin, huma m'għadx jistgħu jorganizzaw l-avvenimenti tagħhom.
[ 1, 6, 12, 15 ]
L-Orizzont L-Orizzont għandha żewġ rapporti fuq il-paġna ta' quddiem. Ir-rapport ewlieni jgħid li Vince Gaffarena indika min spara fuqu u qatel lil kuġinuh. Jingħad liż-żewġ żgħażagħ – Leon Debono u Owen Schembri jinsab mixlija bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u bl-attentat ta' qtil ta' kuġinuh Vince. Din l-informazzjoni ħarġet mill-Qorti għax ilbieraħ tressqu ż-żewg żgħażagħ li għandhom 18-il sena u li joqogħdu Ħal Kirkop. Jingħad li l-mejjet Saviour Gaffarena kellu 27 sena filwaqt li Vince Gaffarena li jinsab l-Isptar għandu 17-il sena. It-tieni rapport jgħid liż-żieda fil-każi tal-Covid-19 kienu mistennija fl-Unjoni Ewropea. Jispjega li fl-aħħar jiem fil-pajjiż kellna żieda tal-infezzjonijiet kif inhi x-xejra f'għadd ta' pajjiżi Ewropej tant li reġgħu bdew jiddaħħlu għadd ta' restrizzjonijiet. Jingħad li fl-Awstrija l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju għax-xiri u fil-banek filwaqt li f'Barċellona hemm lock down għal 15-il ġurnata. The Malta Independent permezz ta' ritratt turi lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech jitfa' l-vot tiegħu fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista fejn il-Kunsilliera qed jintalbu jgħażlu jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit inkella jmorrux għall-elezzjoni li tinkludi lit-tessarati fejn jintgħażel kap ġdid tal-Partit. Jingħad li lbierah tkellem il-Kap Adrian Delia fejn sostna li l-kunsilliera għandhom għazla bejn Partit Nazzjonalista tal-Passat u Partit Nazzjonalista li għandu tama. Jingħad li 400 kunsilliera diġà tefgħu l-vot tagħhom. It-tieni rapport jispjega li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrifjuta li jgħid jekk il-Prim Ministru jafx u jekk hux ser jiżvela min innegozzja l-ftehim inizjali magħruf bħala Memorandum of Understanding min-naħa tal-Gvern fil-ftehim kontroversjali mal-Vitals Global Healthcare. It-Times of Malta għandha ritratt ta' Owen Schembri kif wasal il-Qorti fejn huwa kien akkużat bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u l-attentat ta' qtil ta' Vince Gaffarena flimkien ma' Leon Debono. Ir-rapport jgħid li l-aggressjoni fatali hija assoċċjata mad-droga biż-żgħażagħ fil-Qorti ma jammettux il-ħtija. Huma kienu akkużati wkoll li ġarrew arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-Pulizija u anke li kissru l-paċi pubblika. Rapport ieħor jispjega li l-Festivals Internazzjonali kienu mħassra minħabba l-biża' li ħolqot l-imxija tal-Covid-19. Jingħad li kienu mħassra erba' attivitajiet kbar tal-massa wara qbil li sar bejn l-organizzaturi, il-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu. L-attivitajiet kienu ser jinżammu f'Awwissu u Settembru. Dawn l-attivitajiet tħassru fid-dawl li l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar restrizzjonijiet ġodda minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus.
[ 0, 12, 15 ]
Fi protesta kontra l-immigrazzjoni illegali u n-nuqqas ta' sigurtà fil-Ħamrun u l-inħawi tal-madwar – inkluż il-Marsa u Santa Venera – l-attivist Raymond Ambrogio qal li l-Prim Ministru hu obbligat iħares is-sigurtà nazzjonali, li fi kliemu diġà hija mhedda. Qal li l-Gvern għandu jsaħħaħ s-sigurtà u juża s-suldati jekk ikun hemm aktar immigranti li jaħarbu miċ-ċentri ta' dettenzjoni. B'referenza għall-65 immigrant minn 94 li nstabu pożittivi għall-COVID-19, is-Sur Ambrogio qal li l-Prim Ministru hu obbligat iħares saħħet il-poplu u qal li għandu jagħlaq il-portijiet b'mod immedjat għall-immigranti illegali. Fi protesta t-Tlieta filgħaxija, organizzata mill-grupp ta' Facebook Ħamrun għall-Ħamruniżi Maltin, qal li kull barrani li jinstab ħati ta' reat kriminali u jeħel il-ħabs għandu jkun deportat. Skont is-Sur Ambrogio l-ħaddiema barranin qed jiġu preferuti mill-Maltin. F'dan ir-rigward qal li għandha tinbidel il-Kostituzzjoni biex bil-liġi l-ewwel jintgħażlu l-Maltin u mbagħad l-barranin. Appella lill-patrijotti biex ma jqumux biss għall-protesti imma biex jagħtu leħen lill-patrijotti fil-Parlament.
[ 1, 9, 12, 15 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 12:20pm Residenti li jgħixu fl-inħawi ta' Pjazza Patri Redent Gauci qed jilmentaw minn storbju kontinwu mal-lejl minn tfal u żgħażagħ li jiffrekwentaw il-bandli u l-court f'din iż-żona, bil-Kunsill Lokali jgħid li qed jiddiskuti soluzzjonijiet għall-problema. Is-sitwazzjoni tidher li ggravat matul dan is-sajf, meta għadd kbir ta' persuni qed jibqgħu jilagħbu u jgħajtu f'dan il-post anki sa nofsillejl. Filmat li r-residenti Neil Agius ġibed mit-triq għall-ħabta tal-11.15pm, juri dak li għaddej fil-bandli, fejn jinstema' ħafna twerżiq ta' trabi u għajjat tat-tfal. Filmat miġbud madwar nofsiegħa wara, f'11.45pm, din id-darba mit-tieqa tad-dar tiegħu, juri kif il-ħsejjes jaslu sa ġewwa. Jinstemgħu għadd ta' persuni jgħajtu lil xulxin u jħabbtu l-ballun waqt logħoba basketball, kif ukoll karozzi li jieqfu ħdejn il-bandli u jdoqqu l-ħorn u jsaffru lil dawk preżenti. Wara rapport mis-Sur Agius, dal-lejl fuq il-post mar il-kunsillier Charles Bonello flimkien mal-Pulizija, li ordnaw li jieqaf l-istorbju. Is-Sur Agius żied li wara li kien ilmenta dwar is-sitwazzjoni, ix-xahar li għadda bdew jintbagħtu l-Pulizija fuq rondi fl-inħawi, u l-awtoritajiet baqgħu jiċċekkjaw miegħu biex jaraw jekk ir-rondi hux qed ikunu effettivi. Qal li fil-fatt dal-lejl stess il-Pulizija kienu diġà marru fuq il-post, iżda meta telqu, iż-żgħażagħ bdew jilgħabu l-basketball. Sostna li l-Pulizija ma jistgħux joqgħodu għassa ma dan il-post il-ħin kollu, u għalhekk iħoss li l-aħjar soluzzjoni hi li l-bandli jingħalqu mal-lejl. Għall-mistoqsijiet ta' TVM, is-Sindku Pierre Dalli qal li tul dawn l-aħħar ġimgħat kien qed jirċievi ilmenti mir-residenti u kien qed jagħmel rapport lill-Pulizija. Żied li bħala Kunsill qed jaħdmu biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema li qal isseħħ kull sajf. Żied li mill-bieraħ beda jintefa' l-pitch tal-basketball li qiegħed biswit il-bandli imma s-sitwazzjoni xorta ma nbidlitx. Qal li għada se ssir konferenza mill-Kunsill fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, fejn se jkun diskuss il-kunċett ta' Community Policing f'din iż-żona. Mistoqsi jekk dan is-servizz jingħatax matul il-lejl, is-Sur Dalli qal li d-dettalji uffiċjali jkunu jistgħu jingħataw fil-konferenza t'għada.
[ 0, 16 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 6:58pm Il-Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei iddikjara li hu nkwetat iżda mhux allarmat biż-żieda fin-numru ta' każijiet ta' covid-19 f'Malta. Huwa fisser ruħu wkoll ottimist li s-sistema tas-saħħa f'Malta hija robusta biżżejjed biex in-numri jerġgħu jiġu kkontrollati. Dr Mallia Azzopardi kien intervistat waqt il-programm Rasimbras u ta wkoll l-opinjoni tiegħu dwar l-attivitajiet tal-massa li qed isiru f'pajjiżna. "Fl-opinjoni tiegħi għandhom jieqfu u ma jsirux." Dikjarazzjoni ċara minn Dr Charles Mallia Azzopardi, Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei, meta fil-programm Rasimbras kien mistoqsi dwar l-attivitajiet tal-massa, il-parties u l-marċi tal-festi wara ż-żieda fil-każijiet ta' covid-19 f'Malta. "M'hemmx dubju li turiżmu u airports riedu jiftħu. Ma nistgħux immutu bil-guħ biex ma nħallux il-virus… imma li nħallu mass gatherings flimkien, meta għandek konċentrazjoni ta' nies, li qegħdin flimkien, ma jistgħux josservaw mitigation factors social distancing, speċjalment meta tpoġġi l-alkohol fis-sitwazzjoni, hemmhekk qed tpoġġi sitwazzjoni li mhux aċċettabli," kompla Dr Mallia Azzopardi. Dr Mallia Azzopardi stqarr li hu nkwetat bin-numri li żdiedu fl-aħħar jiem, imma mhux allarmat għax qal li s-sistema tas-saħħa f'Malta diġà wriet li hi robusta biżżejjed. "Jien nistenna li jkollna clusters every so often, imma sakemm m'għandniex vaċċin li hu effettiv u se jirnexxielna ntuh lill-popolazzjoni kollha u nkunu nistgħu ngħidu li l-popolazzjoni hija immune, aħna rridu noqogħdu attenti," kompla Dr Mallia Azzopardi. Dwar id-94 immigrant li daħlu Malta t-Tnejn filgħaxija u li żewġ terzi minnhom instabu pożittivi għall-coronavirus, Dr Mallia Azzopardi qal li dawn mhux ta' periklu: "Is-sistema tas-saħħa tagħna, nerġa' u ngħid, kicked in from the word go, ġew iżolati mill-ewwel. Nies fil-popoplazzjoni Maltija ma ġewx esposti għalihom." Il-fatt li Malta tista' tagħmel 2,000 test kuljum u l-fatt li f'Malta jistgħu jiġu infurzati iżolament u kwarantina mmedjata kull meta jkun hemm dubju, dawn iqawwulu qalbu: "Fuq dawk 2 fatturi li Malta b'saħħitha ħafna. Jien ottimist li nistgħu nerġgħu nikkontrollaw in-numri tagħna." Dwar it-testijiet li qed jiġu isiru fuq vaċċini differenti f'pajjiżi differenti madwar id-dinja, Dr Mallia Azzopardi qal li tnejn minnhom qed jagħtu riżultati inkoraġġanti. L-isfida tibqa' li jiġu prodotti biżżejjed dożi għal kulħadd.
[ 0, 1, 16 ]
Il-kumpanija fil-qasam tad-divertiment G7 flimkien ma' Sound Salon qalu fuq facebook li wara li għamlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni u kkunsidraw ħafna affarijiet, iddeċidew li jwaqqfu l-attivitajiet kollha tal-massa li kellhom ippjanti għaż-żmien li ġej. Qalu li se jibqgħu isegwu s-sitwazzjoni kif tiżviluppa u jiddeċiedu ġimgħa b'ġimgħa jekk u meta jkomplux jorganizzaw l-attivitajiet tal-massa. Żiedu li huma dejjem poġġew is-saħħa pubblika prijorità u mxew mar-regolamenti tal-awtoritajiet. G7 events u Sound Salon kienu l-organizzaturi tal-attività tal-massa Hotel Take Over fil-lukanda Radisson ta' San Ġiljan minn fejn irriżultaw numru ta' każijiet pożittivi għall-Covid-19.
[ 0, 6, 16 ]
Ix-xiri onlajn joffri firxa wiesgħa ta' prodotti u kull xorta ta' prezzijiet għall-but ta' kulħadd. Dak li jkun sar jista' jinqeda f'kemm ili ngħidlek mingħajr ma joqgħod jinqala'. Minkejja l-għadd ta' benefiċċji tax-xiri onlajn, il-perikli ma jonqsux, anki għall-bejjiegħa. Huwa minnu li bejjiegħ b'negozju onlajn fost l-oħrajn jiffranka l-ispejjeż tal-operat tal-ħanut kif ukoll li permezz ta' websajt jista' jilħaq aktar klijenti. Madanakollu, mhux kulma jleqq hu deheb. Websajt li joffri xiri onlajn jutilizza għadd ta' riżorsi biex jopera fosthom konnettività mal-banek permezz ta' payment gateways biex ikunu jistgħu jsiru tranżazzjonijiet bħall-ħlas. F'dan l-isfond, f'filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, jingħad li kriminal fost l-oħrajn jista' jipprova jidderieġi t-traffiku lejn sit qarrieqi li jidher simili għall-gwadann tiegħu. Cyber Security Malta saħqet li kumpanija li tiddeċiedi li żżid il-preżenza tagħha onlajn għandha tirrikorri għas-servizz mingħand professjonisti reputabbli u tal-esperjenza bil-għan li l-websajt tkun mibnija b'sigurtà tal-ogħla livell. B'hekk, iċ-ċans li dak li jkun jisfa vittma ta' attakk jonqos ġmielu. Intqal ukoll, li min biħsiebu jibni websajt sigura għandu jaħseb minn qabel f'kumpaniji li joffru servizzi ta' emerġenza f'każ ta' attakk.
[ 5, 7, 8, 14 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 10:20am Mara ta' 63 sena mietet wara li ġiet attakkata minn 'great white shark' f'Maine, fl-Istati Uniti. Dan huwa l-ewwel attakk fatali minn kelb il-baħar f'dan l-istat, li rari jesperjenza xi attakk simili, hekk kif din l-ispeċi ta' klieb il-baħar ma tantx hija komuni f'dan ir-reġjun minħabba li l-ilma huwa pjuttost kiesaħ. Il-mara ġiet identifikata bħala Julie Holowach ta' 63 sena, li kienet għadha kemm ħarġet bil-pensjoni wara karriera fl-industrija tal-moda. Fil-ħin tal-attakk Holowach kienet qed tgħum ma' bintha viċin Mackerel Cove, 18-il metru 'l barra mill-bajja. Bintha ma sofriet l-ebda ġrieħi. Kien irrappurtat li Holowach kienet liebsa 'wet suit', filwaqt li bintha le, li qajjem spekulazzjoni dwar jekk il-kelb il-baħar kienx attakka lil Holowach għax ħasibha foka.
[ 1, 10 ]
The Malta Independent tippubblika ritratt tal-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar waqt it-tnedija tal-kampanja Blue Heart għall-vittmi tat-traffikar uman. Tirrapporta li l-Awditur Ġenerali ikkonkluda li l-ftehim fil-prinċipju bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare jikkonferma li l-proċess tat-tender għall-konċessjoni tat-tliet sptarijietkien ivvizzjat u qarrieqi. Rappurtat ukoll li mill-inqas 65 immigrant li nġibu Malta t-Tnejn li għadda ttestjaw pożittiv għal COVID-19. Maltatoday tirrapporta li l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 65 immigrant minn 94 li ddaħlu Malta t-Tnejn li għadda nstabu pożittivi għal COVID waqt li disgħa oħra għadhom qed jistennew ir-riżultati tal-iswab tests. Rappurtat ukoll li r-rapport aġġornat tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali sab li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru injora r-riżultati tal-iskrutinju li sar fuq Vitals Global Healthcare qabel ingħatat il-konċessjoni għat-tliet sptarijiet waqt li jirrapporta li l-ftehim fil-prinċipju li kien nieqes u nstab jimplika li Keith Schembri u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienu primarjament responsabbli għal konċessjoni. The Times tippubblika ritratt taż-żjara mill-Qorti fis-sit ta' kostruzzjoni fejn f'Marzu li għadda Miriam Pace mietet mirduma taħt il-ġebel u t-terrapien ta' darha stess fil-każ kontra l-erba' rġiel mixlija bil-qtil involontarju tagħha. Il-ġurnal jirrapporta li eluf ta' turisti żgħażagħ mistennij jiġu Malta għal parties u festivals internazzjonali li se jsiru dan is-sajf hekk kif Malta fetħet il-bieb għall-avvenimenti tal-massa filwaqt li pajjiżi oħrajn fl-Ewropa qed jagħlquhom. Il-ġurnal jikkwota lill-ewroparlamentari Roberta Metsola tgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid jinbidel jew imut waqt li jrid iħares lejn il-ġejjieni minflok jiffoka fuq in-nostalġija. In-Nazzjon In-Nazzjon jikkwota lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li l-konklużjonijiet tal-awditur Ġenerali jikkonfermaw li l-Gvern Laburista ftiehem mal-barranin biex jinsterqu l-Maltin u li l-Prim Ministru Robert Abela jrid jiddeċiedi jekk hux mal-Maltin jew mal-barranin li qed jisirquna kuljum. Il-ġurnal jirrapporta li l-perseveranza ta' Dr Adrian Delia u l-Oppożizzjoni wasslet biex id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni se jwasslu għal ftehim storiku li fih il-Gvern aċċetta l-prinċipji tal-Partit Nazzjonalista dwar emendi kostituzzjonali. Rappurtat ukoll kif 65 immigrant instabu pożittivi għal COVID-19. L-Orizzont L-Orizzont jippubblika ritratt tal-qraba ta' Miriam Pace u l-avukati tagħhom fl-aċċess tal-Qorti fis-sit ta' kostruzzjoni fil-Ħamrun fejn fil-bidu ta' Marzu li għadda seħħ l-inċident traġiku. Il-ġurnal jirrapporta li 65 immigrant li ddaħħlu Malta rriżultaw pożittivi għal COVID-19. Il-Prim Ministru Robert Abela kkwotat jgħid li l-biża' bla bażi m'għandhix titħalla tidħol fl-għeruq tas-soċjetà għax iżommna lura milli nagħmlu progress.
[ 0, 16 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 10:41am L-Assoċjazzjoni tat-Tobba ta' Malta qalet li ż-żieda fil-każijiet ta' Covid-19 hija riżultat ta' attivitajiet tal-massa, li ddeskriviet bħala irresponsabbli. Saħqet li r-rgħiba tal-ftit qed tpoġġi s-saħħa tal-poplu kollu f'riskju, u qed tissogra li ġġib fix-xejn is-sagrifiċċji li saru mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa. Dan minbarra li jkollha wkoll effetti ekonomiċi u soċjali. Fi stqarrija ffirmata minn Dr Paul Cassar u Prof Stephen Fava, l-assoċjazzjoni tat-tobba qalet li għalhekk qed tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta u oħrajn fl-appell biex jitwaqqfu attivitajiet tal-massa, fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm. Appellat ukoll biex jiġi limitat l-ivjappar minn pajjiżi b'riskju għoli. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika appellat biex il-pubbliku ma jipparteċipax f'attivitajiet tal-massa
[ 0, 1, 16 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 11:08am L-Avukat Yvonne Farrugia nħatret Prosekutur Ewropew għal Malta fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dr Farrugia se tkun ibbażata fil-Lussemburgu, bl-għażla tagħha saret wara numru ta' sejħiet pubbliċi miftuħa fuq livell nazzjonali u wara proċess ta' għażla fuq livell Ewropew. Il-gvern awgura lil Dr Farrugia għal dan l-irwol prestiġjuż li se tokkupa. Dan hu uffiċċju ġdid fl-Unjoni Ewropea li mistenni jibda jopera lejn tmiem din is-sena u ser ikun responsabbli mill-investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar reati kontra l-interessi finanzajri tal-Unjoni Ewropea, frodi, korruzzjoni u frodi ta' VAT. Malta kienet fost l-ewwel stati li ssieħbet f'dan il-proġett li fih sa issa hemm tnejn u għoxrin stat membru tal-Unjoni Ewropea.
[ 0, 16 ]
Raġel ta' 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, baqa' miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq fanal ta' mutur mill-Belt. Fi stqarrija l-pulizija qalu li f'dawn l-aħħar ġimgħat, il-Pulizija mill-għassa tal-Belt Valletta investigaw rapport ta' serq ta' fanal minn mutur minn ġewwa Triq Ġilormu Cassar, il-Belt Valletta. Qalu li minn filmati minn kameras tas-sigurta' li nġabru, ġie stabbilit li min wettaq ir-reat għamel dan billi kien qed jagħmel użu minn mutur misruq. Nhar it-Tnejn 28 ta' Lulju, 2020, waqt ronda mill-Pulizija tad-distrett, intlemaħ dan il-mutur misruq fejn sussegwentament ġie arrestat ir-raġel li allegatament seraq il-fanal tal-mutur. Wara tfittxija fir-residenza tiegħu, instab il-fanal misruq u diversi oġġetti relatati mal-mutur il-misruq. Quddiem il-MaġistratVictor Axiak. ir-raġel m'ammettix għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
[ 0, 12, 15 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 5:54pm Il-pulizija kkonfermaw l-istorja li ppubblika tvm.com.mt Fi stqarrija huma qalu li għall-ħabta tan-12.30 p.m., il-Pulizija kienet qed teskorta Sudaniż ta' 28 sena mill-Qorti għall-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex jiskonta sentenza ta' priġunerija. Qalu li waqt li l-vettura kienet qiegħda quddiem l-entratura prinċipali tal-binja tal-ħabs, is-Sudaniż ta' s-salt u ħarab minn ġol-vettura, immanettjat. Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit bdew bit-tfittxija għal din il-persuna, fejn ftit tal-minuti wara dan instab f'Raħal Ġdid stess. Aktar qabel: tvm.com.mt jinsab infurmat li l-barrani ta' karnaġġjon skur li għall-ħabta tas-1 p.m. ħarab waqt li kien skortat mill-pulizija f'Raħal Ġdid, inqabad. Ir-raġel ħarab waqt li kien immanettjat u nstab madwar nofs siegħa wara fuq bejt ta' stabbiliment b'waħda minn idejh libera. Huwa ngħata f'idejn il-pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni u ġie skortat lejn il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
[ 0, 16 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 2:19pm Infrastructure Malta ħabbret li minn din il-ġimgħa qed jibdew proġett t'€10 miljun biex itejbu l-erba' mini ewlenin fit-toroq Maltin. Dawn huma l-Mini Ta' Ġiorni f'San Ġiljan, il-Mini Tal-Qroqq fl-Imsida, il-Mini ta' Santa Venera u l-Mini ta' Ħal Kirkop. Fuq facebokk, Infrastructure Malta qalet li ħ afna mix-xogħlijiet se jsiru bil-lejl, bejn id-9 p.m. u l-5 a.m. tal-għada filgħodu u fi tmiem il-ġimgħa (ħlief is-Sibt filgħodu) jew festi pubbliċi. Avżat li partijiet mill-mini jistgħu jkunu magħluqin waqt dawn ix-xogħlijiet u għalhekk appellat lix-xufiera sabiex isegwu t-tabelli lejn korsiji oħra tal-istess mini, jew lejn toroq alternattivi qrib. Infrastructure Malta qalet li x -xogħlijiet ta' dan il-proġett jinkludi t-tindif tal-ħitan tagħhom, tiswijiet strutturali, dwal ġodda, sistemi ta' cameras tas-sigurtà bit-teknoloġija li jinnotifikaw lill-awtoritajiet b'mod awtomatiku meta jkun hemm xi diffikultà fil-mini, sistemi oħra ta' kontra n-nirien, ta' sigurezza u t'emerġenza, u aktar.
[ 0, 16 ]
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 3:00pm L-Għaqdiet Ħamruniżi, minn jeddhom u bi qbil, qed jaqblu li jħassru l-marċ ta' filgħodu ppjanat għal nhar il-festa ta' San Gejtanu, il-Ħadd 9 ta' Awwissu fit-toroq tal-Ħamrun. Fi stqarrija huma qalu li dan qed jagħmluh b'sens qawwi ta' responsabilità lejn il-komunità Ħamruniża u l-pajjiż b'mod ġenerali. Stqarrew li għalkemm din hija deċiżjoni iebsa ħafna, għax bħal partitarji, il-Kumitati tal-Għaqdiet Mużikali Ħamruniżi wkoll ikunu qed jistennew il-festa ta' San Gejtanu, tant li jaħdmu għaliha sena sħiħa, iħossu li l-kobor tal-marċ ta' filgħodu ta' San Gejtanu b'eluf ta' persuni fi Strada Rjali, hija responsabilità kbira wisq biex tintrefa' minnhom minkejja li kien hemm postijiet oħra f'pajjiżna li xorta waħda għamlu l-marċijiet tagħhom. L-Għaqdiet Ħamruniżi mill-bidu nett tkellmu sabiex anke tul din is-sena jkun hemm limitazzjonijiet fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa tagħna, tant li wara li bdew joħorġu l-permessi mill-Awtoritajiet, l-Għaqdiet applikkaw biss għall-marċ wieħed, dak tal-Ħadd filgħodu, bil-kumplament tal-attivitajiet kienu maħsuba li jsiru fuq ġewwa fil-każini rispettivi. Fid-dawl tal-aħħar żviluppi ġie deċiż li l-marċ fuq barra għandu jkun imħassar filwaqt li l-każini se jkunu qed jiddiskutu fuq l-attivitajiet ippjanati fuq ġewwa li fuqhom għad trid tittieħed deċiżjoni li eventwalment tkun ikkomunikata. L-Għaqdiet huma konsapevoli li din mhux l-aktar deċiżjoni faċli u allura zgur mhux l-aktar popolari mal-partitarji u msieħba, imma qed titieħed b'rispett qawwi lejn il-komunità u lejn il-pajjiż ġenerali meta l-festa tal-Ħamrun hija l-iktar festa li tattira nies lejha minn fost il-festi kollha. Dan kollu huwa suġġett għal xi direzzjonijiet li jista' jkun hemm mill-Awtoritajiet. L-Għaqdiet jappellaw sabiex ikun hemm koperazzjoni u jappellaw sabiex in-nies tifhem li dak li qed isir mhux qed isir b'gost u pjaċir iżda għax is-sens komun jitlob hekk. L-Għaqdiet iħeġġu xorta waħda biex ikun hemm parteċipazzjoni fil-pellegrinaġġ bil-vara devota ta' San Gejtanu u jagħmlu dan dejjem b'kawtela u responsabilità lejn għajrhom.
[ 0, 2, 16 ]
Il-lukanda Westin Dragonara f'San Ġiljan għadha kemm lestiet b'€40 miljun f'xogħlijiet ta' tisbiħ u titjib fil-faċilitajiet tagħha. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ddawwru mal-post fejn ġie spjegat li r-rinovazzjoni f'diversi partijiet tal-lukanda fosthom fil-kmamar saret fuq kunċett li ħadem fuqu Lynne Hunt, disinjatur ewlieni bbażat f'Londra. Hu fassal id-disinji tiegħu fuq kuluri li jirriflettu dak li huwa Malti: il-lewn tal-ġebla tal-franka u l-baħar kaħlani tal-Mediterran. Il-Prim Ministru kkummenta li l-investiment li sar hu sinjal ta' fiduċja fl-industrija turistika, waqt li l-Ministru Farrugia Portelli qalet li investiment ta' dan it-tip hu importanti biex jitjieb il-prodott turistiku ta' Malta. Ikkummentat li llum għandna sitwazzjoni fejn din il-lukanda reġgħet qed topera b'numri inkoraġġanti, b'okkupanza ta' 40%.
[ 0, 16 ]
Hospice Malta ilha tipprovdi Kura Paljattiva bla ħlas sa mill-1989. Matul is-snin, il-Hospice evolviet skont il-bżonnijiet tal-pazjenti u l-familji tagħhom. Matul dan il-proċess, il-pazjenti jkunu evalwati mit-tim ta' professjonisti biex b'hekk is-servizz jingħata skont il-bżonnijiet tagħhom kemm mil-lat mediku, kif ukoll dak prattiku, psiko-soċjali u spiritwali. F'dawn l-aħħar snin, il-Hospice tat servizzi lil iżjed minn 1,300 familja kull sena. Bħal Hospices oħrajn madwar id-dinja, il-maġġoranza tal-pazjenti li jiġu riferuti jinkludu dawk li qed isofru minn kanċer fi stadju avvanzat. Hospice Malta tipprovdi wkoll servizzi lill-pazjenti li jbatu minn Motor Neuron Disease, mard respiratorju, tal-qalb, kif ukoll tal-fwied u kliewi. Fil-maġġoranza l-pazjenti jkunu qed ibatu minn numru ta' sintomi u kumplikazzjonijiet li dan il-mard jista jġib miegħu. Id-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija ħolqot diversi sfidi biex niżguraw li s-servizzi jkomplu jingħataw lill-pazjenti. L-aċċesibiltà għas-servizzi, il- follow ups tant meħtiega kif ukoll l-interventi f'waqthom mill-professjonisti kienu u jibqgħu kruċjali biex niżguraw li l-pazjenti kollha ngħataw servizz komprensiv, filwaqt li l-familji baqgħu jirċievu servizz ta' faraġ meta kien hemm il-bżonn. Bil-għan primarju jibqa'l-kuntatt tant bżonnjuż bejn il-professjonisti u l-pazjenti / familji tagħhom, filwaqt li segwejna d-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-Hospice bdiet toffri xi servizzi b'mod virtwali. Is-servizz ta' żjarat fid-djar tal-pazjenti kien evalwat il-ħin kollu, filwaqt li servizzi oħra bħal self bla ħlas ta' apparat mediku u s-servizz ta' Care Assistant komplew jingħataw bil-miżuri u prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Żdied aktar il-kuntatt bit-telefon kif ukoll b'sessjonijiet virtwali biex il-familji komplew jingħataw is-sapport li kien hemm bżonn. Il-pandemija ġabet ukoll diversi bidliet fl-operat b'mod speċjali fid-disponibbiltà għal servizzi ta' IT u modi oħra ta kommunikazzjoni, kif ukoll sapport kontinwu fl-IT biex niżguraw li din il-bidla setgħet isseħħ. Din il-bidla għenet mhux biss biex il-pazjenti jibqgħu jiġu kkuntattjati b'mod individwali mill-professjonisti, iżda wkoll biex is-sessjonijiet fi gruppi setgħu jkomplu b'mod virtwali. Dawn inkludew is-sessjonijiet virtwali ta' kuljum li ssostitwew is-sessjonijiet fid-Day Therapy Unit. Dan is-setup iffaċilita wkoll il-kuntatt bejn il-membri kollha tal-istaff sew jekk kienu qed jaħdmu mid-dar kif ukoll mill-uffiċċju. Dan ifisser li faċilment nistgħu nissostitwixxu l-mod ta kif konna nagħtu s-servizz qabel il-pandemija billi nagħtu servizz virtwali? Żgur li le, speċjalment meta fil-Kura Paljattiva il-lat uman, il-kuntatt fiżiku u l-kompassjoni huma tant essenzjali. Inħass ħafna n-nuqqas tal-attivitajiet li kienu jiġu organizzati għall-pazjenti; attivitajiet ta' teambuilding; l-interazzjoni ta' kuljum mal-voluntiera kif ukoll l-attivitajiet marbutin mal-festi. Huwa hawnekk fejn naraw l-importanza li nadattaw skont is-sitwazzjoni. Għalhekk, diversi taħdidiet dwar suġġetti varji ġew offruti virtwalment lill-pazjenti tad-Day Therapy Unit; numru ta' video clips b'messaġġi mit-tim ta' professjonisti ġew ixxerjati fuq facebook; fuljetti dwar eżerċizzji li jistgħu isiru mid-dar ġew imqassma lill-pazjenti; ir-Remembrance Event li ssir kull sena ġiet rrekordjata u mxandra fuq it-televiżjoni; il-lectures li kienu ppjanati ġew mogħtija b'mod virtwali; inħoloq facebook group għall-voluntiera u staff kif ukoll saret attivita ta' teambuilding virtwali. Iffaċilitajna li numru ta' voluntiera li kienu jgħinu fir-Reception u Fundraising komplew jagħtu l-appoġġ mid-dar . Dawn kienu ftit mill-miżuri li ttieħdu mil-Hospice waqt il-pandemija. Fuq nota pożittiva, tajjeb li ngħidu li dawn il-benefiċċji ġew innutati u numru ta' miżuri li se jiġu integrati fl-operat meta s-sitwazzjoni terġa' lura għan-normal. Dan kollu żgur li ma kienx facli, iżda dan l-adattament irid jibqa' kostanti waqt li niffukaw fuq kif nistgħu nkomplu noffru l-appoġġ tagħna lill-impjegati tagħna biex b'hekk ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta' kwalità għolja lill-pazjenti u l-familji tagħhom. Se nkomplu nimmoniterjaw is-servizzi tagħna, kif ukoll nikkomunikaw ma' Hospices barra minn Malta biex nużaw l-aħjar għodda ta kejl u benchmarking. Inkomplu nieħdu l-opinjoniet tal-pazjenti u l-familji, il-pubbliku u wkoll il-voluntiera u staff. Dan kollu flimkien mal-pjan ta' edukazzjoni fil-Kura Paljattiva, jiżgura l-kontinwità tal-aqwa servizz. Permezz ta' dan kollu, Hospice Malta pprovdiet madwar 44,000 siegħa ta' servizzi lill-pazjenti u l-familji tagħhom matul l-2020. Se nkunu qed inkompli nadattaw skont il-bżonn biex niżguraw li l-Hospice toffri l-kura paljattiva effettiva kif u kull meta jkun hemm bżonn. B'dan il-mod inkunu qed niżguraw li l-familji jirċievu l-appoġġ neċessarju, jistgħu jibqgħu flimkien għal aktar żmien u jevitaw fejn hu possibli li l-għeżież tagħhom jkollhom jidħlu fi sptar akut. Minkejja l-pandemija, dawn jibqgħu l-prinċipji ta' kura paljattiva li tingħata mill-Hospice fil-komunità.
[ 11, 12 ]
Sa mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Moneyval fl-2019, Malta telqet bi programm ta' riformi biex it-58 azzjoni rrakkomandati f'dan ir-rapport jkunu indirizzati. Fit-18-il xahar li segwew, Malta implimentat diversi riformi kemm fuq materji tekniċi u kif ukoll fil-prattika. Fil-fatt, l-FATF irrikonoxxiet li Malta indirizzat kull azzjoni bis-sħiħ ħlief għal tlieta – minkejja li dawn qed jiġu indirizzati. Għalhekk, mhemmx dubju li d-deċiżjoni tal-FATF ħalliet warajha sens ta' inġustizzja max-xogħol kollu li kien qed isir. Fl-istess ħin iżda, bħala Gvern, se nkomplu naħdmu fuq l-affarijiet li jridu jiġu indirizzati. Se nkunu qed inżidu l-impenn tagħna biex inkomplu mexjin fid-direzzjoni li ninsabu fiha : dik ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u appoġġ għall-irkupru wara l-pandemija. Wara 15-il xahar ta' għajnuna u appoġġ bla preċedent, in-negozji f'pajjiżna u l-ħaddiema jafu kemm verament f'dan il-Gvern għandhom tassew sieħeb b'saħħtu li jinvesti fihom, għax verament jemmen fihom. Bl-istess mod li l-isfida tal-pandemija ma qatatilniex qalbna, se naraw li l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħaħ b'direzzjoni ċara lejn mudell ekonomiku sostenibbli li jagħti priorità lit-tisħiħ tal-kwalita' tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. 12-il miljun oħra investiti fin-negozji tagħna Din il-ġimgħa komplejna nħabbru inċentivi u miżuri li l-għan tagħhom huwa li jkompli jassisti lin-negozji Maltin. Permezz tal-Malta Enterprise se nkunu qed ninvestu xejn inqas minn 12-il miljun ewro mifruxin fuq tlett miżuri ewlenin, bil-għan li jtaffu mill-ispiża tal-operat. Propju f'din il-fażi li fiha qed naraw il-bidu ta' rkupru ekonomiku, irridu naċċertaw ruħna li n-negozji Maltin ma jġorrux waħedhom l-ispejjeż li b'mod naturali wieħed jiffaċċja fl-operat tiegħu. Għalhekk se nkunu qed naraw li nassistu billi ninvestu mas-€7 miljun fi skema li tkopri nofs l-ispiża tal-kera ta' dawk in-negozji li kienu magħluqin minħabba r-restirizzjonijiet li daħħlu fis-seħħ f'Marzu li għadda. Fl-istess ħin se nkunu qed ninvestu aktar minn €4 miljun sabiex niffrankaw lin-negozji nofs il-kontijiet tal-elettriku għall-ewwel tlett xhur tas-sajf, perjodu li fih normalment dawn il-kumpaniji jaraw żieda fil-konsum u l-ispiża tagħhom. Għax verament ma rridu li nħallu lil ħadd waħdu, ħabbarna wkoll għotja ta' €1,000 għal dawk in-negozji li minħabba ċ-ċirkostanzi tal-pandemija intalbu li jibqgħu magħluqa għal perjodu itwal minn oħrajn. Konxji li dawn in-negozji kellhom jagħmlu sagrifiċċju akbar sabiex il-pajjiż qed jirenxxilu jikseb dan is-suċċess fil-kontroll tal-pandemija u għalhekk irridu li nassistu lil dawn in-negozji wkoll. Ninvestu f'ekonomija dejjem aktar sostenibbli Matul l-aħħar ġimgħat komplejt niltaqa' ma' negozji Maltin u Għawdxin li qed jinvestu fil-futur taghhom. Aktar inkoraġġanti minn hekk huwa n-numru dejjem akbar ta' kumpaniji Maltin li qed jinvestu f'business models dejjem aktar sostenibbli. L-impatt fuq l-ambjent qed issir dejjem aktar kriterju ewlieni fid-deċiżjonijiet tal-intrapriżi Maltin, bħal meta jkunu se jkabbru l-operat tagħhom, jinvestu f'makkinarju ġdid jew meta jiżvilupaw prodotti ġodda. Propju din il-ġimgħa ltqajt ma' rappreżentanti ta' wħud mil-akbar kumpaniji f'pajjiżna. Flimkien magħhom nedejna inizjattiva ġdida li għandha żewġ għanijiet importanti. Filwaqt li permezz tal-entitajiet tal-Gvern se nkunu qed ngħinu lil dawn il-kumpaniji jinvestu f'operat aktar sostenibli, irridu fl-istess ħin ngħinuhom juru aħjar dak li qed jagħmlu f'dan il qasam sabiex ikunu jistgħu jattiraw lejhom investiment dejjem akbar. Fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, madwar l-Ewropa kollha ġew investiti xejn anqas minn żewġ biljun Ewro kuljum f'kumpaniji li għandhom kredenzjali ambjentali, soċjali u ta' governanza għolja. Dan huwa dak li jissejjaħ "ESG Investment". Huwa evidenti li ħafna investituri, illum aktar minn qatt qabel, qed ikunu attenti ħafna li jpoġġu l-flus tagħhom f'kumpaniji li jpoġġu l-investment fis-sotenibilità, bħala wieħed mill-għanijiet primarji tal-kumpaniji tagħhom. Qed nibnu ekosistema li taġevola l-investiment Irridu nagħmluha dejjem aktar possibli għall-investituri bħal dawn li jinvestu f'kumpaniji Maltin li huma kommessi li jinvestu f'mudell ekonomiku sostenibbli. Għalhekk huwa ta' kuraġġ li nara li magħna, bħala partners ewlenin f'dawn l-inizjattivi qed naraw ukoll numru ta' banek u intermedjarji finanzjarji bħal stockbrokers li jistgħu jgħinu mhux ftit biex jaġevolaw it-tranżizzjoni ta' investimenti lejn kumpaniji Maltin li jinvestu fis-sostenibilità. Dan il-mudell li issa qed jaħdem sew barra minn xtutna irridu nirrepplikawh f'pajjizna. B'hekk naċċertaw rwieħna li l-kumpaniji tagħna jservu ta' xprun biex l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħah waqt li titrasforma ruħha. Qed nagħmlu dan għaliex irridu lill-investituri Maltin - li jridu jinvestu flushom f'kumpaniji li qed jimbuttaw 'il quddiem proġetti sostenibli - jkunu jistgħu jagħmlu dan billi jinvestu primarjament f'kumpaniji Maltin bħal ma diġà qed issir barra minn xtutna. Dan jista' jsir jekk flimkien nibnu ekosistema b'saħħitha bil-parteċipazzjoni anke tas-settur finanzjarju lokali li taġevola u tgħin biex dan l-investiment ikun jista' jsir b'mod effettiv. L-isfidi ma jbeżżawniex u wisq anqas jaqtawlna qalbna. Irnexxilna noħorġu b'suċċess mil-pandemija u se jirnexxilna nibnu ekonomija aktar b'saħħitha għax nafu fejn irridu naslu. Dan kollu li qed nagħmlu mhux riżultat ta' reazzjoni iżda jirrifletti l-ambizzjoni tagħna, il-viżjoni ta' fejn irridu naraw lil pajjiżna fis-snin li ġejjin. L-għan tagħna huwa li jkollna pajjiż dejjem aktar b'saħħtu, ekonomija aktar sostenibbli li tipremja l-bżulija tal-ħaddiema u ta' min iħaddimom u li fuq kollox tiggarantixxi ġejjieni aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri.
[ 11, 12 ]
Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħabbar li b'effett mill-Ġimgħa, 2 ta' Lulju 2021, il-liġi dwar l-eżenzjoni mit-Taxxa tal-Boll għall-First Time Buyers se tiġi emedata sabiex jibbenefikaw ukoll dawk il-persuni li huma sidien ta' garaxx ta' mhux iktar minn 30 metru kwadru u se jixtru l-ewwel proprjetà residenzjali tagħhom. Din l-emenda kienet parti mill-Pjan ta' Riġenerazzjoni Ekonomika mħabbar mill-Gvern f'Ġunju tal-2020, għaldaqstant dawk il-persuni kollha li kienu eliġibbli għal din l-iskema mid-9 ta' Ġunju 2020 sal-lum se jkunu intitolati għal rifużjoni mit-Taxxa tal-Boll skont kif kienu eliġibbli dakinhar tal-kuntratt. Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li din hija wegħda oħra ta' dan il-Gvern "maħsuba sabiex tkompli tgħin koppji u individwi li qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Matul dawn l-aħħar seba' snin, madwar 25,000 persuna bbenefikaw mill-iskema tal-First Time buyers, filwaqt li madwar 1,000 persuna oħra bbenefikaw mill-iskema tas-Second Time Buyers," qal il-Ministru. Huwa temm jinnota kif sa issa, din l-iskema ħalliet madwar €75 miljun "fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin." Dawk l-individwi kollha li huma intitolati għal rifużjoni huma mitluba jibgħatu email lid-Dipartiment tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq [email protected] jew iċemplu fuq 22998110.
[ 12 ]
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru sitt każi ġodda ta' Covid-19. Dawn instabu minn fost 2,717-il test li saru lbieraħ. Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda pazjent li fieq. Il-każi attivi tal-Covid-19 issa huma 52. Intant, 328,960 persuna issa huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19. 360,364 persuna qed jistennew it-tieni doża.
[ 12 ]
Id-Deputat Laburista Rosianne Cutaar instabet ħatja li kisret l-istandards etiċi parlamentari f'investigazzjoni li titratta l-involviment tagħha fi ftehim dwar proprjetà fl-Imdina li kellu jixtri Yorgen Fenech. Dan jirriżulta mir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler, liema rapport għadda għand l-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia llejla. Meta rapport ma jkunx ippubblikat imma mgħoddi lill-Ispeaker ikun ifisser li nstab ksur tal-etika. Dan ir-rapport issa se jmur quddiem il-Kumitat tal-Istandards tal-Parlament, li jiddeċiedi meta jkun ippubblikat tali rapport. Il-konvejnu dwar din il-proprjetà kien sar f'Mejju 2019 ma' Pierre Lofaro, li jidher għall-kumpanija Green Eyes Ltd. Din il-kumpanija hija ta' żewġ kumpaniji oħrajn immexxijin mill-istess Lofaro, iżda li huma proprjetà ta' Joe Camilleri. Dan huwa is-sid tal-proprjetà fl-Imdina. Kien ġie rrappurtat illi Yorgen Fenech kien diġà mar fil-proprjetà ma' Cutajar, li dak iż-żmien kienet Deputata, flimkien ma' Charlie Farrugia magħruf aħjar bħala t-Tikka. Cutajar dejjem ċaħdet allegazzjonijiet li hi daħħlet xi forma ta' flus minn tranżazzjoni li titratta din il-proprjetà u kienet ukoll ċaħdet il-verżjoni ta' Camilleri dwar dak li ġara. Hu kienet sostniet illi dawn l-allegazzjonijiet kienu "bla bażi u malizzjużi."
[ 12 ]
L-MEP Laburista Cyrus Engerer għadu kif ġie maħtur biex jikteb u jmexxi n-negozjati fil-Parlament Ewropew f'riżoluzzjoni li tikkundanna l-Gvern Ungeriż għall-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Engerer ingħata r-responsabbilta' li jmexxi grupp ta' MEPs, wieħed minn kull grupp politiku, biex ifasslu riżoluzzjoni li għandha tiġi diskussa u vvutata fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, li se ssir fi Strasburgu l-ġimgħa d-dieħla. Il-Gvern Ungeriz, mmexxi mill-Prim Ministru Viktor Orban, ilu taħt l-osservazzjoni minħabba l-ksur kontinwu tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u talli jmur kontra l-valuri fundamentali tal-Unjoni. B'ta' l-aħħar tkun il-liġi kontroversjali bil-għan li jitwaqqaf kull tip ta' materjal u lezzjonijiet li fost l-oħrajn ikollhom tagħlim dwar id-diversita' tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali fl-iskejjel. Din l-leġiżlazzjoni kienet fil-mira ta' ħafna kritika, li saħansitra wasslet biex tkun waħda mill-kontroversji tal-UEFA Euro 2020 - hekk kif l-UEFA m'aċċettatx t-talba tal-Kunsill tal-belt ta' Munich sabiex l-Allianz Arena tinxtiegħel bil-kuluri tal-qawsalla, bi protesta kontra din l-leġislazzjoni. Il-leġislazzjoni ġiet kkritikata ukoll minn bosta organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja li jaħdmu għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mill-maġġoranza tal-Prim Ministri tal-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, li l-ġimgha l-ohra ffirmaw ittra fejn wiegħdu li 'jiġġieldu d-diskriminazzjoni mmirata lejn l-kommunita LGBTIQ' fid-dawl ta' din il-leġislazzjoni tant perikoluza. Id-dikjarazzjoni kienet iffirmata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela. Hekk kif ġie maħtur n-negozjatur ewlieni tal-Parlament Ewropew, l-MEP Cyrus Engerer qal li "qiegħed jipprepara riżoluzzjoni b'saħħitha li tikkundanna l-Gvern Ungeriz taħt it-tmexxija awtokratika tal-Prim Ministru ultra-nazzjonalist Viktor Orban, fuq ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, il-valuri fundamentali Ewropej u s-saltna tad-dritt fl-Ungerija." "Ser nkun qiegħed mmexxi tim ta' Ewroparlamentari fin-negozjati ta' din ir-riżoluzzjoni, fejn ser nkunu qiegħdin insejħu lill-UE biex tieħu azzjoni legali mmedjata kontra l-Gvern Ungeriż. Din mhux l-ewwel darba li Engerer kkundanna lil Orban tal-aġir tiegħu kontra l-kommunita LGBTIQ. F'Marzu li għadda, Engerer ġie mfaħħar mill-attur u kittieb Ingliz Stephen Fry, wara li rrisponda lil Orban talli rrefera għal persuni LGBTIQ bħala 'mġienen' f'ittra mibgħuta lill-MEPs kollha. "M'hawn l-ebda post ghall-politika ta' mibegħda fl-Unjoni Ewropea. Il-fatt li Orban implementa liġi omofobika Russa fil-qafas leġislattiv tal-Unjoni Ewropea, għandu jigi kkundannat, u kkastigat," sostna Engerer. "Id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem, kemm fl-Ungerija, kemm f'Malta, kemm fl-UE, u madwar d-dinja", ikkonkluda L-MEP Malti Cyrus Engerer.
[ 3 ]
Howard Keith Debono, President tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA) ilmenta u qal li issa dawk fis-settur tal-Arti laħqu "l-limitu tal-paċenzja" fid-dawl ta' dimostrazzjoni minn naħa tagħhom li ma tħallietx issir, fl-istess waqt li tħallew isiru ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Ħamrun, liema ċelebrazzjonijiet Howard Keith qal li rrabjawh ħafna. Huwa sostna li l-problema tal-mużisċisti, artisti, djs u oħrajn mhix il-Ħamruniżi. "Ħadd mill-Arti u divertiment ma waħħal fil-Ħamruniżi għaċ-ċelebrazzjonijiet, għax żgur kien hemm il-barka biex dawn imxew 'il quddiem. Id-dilemma tagħna hija kif avveniment bħal dan mexa 'l quddiem mingħajr ma twaqqaf b'antiċipazzjoni ta' mijiet u mijiet ta 'nies li jattendu? Attivitajiet b'antiċipazzjoni ta' 1,500+ persuna ma jseħħux mingħajr ippjanar, mingħajr ma jkun hemm ftehim - uffiċjalment jew mhux uffiċjalment." Huwa sostna li dan kollu ġara fl-istess ħin illi dimostrazzjoni kkontrollata li kellha ssir illum mill-MEIA ġiet irrifjutata il-permess, ftit biss qabel seħħet. "Issa, erġgħu weħlu fl-attivitajiet tal-arti u ta d-divertiment wara li ilhom magħluqin għal 15 il-xahar," temm jgħid Howard Keith Debono.
[ 12 ]
F'artiklu li ġie ppubblikat illum fuq il-portal bl-Ingliż tal-Partit Laburista journal.mt l-eks Kunsillier u eks Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Alan Abela Wadge qal illi kif inhuma l-affarijiet bħalissa Malta partit wieħed għandha b'saħħtu li lest imexxi l-pajjiż. Abela Wadge kien qed jalludi għall-Partit Laburista, f'artiklu li fih wissa lill-PN li jekk mhux se jirriġenera, se jkun qed jiddiżintegra. Abela Wadge sostna li hu dejjem ta parir lill-partit biex jingħaqad u jirriġenera u ma joqgħodx jgħix "fil-glorja tal-passat." "Mexxi 'l quddiem l-arloġġ bi 13-il sena, minn meta l-PN rebaħ bi ftit voti (1,500) u tinduna li ma nbidel xejn. Il-PN falla milli jirriġenera fuq tant livelli. Kapijiet ġew u marru, id-direzzjoni inbidlet xi ftit drabi, imma l-problemi ppersistew," qal Abela Wadge. Huwa sostna li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, ħlief għal dawk li jsejjaħ "ftit irtokki żgħar u kożmetiċi" il-PN se jmur bi prattikament l-istess nies, filwaqt li jisħaq illi l-Partit Laburista se jmur bi tmexxija u kandidati "differenti u aħjar" minn dik tal-2017. Huwa sostna li Bernard Grech, għal xi raġuni, ma ħax id-deċiżjonijiet iebsin li qal li se jieħu fil-konfront tal-Grupp Parlamentari u temm jappella biex il-PN jieqaf jinjora l-ġenerazzjoni żagħżugħa. "Irriġeneraw, inkella se tkomplu tiddiżintegraw," wissa Alan Abela Wadge.
[ 12 ]
llbieraħ il-Kummissjoni Ewropea wieġbet b'mod pożittiv għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "End the Cage Age" li b'hekk saret is-sitt inizjattiva ta' suċċess appoġġata minn aktar minn 1 miljun ċittadin madwar l-UE. Dan wara li kważi 1.4 miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea ffirmaw petizzjoni li dehret quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat tal-Agrikoltura. Fiha huma qed jisħqu li għandha titwaqqaf il-prattika li annimali tal-irziezet jinżammu f'gaġeġ u minflok jintużaw metodi oħrajn ta' trobbija tal-annimali fl-irziezet, li huma aktar ħanina u aktar diċenti. Dan sabiex mhux biss jiġu mħarsa il-benesseri tal-annimali imma wkoll sabiex it-trobbija tkun waħda etika. Ara hawnhekk artiklu li deher fuq il-gazzetta ILLUM fuq din il-kwistjoni aktar kmieni din is-sena . Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni tistabbilixxi pjanijiet għal proposta leġiżlattiva sal-2023 biex jiġu pprojbiti gaġeġ għal għadd ta' annimali tal-irziezet. Il-proposta se tiġi bħala parti mir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali skont l-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt". B'mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni se tikkonċerna: Annimali diġà koperti mil-leġiżlazzjoni: tiġieġ tal-bajd, ħnieżer nisa u għoġġiela; Annimali oħra msemmija fl-ECI: fniek, għawwietaq, tiġieġ tat-tnissil, tiġieġ tas-simna, summien, papri u wiżż. Għal dawn l-annimali, il-Kummissjoni diġà talbet lill-EFSA (European Food Safety Authority, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) biex tikkomplementa l-evidenza xjentifika eżistenti biex tiddetermina l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-projbizzjoni tal-gaġeġ. Billi t-tmiem tal-użu tal-gaġeġ se jirrikjedi bidliet fis-sistemi tal-irziezet attwali, il-Kummissjoni qalet li se tqis l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-miżuri li għandhom jittieħdu u l-benefiċċji għall-benessri tal-annimali f'valutazzjoni tal-impatt li għandha titlesta qabel tmiem l-2022. F'dan il-kuntest, se ssir konsultazzjoni pubblika sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2022. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-fattibbiltà li taħdem lejn il-leġiżlazzjoni proposta li tidħol fis-seħħ mill-2027.
[ 3 ]
Hu ovvju li l-integrazzjoni tal-ġeneru għandha tibda bejn dawk li jfasslu l-politika tal-pajjiż eżempju l-ministri stess iżda tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-integrazzjoni tal-ġeneru waqt il-pandemija f'irwoli oħra 'l bogħod mill-Parlament. L-evidenza minn epidemiji u kriżijiet tal-passat diġà tenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-ġeneru. Kien propju dan li wassal lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex tirrakkomanda b'ħeġġa għall-inklużjoni rappreżentattiva tan-nisa fil-bordijiet tat-tfassil tal-politika kontra COVID-19. Dan jidher bħala suċċess għan-nisa u kollox jidher li hu sabiħ fuq il-karta iżda fil-prattika hemm lok għal titjib. Dan kollu ħareġ ukoll permezz ta' rapport maħruġ mill-Kumitat Ewropew għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM). Ir-rapport li jġib l-isem 'COVID-19 u l-impatt ekonomiku u l-faqar jinkludi studju li sar fuq ħames pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Sommarju tal-istudju Minkejja li l-maġġoranza tal-frontliners inkluż l-infermiera u t-tobba huma ta' sess femminili, l-istudju wera li pożizzjonjiet ogħla bħal ngħidu aħna membri ta' bords u esperti kienu l-maġġoranza meħudha mis-sess maskili. Waqt il-pandemija kull pajjiż ifforma Task Force biex jiġġieled il-pandemija. L-irġiel iddominaw dawn il-gruppi, bi 3.5% biss tal-gruppi jilħqu xi forma ta' integrazzjoni. Dan ma kienx il-każ fit-Task Force Ewropea. Fil-fehma tal-UE, l-unika pass 'il quddiem fil-kisba tal-parità bejn is-sessi fil-politika tas-saħħa jista' jsir jekk huma stess ikunu ta' eżempju. Fil-fatt it-Task Force maqgħud mill-Kummissjoni Ewropea kien kostitwit b'maġġoranza ta' nisa bil-President Ursula von der Leyen tmexxi fuq quddiem. Fl-Italja, fil-bidu tal-kriżi COVID-19, meta l-20 membru tekniku-xjentifiku għaqqad kumitat - jiġifieri, il-Comitato Tecnico-Scientifico - ma kien jinkludi l-ebda mara. Bl-istess mod, l-aġġornamenti ta' kuljum tad-Difiża Ċivili kienu ppreseduti minn irġiel biss, bl-inklużjoni ta' mara waħda li kienet l-interpretu tal-lingwa tas-sinjali. Wara l-ewwel lockdown fir-Rebbiegħa tal-2020 il-Gvern ta' Giuseppe Conte ħabbar arranġament tal-Kumitat Xjentifiku biex jinkludi sitt nisa, jiġifieri, 24% tal-kumitat kienu nisa. Madankollu, in-nisa xorta baqgħu sottorappreżentati fit-teħid tad-deċiżjonijiet b'mod ġenerali. Il-Kunsill Xjentifiku kontra l-COVID-19, fi Franza Bħall-Italja, Franza għaqqdet aktar minn kumitat wieħed ta' rispons kontra l-COVID, u ħadd minnhom ma kien ugwali bejn is-sessi. Filwaqt li l-Kunsill Xjentifiku COVID-19 kien magħmul minn 2 nisa u 8 irġiel, jiġifieri,18.2% nisa, il-Kumitat tar-Riċerka u l-Analiżi tal-Kompetenza kien magħmul minn 5 nisa u 7 irġiel jiġifieri, 41.7% nisa. Huwa interessanti li wieħed jinnota, li l-Ministru Franċiż għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Diversità u Opportunitajiet Indaqs, Elisabeth Moreno, hija mara, u Franza kienet l-unika pajjiż li introduċa b'mod immedjat, miżuri u inċentivi biex jgħinu l-ġlieda urġenti kontra l-vjolenza domestika waqt il-lockdown. Kleines Corona Kabinett, fil-Ġermanja Il-Ġermanja wkoll injorat l-integrazzjoni tal-ġeneru fil-Kabinett tal-Korona ż-Żgħira magħruf magħhom aħjar bħala Kleines Corona Kabinett. Dan il-kabinett kien magħmul minn 5 irġiel u 2 nisa, jiġifieri 28.6% nisa. Minkejja li dan il-pajjiż huwa mmexxi minn mara (Angela Merkel) għal aktar minn 15-il sena, il-Ġermanja jidher biċ-ċar li għad m'għandhiex ugwaljanza totali bejn is-sessi u dan intwera matul il-kriżi COVID-19. Il-Kunsill Mediku Pollakk It-tim ta' rispons Pollakk ġie stabbilit tard matul il-pandemija, f'Novembru tal-2020. Il-Kunsill Mediku huwa magħmul minn esperti mediċi u l-konsulent ewlieni tal-Prim Ministru għall-COVID-19, li minnhom 28% tal-membri huma nisa. Allinjat mal-isterjotipi tal-kumplament tal-UE, il-Gvern Pollakk ikkonforma grupp kostitwit minn maġġoranza ta' nisa (67% ta' nisa) li kien inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' edukazzjoni online fil-perjodi li fihom l-iskejjel ingħalqu. Il-Politika tas-Saħħa, fl-Iżvezja Fl-aħħar insibu lill-Iżvezja. Minħabba l-mod ta' kif l-Iżvezja ġġieldet il-pandemija, dan il-pajjiż ma għaqqadx tim speċifiku ta' rispons kontra l-COVID19. Madankollu, b'mod ġenerali, l-Iżvezja għandha l-ogħla rata ta' integrazzjoni tal-ġeneru fil-Parlament. Fil-fatt 47% tas-siġġijiet huma meħudha minn nisa. L-importanza tal-integrazzjoni tas-sessi fil-Gvern Żvediż fis-snin ta' qabel il-pandemija kif ukoll matul il-kriżi tal-COVID-19 tipprovdi evidenza b'saħħitha li tissuġġerixxi relazzjoni pożittiva u b'saħħitha bejn l-inklużjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjoni u t-tendenza li jiġu inklużi approċċi sensittivi favur iż-żewġ sessi.
[ 3 ]
Il-każi tal-Covid-19 fir-Renju Unit komplew jgħollu rashom b'26,000 każ ġdid illum, l-agħar ġurnata f'termini ta' numri minn Jannar, meta kienu rreġsitrati 29,079 każ. Dan filwaqt li 14-il persuna tilfet ħajjitha biex it-total ta' vittmi issa tela' għal 128,140. Minkejja dan kien innutat illi n-numru ta' mwiet issa huwa ħafna inqas minn dak ta' Jannar meta f'ġurnata kienu mietu 1,245 persuna li jissuġġerixxi allura illi r-rabta bejn il-virus u l-imwiet kompliet tiddgħajjef.
[ 10 ]
Il-bidu tal-familja Adami f'Malta jinsab lejn nofs is-seklu sbatax biż-żwieġ bejn Emmanuele de Adamo u Alaria Anna Gamberino fil-Knisja Parrokkjali ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu, il-Belt Valletta fis-7 ta' Ġunju 1649. Dan iż-żwieġ kien iż-żerriegħa li nibtet u kabbret siġra li tat frott abbundanti ta' personalitajiet illustri. Dixxendenti ta' din il-familja bdew jgħixu fl-Isla u, sa nofs is-seklu dsatax, insibu żewġ familji bil-kunjom Adami, it-tnejn jiġu minn xulxin. L-ewwel waħda nbdiet biż-żwieġ bejn Saverio Adami u Maria Scicluna, li seħħ fil-Knisja Kolleġġjata tal-Isla fl-4 ta' Frar 1812. Minn dan iż-żwieġ, tnisslu numru ta' wlied. Fosthom, kien hemm, Ġorġ, li fl-1840, wiret il-benefizzju ekkleżjali ta' zijuh, il-Kanonku Dun Ġużepp Scicluna u b'hekk sar l-ewwel kanonku bil-kunjom Adami fil-Kolleġġjata Sengleana. Wild ieħor kien Franġisk, tabib, li nvolva ruħu fil-politika. Kien hemm ukoll Tereża li, fit-12 ta' Frar 1854, fil-Kolleġġjata tal-Isla, ingħaqdet fiż-żwieġ mat-Tabib Dott. Franġisk Fenech. Kien minn ulied din il-koppja li ġie ffurmat il-kunjom Fenech Adami. Tereża u Franġisk huma l-bużnanniet ta' Dott. Eddie Fenech Adami, President Emeritu. It-tieni familja kienet dik ta' Franġisk Adami li, fit-12 ta' Lulju 1859 ingħaqad fiż-żwieġ ma' Tereża Camilleri fil-knisja ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu, l-Belt Valletta. Minn dan iż-żwieġ tnisslu disa' wlied, ilkoll mgħammda fil-Kolleġġjata tal-Isla. Fosthom, insibu lil Goffred, avukat u membru fil-Kunsill tal-Gvern, li bena l-ġenealoġija ta' familji Maltin bil-għan li jħalli dokumentazzjoni dwar l-oriġini tal-Maltin. Din il- Giuliana , magħrufa llum bħala The Adami Collection , tinsab konservata fil-Biblijoteka Nazzjonali. Żewġ ulied oħra kienu Salvinu u Ġużeppi li saru qassisin. Fis-26 ta' Diċembru 1906, Salvinu sar kanonku tal-Kolleġġjata tal-Isla billi wiret il-kanonikat tal-Kanonku Dun Ġorġ Adami. Ġużeppi, is-suġġett ta' din il-kitba, kellu jistenna ftit iżjed. Il-battisterju tal-irħam li tħallas mill-Arċipriet Adami Iben il-Belt Qatt Mirbuħa Ġużeppi twieled fl-Isla, fit-3 ta' Mejju 1868. Erbat'ijiem wara, ġie mgħammed fil-Kolleġġjata mill-Kan. Dun Franġisk Colombo, Arċipriet tal-Isla. Serva bħala abbati fil-Kolleġġjata u ta' 15-il sena, kien jgħallem lit-tfal fl-Istutut tal-knisja ta' San Ġiljan u iżjed tard f'dak tal-Oratorju tal-Kandlora, fl-Isla stess. Wara s-snin ta' formazzjoni fis-seminarju, fid-19 ta' Mejju 1894, ġie ordnat saċerdot. Fl-1895 kiseb id-dottorat fit-teoloġija mill-Università ta' Malta. Fl-istess żmien huwa ntgħażel bħala kappillan tas-Sorijiet Franġiskani fl-Isla, u bosta istituti għażluh bħala l-konfessur tagħhom. Kien ukoll direttur spiritwali ta' xi skejjel. Bħala predikatur tajjeb, mhux biss kien fost il-qassisin tal-Missjoni, imma ġie msejjaħ ukoll f'bosta knejjes ta' Malta. Kappillan f'Ħal Għaxaq Meta f'Awwissu 1902, il-Kan. Dun Ġużepp Tagliaferro spiċċa minn Arċipriet tal-Isla u sar monsinjur, Adami kien fost dawk li resqu għall-konkors ta' arċipriet tal-Isla. Iżda dakinhar, l-għażla waqgħet fuq Dun Franġisk Briffa. F'Ħal Għaxaq, f'Awwissu 1904 ingħalaq il-parrokat ta' Dun Albert Dalli u fl-1905 Dun Ġużepp Adami, sar is-suċċessur tiegħu. Fil-pront huwa ddedika ħafna minn ħinu f'ħidma pastorali b'risq l-Għaxqin. Kompla wkoll fuq fejn ħallew ta' qablu f'dak li jirrigwarda t-tisbieħ tal-knisja parrokkjali. Fost l-oħrajn, fi żmienu, il-paviment tal-knisja inkesa bl-irħam kif inhu llum. Arċipriet tal-Isla Fl-24 ta' April 1908, miet il-Kan. Dun Franġisk Briffa, l-Arċirpriet tal-Isla, ta' 46 sena. Adami reġa' ppreżenta ruħhu għall-konkors u din id-darba, l-għażla waqgħet fuqhu. Fid-29 ta' Ottubru 1908 ingħata l-pussess bħala d-disa' arċipriet tal-Isla. Adami malajr medd għonqu għax-xogħol, u kompla l-kisi tal-pilastri tal-knisja bl-irħam, mibdija mill-predeċessuri tiegħu. Fl-1911, ħa ħsieb li jsir battisteru tal-irħam u bi statwa ċkejkna fuqu ta' San Ġwann jgħammed lil Kristu. L-arċipriet innifsu ħallas għall-ispejjeż ta' dak il-battisteru. Fl-1912, fil-faċċata tal-knisja parrokkjali saru xi żidiet. Fiċ-ċentru tat-tieni ordni tagħha, li kien ta' stil Joniku, tqiegħdet statwa tal-Bambina waqt li, fin-niċeċ, tqiegħdu statwi tal-erba' evanġelisti. Fil-quċċata kien hemm is-Salvatur b'maġenbu, waħda fuq kull naħa, l-istatwi ta' Mosè u Elija. Kartolina ta' tifkira b'rikonoxximent lejn il-protagonisti fl-għoti tad-dinjità ta' Bażilika lill-Kolleġġjata Sengleana. Minn fuq: Papa Benedittu XV, Kardinal Antonju Vico, Prefett tal-Kongregazzjoni tar-Riti, Mons. Arċisqof Dom Mawru Caruana OSB, Dom Mawru Inguanez OSB u Kan. Adami ħass il-bżonn li tingħata attenzjoni liż-żgħażagħ. Għalhekk, fl-1909, Dun Ġużepp Darmanin, saċerdot magħruf għall-għerf tiegħu, fetaħ domus għaż-żgħażagħ ħdejn is-swar ta' San Mikiel. Dan il-post żviluppa u tliet snin wara sar Oratorju li ssemma għall-Papa Piju X. Fl-1912, infetaħ ċentru ieħor għaż-żgħażagħ fl-Oratorju ta' San Filippu. It-tfal ta' dik ix-xaqliba tal-Isla kienu jinġabru fih kuljum għad-duttrina. Dan beda jkun magħruf bl-isem ta' Dar iż-Żgħażagħ Piju X. Fit-30 ta' Mejju 1912, il-Kapiltu Senglean ġie mogħti l-jedd, mill-Kongregazzjoni tal-Konċilju, li jagħmel użu mill-mazza. Għal Malta, is-sena 1913 hi importanti għall-kult ewkaristiku għaliex hawn ġie ċċelebrat il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali bejn it-22 u is-27 ta' April. F'dik is-sena, il-Lega Ewkaristika tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, imwaqqfa fl-Isla fl-1908, kisbet l-approvazzjoni. Fis-16 ta' Lulju 1914, l-istess Lega ġiet affiljata mal-Arċkonfraternità ta' San Ġwakkin f'Ruma, u stagħniet b'ħafna benefiċċji spiritwali. Fl-1914, daħlet fl-Isla s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, imwaqqfa minn San Ġorġ Preca. L-ewwel ma daħlu kienu l-bniet li fetħu l-qasam tagħhom fi Triq il-Kurċifiss. Fl-1916, is-subien fetħu l-qasam fi Triq Sant' Ursola. Is-snin 1914-1918 kienu snin diffiċli li matulhom, il-gżejjer tagħna ntlaqtu mit-tbatijiet ikkawżati mill-ewwel gwerra dinjija. Għalkemm ma kienx hawn bumbardamenti, il-ħajja ma kinitx normali, u l-festi kienu sospizi. Fl-1917, kien hemm il-biża' li Malta tiġi attakkata mill-ajru, u fl-Isla, il-belt li tmiss mat-tarzna, il-biża' kien akbar. Il-gwerra ntemmet fl-1918, imma l-konsegwenzi ma spiċċawx malajr. Fis-snin ta' wara baqa' jinħass il-ġuħ. Daħal ukoll ħafna mard u fost oħrajn, kien hemm l-epidemija magħrufa bħala l-ispanjola, li kkaġunat il-mewt ta' ħafna. Fl-1919, ħafna kienu xewqana li jiċċelebraw b'solennità l-festa tal-Bambina wara nuqqas ta' erba' snin. Imma nqala' l-inkwiet tas- Sette Giugno meta s-suldati Ingliżi sparaw fuq xi Maltin u qatluhom. B'sinjal ta' luttu, il-festa esterna tal-Bambina ma saritx lanqas f'dik is-sena. Aktar kmieni, Adami bilkemm ma telaqx mill-Isla għaliex fis-26 ta' Jannar, ħa sehem f'konkors biex jiġi magħżul Kanonku Penitenzier fi ħdan il-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina. Iżda l-għażla ma waqgħetx fuqu. Inzerta li, filwaqt li Malta raddet ħajr lil Alla talli l-ġlied waqaf, fid-19 ta' Mejju, l-Arċipriet Adami feraħ flimkien mal-kapitlu, l-kleru u l-poplu tal-Isla f'egħluq il-25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fl-1 ta' Marzu 1920, l-Arċipriet Adami, formalment, ippreżenta talba lill-Arċisqof Dom Mawru Carauna OSB biex jagħmel il-kuntatti meħtieġa mas-Santa Sede biex id-devozzjoni u l-imħabba lejn x-xbieha għażiża ta' Marija Bambina tkun rikonoxxuta u mkabbra billi tiġi nkurunata f'ċerimonja solenni. Fil-31 ta' Marzu 1920, l-arċisqof ressaq rikors lill-Papa Benedittu XV. Deċiżjoni b'eżitu posittiv ittieħdet mill-Kaptilu tal-Vatikan, u b'hekk, fil-25 ta' April 1920 ħareġ ir-reskritt tant mixtieq tal-inkurunazzjoni tal-Bambina. Kolleġġjata ssir Bażilika Meta l-preparattivi għall-festa tal-inkurunazzjoni bdew mexjin sewwa, u l-entużjażmu tal-poplu tal-Isla beda kulma jmur joktor, nibtet ix-xewqa li l-Knisja Kolleġġjata tiġi elevata għad-dinjità ta' bażilika. Ħafna xtaqu li l-Bambina tiġi inkurunata f'tempju li jkun imżejjen b'ġieħ ieħor. Fil-21 ta' Settembru 1920 intbagħat rikors lill-Papa Benedittu XV, u fit-3 ta' Jannar 1921, il-Papa ħareġ l-ittri appostoliċi bl-isem Ad Perennandam Memoriam li permezz tagħhom, il-Kolleġġjata tal-Isla ġiet elevata għad-dinjità ta' Bażilika Minuri. Dawn id-dokumenti pontifiċji kitbu paġna oħra tad-deheb fl-istorja tal-Isla u b'kelmiet ċari taw lill-Kolleġġjata tal-Isla l-privileġġi kollha li jgawdu l-Bażiliċi Minuri ta' Ruma. Ritratt meħud bejn l-1921 u l-1930 li juri l-Bambina inkurunata u bl-artal quddiemha armata fil-Bażilika Inkurunazzjoni singulari Il-preparazzjoni għall-inkurunazzjoni kienet bdiet sa minn żmien il-festa tal-Bambina tal-1920. Għal tul ta' sena, fit-8 ta' kull xahar, kienet issir quddiesa bi tqarbina ġenerali u b'diskors fuq il-Madonna. Filwaqt li sar ħafna xogħol ta' tisbieħ fil-knisja, l-istess istatwa tal-Bambina ġiet indurata, u fil-libsa tagħha, saru ornamenti bil-ħaġar prezzjuż. Fis-27 ta' Mejju beda jsir ix-xogħol fuq il-bini ta' tribuna bażilikali fuq disinn u taħt id-direzzjoni tal-Perit Indri Vassallo. L-Arċipriet Adami nnifsu, fit-12 ta' Ġunju 1921, qiegħed u bierek l-ewwel ġebla tat-tribuna. Il-ġurnata stabbilita għall-inkurunazzjoni kienet l-4 ta' Settembru 1921. Il-Kapitlu tal-Vatikan iddelega lill-Arċisqof Caruana biex, dakinhar, iqiegħed il-kuruna tad-deheb fuq ras l-istatwa ta' Marija Bambina. Qabel ma bdew il-festi solenni, saret missjoni ta' tlitt ijiem biex il-poplu jitħejja aħjar spiritwalment u jifhem aktar x'kien ifisser li l-Madonna tiġi inkurunta. Nhar l-4 ta' Settembru wara nofs in-nhar, s-swar u il-bjut kollha madwar ix-xatt tal-Isla kienu mimlijin bin-nies. Il-purċissjoni bl-istatwa tal-Bambina, mill-Knisja Bażilika sax-xatt, tmexxiet mill-Arċisqof Caruana u ħadu sehem miegħu l-Isqfijiet Ġwann Marija Camilleri OESA u Anġlu Portelli OP. L-Arċisqof Caruana nnifsu, assistit miż-żewġ isqfijiet, qiegħed il-kuruna tad-deheb fuq ras Marija Bambina, b'xhieda tal-imħabba li l-Maltin u fuq kollox is-Sengleani għandhom lejha. Wara li s-surmast Paolino Vassallo kompla jmexxi l-mużika sal-ħin tal-barka sagramentali, tkanta għall-ewwel darba l-Innu tal-Inkurunazzjoni li nkiteb minn Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali, b'mużika tas-surmast Ġużeppi Caruana. Is-solennità straordinarja tal-inkurunazzjoni ta' Marija Bambina ma ntnesiet qatt. Ċertament, hija l-akbar u l-isbaħ ġrajja li seħħet fil-parrokat tal-Arċipriet Adami; waħda minn dawk il-ġrajjiet li bdew u baqgħu jiġu rrakkontati minn ġenerazzjoni għal oħra. L-irħama intersjata u epitaff fuq il-qabar ta' Mons. Adami fil-Katidral tal-Imdina Għeluq ta' parrokat twil Fl-1926, il-Kan. Dun Ġużepp Adami kien ilu 18-il sena jmexxi l-parroċċa tal-Isla. Kien żmien ta' sodisfazzjon li żgur imlielu lill-qalbu bil-ferħ. Hu stinka biex il-Kolleġġjata ssir Bażilika u Santwarju bl-inkurunazzjoni solenni tal-istatwa ta' Marija Bambina. L-aħħar ħames snin tal-parrokat tiegħu kellhom togħma ftit morra għaliex id-djoċesi ma ħaditx pożizzjoni soda kontra dawk li ma ridux jaċċettaw il-preċedenza li kienet tistħoqq lill-Bażilika Sengleana. Fl-10 ta' Diċembru 1926, hu nnifsu, ħabbar lil sħabu l-kanonċi li l-ħidma tiegħu bħala arċipriet kienet waslet fi tmiemha għaliex kien ġie nnominat Monsinjur Koadjutur ta' Mons. Sidor Formosa, il-fundatur tas-Sorijiet Ursolini ta' Sant'Agata Merici. Adami ngħata l-pussess ta' monsinjur fis-27 ta' Jannar 1927. Bħala monsinjur, hu kien joqgħod ir-Rabat, fejn miet fil-11 ta' Diċembru 1930, ta' 62 sena. Il-funeral sarlu l-għada fil-Katidral tal-Imdina fejn ġie midfun.
[ 2 ]
It-tnedija tal-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija huwa pass ieħor lejn it-tnedija tal-prosperita' ġdida. L-istrateġija nazzjonali m'hijiex l-istrateġija ta' Ministeru wieħed jew ta' grupp ta' esperti li twaqqaf taħt Ministeru wieħed. Minflok huwa xogħol ta' Kabinett sħiħ, ta' Gvern sħiħ li flimkien ħdimna flimkien biex ħloqna strateġija li se tkun il-pedament għall-ħolqien ta' Malta t'għada. Bis-saħħa tal-ħidma li wettaqna flimkien ħloqna strateġija li qed tara lil pajjiżna jkun wieħed sigur, f'saħħtu u għani, mibni fuq il-prinċipji ta' ugwaljanza, governanza tajba u żvilupp sostenibbli, lest biex iħaddan it-transizzjoni ekoloġika u diġitali sabiex itejjeb il-benesseri tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u t'għada. Fis-sies ta' din il-viżjoni hemm il-ħames pilastri ewlenin li jiggwidaw lill-Gvern fil-ħidma li qed nagħmlu għall-futur - il-kwalità tal-ħajja, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-governanza tajba u l-ambjent. Komponent ieħor importanti huwa l-feedback li smajna mingħand in-nies. Din ridnieha li tkun strateġija għan-nies u kien għalhekk li f'Mejju li għadda ddedikajna xahar sħiħ ta' konsultazzjoni fuq l-oqsma tematiċi ewlenin li jservu bħala bażi tal-istrateġija nnifisha. Ma rridux li din l-istrateġija tkun waħda sabiħa u tajba imma li tibqa' biss fuq il-karta. L-implimentazzjoni hi c-ċavetta tas-suċċess u hu għalhekk il-Kabinett ħa d-deċiżjoni li l-Kumitat ta' Tmexxija għal din l-istrateġija jsir il-Kumitat, li id f'id mal-Uffiċju tal-Kabinett, f'koordinazzjoni mad-diversi Ministri jara li d-diversi inizjattivi taħt din l-istrateġija jiġu implimentati. Diġa sar eżerċizzju, bi qbil mal-Ministeri nfushom, fejn ġew identifikati l-Ministeri li għandhom ir-responsabbilita' Ii jimplimentaw id-diversi inizzjattivi taħt l-istrateġija skont id-dekasteru u l-istrateġija nnifisha li tgħid li l-inizjattivi għandhom jinbdew jew jiġu indirizzati, skont il-każ, f'perjodu ta' tliet snin. Hi bl-implimentazzjoni li strateġija tieħu l-ħajja. Din l-istrateġija qed tħares lejn il-futur billi twieġeb tliet domandi ewlenin: Kif nistgħu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja u l-benesseri? Kif se nsostnu n-negozju u l-impiegi u nixprunaw irkupru b'saħħtu? Kif se nibqgħu reżiljenti u kompetittivi? Hija twieġeb dawn it-tliet domandi billi għal kull domanda tippreżenta erba' oqsma tematiċi, li min-naħa tagħhom iwelldu total ta' 114-il inizzjattiva. Nixtieq ħafna li nagħti togħma ta' dak li qed tgħid l-istrateġija: 1) Kif nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja u l-benesseri? Il-pandemija wrietna biċ-ċar l-importanza tas-saħħa u l-benesseri. Il-prijorità immedjata tagħna hija li nikkontrollaw u nipprevjenu l-virus, imma rridu wkoll insaħħu l-benesseri taċ-ċittadini fit-tul, pereżempju billi nħeġġu lin-nies jieklu aħjar, jagħmlu iktar eżerċizzju, u jitkellmu fil-beraħ dwar kwistjonijiet ta' saħħa mentali. Filwaqt li nagħrfu l-irwol essenzjali li għandu l-ambjent urban u naturali pjaċevoli, is-saħħa, l- kuntentizza u l-kwalità tal-esperjenza turistika li noffru, se naddottaw approċċ aktar koeżiv, sostenibbli u li jħares 'il quddiem, pjanar u żvilupp li jikkumplimenta l-ibliet u l-wirt kulturali tagħna, jipproteġi u joħloq spazji ħodor pubbliċi, u jsaħħaħ l-infrastruttura biex iċ-ċikliżmu u l-mixi jkunu sikuri u pjaċevoli. Evalwazzjoni tal-impatt sħiħ tal-pandemija fuq is-soċjetà Maltija hija biċċa xogħol imdaqqsa imma essenzjali. Se nniedu studji dettaljati biex nifhmu x'għajnuna jeħtieġu partijiet differenti tas-soċjetà u kif l-aħjar li nipprovduha. Se nappoġġjaw ukoll lill-istudenti biex ilaħħqu mat-tagħlim li tilfu. Sabiex inżommu l-ispirtu ta' komunità li kien prominenti matul il-pandemija, l-istrateġija tagħna se trawwem il-koeżjoni u l-ekwità soċjali fis-soċjetà Maltija kollha, pereżempju billi nagħtu lil persuni vulnerabbli aċċess akbar għal opportunitajiet ta' taħriġ u impjieg u bit-tisħiħ ta' programmi ta' integrazzjoni fid-dawl tal-irwol essenzjali tal-ħaddiema migrant, s-sistema tal-kura tas-saħħa tagħna u -ekonomija inġenerali. 2) Kif se nsostnu n-negozju u l-impjiegi u nixprunaw irkupru b'saħħtu? L-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Gvern, f'livelli bla preċedent, żamm lil ħafna kumpaniji fil-wiċċ u lil eluf ta' ħaddiema impjegati matul il-pandemija. Issa wasal iż-żmien li ngħinu lin-negozji jibdew mill-ġdid, jirristrutturaw u jittrasformaw l-operat tagħhom lejn mudell aktar sostenibbli, permezz tal-adozzjoni ta' teknoloġiji diġitali u nodfa. Se niżguraw li Malta tħaddan din it-tranżizzjoni billi niżviluppaw programmi li jiggwidaw u jappoġġjaw lin-negozji u lill-ħaddiema biex ikunu lesti għall-futur. Se nwettqu ri-orjentazzjoni u integrazzjoni tal-politika tal-edukazzjoni, tal-impjiegi u dik ekonomika, se nimmodernizzaw il-kurrikuli edukattivi u ninkoraġġixxu programmi ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet biex nattrezzaw il-ħaddiema preżenti u futuri tagħna bil-ħiliet tas-seklu 21 li huma meħtieġa biex nisfruttaw impjiegi mħallsa aktar u li jagħtu valur miżjud. Il-politika u l-investiment se jkunu l-pedament ta' aġenda ta' innovazzjoni li tagħti prijorità lis-soluzzjoni ta' problemi konkreti li huma importanti għas-soċjetà Maltija u li twassal għal riżultati ċari. Se naġevolaw kollaborazzjoni bejn il-pubbliku u l-privat, billi naħdmu mill-qrib mal-industrija biex niżviluppaw riċerka u żvilupp (R&D), clusters ta' għarfien speċjalizzati u sħubijiet edukattivi ma' kumpaniji ewlenin ta' investiment dirett barrani (FDI); u se niffaċilitaw l-investiment tan-negozju s-setturi kollha tal-ekonomija u nwasslu l- finanzjament għand start-ups li jistgħu jikbru malajr u jbigħu lis-suq globali. Ekonomija progressiva tista' tinbena biss fuq pedament responsabbli lejn l-ambjent. Malta għandha mira ta' newtralità karbonika sal-2050, kif ukoll impenn lejn l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tan-NU u l-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. Se nsegwu din l-aġenda billi ninvestu f'enerġija rinnovabbli u f'infrastruttura ta' enerġija nadifa, u billi nistabbilixxu ekonomija ċirkolari fejn ir-riżorsi huma apprezzati u l-iskart jitnaqqas. Se noħolqu wkoll sensiela ta' proġetti ta' investiment ekoloġiku u nisfruttaw id-daqs żgħir tagħna biex nippruvaw soluzzjonijiet ta' teknoloġija tal-karbonju. 3) Kif se nibqgħu re ż iljenti u kompetittivi? Huwa importanti li nitgħallmu mill-pandemija u nieħdu azzjoni biex intejbu l-kapaċità ta' Malta li tirrispondi għal kriżijiet futuri. Se ntejbu l-kapaċitajiet ta' rkupru minn diżastri u nistabbilixxu pjanijiet fit-tul għal konnettività aktar robusta bil-baħar, bl-art, bl-ajru, tal-enerġija u dik diġitali. Se nibdew nirrimedjaw il- finanzi pubbliċi, li kienu taħt pressjoni qawwija matul il-pandemija, u noħolqu qafas għat-twaqqif u l- finanzjament ta' fond għall-irkupru minn diżastri li jista' jipprovdi xibka ta' sikurezza s-snin li ġejjin. Ir-reżiljenza għal xokkijiet futuri tiddependi wkoll fuq il-protezzjoni tar-riżorsi naturali tagħna – kwistjoni li hija ta' tħassib kbir għaċ-ċittadini. Se niffukaw fuq edukazzjoni sistematika, il-konservazzjoni u l-bidla lejn stil ta' ħajja iktar sostenibbli f'armonija mal-ambjent għall-benefiċċju ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Se npoġġu wkoll l-ekoturiżmu u l-wirt l-qalba tal-esperjenza turistika li toffri Malta. Il-pandemija wriet biċ-ċar kemm hu importanti li s-soċjetà taħdem imkien biex jiġu segwiti regolamenti żviluppati -interess komuni. Se nsawru sens akbar ta' responsabbiltà kollettiva, ibbażat fuq prinċipji ta' governanza tajba, trasparenza u kontabbiltà. Dan i sser li nrawmu kultura ta' mġiba etika, mill-età tal-iskola 'l fuq, biex niżguraw li l-membri kollha tas-soċjetà jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-ġid komuni. Irridu wkoll niżguraw li kull individwu u negozju jkollu aċċess ugwali għat-teknoloġija diġitali, biex intejbu l-mod kif ngħixu u naħdmu. Għal dan il-għan ser ninvestu f'infrastruttura robusta, filwaqt li nappoġġjaw lill-adulti, b'mod partikolari l-anzjani, biex jiżviluppaw il-ħiliet diġitali li għandhom bżonn f'soċjetà moderna. Din hi l-Malta aħjar li rridu nibnu flimkien f'dinja mibdula ta' wara l-pandemija.
[ 11, 12 ]
Uħud ma kinux qed jistennew li Malta tiżdied fuq il-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF). Il-kitba, iżda, ilha fuq il-ħajt għal bosta żmien. Sfortunatament il-linġwaġġ tal-governanza tajba ma jinftiehemx minn kulħadd. B'mod partikolari, min l-unika valur li jifhem fih hu dak tal-flus, ftit li xejn ser jifhem u jagħti kaz. Uħud donnhom jgħixu kontinwament fid-dellijiet. Donnhom jippreferu li jinsatru fid-dell tal-kważi anonimità. It-taħwid f'dan it-tip ta' ambjent hu ferm iktar faċli. Skond rapporti fil-media, l-awditur intern tal-Awtorità tal-Artijiet, Charlene Muscat, qed tingħata l-ġenb u ġiet miżmuma milli taqdi r-responsibbiltajiet tagħha. Qed jingħad li dan ilu jseħħ numru ta' xhur. Wara li ħejjiet rapport kritiku dwar ħidmet l-Awtorità tal-Artijiet issa ser tispiċċa trasferita x'imkien ieħor fis-servizz pubbliku. Charlene Muscat, li kienet ġurnalista mal-One kif ukoll hi ex-Sindku Laburista tal-Imqabba kienet impjegata biex tiffaċilita l-governanza tajba fl-Awtorità tal-Artijiet u dan billi tagħmel il-verifiki interni ta' ħidmet l-awtorità. Ġiet miżmuma milli tagħmel xogħolha billi, fost oħrajn ma tħallietx tattendi laqgħat tal-Bord u nżammilha aċċess għall-files meħtieġa biex tagħmel xogħolha. Fi ftit kliem xi ħadd iddeċieda li xogħol l-awditur intern ma kienx iktar meħtieġ. Nifhem dan xi jfisser għax dan għaddejt minnu jiena ukoll f'ċirkustanzi oħra xi żmien ilu. Dan hu eżempju ieħor ta' Gvern li jgħid ħaġa u jagħmel oħra: jikkuntrasta ma dak kollu li ntqal dwar il-posizzjoni ta' Malta fuq il-lista l-griża tal-FATF. Il-Prim Ministru Robert Abela ilu jxerred id-dmugħ tal-kukkudrilli dwar kemm Malta ġiet ittrattata ħażin meta tqegħdet fuq din il-lista l-griża, għax ma ħaqqiex hekk. Imbagħad, fl-istess ħin il-Gvern tiegħu stess jirreżisti proċessi ta' verifika trasparenti, tant essenzjali biex tkun assigurata governanza tajba. Mingħajr governanza tajba, trasparenza u kontabilità, ftit hemm ċans li neħilsu minn pożizzjoni fuq il-lista l-griża! L-Awtorità tal-Artijiet twaqqfet ftit wara li tfaċċa l-iskandlu Gaffarena, bħala rimedju għat-taħwid li kien tfaċċa dakinnhar. Għad hemm lok għal bosta spjegazzjonijiet anke dwar dan, għax il-ħolqien tal-Awtorità jidher li ma solviet xejn, għax min jitwieled tond, ma jmutx kwadru. Dak li kien CEO tal-Awtorità tal-Artijiet, James Piscopo, kien warrab mill-kariga tiegħu ftit inqas minn sena ilu. Il-kuntratt tiegħu ma kienx ġie mġedded, u dan meta bdew jissemmew numru ta' allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu. Kien intqal li t-taqsima tar-reati ekonomiċi fil-korp tal-Pulizija kienet qed tinvestiga numru ta' tranżazzjonijiet offshore. Investigazzjoni kumplessa li jekk u meta tkun konkluża setgħet possibilment titfa' dawl fuq bosta ħwejjeġ. Dak li kien skrivan mal-Air Malta għad hemm bosta ħwejjeġ x'jispjega! Iil-qarrejja bla dubju jiftakru x'għadda bejn is-sidien tal-Lukanda Fortina u l-Awtorità tal-Artijiet. Kif art pubblika li oriġinarjament ngħatat b'kundizzjonijiet favorevoli għat-turiżmu spiċċat tiġi żviluppata b'mod spekulattiv għal ufiċċini u appartamenti. Żvilupp li qed iwassal għal qliegħ ta' miljuni, a spejjeż tal-kaxxa ta' Malta. S'issa għad mhux ċar kif dan seħħ u min kien responsabbli biex ippermettieħ. L-Awtorità tal-Artijiet għad trid tispjega x'ġara eżattament. Fid-dell, kważi mistura, hemm numru ta' interessi kummerċjali marbutin flimkien. Interessi li nifhem li bdew ifeġġu fuq l-iskrijn tal-komputer ta' dik li kienet l-awditur intern tal-Awtorità tal-Artijiet. L-ispjegazzjonijiet iżda qatt ma ngħataw. Meta nħolqot l-Awtorità tal-Artijiet, flok dak li kien id-Dipartiment tal-Artijiet, kien intqal b'ħafna pompa li ser tiddaħħal iktar serjetà fl-amministrazzjoni tal-art pubblika. Ma kienx ser ikollna iktar "King tal-Lands", għax kollox kien ser jgħaddi f'idejn ir-Repubblika! Fir-rapporti annwali tal-Awtorità tal-Artijiet hu emfasizzat li din hi mibnija fuq prinċipji sodi: fuq sens ta' ġustizzja, kontabilità u trasparenza. Probabbilment li dik li kienet awditur intern ma taqbel xejn ma dan!
[ 11, 12 ]
Il-General Workers' Union għaddiet kważi 300 applikazzjoni ta' persuni li qed jitolbu kumpens minħabba li meta kienu jaħdmu fit-Tarzna ġew esposti għall-asbestos għad-detriment ta' saħħithom. L-asbestos jista' jwassal għal kanċer terminali hekk kif it-trab li jikkawża jidħol fil-ġisem u ma jkunx jista' joħroġ. Meta persuna tkun esposta għall-asbestos għal snin, dan iwassal għal infjammazzjoni, ħsara fil-ġenetika u f'xi każi anke kanċer agressiv u mard fil-pulmun. Fost l-aktar ħaddiema li kienu esposti għall-asbestos kienu dawk tat-Tarzna, li fl-aħħar Baġit kienu mwegħda kumpens mill-Gvern - li sa qabel għaddiet għand il-Palumbo kien l-impjegatur ta' dawn il-ħaddiema. Kien Jesmond Marshall li jmexxi t-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU li żvela mal-ILLUM in-numru ta' applikazzjonijiet li l-unjin għaddiet għal għand il-Gvern fl-aħħar ta' Mejju li għadda. Minn dakinhar imbagħad beda l-proċess biex ikun stabbilit min minn dawn il-madwar 300 ħaddiem huma eliġibbli għal kumpens mill-Gvern. Huwa saħaq ma' din il-gazzetta illi filwaqt li jifhem li hemm ċerta stennija, pero' jfakkar li l-proċess huwa twil filwaqt li jfakkar ukoll li l-GWU ilha taħdem għall-ħaddiema tat-tarzna sabiex huma jew qrabathom jieħdu kumpens. 'Kull każ li ressaqna fl-Istati Uniti, ħadna kumpens tiegħu' "Aħna qed inressqu l-każi fl-Istati Uniti - minħabba li ħafna mill-vapuri li ġew hawnhekk kienu Amerikani - u kull każ li tellajna ħa kumpens," sostna Marshall mal-ILLUM. Huwa qal iżda li ħafna mill-kumpaniji jew fallew jew inkella jinsabu f'qagħda finanzjarja mwiegħra, għalhekk il-unjin qed tressaq dawk il-każijiet ta' persuni li żviluppaw kanċer minħabba l-asbestos biss. "Imma kull każ li ftaħna ħadna kumpens tiegħu, naturalment kull każ għalih skont is-severità u skont it-tip ta' tumur li jiżviluppa. Hemm każi li ħadu $100,000 u oħrajn li ħadu $75,000 - b'terz imur għand l-avukat u minn dan kollu l-unjin ma tieħu xejn," spjega Marshall ma' din il-gazzetta. Huwa qal illi fil-każ ta' Malta imbagħad avukat ressqet xi każi kontra l-Gvern Malti, bħala l-impjegatur ta' dawn il-ħaddiema, apparti li kien hemm ukoll il-każi quddiem il-Qorti Ewropea li ordnat kumpens differenti, lil ħaddiema differenti skont il-ħaddiema u s-severità tal-każ. Nhar il-25 ta' Jannar 2019, 17-il eks impjegat tat-Tarzna kienu ordnati jitħallsu €3,000 bħala kumpens mingħand il-Gvern minħabba li għamlu żmien twil esposti għall-asbestos, mill-Qorti Maltija Hekk kif allura ħaddiema oħrajn xtaqu li jiġu kkumpensati wkoll, fil-Baġit tal-2021 il-Gvern ħabbar kumpens. "Bħala employer ta' dawn l-eks ħaddiema, il-Gvern qed jistenna li meta jkollu l-fatti kollha f'idejh, jasal għal kumpens li għandu jagħti lil dawn il-persuni jew il-werrieta tal-eks impjegati," kien ħabbar l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Marshall irrimarka li l-unjin setgħet marret il-Qorti b'kull każ individwali, "imbagħad forsi xi darba kienet tinqata'. Minflok iltqajna mal-Gvern li kif għidtlek se jkun qed jiddeċiedi min ħaqqu u min ma ħaqqux jingħata kumpens." Huwa qal mal-ILLUM li qed jistenna li din il-kwistjoni tkun riżolta sal-aħħar tal-2021. Marshall spjega kif sfortunatament il-pandemija tawlet u kkumplikat l-affarijiet li kienu diġà xi ftit jew wisq burokratiċi - bħal meta persuna trid iġġib l-istorja ta' saħħa tal-familja tagħha per eżempju jew saħansitra biex qarib ta' eks-ħaddiem tat-Tarzna jikseb iċ-ċertifikat tal-mewt, meta l-persuna tkun ilha aktar minn 10 snin li mietet. Ifakkar li wara 10 snin minn mewt ta' persuna d-dipartimenti tal-Gvern, ineħħu ħafna mid-dokumenti, inkluż iċ-ċertifikat tal-mewt. "Ovvjament jiena ridt naċċerta li kull każ li se nressqu huwa wieħed ġenwin u każ b'saħħtu u fejn ġew nies għandi b'każ li ma kienx b'saħħtu tlabt għal aktar dokumenti," temm isostni Jesmond Marshall. Apparti d-deċiżjoni tal-Qorti Maltija fl-2019, il-Qorti Ewropea Għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2014 kienet sabet illi l-Gvern kiser id-dritt tal-ħajja u d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, meta falla milli jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà ta' 21 eks ħaddiem tat-Tarzna li għal ħafna snin kienu esposti għall-asbestos. Fid-deċiżjoni tagħha il-Qorti Ewropea ordnat li l-Gvern iħallas €226,000 f'kumpens lil dawn il-21 persuna - li kollha sofrew minn kundizzjonijet u li wieħed minnhom saħansitra miet minħabba kanċer relatat mal-asbestos. Fi Frar li għadda l-gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' eks ħaddiem tat-Tarzna li kien appella lill-Gvern biex jgħaddi dan il-kumpens. "Dawn l-eks ħaddiema tat-Tarzna ħsara rreparabbli fil-pulmun saritilhom ta, mhux fl-ucuħ tar-raba … l-eks ħaddiema tat-Tarzna qed jistennew ġustiżżja għax għandhom dritt legali u għax il-Gvern kien naqas li jipprovdi dak kollu meħtieg biex jiġu protetti mill-asbestos, ladarba hu kien responsabbli mit-Tarzna," kompla jgħid dan l-eks ħaddiem. Huwa kien appella biex il-Gvern jagħraf malajr kemm jista' jkun x'inhi l-priorità u jieħu kunsiderazzjoni tal-fatt li ħafna eks ħaddiema tat-Tarzna ma jifilħux jistennew minħabba l-età.
[ 12 ]
It-tfal tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Dom Mintoff Yana Mintoff u Anne McKenna ddiżassoċjaw lilhom infushom mill-bijografija ta' Patri Mark Montebello li jgħidu illi huwa mimli "ineżattezzi, allegazzjonijiet mhux sostanzjati, gideb u xnigħat." Huma qalu illi dan il-ktieb fih materjal li skont huma ma jirriflettix il-verità u jidħol fil-ħajja privata ta' ħafna nies, li jsejħulu "immorali u mhux etiku." Fosthom il-ktieb jidħol f'dettalji dwar il-ħajja tal-familja u l-ħajja sesswali tal-eks Prim Ministru u anke dik matrimonjali. Yana Mintoff u oħtha jilmentaw illi fl-ebda ħin ma kienu kkonsultati dwar din il-bijografija jew għallinqas mogħtijin l-opportunità li jarawha. "L-uniku intervista minn Montebello kienet snin ilu ma' Anne, li waqqfitha minħabba li lmentat dwar l-approċċ ta' Montebello waqt l-intervista," jisħqu fl-istqarrij tagħhom.
[ 12 ]
Toni Kroos bi kliem ta' ringrazzjament wara li ħabbar l-irtirar tiegħu Wara li ħabbar l-irtirar tiegħu minn mat-team nazzjonali Ġermaniż, il-player ta' nofs il-ground Toni Kroos kiteb fil-profil tiegħu fuq Instagram filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li tawh il-kuraġġ fis-snin li għaddew speċjalment meta libes il-flokk ta' Die Mannshaft. Kroos ma naqasx li jsemmi d-diżappunt tal-eliminazzjoni tat-team nazzjonali Ġermaniż wara t-telfa kontra l-Ingilterra fejn sostna li xtaq jilgħab 109 darba minflok 106 sabiex jasal sal-aħħar tal-kompetizzjoni. Minkejja kollox, Kroos qal li issa se jkun qed jikkonċentra fuq il-klabb tiegħu Real Madrid sabiex flimkien jiksbu l-objettivi tant importanti speċjalment li jkunu l-aqwa tim fi Spanja. Finalment hu semma' wkoll il-familja tiegħu u filwaqt li qal li din ma kinitx deċiżjoni faċli, ried ikollu ftit iktar ħin mal-mara u t-tfal li issa m'għadhomx daqshekk żgħar.
[ 15 ]
Willian se jkun qed itemm l-avventura tiegħu ma' Arsenal Il-player internazzjonali Brażiljan Willian se jkun qed itemm l-avventura tiegħu ma' Arsenal. Il-winger Sudamerikan ftit ħalla impatt fl-Emirates Stadium, bil-coach Mikel Arteta li nfurmah li m'għandux postu fl-ewwel ħdax tal-Gunners. Dawn tal-aħħar jixtiequ jċeduh lil xi klabb ieħor għalkemm mhux se tkun biċċa xogħol faċli hekk kif il-plejer qed jitlob somma ferm għolja. Willian għandu 32 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma' Corinthians, Shaktar Donetsk, Anzhi Makhachkala u Chelsea. Fl-istess waqt hu deher ukoll 70 darba mat-team nazzjonali Brażiljan filwaqt li skorja disa' goals. Sadanittant Willian hu tal-fehma li m'għandux idum sabiex isib club kif jixtieq hu u tenna l-importanza li jilgħab b'mod regolari.
[ 15 ]
Dominic Calvert Lewin dalwaqt se jtemm l-avventura tiegħu ma' Everton L-avventura tal-attakkant Ingliż Dominic Calvert Lewin ma' Everton riesqa lejn it-tmiem. Fil-fatt ħarġet l-aħbar li xi diriġenti ta' Manchester United dehru f'Goodison Park fit-tentattiv li jippruvaw jipperswadu lill-plejer. Calvert Lewin ilu ma' Everton għal dawn l-aħħar ħames snin fejn skorja 40 gowl f'147 partita mat-Toffees. Hu lagħab ukoll ma' Sheffield United, Stalybridge Celtic u Northampton Town. Il-plejer ta' 24 sena jrid li jkollu football aktar regolari aktar milli jispiċċa dejjem fuq il-bank tas-sostituti. Hu lagħab 10 partiti mat-team nazzjonali Ingliż filwaqt li skorja erba' goals.
[ 15 ]
Nirien kbar qerdu 90% tal-villaġġ li rreġistra l-ogħla temperatura ġewwa l-Kanada Ritratt: Ken White Nirien estensivi spiċċaw biex ħarqu 90% tal-villaġġ li rreġistra l-ogħla temperatura ġewwa l-Kanada. In-nirien kkawżaw ħsarat estensivi lill-villaġġ Lytton, fil-British Columbia, u lill-infrastruttura tal-madwar. Is-sindku ta' Lytton qal li kien hemm nar kullimkien u sfortunatament mhux se jibqa' ħafna minn Lytton. Aktar qabel huwa kien ordna lin-nies biex jevakwaw u qal li n-nirien infirxu fir-raħal f'temp ta' 15-il minuta biss. Din il-ġimgħa dan il-villaġġ irreġistra l-ogħla temperatura fil-pajjiż li laħqet it-temperatura ta' 49.6C (121.3F).
[ 10 ]
Il-varjant Delta ikompli jinfirex fil-Ġermanja u ġewwa Franza Il-każijiet tal-varjant Delta qed ikomplu jinfirxu sew madwar l-Ewropa. Dan qed joħloq tħassib fejn hemm anke pajjiżi li qed jikkunsidraw li jdaħħlu restrizzjonijiet ġodda anki fl-ivvjaġġar. Dan il-varjant qed jinfirex b'mod mgħaġġel fi Franza u l-Ġermanja. Filfatt il-varjant Delta tal-Covid-19 ikkawża mal-20% tal-każijiet ġodda fi Franza fl-aħħar jiem. Jekk nieħdu l-Ġermanja naraw li n-numru ta' każijiet ikkawżati mill-varjant Delta żdiedu b'aktar mid-doppju f'temp ta' ftit jiem. Kien il-Ministru Franċiż għas-Saħħa, Olivier Veran li ddikjara li l-persentaġġ tal-każijiet ġodda kkawżati mill-varjant Delta kie qiegħed jiżdied. Filwaqt li l-ġimgħa l-oħra 10% tal-każijiet il-ġodda kienu tal-varjant Delta, din il-ġimgħa 20% tal-każijiet ġodda huma tal-varjant Delta. Mill-banda l-oħra issemma kif sa nofs Ġunju il-varjant Delta kkawża 36% tal-każijiet ġodda fil-Ġermanja. Fil-ġimgħa ta' qabel, 15% tal-każijiet kienu ġejjin mill-varjant Delta, li nstab l-ewwel fl-Indja. Irid jingħad li dan il-varjant qed jinfirex sew għax jittieħed iktar malajr. Ir-rata ta' infezzjoni b'dan il-varjant hija 40% iktar minn dik misjuba għall-varjant tar-Renju Unit. Hu previst li sa nofs is-sajf dan il-varjant ikun żdied sew f'ħafna pajjiżi.
[ 10 ]
Tmut tifla Ukrena ta' 10 snin b'ġisem ta' persuna ta' 80 sena Ritratti: Dina Khimich Artista ta' għaxar snin mill-Ukrajna mietet minħabba kundizzjoni estremament rari li tissejjaħ 'progeria'. Din il-kundizzjoni tikkawża li l-ġisem jixjieħ b'mod prematur. Tant huwa hekk li minkejja li Iryna 'Irochka' Khimich kellha biss għaxar snin, minħabba din il-kundizzjoni ġenetika ġisimha kien qisu ta' persuna ta' madwar 80 sena skont it-tobba. It-tifla, mill-Vinnytsia, li kienet ta' ispirazzjoni, kienet tiġbor il-flus għat-trattament tagħha stess billi tbigħ l-opri tal-arti li kienet tpitter. It-tobba qalu li kull sena ġisimha kien jixjieħ kważi għaxar snin, u kienet l-istess kundizzjoni li kkawżat li tmut qabel ma setgħet ittir lejn Boston fl-Istati Uniti biex tkun tista' tieħu l-kura għall-kundizzjoni tagħha. Tfal b'din il-kundizzjoni ġeneralment jidhru normali mat-twelid. Matul l-ewwel sena mbagħad jibdew juru sinjali u sintomi fosthom żvilupp bil-mod u telf ta' xagħar. Problemi tal-qalb jew puplesiji huma l-kawża eventwali tal-mewt f'ħafna tfal b'din il-kundizzjoni. Skont klinika internazzjonali, tfal b'din il-kundizzjoni jgħixu medja ta' madwar 13-il sena, iżda xi wħud minnhħm jgħixu wkoll sa 20 sena.
[ 10 ]
Sergio Ramos ċaħad lil Man Utd biex jingħaqad ma' Paris SG Id-difensur ċentrali ta' esperjenza, Sergio Ramos, ċaħad offerta ta' kuntratt attraenti minn Manchester United biex jingħaqad ma' Paris Saint-Germain. Dan il-player ta' 35 sena huwa disponibbli bi free transfer dan is-sajf, wara li telaq minn Real Madrid wara li skada l-kuntratt tiegħu, u PSG jingħad li jinsabu viċin li jiffirmawh. Man United kienu lesti li jagħtu lil Ramos kuntratt ta' sena li jiswa £200,000 fil-ġimgħa, bl-għażla tat-tieni staġun f'Old Trafford. Madankollu, l-Ispanjol irrifjuta l-offerta mill-club immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer, peress li l-isfida ta' PSG kienet iktar attraenti minkejja l-pagi aktar baxxi offruti. Jingħad li r-Red Devils huma ħerqana li jiffirmaw żewġ difensuri ċentrali ġodda dan is-sajf, b'Raphael Varane ta' Real Madrid u Pau Torres ta' Villarreal it-tnejn qed jiġu meqjusa bħala miri. Arsenal dan l-aħħar ukoll ġew ikkreditati b'interess f'Ramos iżda jidher li tilfu lil da nil-player għas-spejjeż tal-ġganti Franċiżi, li qed jippjanaw tieqa tat-trasferimenti impenjattiva qabel l-istaġun li ġej.
[ 15 ]
FIĊ-ĊINA: Ma ċċedix għall-pressjoni tal-awtoritajiet biex jgħaddu triq minflok darha Fiċ-Ċina, proprju f'Guangzhou, għal għaxar snin sħaħ, mara ma ċeditx għall-pressjoni tal-awtoritajiet li riedu jgħaddu triq minflok id-dar tagħha. Fil-fatt it-triq li riedu jibnu l-awtoritajiet spiċċat biex daret madwar id-dar tal-mara. Liang, sid id-dar, irrifjutat numru ta' offerti li għamillha l-iżvilupattur.
[ 10 ]
Barcelona jtemmu kull interess f'Aymeric Laporte Barcelona ddeċidew li jċedu l-insegwiment tagħhom tad-difensur ċentrali ta' Manchester City, Aymeric Laporte. L-internazzjonali Spanjol kien qed jiġi utilizzat fi rwol ta' rotazzjoni fl-istaġun li għadda minħabba l-forma ta' John Stones u Ruben Dias, li wassal għal suġġerimenti ta' trasferiment x'imkien ieħor dan is-sajf. Barcelona – li diġà akkwsiatw lill-ex difensur ta' Man City Eric Garcia bi free transfer – kienu marbuta b'mod qawwi li setgġu jagħmlu offerta għal Laporte, minkejja rapport riċenti li qal li City jqisuh bħala inċedibbli. Issa, minħabba l-kwistjonijiet finanzjarji dokumentati sew tagħhom, il-Blaugrana temmew l-interess tagħhom fl-ex player ta' Athletic Bilbao, kif ukoll f'Matthijs de Ligt ta' Juventus. Laporte deher biss 16-il darba fil-Premier League fl-istaġun li għadda – fejn beda 14 minn dawk il-logħob – u ma lagħabx minuta waħda fil-kwarti tal-finali, fis-semi-finali jew fil-finali taċ-Champions League. Il-player ta' 27 sena qed ikun player integrali għal Spanja fil-Euro 2020, fejn lagħab kull minuta għalihom qabel ma La Roja qed jippreparaw biex jiffaċċjaw lill-Italja fis-semi-finali.
[ 15 ]
LEN Kampjonati Ewropej tal-Għawm Artistiku Junior – It-Tieni Jum Il-Ħamis 1 ta' Lulju komplew il-Kampjonati LEN Ewropej tal-Għawm Artistiku Junior, ospitati mill-Aquatic Sports Association ta' Malta. Il-programm ta' filgħodu kien jikkonsisti fid-Duet Technical u Mixed Duet Technical, filwaqt li filgħaxija rritornaw fil-pixxina meta seħħew il-Finali Duet Free u Mixed Duet Free. Fid-Duet Tech Malta kienet irrappreżentata minn Ana Culic u Valentina Marchi. Il-kompetizzjoni Duet Tech li rat tlieta u għoxrin kompetitur, intrebħet minn Violetta Evenko u Elizaveta Minaeva mir-Russja li skorjaw 91.4742. Huma ġew segwiti minn Olessia Derevianchenko u Anastasiia Soldatenkova mill-Ukrajna li skorjaw 88.0333, filwaqt li fit-tielet post kien hemm id-duo Spanjol Gema Arquero Ortiz u Marina Garcia Polo, li kisbu 85.7742 punti. Il-Finali Teknika tal-Mixed Duet rat ħames pajjiżi rrappreżentati bid-duo Spanjol Maria Bofill Strub u Fernando Diaz Del Rio jieħdu d-Deheb b'punteġġ totali ta' 83.2086. Huma ġew segwiti mit-Taljani Edorado Fanton u Claudia Laveglia (79.5798) u t-tim Franċiż Madeleine Philippe u Quentin Rakotomalala (79.1208). Il-kompetizzjonijiet komplew wara nofsinhar bil-Finali Duet Free u Mixed Duet Free. Fil-kompetizzjonijiet tal-Finali Ħieles ta' Duet, l-ewwel u t-tieni post kienu ripetizzjoni tal-kompetizzjonijiet ta' filgħodu d-duo Russu Violetta Evenko u Elizaveta Minaeva skorjaw logħla punti – 92.5333 segwiti mill-Ukraini Olessia Derevianchenko u Anastasiia Soldatenkova mill-Ukraina li skorjaw 90.2000. Gema Arquero Ortiz u Gabriela Fernandez Ceppi minn Spanja kisbu t-tielet post bi skor ta' 87.1667. Wara nofsinhar intemm bil-kompetizzjonijiet tal-Finali Ħieles ta' Duet Mħallat. Spanja rebħu d-Deheb meta Maria Bofill Strub u Dennis Gonzalez Boneu skorjaw 84.000. It-tieni u t-tielet raw ir-rebbieħa tal-medalji ta' filgħodu Edorado Fanton u Claudia Laveglia (l-Italja) u Madeleine Philippe u Quentin Rakotomalala (Franza) jieħdu l-fidda u l-bronż rispettivament. L-Italja skorja 79.533 u Franza 77.4667. Il-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Artistiku LEN se jkomplu għada l-Ġimgħa 2 ta' Lulju fl-1000hrs meta se jsiru l-Finali Ħieles tat-Tim. Il-Kampjonati qed jiġu ospitati mill-Aquatic Association of Malta. L-istrimjar dirett tal-avveniment jinstab fuq din il-link – https://www.dailymotion.com/video/x821vs2
[ 15 ]
AC Milan jimmiraw għal Josip Ilicic u għal Mikkel Damsgaard AC Milan qed ifittxu s-sostitut ta' Hakan Calhanoglu f'San Siro u qed jimmiraw għall-attakkant ta' Atalanta Josip Ilicic u għall-midfielder ta' Sampdoria, Mikkel Damsgaard. Inter kisbu lil Calhanoglu bi free transfer meta l-ftehim tal-internazzjonali Tork mar-Rossoneri skada x-xahar li għadda, u Milan qed jaħdmu biex isibu s-sostitut tiegħu. Ir-Rossoneri ġew marbuta ma' Ilicic f'dawn l-aħħar xhur, hekk kif l-internazzjonali Sloven ta' 33 sena jidher li se jħalli lil Atalanta dan is-sajf. Il-kuntratt ta' Ilicic ma' La Dea jiskadi f'Ġunju 2022 u hemm għażla għal sena oħra fil-ftehim tiegħu fil-Gewiss Stadium. Iżda Atalanta huma rrappurtati li lesti li jisimgħu l-offerti, b'Milan iqisuh bħala alternattiva bi prezz baxx fis-suq tat-trasferimenti, minħabba l-età tiegħu u l-istatus kuntrattwali attwali tiegħu mal-Orobici. Min-naħa l-oħra, Milan qed jiffokaw fuq l-internazzjonali tad-Danimarka Damsgaard, li impressjona sa minn meta ngħaqad ma' Sampdoria mingħand Nordsjaelland f'Settembru 2020. Iż-żagħżugħ ta' 20 sena qed jimpressjona wkoll mad-Danimarka fil-Euro u bħalissa qed jipprepara għall-kwarti tal-finali kontra r-Repubblika Ċeka nhar is-Sibt. Sampdoria akkwistaw lil Damsgaard għal €6.75m fis-sajf li għadda, iżda ż-żagħżugħ ġibed interess minn madwar il-kampjonati Ewropej u l-Blucerchiati wissew li l-winger 'mhux għall-bejgħ'.
[ 15 ]
Napoli jilħqu ftehim mal-goalkeeper Ċek, Tomas Vaclik Napoli laħqu ftehim ma' Tomas Vaclik, iżda għadhom ma ddeċidewx jekk jiffirmawx lill-goalkeeper tar-Repubblika Ċeka. Il-Partenopei qablu dwar termini personali ma' Vaclik, li l-kuntratt tiegħu ma' Sevilla skada proprju llum. Il-goalkeeper ta' 32 sena bħalissa qed jilgħab mar-Repubblika Ċeka fil-Euro 2020, u beda l-erba' logħbiet s'issa, u żamm żewġ clean sheets hekk kif iċ-Ċeki avvanzaw għall-kwarti tal-finali. David Ospina jinsab għall-bejgħ dan is-sajf, b'Alex Meret se jkun il-goalkeeper titolari, allura Vaclik jista' jispiċċa jingħaqad magħhom b'self jew jaġixxi bħala s-sostitut ta' Meret. Meret għandu karriera kkaratterizzata minn numru ta' problemi ta' injury u qatta' ħafna mill-aħħar istaġun f'rotazzjoni ma' Ospina, b'dan tal-aħħar jipi ppreferut iktar mill-ex coach tal-Partenopei, Gennaro Gattuso. Issa iżda Luciano Spalletti huwa responsabbli mill-club bħala coach u għadu mhux ċar x'tip ta' goalkeeper qed jittama li jakkwista.
[ 15 ]
Tiemoue Bakayoko jrid jirritorna ma' AC Milan Tiemoue Bakayoko ċaħad estensjoni tal-kuntratt ma' Chelsea, għax irid jirritorna ma' AC Milan dan is-sajf. Il-midfielder jagħlaq 27 sena f'Awwissu u l-ftehim attwali tiegħu fi Stamford Bridge jiskadi f'Ġunju 2022. Huwa ġie ffirmat mingħand Monaco għal €40m fl-2017, iżda qatta' ħafna mill-aħħar ftit snin b'self ma' Milan, Monaco u dan l-istaġun ma' Napoli. Ħadd mill-clubs ma kien lest li jilħaq il-prezz mitlub biex iżommuh fuq bażi permanenti u Bakayoko huwa rrappurtat li jrid jieħu l-futur tiegħu taħt kontroll. Meta għad fadallu sena biss fil-kuntratt tiegħu mal-Blues, huwa għad irid jara jekk Chelsea jaċċettawx offerta baxxa mingħand Milan, jew self bl-obbligu li jixtru.
[ 15 ]
Arsenal jagħmlu offerta uffiċjali għal Manuel Locatelli Il-Kap Eżekuttiv ta' Sassuolo, Giovanni Carnevali, ikkonferma li Arsenal għamlu offerta uffiċjali għal Manuel Locatelli. Iż-żagħżugħ ta' 23 sena kellu staġun 2020-21 mill-aqwa f'livell ta' club, fejn skorja erba' goals u pprovda tliet assists f'34 dehra fis-Serie A, filwaqt li jinsab ukoll f'forma impressjonanti għall-Italja fil-Euro 2020. Rapport reċenti ddikjara li Arsenal għamlu offerta inizjali għall-midfielder, bil-manager tal-Gunners Mikel Arteta ħerqan li jieħdu fl-Emirates Stadium matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Carnevali żvela li kienet saret offerta mill-club mit-Tramuntana ta' Londra, iżda se jiffaċċjaw kompetizzjoni intensa minn Juventus għall-firma tat-Taljan. "Arsenal għamlu offerta uffiċjali għal Locatelli. Qed jagħmlu pressjoni kbira biex jiffirmaw lil Manuel u hija offerta importanti … għad irridu naraw. Juventus iridu wkoll lil Locatelli u għandna relazzjoni speċjali magħhom. Ġiet skedata laqgħa ġdida ma' Juventus, "qal Carnevali. Locatelli fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu man-Neroverdi.
[ 15 ]
Manchester City se jiftħu taħdidiet kuntrattwali ma' Raheem Sterling Manchester City se jiftħu taħdidiet kuntrattwali ma' Raheem Sterling ladarba l-Euro 2020 ikun spiċċa. Il-player ta' 26 sena naqas milli juri l-aħjar forma tiegħu għas-Citiznes matul l-istaġun 2020-21 iżda xorta rnexxielu jiskorja 14-il goal u jipprovdi 12-il assist f'49 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Rapport riċenti sostna li t-team ta' Pep Guardiola kien lest li jisma' l-offerti għall-attakkant dan is-sajf, hekk kif jippreparaw biex jakkwistaw lill-playmaker ta' Aston Villa, Jack Grealish. Madankollu, Man City qed jippjanaw li jibdew diskussjonijiet kuntrattwali mal-internazzjonali Ingliż ladarba l-Kampjonat Ewropew ikun intemm. Sterling kien f'forma eċċellenti għat-Three Lions dan is-sajf, fejn skorja tliet goals f'erba' logħbiet, inkluż l-ewwel goal fis-suċċess ta' 2-0 ta' nhar it-Tlieta kontra l-Ġermanja fir-round tal-aħħar 16. L-attakkant fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium, iżda Man City, li offrew ftehim lil Sergio Ramos, huma maħsuba li huma kalmi rigward il-futur tiegħu.
[ 15 ]
Twissija mill-WHO li l-pandemija għadha magħna L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qiegħda twissi li l-pandemija għadha magħna. Il-WHO qalet dan fix-xejra tat-tnaqqis fl-infezzjonijiet li kienet qiegħda tonqos fl-aħħar ġimgħat u l-fatt li hemm tħassib li l-każijiet se jerġgħu jibdew jiżdiedu. Il-kap tal-WHO fl-Ewropa Hans Kluge wissa' dwar il-possibbilità "mewġa ġdida fir-reġjun Ewropew sakemm ma nibqgħux dixxiplinati". Hawnhekk huwa żied jagħmel referenza għall-firxa tal-varjant tad-Delta u ż-żieda tat-taħlit permezz tal-ivjaġġar u llaxxkar tar-restrizzjonijiet. Il-Portugall irreġistra l-ogħla numru ta' każi ġodda sa minn Frar u Spanja rat żieda ta' infezzjonijiet fost dawk ta' bejn l-20 u d-29 sena. Ir-Russja qiegħda tipprova tikkontrolla r-rata tal-imwiet u dan hekk kif fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati 672 mewta u l-infezzjonijiet li baqgħu jiżdiedu minħabba programm ta' tilqim fqir fil-pajjiż. Is-sitwazzjoni fil-Ġermanja għadha pjuttost ikkontrollata bi 892 każ fl-aħħar sigħat u rata ta' infezzjonijiet ta' 5.1 każi għal kull 100,000 persuna fil-pajjiż. Fir-Renju Unit, l-Erbgħa kienu rreġistrati 26,068 każ, l-ogħla figura sa mill-aħħar ta' Jannar li għadda.
[ 10 ]
Inter jiftħu taħdidiet ma' Lautaro Martinez dwar kuntratt ġdid Il-Kap Eżekuttiv ta' Inter, Giuseppe Marotta, żvela li ċ-champions Taljani fetħu taħdidiet ma' Lautaro Martinez dwar kuntratt potenzjali ġdid f'San Siro. Iż-żagħżugħ ta' 23 sena kien f'forma impressjonanti għal Inter matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja 19-il goal u rreġistra 11-il assist fi 48 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-kuntratt ta' Martinez għandu jiskadi f'Ġunju 2023, iżda, u numru ta' clubs, inklużi Barcelona u Manchester City, jibqgħu jiġu kkreditati b'interess fis-servizzi tiegħu. Marotta kkonferma li għaddejjin taħdidiet kuntrattwali mal-internazzjonali tal-Arġentina, b'Inter mhux lesti li jbigħuh fis-suq attwali minkejja l-problemi finanzjarji tagħhom. "Aħna rridu nżommu lil Lautaro u ftaħna taħditiet biex nestendu l-kuntratt tiegħu," qal Marotta. Martinez sab ix-xibka 49 darba f'132 dehra għal Inter sa minn meta ngħaqad man-Nerazzurri mingħand Racing Club f'Lulju 2018.
[ 15 ]
Ittra kienet wissiet dwar il-ħsarat strutturali fil-binja li ġġarrfet fi Florida F'April li għadda r-residenti tal-blokka apparatmenti li ġġarfet il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Florida kienu rċevew ittra fejn fiha ġew imwissija li l-ħsara strutturali fil-binja qiegħda tkompli tiggrava. L-ittra, li spiċċat f'idejn il-midja Amerikana, kienet mibgħuta mill-president tal- assoċjazzjoni li tieħu ħsieb din il-blokka appartamenti. L-ittra kienet tgħid li l-ħsara kienet irrapportata l-ewwel darba fl-2018 u minn dakinhar "marret għall-agħar ħafna" u jekk ma jsirux tiswijiet immedjati "din il-ħsara se timmultiplika". L-ittra inkwistjoni, mibgħuta miċ-Champlain Towers South Condominium Association ittenni li, "il-ħsara viżibbli" kibret b'mod "sinifikanti" filwaqt li wissiet li wissiet ukoll dwar ħsara d-deterjorazzjoni tal-konkrit fis-saqaf, u skont kalkolu li għamlu l-ħsara kollha kienet tammonta għal $15-il miljun. Minn tal-inqas 12-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 149 oħra għadhom irraportati nieqsa. Din l-ittra hija l-aħħar dokument minn diversi li ħarġu fil-midja li juru li l-bina ta' Champlain Towers South, f'Surfside Miami kellha ħsarat strutturali kbar. Fl-aħħar sigħat komplew jinfetħu għadd ta' kawżi quddiem il-qorti bil-assoċjazzjoni tal-bini tiġi akkużata b'negliġenza u traskuraġni. Intant it-tfittxijiet għall-vittmi komplew għaddejjin b'għadd ta' ħaddiema tas-savlataġġ ifittxu kull rokna bil-għan li jsibu persuni ħajjin taħt it-tifrik, tama li kulma jmur qiegħda dejjem tonqos. Il-ħaddiema qalu li huma mhux se jieqfu qabel ikunu għamlu dak kollu possibbli.
[ 10 ]
Senglea Gunners rebbieħa tal-MAFA Special League Goal uniku skorjat minn Ousmane Touray fl-aħħar sekondi tal-ħin barrani ta r-rebħa lil Senglea Gunners li fil-finali tal-MAFA Special League wara li għelbu lil San Ġiljan Saints. Kienet partita li ftit offriet emozzjonijiet b'San Ġiljan li jkollhom il-pussess tal-ballun u b'Senglea Gunners li bdew joperaw bil-kontrattakki. Is-Saints jista' jħossuhom żvinturati li kellhom jitilfu l-partita hekk minħabba li ħolqu diversi okkażjonijiet bil-goalkeeper Senglean Gilbert Spiteri li kien superlattiv b'diversi saves li bihom żamm lit-team tiegħu fil-logħba. Wara li sal-ħin regolamentari, l-iskor baqa' dak ta' 0-0, il-goal drammatiku tar-rebħa ġie skorjat eżatt fl-aħħar sekondi tal-ħin barrani. Kien freekick tajjeb ta' George Frendo, bil-ballun jasal għand Ousmane Touray li għola fuq kulħadd u b'daqqa ta' ras għeleb għal kollox lil Stian Nielsen. Dan kellu jkun il-gowl tar-rebħa u eżatt mat-tisfira tar-referi setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Senglea Gunners li laħqu l-qofol tagħhom meta l-viċi-president tal-MFA Adrian Casha fil-preżenza tal-president tal-MAFA Twanny Agius ippreżentaw it-tazza lill-captain Gilbert Spiteri. Skor finali: San Ġiljan Saints 0 Senglea Gunners 1
[ 15 ]
Dimostrazzjoni quddiem il-Parlament biex jerġgħu jibdew attivitajiet tal-massa Ftit tal-minuti ilu, bdiet dimostrazzjoni paċifika quddiem il-Parlament ta' Malta minn numru ta' sidien ta' stabbilimenti u organizzaturi ta' avvenimenti. Din id-dimostrazzjoni qiegħda ssir biex jerġgħu jkunu permessi attivitajiet tal-massa li sa issa huma biss permessi bilqiegħda u sa 100 ruħ. Din ir-restrizzjoni hija minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Numru ta' kantanti u organizzaturi qalu li jekk l-affarijiet se jibqgħu kif inhuma, anke jekk iktar minn 75% tal-poplu huwa mlaqqam, ħa jintilfu ħafna mpjiegi u tkun daqqa mortali għall-kultura Maltija.
[ 1 ]
7 każi ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa… Ifiqu tliet min-nies Fl-aħħar 24 siegħa, minn 2,841 swab tests, irriżultaw 7 każi ta' COVID-19, filwaqt li kienu ddikjarati mfejqa tliet persuna. It-total ta' persuna li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin issa tela' għal 332,650 persuna filwaqt li dawk li ħadu l-ewwel doża telgħu għal 361,287 persuna. Matul il-jum tal-bieraħ ma kien iddikjarat ebda mewt kawża tal-COVID-19.
[ 1 ]
L-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt jiksbu posthom għal Tokyo 2020 L-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt saru l-aħħar atleti li kisbu posthom f'Tokjo meta, bħala l-għawwiema l-aktar ikklassifikati f'Malta, ingħataw postijiet ta' Universalità bbażati fuq il-punti miksuba mal-FINA (Fédération Internationale De Natation). Chetcuti, li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi għat-tielet darba konsekuttiva se jikkompeti fil-100m Freestyle. L-ewwel dehra tiegħu kienet waqt l-Olimpjadi tal-2012 f'Londra fejn poġġa t-tielet post fil-100m freestyle tiegħu. F'Rio, fl-2016, għamel it-tieni dehra Olimpika tiegħu. Sasha Gatt, li għand sittax il-sena se tkun qed tagħmel l-ewwel dehra tagħha fil-Logħob u se tkun l-iżgħar atleta Maltija li tikkompeti f'dan il-livell. Hi se tkun qed tikkompeti fl-avvenimenti ta' 400m u 1500m. Aktar kmieni din is-sena Gatt ikkwalifikat għall-Istandard Olimpiku B f'Malta meta għamlet ħin ta'17: 00.28, 21 sekonda biss barra mill-A Standard. Il-postijiet tal-universalità huma riservati għall-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali li l-aqwa atleti taghhom ma kisbux ħin ta' Kwalifikazzjoni Olimpika. Il-Kumitati Olimpiċi jistgħu jinnominaw atleta maskili u femminili sakemm ikunu approvati mill-FINA biex jikkompetu. "Hekk kif nersqu eqreb lejn il-Logħob, Team Malta qiegħed jinbena bil-mod. Huwa ta' sodisfazzjon li tara l-kontinġent magħmul minn taħlita ta' atleti b'esperjenza Olimpika u atleti li qed jesperjenzaw l-Olimpjadi għall-ewwel darba" ikkummenta Julian Pace Bonello, President, Kumitat Olimpiku Malti. Il-Kontinġent Malti bħalissa huwa magħmul minn Matthew Abela (Badminton, Eleanor Bezzina (Sparar), Andrew Chetcuti (Għawm), Sasha Gatt (Għawm) u Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting). Il-Kumitat Olimpiku Malti jittama li jħabbar xi ismijiet oħra fil-jiem li ġejjin hekk kif tintemm l-aħħar preparamenti tal-kontinġent.
[ 15 ]
Hamrun Spartans inkurunati champions għat-tmien darba F'serata organizzata b'mod spettakolari fil-Victor Tedesco Stadium fil-Hamrun, Hamrun Spartans ġew inkurunati bħala champions ghat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, iċ-ċerimonja saret bil-bibien magħluqa u għaliha attendew players, coaches, membri tal-istaff tekniku u membri tal-kumitat tal-club u amministraturi. Il-membri kollha tal-ewwel team libsu l-flokk tal-Hamrun Spartans bin-numru 8 jissimbolizza t-tmien titlu mirbuħ mill-club fl-aħħar staġun. Għalkemm il-partitarji tal-club ma kinux preżenti għaċ-ċerimonja fit-Tedesco Stadium, madankollu, huma kienu qed isegwu l-avveniment minn diversi clubs u bars li jinsabu fil-lokalità li kienu qed josservaw ir-regoli COVID-19 maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-preżentazzjoni kienet waħda mill-isbaħ b'kull membru tal-ewwel team jgħaddi minn bejn membri tan-nursery tal-club fi triqtu lejn il-podju fejn irċevew il-midalja tar-rebbieħa tal-Premier League mill-president tal-MFA Bjorn Vasallo. Il-qofol tas-serata ntlaħaq meta l-goalkeeper u captain ta' Hamrun Spartans, Manuel Bartolo, għolla t-Tazza fost l-ewforija ta' dawk kollha preżenti.
[ 15 ]
Tħabbret l-għażla tat-tim Malti għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo taħt il-15-il sena tal-irġiel Tħabbret l-għażla finali għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo Under 15 tal-Irġiel li ġejjin. L-għażla ssegwi s-suċċess tal-Under-15 fil-logħbiet ta' kwalifikazzjoni li saru reċentement f'Malta. It-time, taħt il-gwida ta 'Anthony Farrugia, għelbu lis-Slovenja 17-4 u ġabu draw kontra Franza 10-10. Huma spiċċaw fil-quċċata fi Grupp Ċ bid-differenza tal-gowls. F'Loule, il-Portugall, it-tim tpoġġa fi Grupp B, fejn se jkunu qedin jilgħabu kontra l-Italja, Spanja, u r-Rumanija. Dan il-grupp huwa kkunsidrat wieħed ta' sfida. L-ewwel logħba ta' Malta se tkun fl-4 ta' Lulju, kontra l-Italja, segwita mir-Rumanija u Spanja. Rebħa waħda tippermetti lil Malta tipproċedi għar-rawnd tal-logħob li jmiss, li se jsir fis-7 ta' Lulju. "Dejjem nibqa' ngħid li għandna nersqu lejn kull logħba b'mentalità rebbieħa, anke jekk iffaċċjati minn timijiet aktar b'saħħithom u b'aktar esperjenza. Is-subien urew il-kapaċita tagħhom f'Malta u wrew impenn u konsistenza li hija essenzjali għal mentalita pożittiva" spjega Anthony Farrugia, Kowċ Nazzjonali. L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta'Malta esprimiet il-gratitudni tagħha lejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u SportMalta tal-eżenzjoni meħtieġa biex it-tim jkun jista jitħarreġ matul il-perjodu tal-lockdown. L-Assoċjazzjoni esprimiet wkoll sodisfazzjon għall-kooperazzjoni murija millKlabbs tal-plejers tat-tim nazzjonali. L-għażla tal-plejers finali hija magħmula minn Isaac Azzopardi, Gabriel Bonavia, Myron Brimmer, Dean Bugeja, Jayden Cassar, Julian Chircop, Cain Miguel Cutajar, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar, Luigi Dimech, Dale Galea Mule, Enrico Mallia, Lee Montebello Brownrigg, Jamie Pace Mizzi, Elijah Schembri. Il-kontinġent Malti se jkun akkumpanjat mill-Kowċ Nazzjonali Anthony Farrugia, l-Uffiċjali tat-Tim Rita Azzopardi, Nigel McCarthy u l-Fiżjoterapista John Xerri de Caro. Il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo taħt l-15-il sena tal-Irġiel se jsiru f'Loule, il-Portugall bejn l-4 u l-11 ta 'Lulju.
[ 15 ]
Neil Agius jikser rekord dinji f'għawma ta' 130 kilometru L-Erbgħa filgħaxija l-għawwiem Malti, Neil Agius, kiser rekord dinji hekk kif temm għawma epika bla waqfien mill-gżira ta' Linosa għall-bajja tax-Xlendi f' Għawdex, f'madwar 130km kompluti fi ftit iktar minn 50 siegħa. L-attivist kontra t-tniġġis tal-plastik fil-baħar kien skortat minn flotta żgħira ta' dgħajjes hekk kif daħal fil-bajja tax-Xlendi ftit wara l-10 ta' filgħaxija fost numru ta' dgħajjes, sfafar, ferħ u applawżi minn partitarji, ħbieb u spettaturi. Huwa niżel ix-xatt fejn ġie milqugħ mill-partner tiegħu Lara, fejn interessanti huwa l-fatt li hi kienet ipproponietlu eżatt qabel it-tluq mill-gżira Taljana nhar it-Tnejn filgħaxija u segwiet kull minuta tal-għawma tiegħu minn fuq dgħajsa. L-ex atleta Olimpiku ta' 35 sena għeleb ir-rekord dinji preċedenti għall-itwal għawma kontinwa, mingħajr għajnuna, tul rotta naturali ta' segment wieħed f'oċean, baħar jew bajja, li kienet stabbilita għal 124.4km. Il-pjan oriġinali kien li Agius itemm l-għawma tiegħu f'Malta, f'Għajn Tuffieħa jew f'Manoel Island, iżda l-andament tar-rotta kellu jitmexxa iktar lejn it-tramuntana minħabba kurrenti opposti.
[ 15 ]
Lewis Hamilton jiffirma kuntratt ġdid ta' sentejn mal-Mercedes sal-aħħar tal-2023 Iċ-champion tad-dinja tal-formula 1 Lewis Hamilton iffirma kuntratt ġdid ta' sentejn mal-Mercedes sal-aħħar tal-2023. Il-Brittaniku ta' 36 sena rebaħ sitta mis-seba' titli mondjali tiegħu mat-team Ġermaniż ibbażat fl-Ingilterra sa minn meta ngħaqad ma' Mercedes mingħand il-McLaren fl-2012. Dan l-istaġun Hamilton qed jifittex li jirbaħ it-tmien kampjonat biex jikser ir-rekord tal-leġġendarju Michael Scummacher iżda bħalissa jinsab fit-tieni post fil-klassifika tas-sewwieqa wara Max Verstappen tar-Red Bull. "Għad għandna ħafna x'nagħmlu, kemm fuq il-korsa kif ukoll barra minnha," qal Hamilton. Dan il-ftehim intlaħaq malajr, b'kuntrast mal-2020, meta l-pandemija, staġun ikkompressat u mbagħad kemm Hamilton kif ukoll il-kap eżekuttiv tat-team Toto Wolff li kkuntrattaw il-coronavirus ittardjaw it-taħditiet u Hamilton temm is-sena mingħajr kuntratt. Hamilton ma qabilx ftehim ġdid ta' sena mat-team għall-2021 sa Frar iżda ilu jgħid mill-bidu ta' dan l-istaġun li huwa mistenni li jkompli fil-F1 lil hinn minn din is-sena, u beda jiddiskuti t-termini tal-kuntratt il-ġdid tiegħu ma' Wolff f'Mejju. Huma temmew ftehim fi żmien xahrejn, u emfasizzaw ix-xewqa tagħhom li jibqgħu jaħdmu flimkien. Hamilton ma ħax tnaqqis fil-paga, kuntrarju għal xi rapporti. Wara aġġustament fis-salarju bħala riżultat tal-pandemija f'dan l-istaġun, il-qligħ tiegħu se jkun lura għal-livelli ta' qabel il-Covid, meta ntqal li kien qed jaqla' daqs £40 miljun fis-sena.
[ 15 ]
Tottenham Hotspur juru interess f'Dusan Vlahovic Tottenham Hotspur huma ħerqana li jiksbu ftehim għall-attakkant ta' Fiorentina, Dusan Vlahovic. Spurs jistgħu jiġu sfurzati li jbigħu lil Harry Kane qabel ma jibda l-istaġun 2021-22, iżda ċ-chairman Daniel Levy huwa mifhum li qed jitlob somma ta' £150m għall-iskorer prolifiku Ingliż. Manchester City għadhom interessati fil-captain Ingliż, u Spurs qed qed jagħmlu pjanijiet ta' kontinġenza jekk il-player ta' 27 sena jtemm l-esperjenza tiegħu mal-club aktar tard dan is-sajf. Il-player ta' Fiorentina Vlahovic huwa meqjus bħala 'ħolma' għal Spurs, biż-żagħżugħ ta' 21 sena jiskorja 21 goal f'37 dehra fis-Serie A matul l-istaġun 2020-21. Madankollu, Vlahovic – li jisnab marbut ukoll ma' Juventus – qed jistenna li r-rappreżentanti tiegħu jibdew in-negozjati ma' Fiorentina dwar ftehim ġdid, u l-Viola tas-Serie A huma ddisprati li jżommu lill-internazzjonali Serb għal ftit iktar żmien. Vlahovic jibqa' kuntrattat ma' Fiorentina sal-2023, u huwa skorja 29 goal f'84 logħba għall-Viola fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]
Liverpool u Arsenal f'taqtiegħa għal Renato Sanches Liverpool u Arsenal huma rrappurtati lesti li jidħlu f'taqtiegħa għall-firma tal-midfielder ta' Lille, Renato Sanches. L-internazzjonali Portugiż kellu rwol prominenti fil-ġirja ta' Les Dogues lejn ir-rebħ tat-titlu tal-Ligue 1 matul is-sena li għaddiet, fejn skorja goal wieħed u pprovda tliet assists fi 23 dehra tal-Ligue 1, għalkemm huwa beda biss 14 minnhom. B'Liverpool ifittxu li jimlew il-vojt li ħalla Georginio Wijnaldum u Arsenal mistennija jsellmu lil Granit Xhaka, iż-żewġ clubs huma maħsuba li jinsabu fis-suq għal akkwisti ta' ċertu profil. Iż-żewġ potenzi tal-Premier League qed jippreparaw għall-battalja bejniethom għall-firma ta' Sanches, li huwa kuntrattat ma' Lille għal sentejn oħra. Sanches deher ukoll fl-erba' logħbiet kollha tal-Portugall fl-Euro 2020 – fejn beda tnejn minnhom – iżda huwa temm it-tournament mingħajr kontribuzzjoni goal hekk kif iċ-champions renjanti sfaw eliminati mill-Belġju fir-round tal-aħħar 16. L-ex player ta' Bayern Munich tħabat b'injuries għall-biċċa l-kbira tal-istaġun li għadda, u hu skorja ħames goals u provda daqstanet ieħor ammont ta' assists f'59 dehra għal Lille.
[ 15 ]
F1: Max Verstappen jirbaħ il-GP tal-Awstrija I s-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) kompla kabbar il-vantaġġ f'ras il-klassifika meta rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija, fir-Red Bull Ring, f'ħin ta' 1:23:54.543 … biex din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva. Fit-tieni pożizzjoni temm il-Finlandiż, Valtteri Bottas (Mercedes) segwit miż-żewġ Britanniċi, Lando Norris (McLaren) u Lewis Hamilton (Mercedes) b'dan tal-aħħar ikompli jiddiżappunta. Dan minħabba li filwaqt li naqas li jitla' fuq il-podju għat-tielet darba dan l-istaġun, issa jinsab distakkat bi 32 punt mil-leader Verstappen. Verstappen, li kellu eluf ta' spettaturi Olandiżi jsegwuh, esprima s-sodisfazzjon tie­għu ta' dan is-suċċess fejn irringrazzja lit-tekniċi tiegħu li grazzi għalihom jinsab fid-direzzjoni l-ġusta. Klassifika ta' fuq: 182 – Verstappen; 150 – Hamilton; 104 – Perez; 101 – Norris.
[ 15 ]
11-il persuna armata arrestati fl-Istati Uniti wara konfrontazzjoni mal-pulizija Il-pulizija ġewwa Massachusetts f'Boston arrestaw 11-il pesuna amati wara sigħat ta' konfrontazzjoni. L-inċident beda nhar is-Sibt filgħaxija meta uffiċjali tal-pulizija waqqaf żewġ vettui suspettużi f'highway qrib il-belt ta' Wakefiled. Il-persuni li kienu ġewwa l-vetturi kienu lesbin uniformijiet fuq stil militari u nstab li kellhom numru ta' armi. Disa' minn dawn il-persuni ħarbu lejn masġar wara li kienu mitluba l-informazzjoni. Wara sigħat ta' negozjati ma' dan il-grupp il-pulizija rnexxielha tarrestahom. Dan l-in- ċident seħħ hekk kif fl-Istati Uniti kienu għaddejjin il-preparament li jfakkur Jum l-Indipendenza. Qabel ġew ikkonfermati l-arresti, l-uffiċjali tal-pulizija qalu li dawn il-persuni kienu qegħdin jivvjaġġaw lejn Maine biex "jagħmlu taħriġ". S'issa għadu mhux magħruf fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ li kienu se jagħmlu. L-uffiċjali żiedu jgħidu li dan il-grupp ma għamel l-ebda theddida fil-konfront tagħhom u l-akkużi li jistgħu jitressqu huma relatati mal-armi tan-nar. Rapporti inizjali kienu qegħdin jgħidu li dawn il-persuni kienu jifformaw parti minn organizzazzjoni antigovenattiva, iżda f'filmat fuq YouTube li tella' wieħed minn dawn il-persuni huwa nnega dan, u identifika lill-grupp bħala Rise of the Moors. Huwa qal li dan il-grupp jirrispetta l-liġijiet tal-pajjiż. L-investigazzjoni dwar dan il-każ issa għaddiet f'idejn l-FBI.
[ 10 ]
L-ixjaħ raġel fid-dinja għandu 112-il sena minn Anthea Cachia – Ritratt: Guiness World Record Emilio Flores Márqueż, raġel minn Puerto Rico jikser rekord dinji bħala l-ixjaħ raġel fid-dinja. Dan ġie kkonfermat jiem 'il bogħod minn għeluq sninu, bl-età ta' 112 sena. Emilio, it-tieni l-akbar minn 11-il aħwa fi tfulitu kien imqabbad jieħu ħsieb lil ħutu. Bħala wieħed l-ewwel mill-ulied, kien ukoll li jgħin fir-razzett ta' missieru. "Jien kont il-kbir minn ħuti allura kont nagħmel kollox Jien. Kont naħsel, kont nieħu ħsieb is-subien. Kollox kont nagħmel," stqarr Emilio. Eventwalment, huwa baqa' jieħu ħsieb ir-razzett tal-familja u dan kien mezz ta' kif imantni lil familja tieghu. Márquez kien miżewweġ lil Andrea Perez għal 75 sena, sakemm ma nfirdu meta Andrea ħalliet din id-dinja fl-2010. Il-koppja kellha erbat 'itfal u issa nannu ta' ħamsa u bużnannu ta' ħamsa oħra. Illum il-ġurnata jgħix ma' l-unika żewġ ulied li għadhom ħajjien, Trisa u Milito. Mistoqsi x'inhu s-sigriet għal ħajja mimlija kuntentizza huwa wieġeb "ħobb b'abbundanza u għix ħajtek mingħajr rabja." Jirrakkonta kif huwa trabba b'ħafna mħabba, "missieri dejjem kien jgħid lili u lil ħuti biex inkunu nies umli u naqsmu kull ma' kellna ma' xulxin u ma oħrajn." Bħalissa l-akbar mara fid-dinja hija Kane Takana fl-età ta' 118 li tgħix f'dar tal-anzjani f' Fukuoka fil-Ġappun.
[ 10 ]
Pablo Sarabia u Aymeric Laporte dubjużi għal kontra l-Italja Pablo Sarabia huwa improbabbli ħafna li jilgħab kontra l-Italja fis-semi-finali tal- Euro 2020, filwaqt li Aymeric Laporte huwa wkoll dubjuż għal Spanja. L-Ispanjoli ġew sfurzati jilagħbu l-ħin barrani u anke jmorru għall-penalties qabel ma għelbu lill-Iżvizzera fil-kwarti tal-finali. Sarabia ġie mibdul fil-mistrieħ u hemm rapporti li ġie djanjostikat b'mikro-leżjoni fl-adduttur. Jekk dan jiġi kkonfermat, huwa diffiċli ħafna li jirkupra fil-ħin għall-partita tat-Tlieta. Din hija daqqa ta' ħarta għal Luis Enrique, minħabba li l-winger ta' 29 sena ta 'PSG skorja żewġ goals fl-EURO 2020, kontra s-Slovakkja u l-Kroazja, kif ukoll ipprovda żewġ assists. L-iskwadra ta' Spanja reġgħet lura għat-taħriġ fis-Ciudad de Futbol illum u l-uniku player ieħor li tilef dan it-taħriġ kien Laporte, li ħadem għalih waħdu fil-gym. Allegatament dan huwa minħabba għeja, peress li huwa l-uniku player li lagħab kull minuta tal-Euro 2020 ta' Spanja, li fl-aħħar żewġ logħbiet tagħhom kellhom imorru għall-ħin barrani.
[ 15 ]
Paris Saint-Germain iżidu l-interess tagħhom f'Paul Pogba Paris Saint-Germain żiedu l-interess tagħhom f'Paul Pogba billi għamlu kuntatt mar-rappreżentanti tal-midfielder ta' Manchester United. Il-futur tal-internazzjonali ta' Franza jibqa' suġġett jaħraq ta' dibattitu f'Old Trafford b'inqas minn 12-il xahar fil-kuntratt eżistenti tiegħu. United jistgħu jkunu sfurzati jbigħu lill-ex stilla ta' Juventus dan is-sajf jekk ma jkunux miftiehma termini ġodda, u jħalli lil ħafna mill-aqwa clubs Ewropej fuq allert. PSG huma wieħed mill-ħafna clubs li ġew marbuta ma' Pogba u, l-player ta' 28 sena huwa miftuħ għall-idea li jingħaqad mal-ġganti tal-Ligue 1. Intqal li PSG qabel kienu skoraġġuti milli jagħmlu offerta għal Pogba minħabba l-valutazzjoni ta' £150 miljun tal-United, iżda madwar terz ta' dik is-somma issa tista' tkun biżżejjed biex tiġi assigurata l-firma tiegħu. Pogba bħalissa qed igawdi perijodu ta' mistrieħ wara li lagħab erba' darbiet ma' Franza fl-Euro 2020, bil-kampanja ta' Les Blues tintemm qabel iż-żmien fl-istadju tal-aħħar 16.
[ 15 ]
Testijiet mediċi għal Sergio Ramos minn PSG L-ex difensur ta' Real Madrid Sergio Ramos se jagħmel it-testijiet mediċi ma' Paris Saint-Germain qabel ma jingħaqad magħhom bi free transfer. Real Madrid ikkonfermaw it-tluq tad-difensur ċentrali Spanjol ix-xahar li għadda wara perjodu ta' 16-il sena mimlija unuri fil-Bernabeu. Minkejja l-interess imsemmi minn clubs bħal Arsenal u Manchester United, PSG ilhom meqjusa bħala l-favoriti li jiffirmaw lill-player ta' 35 sena. It-trasferiment ta' Ramos fil-Parc des Princes se jersaq pass eqreb illum it-Tlieta hekk kif huwa jinsab f'Pariġi biex jagħmel it-testijiet mediċi. L-ex difensur ta' Sevilla huwa maħsub li diġà qabel dwar kuntratt ta' sentejn mal-ġganti Franċiżi. PSG, li naqsu milli jiddefendu t-titlu ta' Ligue 1 fl-istaġun li għadda, huma wkoll maħsuba li huma viċin li jikkonfermaw l-akkwisti ta' Achraf Hakimi u Gianluigi Donnarumma.
[ 15 ]
Fuq fomm bosta esponenti tal-football dinji tinsab is-sitwazzjoni preżenti ta' Barcelona. Kollox beda bil-president ta' Barcelona Joan Laporta li wera interess qawwi fl-iffirmar ta' Erling Haaland biex iżomm lil Lionel Messi u tista' tintemm b'Philippe Coutinho u Ousmane Dembele li ma jkunux irreġistrati biex jibdew l-istaġun il-ġdid. L-akbar problema tal-club tidher li hi l-kont tal-pagi. La Liga għandha r-regoli tal-Fair Play Finanzjarju tagħha stess li jillimitaw dak li kull club jonfoq fuq is-salarji. Barcelona jeħtieġ li jneħħu €187 miljun mill-kont tal-paga eżistenti tagħhom. Il-limitu tagħhom kien ta' €347m is-sena l-oħra u issa huwa € 160m. Huma ilhom jippruvaw ibiegħu players għal dawn l-aħħar tliet snin. Kien is-sajf tal-2019 meta Coutinho ingħaqad ma' Bayern b's-self bit-tama li t-trasferiment isir wieħed permanenti iżda ma ġarax hekk. Huma ppruvaw ibigħu lil Samuel Umtiti u kellhom jirrikorru għal operzzjoni finanzjarja drastika biex ibigħu lil Arthur Melo billi jinkludu lil Miralem Pjanic, iżda issa huma mwaħħlin bi Pjanic … u Messi ma ġeddidx il-kuntratt. Biex inaaqsu ftit mill-problemi finanzjarji tagħhom, bosta qed isemmu l-possibiltá li jridu jbigħu uħud mill-iżgħar players tagħhom. U fil-fatt dan diġá beda jseħħ meta Konrad De La Fuente nbiegħ lil Marseille, waqt li Jean Claire-Todibo ingħaqad ma' Nice. Iżda xorta waħda jidher li dan għadu biss il-ponta tal-problemi!!
[ 15 ]
It-tfal f'Sydney jistgħu ma jidħlux fl-iskejjel minħabba żieda fil-Covid-19 Ġenituri ta' tfal li jattendu fi skejjel f'Sydney, se jkollhom jistennew biex jaraw jekk uliedhom hux se jirritornaw fl-iskejjel il-ġimgħa d-dieħla. It-tielet term ta' l-iskejjel f'Sydney se jibda nhar it-Tlieta. L-iskejjel f'Sydney jinsabu f'inċertezza kbira jekk jiftħux jew le u dan minħabba lockdown f'żoni f'Sydney minħabba żieda fil-Covid-19. Il-lockdown sar fil-parti magħrufa bħala 'Greater Sydney', 'Central Coast', 'Wollongong' u l-'Blue Mountains'. Is-Supretendent għas-Saħħa, Kerry Chant ma kkommettietx ruħha meta kienet mistoqsija dwar jekk it-tfal hux se jirritorrnaw fl-iskejjel wara l-vaganzi. Hi saħqet li minkejja li kien hemm żieda fil-każi, qalet li 'qabel nagħtu parir x'għandu jsir irridu nħarsu lejn il-fatturi kollha fiċ-ċirkostanzi". Fix-xhur li għaddew meta saru lockdowns oħra, kienet saret enfasi biex l-istudenti isegwu l-lezzjonijiett online mid-djar. L-iskejjel kienu baqgħu miftuħin għat-tfal ta' ħaddiem essenzjali.
[ 10 ]
Liverpool favoriti biex jiffirmaw lil Kylian Mbappe Liverpool jinsabu favoriti biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe. L-internazzjonali ta' Franza għandu jintemmlu l-kuntratt fi żmien sena u dan l-aħħar staqsa jekk PSG għadhomx il-club it-tajjeb għalih. Real Madrid ilhom meqjusa bħala l-favoriti li jakkwistaw lil Mbappe, iżda issa kollox qed jindika lil Liverpool bħala fuq quddiem għall-akkwist tiegħu. Ir-Reds huma lesti li jagħmlu offerta formali għaż-żagħżugħ ta' 22 sena jekk is-sitwazzjoni kuntrattwali tiegħu ma tiġix solvuta dalwaqt. Mbappe skorja 42 goal u pprovda 10 assists fil-kompetizzjonijiet kollha għal PSG matul l-istaġun li għadda f'dak li kien ir-raba' staġun tiegħu fil-Parc des Princes.
[ 15 ]
Ajruplan bi 28 persuna abbord jgħib fil-Lvant tar-Russja Aġenziji tal-aħbarijiet Russi qed jirrapportaw li ajruplan bi 28 persuna abbord għeb hekk kif dan kien qiegħed itir fil-Lvant tar-Russja. L-ajruplan AN-26 kien qiegħed fuq vjaġġ bejn Petropavlovsk-Kamchatsky u Palana meta dan għal xi raġuni waqaf jikkomunika. Abbord dan l-ajruplan kien hemm 28 persuna fosthom sitt membri tal-ekwipaġġ u żewġt itfal. Immedjatament l-awtoritajiet Russi bagħtu żewġ ħelikopters fiż-żona fejn waqaf jagħmel kuntatt dan l-ajruplan, b'għadd ta' sorsi jispekulaw li dan seta' waqa' fil-baħar jew f'minjiera tal-faħam li hemm f'Palana. Sfortunatament din mhix l-ewwel darba li seħħew każijiet bħal dawn ġewwa r-Russja, tant li s-sistema tal-avjazzjoni f'dan il-pajjiż ma tantx tgawdi minn reputazzjoni tajba u dan minħabba nuqqas ta' manteniment tal-ajruplani u regolamenti pjuttost laxki.
[ 10 ]
Xorb b'xejn f'pub fl-Awstralja biex iħajjar lin-nies jitlaqqmu kontra l-Covid-19 Pub f'Victoria l-Awstralja ħa inizjattiva li sservi ta' inċentiv biex aktar persuni jmorru u jitlaqqmu kontra l-Covid-19. L-għan tas-sid tal-pub hu li aktar nies jagħmlu l-kuraġġ u jipproteġuhom ruħhom bit-tilqima. Fil-fatt is-sid ta' Prince Alfred Hotel f'Port Melbourne nieda inizjattiva li min ikun ħa t-tilqima jingħata xorb b'xejn fil-pub tal-lukanda. Din l-inizjattiva se ddum ġimgħa. II-pub jinsab ftit metri biss bogħod minn ċentru ta' tilqim f'Melbourne u għalhekk kull min jieħu t-tilqima jista' jibqa' sejjer għandu biex jieħdu x-xarba tagħhom b'xejn. Kulma jrid jagħmel kull min ikun ħa t-tilqim hu biss li jippreżenta l-Blue Card li turi li dak li jkun ħa t-tilqima u mbagħad huma jingħataw għażla bejn pinta birra, inbid, rum u Coca. Is-sidien qed jittamaw li din l-offerta tgħin biex aktar nies jagħmlu l-kuraġġ u jmorru jieħdu t-tilqima.
[ 10 ]
Barcelona joffru lil Antoine Griezmann lil Chelsea Barcelona offrew lil Antoine Griezmann lir-rebbieħa taċ-Champions League, Chelsea, hekk kif il-klabb irid inaqqas l-ispejjeż tas-salarji. Il-ġganti tal-La Liga qed jitħabtu finanzjarjament u qed jagħtu prijorità lil ftehim biex jiffirmaw mill-ġdid lil-leġġenda tal-club Lionel Messi, li bħalissa huwa free agent. Barcelona huma lesti li jbigħu lil Griezmann – li bħalissa qed jaqla' aktar minn £500,000 fil-ġimgħa – fit-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf u għamlu kuntatt ma' Chelsea biex jiskopru l-interess potenzjali tagħhom fil-Franċiż. Il-manager Thomas Tuchel huwa maħsub li huwa ammiratur tal-player ta' 30 sena, bil-Ġermaniż ifittex li jiffirma difensur ċentrali, midfielder u attakkant ċentrali dan is-sajf. Erling Braut Haaland ta' Borussia Dortmund jibqa' l-mira ewlenija ta' Chelsea, għalkemm Tuchel jista' jirrikorri għand Griezmann jekk ftehim għall-istilla Norveġiża jonqos milli jimmaterjalizza. Griezmann deher 51 darba fil-kompetizzjonijiet kollha għal Barcelona matul l-istaġun 2020-21, skorja 20 goal u pprovda 13-il assist.
[ 15 ]
Manuel Locatelli jirrifjuta li jingħaqad ma' Arsenal Il-midfielder ta' Sassuolo, Manuel Locatelli, ċaħad iċ-ċans li jingħaqad ma' Arsenal dan is-sajf. Il-Gunners jinsabu fis-suq tat-trasferimenti għal rinforzi ċentrali f'nofs il-ground wara t-tluq ta' Dani Ceballos – li rritorna ma' Real Madrid – kif ukoll Matteo Guendouzi, li ngħaqad ma' Marseille b'kuntratt ta' self għal dan l-istaġun. Bi Granit Xhaka u Lucas Torreira żewġ players oħra li jistgħu jħallu l-club, il-manager Mikel Arteta identifika lil Locatelli bħala wieħed mill-miri primarji tiegħu. Madankollu, Locatelli mhuwiex interessat li jingħaqad ma' Arsenal u jista' jippreferi li jingħaqad ma' Juventus, li wkoll qed isegwu lill-midfielder. Locatelli, li se jara l-kuntratt tiegħu jiskadi f'Ġunju 2023, huwa maħsub li huwa stmat li jiswa £34 miljun iżda bħalissa din hija ċifra li l-Gunners mhumiex lesti li jħallsu. It-Taljan, li kien player mill-aqwa għall-Azzurri fl-Euro 2020, għamel 34 dehra fis-Serie A għal Sassuolo matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja erba' goals u pprovda tliet assists.
[ 15 ]
Inter ħerqana li jipperswadu lil Nicolo Barella biex jiffirma kuntratt ġdid Inter huma ħerqana li jnaffru l-interess minn Liverpool għal Nicolo Barella billi jipperswadu lill-midfielder jiffirma kuntratt ġdid. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena kien wieħed mill-istilel tal-Euro 2020 wara li għen lill-Italja jaslu sal-finali tal-kompetizzjoni ta' nhar il-Ħadd, fejn se jkunu qed jaffrontaw lill-Ingilterra jew lid-Danimarka. Barella skorja goal u pprovda żewġ assists f'ħames dehriet fit-tournament ta' din is-sena, u kellu sehem dirett f'10 goals għaċ-champions tas-Serie A Inter matul l-istaġun li għadda. Dan kollu wassal għal interess minn Liverpool, iżda n-Nerazzurri qed jippjanaw li jorbtu lill-internazzjonali tal-Italja bi ftehim ġdid. L-ex player ta' Cagliari Barella suppost se jiġi offrut salarju ogħla minn dak li għandu bħalissa, u ġie kkomunikat lilu wkoll li xi darba se jiret il-faxxa ta' captain ta' Inter.
[ 15 ]
Il-President tal-Haiti maqtul fir-residenza privata tiegħu Il-President tal-Haiti Jovenel Moïse ġie assassinat fir-residenza privata tiegħu. Dan wara li grupp ta' individwi mhux identifikati, li wħud minnhom kienu jitkellmu bl-Ispanjol, sparawlu dan il-lejl għall-ħabta tas-1a.m.. Skont stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Haiti Claude Joseph, anke l-First Lady sfat midruba fl-attakk. Filwaqt li kkundanna dan l-"att inuman u barbaru", Joseph talab għall-kalma. Qal ukoll li s-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-pajjiż tinsab taħt il-kontroll tal-pulizija u l-armata. Il-president kien qed imexxi Haiti b'digriet wara li l-elezzjonijiet leġislattivi dovuti fl-2018 ġew ittardjati u wara tilwim dwar meta l-mandat tiegħu kellu jintemm.
[ 10 ]
Il-lockdown f'Sydney estiż b'ġimgħa minħabba l-varjant Delta Nhar l-Erbgħa, il-mexxej tal-istat Awstraljan ta' New South Wales (NSW) ordna li l-lockdown f'Sydney jiġi estiż b'ġimgħa. Huwa wissa li l-każijiet il-ġodda se jiżdiedu hekk kif l-ikbar belt tal-pajjiż qed tħabbat wiċċa mal-varjant Delta li huwa infettiv ħafna. Il-lockdown f'Sydney beda fis-26 ta' Ġunju hekk kif it-tifqigħa tal-varjant Delta kkonvinċiet lill-uffiċjali biex jissikkaw ir-restrizzjonijiet f'pajjiż fejn ir-rata ta' tilqim kienet kemxejn bil-mod. L-ordnijiet biex wieħed jibqa' d-dar kellhom jispiċċaw nhar il-Ġimgha, iżda issa ġie mħabbar li se jibqgħu fis-seħħ sas-16 ta' Lulju. B'Sydney tiġġieled l-agħar tifqigħa tagħha tas-sena s'issa, l-infezzjonijiet totali laħqu l-350 minn meta l-ewwel każ instab tliet ġimgħat ilu f'xufier tal-limousine li ġarr l-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru barranija.
[ 10 ]
Ultimatum minn AC Milan lil Chelsea għall-akkwist ta' Olivier Giroud AC Milan stabbilixxew ultimatum għal din il-ġimgħa biex jiksbu ftehim għall-attakkant ta' Chelsea, Olivier Giroud. L-internazzjonali ta' Franza kien mistenni li jingħaqad mar-Rossoneri bi free transfer, biss il-Blues ix-xahar li għadda ħabbru li kienu skattaw estensjoni ta' 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu. Dan ifisser li Milan issa jridu jinnegozjaw somma ma' Chelsea, iżda r-Rossoneri qed huma lesti li jirtiraw l-interess tagħhom. Milan allegatament infurmaw lil Chelsea li jridu ftehim f'postu sa tmiem din il-ġimgħa, jew inkella se jdawru l-attenzjoni tagħhom x'imkien ieħor fit-tfittxija tagħhom għal attakkant. Giroud, li bħalissa qed igawdi ftit mistrieħ wara l-eliminazzjoni ta' Franza mill-Euro 2020 il-ġimgħa li għaddiet, skorja 11-il darba f'31 dehra għal Chelsea fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun li għadda.
[ 15 ]
Hector Bellerin jista' jħalli lil Arsenal b'self Hector Bellerin jista' jitħalla jitlaq lil Arsenal bi ftehim ta' self tul l-istaġun dan is-sajf. Id-difensur li ilu jilgħab mal-Gunners għal diversi snin huwa miftuħ li jaffronta sfida ġdida, talba li ġiet aċċettata mill-ġerarkija tal-Gunners u minn Mikel Arteta. Arsenal jippreferu jaqblu dwar trasferiment permanenti ma' wieħed minn numru ta' clubs interessati, sakemm jirċievu l-prezz mitlub tagħhom. Madankollu, Arsenal huma lesti li jinnegozjaw pass ta' self b'obbligu li jixtru. Dak l-arranġament teoretikament ikun jaqbel ma' dak ta' Inter, li qed ifittxu li jissostitwixxu lil Achraf Hakimi b'alternattiva orħos. Ir-rapport jiddikjara, madankollu, li ċ-champions tas-Serie A ma jridux jimpenjaw ruħhom li jonfqu fir-reġjun ta' £20 miljun fuq l-Ispanjol is-sena d-dieħla.
[ 15 ]
Il-President tal-Italja Sergio Mattarella se jattendi għall-Finali tal-UEFA Euro 2020 bejn l-Italja u l-Ingilterra Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella, se jivvjaġġa lejn Londra nhar il-Ħadd biex jattendi għall-finali tal-UEFA Euro 2020 bejn l-Italja u l-Ingilterra f'Wembley Stadium. Mattarella se jkun f'Wembley nhar il-Ħadd biex isegwi l-finali tal-Euro 2020 bejn l-Azzurri u l-Ingilterra. It-team ta' Roberto Mancini rriserva post fil-finali meta għeleb lil Spanja bil-penalties nhar it-Tlieta. L-Ingilterra għelbet lid-Danimarka wara l-ħin barrani grazzi għall-goal ta' Harry Kane minn rebound ta' penalty. L-Azzurri rebħu 11 mis-27 partita preċedenti tagħhom kontra t-Three Lions. Huma se jilagħbu l-għaxar finali tagħhom f'tournaments internazzjonali, filwaqt li l-Ingilterra kkwalifikaw għat-tieni finali fl-istorja tagħhom, l-ewwel waħda fil-Euro.
[ 15 ]
Kontroversja tal-penalty mogħti lill-Ingilterra li wassalhom għall-post fil-finali Raheem Sterling rebaħ penalty diskutibbli għall-Ingilterra kontra d-Danimarka, mhux biss minħabba li l-winger ta' Manchester City waqa' fil-kaxxa wara kuntatt minimu ma' Joakim Maehle, iżda wkoll għax kien hemm żewġ blalen fil-ground qabel l-inċident. It-Three Lions rriservaw post fil-finali tal-UEFA Euro 2020, fejn se jaffrontaw lill-Italja nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju. Madankollu, l-Ingilterra wasslu għal din il-finali b'mod kontroversjali hekk kif għelbu lid-Danimarka bl-iskor ta' 2-1 fis-semi-finali grazzi għal penalty dubjuż li kiseb Raheem Sterling fil-ħin barrani wara kuntatt mad-difensur ta' Atalanta Joakim Maehle. Dik mhix l-unika raġuni għaliex il-penalty ħoloq kontroversja, peress li kien hemm żewġ blalen fil-ground eżatt qabel ma ġie msejjaħ il-penalty, allura l-logħba kellha titwaqqaf qabel. Il-penalty kien soġġett għal-verifika tal-VAR li kkonferma d-deċiżjoni tar-referee Danny Makkelie. Kasper Schmeichel irnexxielu jċaħħad lil Harry Kane milli jsib ix-xibka, iżda mbagħad l-iskorer prolifiku Ingliż skorja mir-rebound.
[ 15 ]
Futur inċert għal Jorginho ma' Chelsea L-aġent tal-midfielder ta' Chelsea, Jorginho, irrifjuta li jeskludi tluq fis-sajf għall-klijent tiegħu, li għen lill-Italja jaslu sal-finali tal-Euro 2020 tal-Ħadd f'Wembley. Dan il-player ta' 29 sena kien player ewlieni għall-Blues matul l-istaġun 2020-21, u skorja tmien goals fi 43 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iżda l-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge fadallu inqas minn sentejn. Joao Santos, li jirrappreżenta lill-Brażiljan naturalizzat Taljan, qal li huwa ħerqan li jitkellem ma' Chelsea dwar tiġdid possibbli iżda ssuġġerixxa li tluq fis-sajf huwa possibbiltà. " Illum, il-valutazzjoni ta' Jorginho hija ta' madwar €50m," qal Santos. "L-ewwel ħsieb tagħna huwa li nitkellmu ma' Marina Granovskaia, direttur ta' Chelsea, dwar it-tiġdid. Dan huwa ċertament mument importanti ħafna fil-karriera tiegħu." Jorginho, li ġie marbut b'ritorn għas-Serie A, skorja 17-il goal u rreġistra erba' assists f'141 dehra għall-Blues sa minn meta ngħaqad magħhpm mingħand Napoli f'Lulju 2018.
[ 15 ]
Il-Pulizija toqtol erba' suspettati bil-qtil tal-President tal-Haiti Ritratt: EPA Wara l-qtil tal-President ta' Haiti Jovenel Moïse, ilbieraħ filgħaxija l-kap tal-pulizija nazzjonali ta' Haiti qal li erba' suspettati ġew maqtula filwaqt li tnejn oħra ġew arrestati. Léon Charles, direttur tal-pulizija nazzjonali ta' Ħaiti, qal ukoll li tliet uffiċjali tal-pulizija nżammu bħala ostaġġi imma l-pulizija ħelsithom. Moïse nqatel kmieni nhar l-Erbgħa f'dak li l-Aġent Prim Ministru tal-pajjiż, Claude Joseph, iddeskriva bħala "att ta 'mibegħda, inuman u barbaru." Moïse, li kellu 53 sena u ħa l-kariga fi Frar 2017, ġie attakkat fid-dar tiegħu f'subborg tal-kapitali tan-nazzjon, Port-au-Prince. Il-President tal-Haiti maqtul fir-residenza privata tiegħu
[ 10 ]
Żagħżugħ ħati li qatel żewġt aħwa wara li għamel patt imxajtan biex jirbaħ lotterija Ritratt: MET POLICE Nhar it-Tlieta li għadda, żagħżugħ Ingliż instab ħati li qatel żewġt aħwa, bħala parti minn patt li kien jemmen li għamel ma' xitan biex joqtol mill-inqas sitt nisa kull sitt xhur bħala skambju għal rebħa tal-lotterija futura. Danyal Hussein, li issa għandu 19-il sena, ta daqqiet ta' sikkina lil Bibaa Henry ta' 46 sena u Nicole Smallman ta' 27 sena f'attakk li seħħ f'park fil-majjistral ta' Londra f'Ġunju tas-sena li għaddiet wara li kienu mal-ħbieb biex jiċċelebraw għeluq snin Henry. Il-pulizija qalet lill-ġurnalisti barranin li Hussein kien wettaq il-qtil biex jissodisfa l-parti tiegħu minn "kuntratt" ma' xitan, li huwa ffirma u wiegħed li jwettaq minimu ta' sitt sagrifiċċji kull sitt xhur sakemm ikun fiżikament kapaċi. Hussein kiteb li jittama li l-premju tiegħu jkun li jirbaħ il-lotterija "Mega Millions Super Jackpot", u l-pulizija sabu tliet biljetti tal-lotterija li kien xtara wara l-qtil. Hussein, li kien jgħix ma' ommu, kien inqabad wara li kienu nstabu tbajja' tad-demm fuq il-post u ġie arrestat kważi erba' ġimgħat wara.
[ 10 ]