text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
"Il-possibbiltà ta' ħajja qalb it-tifrik f'Surfside hija kważi żero" Ritratt: Getty Images Il-ħaddiema tas-salvataġġ li jinsabu għaddejjin b'ħidma bla heda qalb it-tifrik tal-blokka bini f'Surfside f'Miami, jidher li bidlu l-missjoni tagħhom minn waħda ta' tiftix u salvataġġ għal waħda ta' sforz ta' rkupru. Din id-deċiżjon saret hekk kif issa għaddew ġimagħtejn minn meta parti mill-blokka bini ta' Champlain Towers South, li kien fiha 12-il sular, iġġarrfet fis-satra tal-lejl. Ma' kull jum li jgħaddi t-tama li jinstabu persuni ħajjin taħt it-tifrik qiegħda dejjem tgħib. Uffiċjali f'Surfside qalu li s'issa nstabu 54 persuna mejta qalb it-tifrik u hemm 86 persuna oħra li għadhom irrapportati nieqsa. S'issa għadhom ma nstabu l-ebda perrsuni ħajjin. L-aħbar li l-missjni ta' salvataġġ se tkun qiegħda tinbidel ħarġet wara laqgħa privata li saret l-Errbgħa li għaddiet bejn il-qraba tal-vittmi, il-ħaddiema nfushom u l-awtoritajiet ta' Surfside. Fid-dawl ta' dan, is-Sindku ta' Surfside Charles Burkett waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li, "l-aħbar tal-lum hija waħda diffiċli għal kulħadd… aħna ħdima b'passjoni kbira lejl u nhar għal ġimagħtejn sħaħ biex insalvaw il-ħajjiet. Id-deċiżjoni tal-lum intlaħqet bi qbil ma' dawk l-iktar qrib dan l-inċident u dan hekk kif l-possibbiltà li persuni jinstabu ħajjin hija kważi żero." Hu temm jgħid li, "filwaqt li l-possibbiltà ta' sejba ta' ħajja qalb it-tifrik hija kważi żero, il-possibbiltà ta' miraklu tibqa' hemm." It-timijiet ta' salvataġġ f'Surfside huma assistiti minn timijiet mill-Iżrael u l-Messiku. | [
10
] |
Manchester United għadhom m'għamlux offerta uffiċjali għal Raphael Varane Manchester United għadhom m'għamlux offerta uffiċjali għal Raphael Varane ta' Real Madrid. Ir-Red Devils huma maħsuba li identifikaw lill-internazzjonali ta' Franza bħala l-mira ewlenija fid-difiża ċentrali tagħhom matul is-suq tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Los Blancos isibuha bi tqila biex jitilfu kemm lil Sergio Ramos kif ukoll lil Varane fl-istess sajf, iżda l-kuntratt tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 fil-Bernabeu għandu jiskadi f'Ġunju li ġej, u huwa maħsub li huwa ħerqan li jfittex avventuri ġodda qabel l-istaġun 2021-22. Manchester United avviċinaw lil Real Madrid biex jirreġistraw l-interess tagħhom fl-ex player ta' Lens. Ir-Red Devils għad iridu jagħmlu offerta uffiċjali għalih, hekk kif qed jistennew biex isiru jafu l-prezz mitlub mill-Ispanjoli. Varane qatta' l-aħħar 10 snin ma' Real Madrid, għamel 360 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rebaħ tliet titli tal-La Liga u erba' edizzjonijiet taċ-Champions League fil-proċess. Manchester United ġew ukoll marbuta ma' Joachim Andersen ta' Lyon, Samuel Umtiti ta' Barcelona u Pau Torres ta' Villarreal, hekk kif il-klabb jidher li se jakkwista difensur ġdid f'Old Trafford dan is-sajf. | [
15
] |
Arsenal qrib li jġeddu l-kuntratt ta' Emile Smith Rowe Arsenal huma qrib li jaqblu dwar kuntratt ġdid fit-tul mal-prodott tal-akkademja, Emile Smith Rowe. Iż-żagħżugħ ta' 20 sena rriżulta bħala wieħed mill-players ewlenin ta' Arsenal fl-istaġun li għadda, u skorja erba' goals u pprovda seba' assists fil-kompetizzjonijiet kollha. Madankollu, meta fadal sentejn biss fil-kuntratt tiegħu fl-Emirates Stadium, l-Ingliż irċieva interess mingħand Aston Villa. Filwaqt li l-club mill-West Midlands allegatament falla b'offerta ta' £30 miljun aktar kmieni dan ix-xahar, ġie ssuġġerit li dawn iżidu l-offerta tagħhom jekk Smith Rowe ma jestendix l-esperjenza tiegħu fit-Tramuntana ta' Londra. Arsenal minn dakinhar kellhom diskussjonijiet pożittivi maż-żagħżugħ, li huwa ħerqan li jibqa' fil-club attwali tiegħu. L-internazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena huwa lest li jiffirma kuntratt li jżommu ma' Arsenal sa tmiem l-istaġun 2025-26. | [
15
] |
Il-Papa Franġisku reġa' beda jimxi u jiekol; L-Anġelus ta' għada mill-isptar Il-Vatikan qal li Papa Franġisku beda jerġa' jibda jaħdem bil-mod, jiekol u jimxi bl-assistenza. Huwa qed ikompli jirkupra b'mod normali mill-operazzjoni skedata li għamel ftit tal-jiem ilu. Anke t-testijiet tad-demm kienu sodisfaċenti. Il-Papa Fraġisku, li għandu 84 sena, il-Ħadd li għadda ddaħħal l-Isptar fejn għamel operazzjoni ta' tliet sigħat. Il-kelliem tal-Vatikan Matteo Bruni qal li nhar il-Ġimgħa l-Papa kellu ġurnata kalma fejn wara nofsinhar iċċelebra Quddiesa fil-kappella privata. Din hija l-ewwel darba li l-Papa ddaħħal l-isptar minn meta sar Papa fl-2013. Kif diġà kien imħabbar, huwa se jwassal it-talb u l-messaġġ tradizzjonali tiegħu tal-Ħadd minn ġewwa l-isptar. Din se tkun l-ewwel darba tiegħu li mhux se jagħmel dan mill-Vatikan, ħlief meta kien barra fuq vjaġġi. | [
10
] |
Phil Foden ma tħarriġx mal-Ingilterra u jista' jitlef il-Finali tal-Euro 2020 kontra l-Italja Il-midfielder ta' Manchester City Phil Foden ma tħarriġx mal-Ingilterra u jista' jitlef il-Finali tal-Euro 2020 kontra l-Italja, il-Ħadd filgħaxija. Il-manager tal-Ingilterra Gareth Southgate irċieva aħbar ħażina rigward il-kundizzjonijiet ta' Foden, hekk kif l-istilla ta' Man City ma tħarriġx mat-Three Lions illum. Mhuwiex ċert jekk il-midfielder jirkuprax fil-ħin għal-logħba l-kbira kontra l-Azzurri f'Wembley, u ma ħax sehem fit-taħriġ 'bħala prekawzjoni minħabba daqqa żgħira li sofra fil-konfront kontra d-Danimarka'. Huwa kien l-uniku player nieqes hekk kif l-Ingliżi tħarrġu b'mod normali fis-St George's Park qabel il-Finali tal-UEFA Euro 2020. Foden lagħab tliet darbiet fl-Euro dan is-sajf, u beda darbtejn kontra l-Kroazja u l-Iskozja fi Grupp D. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena tħalla barra mit-team kontra r-Repubblika Ċeka u baqa' fuq il-bank kontra l-Ġermanja u l-Ukrajna qabel daħal jilgħab l-aħħar 25 minuta fir-rebħa ta' 2-1 kontra d-Danimarka wara l-ħin barrani. | [
15
] |
Leonardo Spinazzola iktar nervuż li jsegwi lill-Italja mill-istands … Leonardo Spinazzola ammetta li qed iħossu iktar nervuż li jsegwi lill-Italja mill-istands iktar milli kieku kien qed jipprepara biex jilgħab kontra l-Ingilterra fil-Finali tal-EURO 2020. Id-difensur xellug ta' Roma kkonferma li se jkun f'Wembley Stadium biex isegwi lil sħabu mill-istands. "Jien iktar emozzjonat issa milli kieku kont parti mill-iskwadra li qed tipprepara għal-logħba. Qed inħoss iktar tensjoni," stqarr Spinazzola. Huwa kellu jirtira mill-kampjonat wara li weġġa' fil-kwarti tal-finali kontra l-Belġju fejn ċarrat l-Achilles tendon, u se jkun barra mill-azzjoni għal mill-inqas seba' sa tmien xhur. Huwa se jkun f'Wembley Stadium jagħti l-appoġġ lil sħabu minn fuq l-istands. | [
15
] |
Tennis: Ashleigh Barty tirbaħ it-titlu ta' Wimbledon It-tennista numru wieħed tad-dinja, Ashleigh Barty, rebħet it-titlu femminili ta' Wimbledon hekk kif approfittat minn wirja nervuża ta' Karolina Pliskova. Barty rebħet l-ewwel 14-il punt biex ħadet vantaġġ kmieni fir-rebħa ta' 6-3 6-7 (4-7) 6-3 … u saret l-ewwel Awstraljana li kisbet dan is-suċċess mindu Evonne Goolagong Cawley għamlet dan 41 sena ilu. Iċ-Ċeka Pliskova rkuprat fit-tieni set u reġgħet sabet il-forma u l-qawwa tas-service tagħha … iżda fit-tielet set bdiet tikkommetti żbalji elementari biex l-avversarja tagħha bdiet iżżid fir-rendiment tagħha … sakemm issiġillat ir-rebħa. "Dan huwa mument inkredibbli," qalet Barty. "Irrid nirringrazzja lil kull persuna f'dan il-court. Intom għamiltu l-ħolma tiegħi tant speċjali," qalet lill-folla li ppakkjat is-Centre Court. "Barra minn hekk irrid ukoll nirringrazzja mill-qalb l-istaff tekniku tiegħu u lill-familjari li jinsabu l-Awstralja." Iż-żewġ nisa kienu qed jagħmlu d-debutt tagħhom fil-finali tal-Grand Slam ta' Wimbledon – l-ewwel darba mill-1977 li żewġ finalisti kienu ġodda. | [
15
] |
Sirens jikkonvinċu u jegħlbu lil Marsaxlokk Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Marsaxlokk…………….4 Sirens……………………..7 (2-1), (0-1), (0-1), (2-4) Sirens ikkonvinċew speċjalment fl-aħħar taqsima biex għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta' 7-4. Kollox ma' kollox kienet rebħa meritata għal Sirens fejn l-iskor seta' kien akbar iżda sabu lil-goalkeeper ta' Marsaxlokk, Benji Busuttil, f'vena mill-aqwa li għal diversi drabi salva goals ċerti. Għal Sirens spikka l-player żagħżugħ, Matthias Azzopardi, li rreġistra hat-trick personali. Marsaxlokk ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 2-1 bil-goals jaslu minn Sebastian Bususttil u Rainer Scerri. Matthew Sciberras minn penalty skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar. Sirens wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-goal uniku jasal minn Matthew Sciberras, biex b'hekk kisbu d-draw għal 2-2. It-tielet sessjoni reġgħet kienet bilanċjata bil-Pawlini jerġgħu jirbħuha bl-iskor ta' 1-0, bil-protagonista jkun Matthias Azzopardi. Fl-aħħar sessjoni bdiet tinħass ċerta għejja fit-team ta' Marsaxlokk, b'Sirens japprofittaw biex rebħuha bl-iskor ta' 4-2, bl-awturi tal-goals ikunu Isaiah Riolo (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty u Matthias Azzopardi li rnexxielu jsib ix-xibka wkoll darbtejn bl-ewwel wieħed jasal ukoll minn penalty. Intant, Luigi Mallia u Sebastian Busuttil skorjaw għat-team min-nofsinhar ta' Malta. | [
15
] |
Sliema jaċċertaw fl-aħħar sessjoni Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Sliema…………….12 Marsaskala……….6 (3-2 , 2-2 , 2-2 , 5-0) Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet ta' Sliema u Marsaskala hija waħda evidenti, iżda kien biss fl-aħħar sessjoni li Sliema aċċertaw ruħhom mir-rebħa b'differenza ta' ħames goals hekk kif għamlu dan bl-iskor ta' 12-6. Dan hekk kif sa tmiem it-tielet sessjoni huma kienu kienu biss goal minn fuq iżda fl-aħħar sessjoni ħarġet fid-deher l-esperjenza tas-Slimiżi u anke l-għejja tal-Isklain fejn it-team immexxi mill-coach Kroat, Sergio Afric, skorja ħamsa mingħajr risposta. L-ewwel sessjoni kienet waħda bilanċjata, bis-Slimiżi joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2 bil-goals jaslu minn Benji Cachia, Zach Mizzi u Matthew Mifsud. Liam Grixti u Jake Ciantar wieġbu għal Marsaskala. Fit-tieni sessjoni, il-partita kompliet tisbieħ b'bilanċ assolut għal skor ta' 2-2. Jamie Gambin u l-captain Jerome Gabarretta skorjaw għall-Blues filwaqt li Malcolm Manara u Luca Felice niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għal Marsaskala. Anke t-tielet sessjoni spiċċat 2-2 b'Nico Schiavone u John Brownrigg isibu x-xibka għal Sliema filwaqt li Malcolm Manara u Paul Privitera, minn man-up wara li tkeċċa Liam Galea, wieġbu għall-Iskalin. Iżda jekk il-logħba tat l-impressjoni li fl-aħħar sessjoni kienet se tibqa' bilanċjata, is-Slimiżi "splodew" b'ħames goals mingħajr risposta, bil-protagonisti jkunu Jerome Gabarretta (2) bl-ewwel goal jasal minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Luca Felice, bl-istess player jfalli penalty ftit wara hekk kif ra l-konklużjoni tiegħu taħbat ma' sieq il-wieqfa, Nicholas Bugelli u Jamie Gambin. | [
15
] |
Tal-inqas 20 persuna huma nieqsa wara valanga ta' tajn fil-Belt ta' Atami fiċ-ċentru tal-Ġappun. Filmati miġbuda wrew xeni tal-waħx bit-tajn ikaxkxar dak kollu li sab quddiemu fil-belt Ġappuniża li tinsab ftit 'il barra minn Tokjo. Bosta djar spiċċaw inqerdu jew saħansitra mradma taħt it-tajn wara diversi ġranet ta' xita qalila, ogħla mill-medja għal dan il-perjodu li laqtgħet lir-reġjun. Intant il-Prim Ministru Yoshihide Suga waqqaf taskforce ta' emerġenza sabiex tingħata l-għajnuna wara dan id-diżastru naturali..bil-pulizija, pumpiera u membri tal-armata Ġappuniża msejħa fiż-żona. | [
10
] |
Illejla l-Allianz Arena fi Munich se tospita il-partita bejn l-aqwa tim fir-rankings tal-FIFA u t-tim li ilu ma jitlef 31 partita, il-Belġju kontra l-Italja. Iż-żewġ timijiet huma fost il-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni tal-Euro 2020, iżda illejla xi ħadd minnhom irid jkun eliminat. Il-Belġjani immexxija mill-kowċ Roberto Martinez mistennija jkunu mingħajr żewġ pedini importanti għat-tim b'Eden Hazard u Kevin de Bruyne it-tnejn jinsabu mweġġgħajn, bid-deċiżjoni mistennija tittieħed fl-aħħar siegħat qabel il-partita. Madanakollu is-saħħa tat-tim Belġjan tidher fit-talent li għandu disponibbli għalih, b'Romelu Lukaku u Thorgan Hazard mistennija jpattu għan-nuqqas taż-żewġ t'iplejers. L-aħħar sessjoni ta' taħriġ tal-Belġju qabel il-partita ta' llejla (Ritratt: EPA) Il-Belġju rebħu kull partita li lagħbu fil-Euro 2020, bil-gowl importanti ta' Throgan Hazard jagħti rebħa lil Belġjani fil-partita tal-aħħar sittax kontra iċ-champions attwali l-Portugall. Il-Belġjani jinsabu għatxan għas-suċċess internazzjonali b'hekk meqjusa il-golden generation għadha mingħajr unur internazzjonali maġġuri, minkejja li waslu sal-kwarti finali tal-aħħar erba' tournament internazzjonali. Min-naħa l-oħra,l-Italja, li ilhom 31 partita mingħajr telfa, se jkunu bl-iskwadra kompluta hekk kif se jirritorna id-difensur ta' esperjenza Giorgio Chiellini, wara l-injury li sofra fil-partita tal-gruppi kontra l-Iżvizzera. Statistika interessanti dwar dan il-konfront mistenni ta' llejla hi li din se tkun il-ħames darba li l-Belġju u l-Italja jiltaqgħu f'tournament maġġuri – l-erba' laqgħat preċedenti kollha ġew fil-fażijiet tal-gruppi. Il-kowċ Taljan Roberto Mancini bl-aħħar struzzjonijiet lit-tim qabe il-partita ta' llejla (Ritratt: EPA) L-Italja rebħet tlieta filwaqt li ġiet draw oħra. Din l-istatistika turi wkoll li l-iktar team li l-Belġju saba diffiċli biex jirbaħ f'tournament maġġuri huwa t-team Taljan. S'issa, l-aħħar dehriet tagħhom f'din il-fażi kollha spiċċaw deċiżi bil-penalties fejn għal darbtejn minn tliet, kienu eliminati. Filwaqt li l-Belġju rebħu seba' mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom fil-Kampjonati Ewropej. Minkejj li l-Italja rebħu l-erba' logħbiet tagħhom f'din l-edizzjoni tal-Euro 2020, iżda l-istatistika turi li huma qatt ma rebħu ħames logħbiet konsekuttivi f'Kampjonat Ewropew. | [
15
] |
L-Italja kisbu post fis-semifinali wara rebħa ta' 2-1 fuq il-Belġju. Wara li kellhom gowl imħassar ta' Leandro Bonucci, l-Italja skorjaw darbtejn fil-31 minuta permezz ta' Nicolo Barella u fl-44 minuta Lorenzo Insigne. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Belġju ngħataw penalty meta Giovanni Di Lorenzo waqqa lil Jeremy Doku fil-kaxxa, minn ħdax il-metru Romelu Lukaku ma żbaljax. Fit-tieni taqsima l-iskor baqa' ma nbidilx minkejja l-pressjoni mit-tim Belġjan biex b'hekk l-Italja aċċertaw post fis-semifinali kontra Spanja. | [
15
] |
Joe Ellis, PN Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna fil-parlament li dan il-Pjan ta' Rkupru mill-COVID jikkonferma kemm il-Gvern m'għandux l-ambizzjoni u mhux kapaċi jutilizza l-fondi tal-UE. Joe Ellis qal li din l-ewwel darba li l-UE qed tagħti għotijiet lill-pajjiżi membri u sostna li fil-preżentazzjoni li għmel il-Gvern dwar il-pajn jidher ċar li l-Gvern m'għandux idea kif jutilizza l-akbar ammont ta' fondi. Dan hu Gvern li m'għandux ambizzjoni u mhux kapaċi jutilizza dawn il-fondi. Joe Ellis qal li l-Gvern tilef opportunità storika li jgħaqqad il-politiċi u l-imsieħba soċjali fl-abbozzar ta' dan il-Pjan; dan hu gvern li mingħalih jaf kollox. L-affarijiet setgħu saru ferm aħjar, sostna Joe Ellis li semma' kif l-Italja se tirċievi €25 biljun fl-aħħar ta' Lulju għax ilha xhur li lestiet il-Pjan. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern mar quddiem l-MCESD bi Pjan lest u sostna li hemm €800 miljun f'fondi Ewropej li m'hemmx ħsieb kif se jintużaw. Il-Gvern mhux jirrealizza l-problema tat-tniġġiż fil-klima u qal li l-Gvern mhux jitratta t-tnaqqis fl-emissjonijiet. Joe Ellis qal li m'hemmx fondi dedikati għal Għawdex u sostna li l-Gvern m' għamilx dan l-impenn importanti fil-Pjan ta' Rkurpu. | [
12
] |
L-eks kowċ ta' Inter Antonio Conte faħħar lill-attakkant Belġjan Romelu Lukaku bħala wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja qabel il-konfront ta' għada bejn l-Belġju u l-Italja. Conte stqarr li taħt it-tmexxija tiegħu fiż-żmien li għamlu flimkien ma' Inter, hu ra kambjament kbir f'Lukaku. Dwar it-tim nazzjonali Taljan Conte qal li dan it-tim jixbaħ ħafna lit-tim Taljan li kien mexxa hu fl-2016, fejn l-aktar element li jispikka huwa l-għaqda u l-identita' tat-tim. Conte kellu kliem ta' tifħir dwar il-kowċ attwali tal-italja Roberto Mancini, fejn qal li hu rnexxielu jsib bilanċ bejn l-identita' tat-tim kif ukoll il-mod kif jmur mal-plejers individwalment. B'hekk it-tim ikun kollu ffukat fuq tragward wieħed, bl-istess motivazzjoni biex javvanzaw kemm jista' jkun fil-Euro 2020. | [
15
] |
Donald Rumsfeld, li serva darbtejn bħala Segretarju tad-Difiża Amerikan u li kien fost il-protagonisti tal-gwerra tal-Iraq, miet fl-età ta' 88 sena. L-aħbar ingħatat minn familtu li qalet li Rumsfeld miet id-dar fil-belt ta' Taos, fi New Mexico. Rumsfeld, li kien fost l-aktar uffiċjali fdati tal-eks President Amerikan, George W. Bush, kien strumentali ħafna fil-'gwerra kontra t-terroriżmu' li żviluppat tul is-snin ta' wara l-attakki bl-ajruplani li t-terroristi tal-Al-Qaeda kienu mexxew kontra l-ibliet ewlenin tal-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru tal-2001. Il-qawwiet tal-Istati Uniti kienu invadew lill-Iraq fl-2003 fost l-insistenza li l-pajjiż Għarbi – dak iż-żmien taħt it-tmexxija tad-dittatur Saddam Hussein – kien żviluppa l-armi għall-qerda tal-massa. Intant, dawn l-armamenti speċifiċi baqgħu ma nstabux fl-Iraq u Donald Rumsfeld irriżenja tliet snin wara minn Segretarju tad-Difiża. Għalkemm Rumsfeld dejjem iddefenda r-rekord tiegħu, diversi esperti spiċċaw iwaħħlu fih għal deċiżjonijiet li wasslu għal diffikultajiet kbar fl-Iraq u l-madwar. Min-naħa tiegħu, l-eks President Bush – wara li sama' dwar il-mewt ta' Rumsfeld – irrefera għalih bħala 'uffiċjal intelliġenti u integru li ma waqaf qatt jistinka fl-interess ta' pajjiżu.' | [
10
] |
Illejla Ħamrun Spartans kienu ppreżentati bit-trofew tat-tmien kampjonat fl-istorja tal-club tagħhom mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo. Ħamrun ġew nkurunati champions hekk kif kienu jinsabu fl-ewwel post tal-BOV Premier League wara li ntlagħbu 75% tal-partiti fil-kampjonat, li eventawlment ġie sospiż minħabba l-pandemija tal-Covid-19. (Ritratt: Joseph Galea) Matul l-istaġun li għadda huma rebħu 17-il partita, ġew draw f'ħames logħbiet u tilfu partita waħda. Ħamrun kellhom ukoll l-aħjar attakk fil-Kampjonat Premier fejn skorjaw 56 gowl u kellhom ukoll l-aħjar difiża flimkien ma' Hibernians fejn sofrew 20 gowl. Dan kien ukoll l-ewwel Kampjonat mirbuħ taħt il-presidenza ta' Joseph Portelli, fit-tmexxija tal-club. Il-preżentazzjoni saret fil-Victor Tedesco Stadium taħt osservazzjoni tar-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, f'xandira diretta fuq Net Television, permezz ta' edizzjoni speċjali tal-programm Replay. | [
15
] |
Novak Djokovic kwalifika għar-rawnd li jmiss f'Wimbledon meta bl-aktar mod konvinċenti għeleb lil Denis Kudla 6-4, 6-3, 7-6. Intant fil-kompetizzjoni tan-nisa, Ons Jabeur issorprendiet lil Gabrine Muguruza b'rebħa ta' 5-7, 6-3, 6-2. | [
15
] |
Matej Mohoric rebaħ is-seba' stadju tat-Tour de France biex kiseb il-flokk tal-polka dot. Minn naħa l-oħra, Mathieu van der Poel żamm il-flokk l-isfar. Mohoric jinsab 3'01 sekonda l-bogħod mill-quċċata tal-klassifika ġenerali filwaqt li l-kompatrijott tiegħu Tadej Pogacar niżel fil-ħames post. Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
L-ewwel kwarti finali ta' llejla tara lil Spanja kontra l-Iżvizzera, biż-żewġ timijiet għadhom ġejjin minn 120 minuta ta' futbol fil-partita tal-aħħar sittax, hekk kif iż-żewġ partiti kellhom bżonn il-ħin barrani, u fil każ tal-Iżvizzera il-penalties, sabiex jikkwalfikaw. Spanja bdew it-tournament b'żewġ wirjiet deludenti iżda iktar ma' progress il-Euro 2020, iktar bdew jitjiebu il-prestazzjonijet ta' dan it-tim żagħżugħ. Wara li fl-aħħar partita tal-grupp huma skorjaw ħames gowls kontra l-Islovakkja, it-tim immexxi minn Luis Enrique rnexxielu jerġa jiskorja ħames gowls oħra din id-darba kontra t-tim tal-Kroazja, fejn juri s-saħaħ li t-tim Spanjol jipposjedi fl-attakk. Minkejja l-kritika fl-aħħar partiti lejn Alvaro Morata, il-gowl importanti li skorja kontra l-Kroazja żgur mhux forsi għollielu l-moral għal din il-partita. Min-naħa l-Iżvizzera huwa wieħed mit-timijiet tista' tgħid sorpriża ta' din l-edizzjoni, hekk kif għaddew mill-grupp bi tliet punti biss, bir-rebħa kontra t-Turkija. Madanakollu, ir-rebħa storika li kisbu kontra ċ-champions tad-dinja Franza, wriet li dan it-tim kapaċi jasal fl-aħaħr stadji tal-Euro 2020, tim li jilgħab aktar minn xejn b'passjoni, għaqda u determinazzjoni, li ma jaqta' qalbu qatt. Minkejja dan, il-kowċ Vladimir Petkovic se jkun mingħajr il-captain tat-tim Granit Xhaka li kien sospiż fil-partita kontra Franza, fejn in-nuqqas tal-preżenza tiegħu fil-ground se jinħass żgur minn sħabu. L-aktar konfront memorabbli bejn dawn iż-żewġ timijet jibqa' dak tat-Tazza tad-DInja tal-2010 fejn l-Iżvizzera kienu għelbu lit-tim Spanjol f'partita tal-gruppi, bil-gowl uniku jasal minn Gelson Fernandes, fejn madanakollu Spanja rnexxielhom jirbħu din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Kwartifinali : Spanja v Żvizzera 6.00pm St.Petersburg Stadium, St.Petersburg Ikkummenta //= $special ?> | [
15
] |
Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrat 6 każi ġodda ta' COVID-19 f'pajjiżna filwaqt li ma fieq ħadd mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi f'Malta u f'Għawdex reġgħu qabżu l-50 u issa jimmontaw għal 52. Dawn in-numri joħorġu minn fost 2,717 swab test. Matul din il-ġimgħa, pajjiżna ra 30 każ ġdid ta' Coronavirus li jfisser l-għola ammont ta' każi fl-aħħar erba' ġimgħa. Mhux ċar x'qed iwassal biex il-każi f'pajjiżna reġgħu qed jiżdiedu b'mod marġinali, dan meta wieġed jikkunsidra li għal ammont ta' ġimgħat il-każi bdew jonqsu filwaqt li l-persuni imlaqqma komplew jiżdiedu. Filfatt fl-aħħar sigħat ingħataw madwar 4,000 doża tal-vaċċin, bi ftit iktar minn 3,000 persuni minnhom issa hija kkunsidrata mlaqqma b'mod sħiħ għall-kontra l-virus. Dan wassal biex issa ingħataw aktar minn 675,000 doża u li minnhom kważi 330,000 persuna huma mlaqqma b'mod sħiħ. B'xorti tajba, fl-aħħar sigħat ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-virus biex b'hekk l-ammont totali ta' fatalitajiet tal-pandemija baqa' 420. | [
1,
8
] |
Wieħed irid ikun imlaqqam b'mod sħiħ, jibqa' bil-maskra f'kull ħin, iżomm id-distanza fiżika u jibqa' bilqiegħda u tfal ta' bejn 5 u 11-il sena jridu jippreżentaw test negattiv Ġew mħabbra protokolli ġodda b'rabta ma attivitajiet kulturali u artistiċi li ġabu magħhom aktar konfużjoni…bl-introduzzjoni tal-bubbles. B'reazzjoni għall-appelli tal-aħħar jiem, l-Awtoritajiet spjegaw li mill-5 ta' Lulju l-avvenimenti tal-massa jistgħu jsiru iżda trid tiġi applikata r-regola ta' mitt ruħ kull bubble. In-numru ta' restrizzjonijiet abbinati ma' dawn qed iwasslu biex dan ix-xaqq ta' dawl jidher daqslikieku hu impossibli li jsiru xi tip ta' avvenimenti ta' dan it-tip. Dan hekk kif għal kull bubble trid tiġi applikata d-distanza fiżika ta' mhux iktar minn persuna waħda kull erba' metri kwadri, irid ikun hemm entratura u ħruġ għal kull bubble, u jrid ikun hemm ukoll faċilitajiet u staff assenjati għal kull sezzjoni. Iżda biex jiġu applikati dawn ir-restrizzjonijiet kollha, wieħed jirrekjedi li jsib post kbir biżżejjed biex iservi dawn il-bubbles kollha… liema postijiet ftit li xejn għandna minnhom f'pajjiżna… barra l-ispiża li tiġi biex jiġu akkomodati r-restrizzjonijiet kollha. Ta' min wieħed jinnota li kull min se jattendi dawn l-attivitajiet irid ikun imlaqqam b'mod sħiħ filwaqt li jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin meta jibbukjaw minn qabel. Wieħed ma jistax jixtri l-biljetti mal-bieb. Dan filwaqt li kull persuna trid tibqa' bilqiegħda waqt li tilbes il-maskra f'kull waqt sakemm persuna ma tkunx qed tiekol jew tixrob. L-udjenza tista' tkun ukoll bilqiegħda fi gruppi ta' mhux iktar minn sitta b'distanza ta' żewġ metri bogħod minn gruppi oħra. Intant biex tfal ta' bejn il-ħames u ħdax-il sena jattendu għal tali attivitajiet iridu jippreżentaw test negattiv li ma jkunx sar iktar minn 24 siegħa qabel l-avveniment filwaqt li jkunu ma' adult li jkun tlaqqam b'mod sħiħ. | [
1,
2
] |
Huma 7 l-każi ġodda tal-Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa f'pajjiżna sabiex b'hekk it-total ta' każi minn Marzu 2020 żied għal 30,640. Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-midja soċjali fejn ġie spjegat li 3 persuni ġew irreġistrati bħala mfejqa mill-virus bit-total jilħaq it-30,164. Dan filwaqt li fortunatament bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma ġiet rreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija…bil-każi attivi issa jkomplu jiżdiedu għal 56. Filwaqt li sal-Ġimgħa kienu 332,650, il-persuni mlaqqma b'mod sħiħ – f'pajjiżna s'issa nafu biss b'żewġ każi tal-varjant Delta…il-varjant Indjan li fil-Gżejjer Maltin ġie trażmess lokalment f'każ minnhom sporadiku. Dan il-varjant qed jitqies bħala wieħed perikoluż, li jittieħed aktar minn varjanti oħra tal-Covid-19…u għaldaqstant bosta esperti qed jisħqu dwar l-importanza li persuna titlaqqam b'mod sħiħ. | [
1,
8
] |
Huma 12 il-każi ġodda tal-Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa f'pajjiżna sabiex b'hekk it-total ta' każi minn Marzu 2020 żied għal 30,652. L-aħħar darba li pajjiżna rreġistra aktar minn 10 każi f'jum wieħed kien fit-2 ta' Ġunju li għadda meta kellna 10 każi. Hekk kif pajjiżna daħal fis-70 ġimgħa minn mindu bdiet din il-pandemija f'pajjiżna, f'jumejn diġà ġew reġistrati 19-il każ pożittiv ġdid. Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-midja soċjali fejn ġie spjegat li fl-aħħar 24 siegħa ma fieqet ebda persuna mill-virus bit-total ta' dawk mfejqa jibqa' 30,164. Dan filwaqt li fortunatament bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma ġiet rreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija…bil-każi attivi issa jkomplu jiżdiedu għal 68. | [
1,
8
] |
Ftit ilu, Toni Kroos ħabbar li se jkun qed jirtira mit-tim nazzjonali Ġermaniż u mill-futbol internazzjonali wara aktar minn ħdax-il sena jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali ta' pajjiżu. Kroos ħabbar dan fuq il-paġna ta' Instagram fejn qal li se jkun qed jiffoka fuq il-karriera tiegħu ma' Real Madrid, hekk kif ħass li f'dan il-punt fil-karriera tiegħu għandu bżonn aktar ħin ta mistrieħ. Toni Kroos lagħab 106 darbiet mat-tim nazzjonali Ġermaniż, fejn skorja 17-il darba u kien strumentali fil-mixja tal-Ġermanja għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2014. Kroos irringrazzja lill-kowċ uxxenti Joachim Low filwaqt li awgura lill-kowċ il-ġdid Hansi Flick għall-aktar suċċessi mat-tim nazzjonali tal-Ġermanja. | [
15
] |
Il-waterpolo Malti tilef pedina importanti fis-settur tar-referees, hekk kif Mario Dalli ħabbar li rtira minn referee lokali u internazzjonali b'effett immedjat. fl-età ta' 55 sena. F'karriera ta' aktar minn 30 sena, Dalli maż-żmien sar wieħed mill-aktar referees li laħaq livell għoli fl-istorja tal-waterpolo Malti. Hu kkontrolla partiti fil-kategoriji kollha tal-waterpolo filwaqt li fix-xena internazzjonali kkontrolla logħbiet mill-kompetizzjonijiet Ewropej tal-klabbs kif ukoll Kampjonati Ewropej u Kampjonati tad-Dinja. Jispikkaw il-prestazzjonijiet tiegħu fil-Kampjonat Ewropew tal-2016 u l-finali tal-Universiade bejn l-Italja u l-Istati Uniti fl-2019. Fi stqarrija, Dalli sellem lill-eks Presidenti tal-ASA Bertie Muscat u Robbie Ebejer flimkien mal-Kumitat Tekniċi tal-Waterpolo fil-LEN u l-FINA. Hu rringrazzja wkoll lil sħabu r-referees, l-uffiċjali tal-klabbs, il-plejers u l-ASA. Dalli jokkupa wkoll il-kariga ta' President tal-Malta Waterpolo Referees Association u l-intenzjoni tiegħu hi li jibqa' membru mhux attiv tal-assoċjazzjoni. | [
15
] |
L-atleta Amerikana Sha'Carri Richardson se tkun qed titlef l-Olimpjadi li jibdew aktar tard dan ix-xahar wara li nstabet pożittia għal test tal-marijuana. L-atleta ta' 21 sena rebħet t-trials tal-Olimpjadi tal-100 metru aktar kmieni f'Ġunju, b'ħin li huwa s-sitt l-aktar veloċi fl-istorja. Richardson talbet biex ħadd ma jiġġudikaha għaliex hi umana wkoll filwaqt li talbet apoloġija. Richardson kienet sospiża għal xahar mill-USADA u qalet li se tkun qed taċċetta din is-sospensjoni. | [
15
] |
Ir-Russja komplex jiddominaw waqt il-Kampjonati Ewropej tal-LEN għall-Għawm Artistiku, organizzati mill-Aqautic Sports Association f'Malta, hekk kif kisbu l-medalji tad-deheb fil-kategoriji tat-Team Free u s-Solo Technical. B'hekk wara l-kompetizzjonijiet ta' llum ir-Russja żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji b'erba' midalji tad-deheb, segwiti minn Spanja li rebħu żewġ midalji tad-deheb u tlieta tal-Bronż, bl-Ukrajna jinsabu fit-tielet post b'erba' midalji tal-fidda. Malta ipparteċipat fil-finali tas-Solo Technical permezz ta' Thea Grima Buttigieg kkompetiet għall-mużika ta' Evanescence, My Immortal. Ir-Russa Daria Kirsanova skurjat 91.2118 li kisbet it-tieni midalja tad-Deheb tar-Russja tal- ġurnata. Fit-tieni post spiċċat Anastasiia Soldatenkova li żiedet il-lista ta' midalji tagħha b'midalja tal-Fidda wara li kisbet 87.6146 punti. Vera Butsel tal-Belarus, rebħet l-ewwel midalja għall-pajjiżha meta skurjat 85.6702, u ħadet midalja tal-Bronż. | [
15
] |
Is-sewwieq Ingliż Lewis Hamilton ġedded il-kuntratt tiegħu ma' Mercedes b'sentejn biex b'hekk se jibqa' mat-tim Ġermaniż sa tmiem l-istaġun 2023. Hamilton ilu seba' snin ma' Mercedes fejn ma' dan it-tim sar fost l-aqwa sewwieqa ta' kull żmien tal-Formula 1 hekk kif rebaħ sitt kampjonati. Fi Frar li għadda Hamilton kien ġedded il-kuntratt tiegħu b'sena waħda. | [
15
] |
Ix-xandira speċjali tal-bieraħ filgħaxija, tal-programm sportiv Replay fuq Net Television, mill-Ħamrun kienet segwita minn udjenza kbira. Il-bieraħ, permezz tal-Outside Broadcasting Unit, Net Television wassal servizz estensiv f'jum il-presentazzjoni tat-trofew ta' champions tal-Kampjonat Premier, lil Ħamrun Spartans. Replay tal-bieraħ beda' qabel Net News tas-7:30pm u baqa' sejjer sa wara l-11pm. Matul din ix-xandira diretta, bil-presentazzjoni ta' Christian Micallef, u l-presentatriċi mistiedna għal dan il-programm speċjali, Louise Tedesco, kien hemm is-sehem tal-mistieden residenti ta' Replay, Konrad Sultana, kif ukoll numru ta' mistiedna speċjali oħra. Fost dawn kien hemm il-President tal-MFA Bjorn Vassallo u l-President ta' Ħamrun Spartans, Joseph Portelli. Il-President ta' Ħamrun Spartans, Joseph Portelli flimkien mal-presentaturi Louise Tedesco u Christian Micallef waqt il-programm speċjali Replay. Agħfas hawn biex tara Replay li xxandar mill-Ħamrun, fl-okkazzjoni tar-rebħ tat-tmien Kampjonat Premierm minn dan il-klabb. | [
15
] |
Ajruplan tat-trasport militari tal-Filippini ġġarraf b'madwar 90 persuna abbord u bir-riżultat li mietu talanqas 30 mis-suldati li kienu fuqu. Intant, l-iskwadri għall-emerġenzi rnexxielhom joħorġu numru kbir ta' truppi u nies oħra mill-fdalijiet tal-ajruplan li spiċċa jieħu n-nar eżatt mat-tiġrif. L-inċident seħħ meta l-ajruplan – tat-tip C130 Hercules — żgiċċa mill-mitjar fil-Gżira ta' Jolo, fil-provinċja ta' Sulu, bl-aħħar rapporti jirreferu għal ħamsin midruba, b'numru mhux speċifikat ta' passiġġieri jispiċċaw nieqsa. Intant, il-kap tal-qawwiet armati Filippini, Cirilito Sobejana, issa ikkonferma li aktar minn 40 ġew salvati u li dawn ittieħdu l-isptar għall-kura. Sar magħruf ukoll li tnejn fost il-maqtula u talanqas erba' fost il-midruba kienu ċivili li nzertaw fl-inħawi fejn iġġarraf l-ajruplan. Is-suldati abbord l-ajruplan kienu qegħdin jappoġġjaw il-kontinġent militari ( li ġie intensifikat fl-aħħar xhur) fin-Nofsinhar tal-Filippini u li fil-preżent qed jikkumbatti lill-militanti Iżlamiċi tal-grupp Abu Sayyaf u ta' entitajiet ġiħadisti oħrajn. L-ajruplan, fil-fatt, iġġarraf meta kien biss ftit kilometri 'il bogħod minn Jolo u meta kien qed iwassal lit-truppi minn Cagayan de Oro, fil-gżira ta' Mindanao, lejn in-nofsinar tal-Filippini. Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali Filippini qalu li ma kien hemm l-ebda sinjal li l-ajruplan seta' spiċċa mira ta' attakk u meta qed jaħsbu biex jibdew investigazzjoni tal-inċident mill-aktar fis possibbli. | [
10
] |
L-iskwadri tas-salvataġġ fl-aħħar sigħat kellhom jaħdmu f'kundizzjonijiet mill-aktar diffiċli biex itellgħu lin-nies minn taħt il-fdalijiet tar-residenzi mfarrkin fil-belt ta' Atami li, sigħat qabel, kienet intlaqtet minn valanga. Din il-belt tinsab viċin il-kosta u l-iskwadri spiċċaw jiffaċċjaw ix-xita qawwija kontinwa huma u jħaffru qalb it-tajn u t-tifrik fi ġlieda ddisprata mal-ħin biex jinstabu l-ħajjin. L-awtoritajiet qalu li koppja anzjana kienet fost 'l-20 li kienu salvati sa dak il-ħin' u meta għalissa hemm ikkonfermati talanqas tnejn mejtin b'kaġun tal-valanga. Intant għad fadal diversi nies neqsin mindu l-belt –lejn il-lbiċ ta' Tokjo – spiċċat koperta minn mewġa ta' tajn li laqtet l-inħawi b'impatt terribbli. Dan waqt li l-media Ġappuniża kompliet ixxandar filmati tal-iskwadri tas-salvataġġ huma u jfittxu għall-ħajjin qalb il-fdalijiet tal-bini li spiċċaw 'mgħaffġin' taħt il-qilla tal-valanga. | [
10
] |
Ajruplan tal-passiġġieri li jġorr mill-inqas 28 persuna sparixxa fil-Lvant tar-Russja. L-ajruplan An-26 tilef il-kuntatt mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ftit qabel ma kellu jinżel f'Palana, fit-tramuntana tal-peniżola ta' Kamchatka wara li kien qed itir miċ-ċentru reġjonali Petropavlovsk. Ir-rapporti li fihom dehret din l-aħbar qed jgħidu li l-ajruplan iġġarraf fil-baħar. Uffiċjali qalu li mill-inqas 22 passiġġier flimkien ma' sitt membri tal-ekwipaġġ kienu abbord it-titjira. Rapporti mhux ikkonfermati qed jgħidu li waħda mill-passiġġiera kienet il-Kap tal-Amministrazzjoni lokali f'Palana, Olga Mokhireva. Uffiċjali tal-emerġenza qalu li l-ajruplan seta' niżel fil-baħar, iżda aktar kmieni kien hemm suġġerimenti li l-ajruplan seta' ġġarraf ħdejn minjiera tal-faħam qrib Palana. Fl-aħħar snin kien hemm diversi inċidenti ta' dan it-tip fir-Russja. Filfatt f'Mejju tal-2019 superjet bl-isem Aeroflot Sukhoi ġġarraf u ħa n-nar fuq runway f'Moska fejn tilfu ħajjithom 41 persuna. Ftit iktar minn sena qabel, jet tal-linja tal-ajru Saratov niżel ftit minuti wara t-tluq minn Moska fejn il-71 persuna abbord mietu fl-inċident. | [
10
] |
In-nirien fatali f'Arakapas f'Ċipru qed ikunu meqjusa bħala traġedja terribbli hekk kif erba' persuni tilfu ħajjithom, għexieren ta' djar sfaw maħruqa f'għaxar komunitajiet differenti u 55 kilometru kwadru ta' art spiċċat meqruda. Dawn kienu l-agħar nirien sa minn dak ta' Solea fl-2016, li fih kienu mietu żewġ pumpiera waqt battalja ta' ħamest ijiem li fiha inqerdu aktar minn 18-il kilometru kwadru ta' art. Arakapas, viċin il-muntanji Trodos, huwa l-agħar nierien li qatt ġie rreġistrat f'Ċipru wara li fis-sena 2000 f'Vavla inħarqu 52 kilometru kwadru. Sentejn qabel inqerdet 40 kilometru kwadru ta' art f'Pano Pyrgos. Diversi persuni f'Ċipru qed jimmiraw il-ħtija ta' dan lejn it-tmexxija tal-pajjiż li skont huma setgħet kienet iktar ippreparata għaliex il-passat kellu jkun ta' turija ċara ta' x'setgħu joħolqu inċidenti bħal dawn. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu il-President Nicos Anastasiades saħaq li l-forzi tas-salvataġġ setgħu bdew bil-ħidma tagħhom qabel filfatt bdew. Numru ta' residenti fiż-żoni milquta ilmentaw dwar nuqqas ta' koordinazzjoni u dewmien fir-rispons. F'dan il-każ il-pumpieri kellhom jiġġieldu mhux biss kontra n-nirien iżda wkoll kontra riħ qawwi li wassal biex totalment intilef il-kontroll meta filfatt esperti qalu li l-fjammi infirxu fuq tmien kilometri f'madwar ħames sigħat. Il-persuni li spiċċaw tilfu ħajjithom kienu ħaddiema ta' nazzjonalità Eġizzjana u kellhom bejn 24 u 35 sena. Intant, fl-aħħar sigħat, l-awtoritajiet arrestaw raġel ta' 67 sena fuq suspett li kien hu li beda n-nar. | [
10
] |
Meta nqallbu fuq il-media soċjali, ninnotaw diversi ritratti… iżda kultant ikun diffiċli li tgħid liem huma r-ritratti editjati u liem huma dawk ir-ritratti mingħajr ebda irtokki. Il-fatt li dan jiġri mingħajr ma nindunaw forsi ma jdejjaqx lil kulħadd iżda żgur li jdejjaq lil min jagħmel il-liġijiet fin-Norveġja. Filfatt, fl-aħħar sigħat, fin-Norveġja daħlet fis-seħħ liġi meqjusa kontroversjali – u issa, skont din il-ligi, meta influencer jew persuna tpoġġi ritratt li fuqu jkollu editing jew filter, trid tikteb li dan ir-ritratt kien modifikat u trid tagħti d-dettalji. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun ifisser li inkissret il-liġi. Ir-regoli l-ġodda se jaffettwaw kwalunkwe post imħallas fil-pjattaformi kollha tal-midja soċjali, bħala parti minn sforz biex tnaqqas il-pressjoni fuq iż-żgħażagħ ta' kif għandu jew m'għandux jidher persuna fiżikament. | [
10
] |
Tnejn mill-akbar linji tal-ajru fid-dinja se jibdew proċessi ta' 'fast tracking' fl-ajruport ta' Heathrow għall-passiġġieri li jkunu ħadu t-tilqima sħiħa kontra l-coronavirus. L-iskema hi intiża biex isserraħ ras il-Gvern tar-Renju Unit li l-ajruporti u l-linji tal-ajru jistgħu jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar l-hekk-imsejjaħ 'vaccine status' tan-nies li jaslu fil-pajjiż minn barra. Sadanittant, l-iskema għall-passiġġieri li jużaw numru ta' rotot tippermetti biex huma jipprovdu ( perrmezz ta' uploading ) l-informazzjoni personali dwar it-tilqim qabel jitilgħu fuq l-ajruplani. Il-protagonisti wara din il-prova huma l-linji British Airways u Virgin Atlantic – bl-industrija tal-avvjazzjoni qed issejjaħ għall-ivvjaġġar 'ħieles mill-kwarantina' lejn ir-Renju Unit mill-pajjiżi indikati bl-inqas sogru mill-Covid-19 u li huma mniżżla fil-lista 'amber'. Is-Segretarju tat-Trasport Britanniku, Grant Shapps, mistenni jħabbar dalwaqt skema relatata u li għandha ssir effettiva minn tmiem il-ġimgħa. Il-prova tippermetti biex il-passiġġieri li huma 'fully vaccinated' u li jivvjaġġaw b'titjiriet speċifiċi lejn Heathrow minn Ateni ( fil-Greċja); Los Angeles u New York (fl-Istati Uniti) u Montego Bay (il-Ġamajka) juru l-provi li huma ngħataw it-tilqima sħiħa kontra l-Covid. Dawk in-nies li jieħdu sehem fil-prova xorta jridu jimxu mar-regoli kollha li kienu implimentati għas-sitwazzjoni attwali u skont is-sistema 'traffic light' tal-Gvern – fejn kull kulur jissimbolizza l-element ta' sogru mill-virus. Dan ifisser li l-passiġġieri jridu jibbukkjaw it-testijiet kollha meħtieġa waqt li jirrispettaw kriterji ta' kwarantina f'każ li jkunu ġejjin minn ċerti pajjiżi fuq il-lista 'amber'. | [
10
] |
Il-belt ta' Sydney, li hi l-akbar belt tal-Awstralja, qed timponi ġimgħa oħra ta' lockdown għar-residenti waqt li l-awtoritajiet għaddejjin bil-ġlieda biex irażżnu l-aħħar epidemija tal-virus. L-estensjoni hi valida sas-16 ta' Lulju, bl-iskejjel mistennija li jingħalqu mill-ġimgħa d-dieħla. Il-Gvern ta' New South Wales qal li kellu jieħu din id-d-deċiżjoni diffiċli waqt li qed jipprova jikkontrolla l-varjant 'Delta' tal-coronavirus li kapaċi jinfetta lin-nies aktar malajr mill-forom preċedenti tal-Covid. Fis-26 ta' Ġunju kienet ħarġet direttiva biex in-nies jibqgħu d-dar, bl-Awstralja tirreġistra ftit aktar minn 900 mewta u anqas minn 31,000 każ tal-virus mill-bidu tal-pandemija. Intant, feġġew il-clusters tan-nies infettati wara li xi nies ħarġu mid-dar biex jixtru l-affarijiet essenzjali u nstabu, wara, li kienu qed iġorru sintomi tal-virus. L-inċidenza ta' madwar 330 każ ta' infezzjoni, intant, hi l-agħar waħda għal Sydney din is-sena. Min-naħa tiegħu, il-Gvern ta' New South Wales qal li jirrikonoxxi 't-tbatija u stress' li qed ibatu l-familji u n-negozji b'kaġun ta' dan il-lockdown. | [
10
] |
Illum l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex twessa t-triq mir-Rabat, Għawdex, għal Marsalforn, proġett li l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qed issejjaħ wieħed ta' "qerda oħra ta' aktar art agrikola mhux ġustifikata sabiex tagħmel spazju għal aktar karozzi, fi triq li rari tkun konġestjonata." Flimkien għal Ambjent Aħjar sostniet li għal darb'oħra, il-proċess ta' ppjanar ta' Malta reġa' wera nuqqas ta' governanza tajba. Minkejja li dan il-proġett se jneħħi 10,693m kwadru ta' art agrikola, jeqred 300 siġra, li minnhom 44 huma speċi protetti, għandhom impatt fuq passaġġ tal-ilma u pajsaġġ kulturali, l-Awtorità tar-Riżorsi Ambjentali (ERA) li l-FAA qalet li hi kkontrollata mill-Gvern, ikkonkludiet li dan il-proġett ma jeħtieġx EIA. L-analiżi tal-ERA dwar l-applikazzjoni għadhom ma sarux disponibbli għall-pubbliku. L-FAA saħqet li din tal-aħħar, tkompli ma' rekord twil ta' stanzi fejn Infrastructure Malta tinjora d-direttivi tal-UE u dawk Maltin dwar l-informazzjoni lill-pubbliku dwar proġetti ambjentali, u ripetutament naqset milli twettaq konsultazzjoni pubblika dwar proġetti kbar. L-istqarrija kompliet tgħid li kull ma jmur, l-EIAs jew qed jitneħħew jew jitwettqu b'tali mod li ma jirrappreżentawx is-sitwazzjoni vera, sabiex jiġi żgurat li l-proġett jiġi approvat. Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali huma għodod ewlenin tal-ippjanar sabiex jiġi żgurat li l-proġetti jiksbu l-aħjar riżultat ambjentali possibbli, u huma obbligatorji għal proġetti kbar. Huwa għalhekk li l-FAA ġabet din is-sitwazzjoni għall-attenzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-UE għall-Ambjent. Il-FAA enfasizzat ukoll il-fatt li l-finanzjament tal-UE qed jintuża biex jikser il-valuri tal-UE, permezz tal-qerda ta' siġar u art agrikola, billi jiżdied l-użu ta' vetturi privati minflok ma jissaħħaħ it-trasport pubbliku, u b'hekk jiżdied it-tniġġis tal-arja u t-Tibdil fil-Klima. Il-Wied ta' Marsalforn huwa l-akbar sistema ta' wied f'Għawdex, sostnut minn netwerk li jipprevjeni l-ilma tax-xita milli joħroġ fil-baħar, u minflok isostni l-uċuħ tar-raba' fl-akwati. FAA qalet li "il-qerda ta' din is-sistema sabiex tkompli twessa' ftit kuntratturi tat-toroq u tħeġġeġ aktar karozzi tmur eżattament kontra l-għan tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li ta €8 miljun biex jippromwovi l-effiċjenza tar-riżorsi u jappoġġja l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u reżiljenti għall-klima fis-settur agrikolu ta' Marsalforn." Flimkien għal Ambjent Aħjar isejjaħ lill-Awtorità tal-Ippjanar biex titlob studji sħaħ u indipendenti għal dan il-proġett, qabel ma tgħaġġel. | [
7
] |
Il-captain tat-tim nazzjonali Ingliż Harry Kane qal li jinsab lest u preparat għall-akbar partita fil-karriera tiegħu, il-finali tal-Euro 2020. Kane tkellem dwar kemm kienu mportanti l-familjari u n-nies li ħallew impatt fuq il-karriera tiegħu, li wassluh għal dan il-mument, fejn se jmexxi lit-tim nazzjonali Ingliż fl-ewwel finali tagħhom wara 55 sena. L-attakkant ta' 27 sena elenka wkoll il-viżjoni li kellha l-FA Ingliża fil-proċess tagħha sabiex tibni tim kompettitiv li jista' jikkompeti għall-Kampjonati Ewropej u finalment għat-Tazza tad-DInja tal-Qatar fl-2022. Il-captain Ingliż qal li għalkemm l-Italja għandhom aktar suċċess fuq livel internazzjonali, hu jinsab kunfidenti li l-Ingilterra kapaċi joħolqu problemi fid-difiża Taljana. Kane faħħar ukoll l-impatt tal-kowċ Gareth Southgate fuq it-tim, fejn rnexxielu joħloq sinerġija bejn il-plejers nfushom u l-partitarji Ingliżi. Għada Harry Kane jista' jsir l-ewwel captain Ingliż li jgħolli trofew sa minn Bobby Moore, li mexxa lit-tim nazzjonali Ingliż għall-uniku suċċess internazzjonali fit-Tazza tad-Dinja tal-1966. | [
15
] |
L-Air Malta għamlet l-ewwel titjira tagħha lejn l-Ajruport Mitiga lbieraħ wara seba' snin. Dan tħabbar mill-Air Malta fi stqarrija. Il-vjaġġ sar biex tittieħed delegazzjoni Maltija l-Libja, immexxija mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u l-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru David G. Curmi. Id-delegazzjoni, li inkludiet esperti tas-sigurtà fl-avjazzjoni miż-żewġ pajjiżi, iddiskutiet il-possibbiltà tat-tkomplija ta' servizzi ta' titjiriet bejn Malta u l-Libja. F'April, il-midja Libjana kienet irrappurtat li se jerġgħu jibdew isiru titjiriet bejn Malta u l-Libja. Aqra wkoll Il-Ministru Caruana jżur il-Libja; Jiddiskuti l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi Wara ż-żjara ta' jum wieħed biss, il-Ministru Clyde Caruana qal, "Li tara l-ajruplan tal-Air Malta fuq art Libjana wara snin huwa ċertament sinjal pożittiv. Irridu nkomplu naħdmu flimkien biex naraw progress fl-avjazzjoni. Malta u l-Libja appoġġjaw lil xulxin fuq bosta fronti matul l-aħħar deċennji u se nkomplu nsaħħu din ir-relazzjoni qawwija bejn iż-żewġ popli." Gauci qal li dan hu pass importanti għal-linja tal-ajru, billi l-Libja dejjem kienet suq importanti għall-Air Malta. L-Air Malta kellha l-aħħar titjira tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta' Tripli f'Lulju tal-2014. It-titjiriet lejn Benghazi kienu ġew sospiżi wkoll wara li għalaq l-ajruport f'Mejju ta' dik is-sena. Fl-2014 Ikkanċellata titjira tal-Air Malta lejn Tripli wara li għalaq l-ajruport fil-Libja | [
1
] |
Ritratt: Miguela Xuereb Il-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-MIA, laqgħet id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa li jibdew jiġu aċċettati l-verżjonijiet diġitali tad-dokumenti meħtieġa għad-dħul f'Malta. Dawn jinkludu ċ-ċertifikat diġitali tal-vaċċin tar-Renju Unit u d-digital Passenger Location Form (dPLF), li tagħmel parti minn sistema usa' Ewropea. Dawn iċ-ċertifikati diġitali bdew jiġu aċċettati mill-bieraħ għal dawk li jivvjaġġaw lejn Malta mill-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit. Fi stqarrija, l-MIA qalet li dan huwa pass importanti li mistenni jtejjeb l-esperjenza tat-turisti li jaslu Malta. Aqra aktar Bżonn apparat li jivverifika d-dokumenti tal-Covid-19 – MIA L-MIA kienet diġà appellat lill-awtoritajiet biex jitnedew verżjonijiet diġitali tad-dokumenti sabiex jonqos il-kaos fl-ajruport. X'kienet is-sitwazzjoni fl-ajruport? Kjus ma jispiċċaw qatt fl-ajruport L-MIA appellat lil kull min se jivvjaġġa lejn il-Gżejjer Maltin biex jikkopera billi jissottometti b'mod diġitali d-dokumenti għad-dħul fil-pajjiż. Dan għaliex hemm probabbiltà kbira li xi passiġġieri jaslu Malta bid-dokumenti neqsin jew ipprintjati u, għalhekk, ikunu jeħtieġu l-verifikazzjoni manwali mir-rappreżentanti tas-saħħa pubblika. Ir-rekwiżiti għall-ivvjaġġar speċifiċi għal pajjiżi differenti, u l-aġġornamenti relatati mal-Covid-19, jinsabu fis- sit elettroniku tal-Ajruport . | [
1
] |
Protokolli ġodda għall-attivitajiet maħruġin mill-Ministeru tas-Saħħa llum jintroduċu l-kunċett famuż tal-"bubbles" li ġie addottat fl-iskejjel meta dawn reġgħu fetħu fil-pandemija. Dan billi attivitajiet li jsiru f'postijiet kbar fejn ikun possibbli li jkun hemm sezzjonijiet differenti, jistgħu jattendu għalihom aktar minn 100 persuna, ġaladarba dawn ikunu maqsumin f'sezzjonijiet differenti. Għalhekk, jista' jkun hemm sa 100 persuna f'kull hekk imsejħa bubble. Skont il-miżuri mħabbrin mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci x-xahar li għadda għall-attivitajiet, mill-5 ta' Lulju jistgħu jsiru attivitajiet b'100 persuna, mid-19 ta' Lulju b'150 persuna u mit-2 t'Awwissu b'200 persuna. Il-linji gwida, maħruġin fil-15 ta' Ġunju, jittrattaw attivitajiet kulturali, artistiċi, taż-żfin, mużika u teatru, kif ukoll attivitajiet marbutin ma' kumpaniji jew għaqdiet, bħal konferenzi, serati ta' premjijiet, laqgħat ġenerali annwali, u l-bqija. Madankollu, illum ġew aġġornati dawn il-linji gwida b'tali mod li hu indikat li jekk il-post fejn issir l-attività jkun jesa', jista' jkun hemm sezzjonijiet separati fih, bi dħul u ħruġ separat, faċilitajiet bħat-toilets differenti, u anke staff differenti. F'dal-każ, għalhekk, mill-5 ta' Lulju, kull sezzjoni separata jista' jkollha sa 100 persuna. Il-linji gwida jinsistu li l-istaff u l-persuni f'kull sezzjoni ma jistax ikollhom kuntatt ma' persuni minn sezzjonijiet oħra. Kull sezzjoni jista' jkollha persuna f'kull erba' metri kwadri tal-post. Meta tħabbar li se jerġgħu jibdew l-attivitajiet Filmat: Jistgħu jsiru attivitajiet ta' 100 persuna mill-5 ta' Lulju Uħud mill-miżuri għal dawn l-attivitajiet huma li: Kull attività jrid ikollha persuna bħala organizzatur li tkun responsabbli għall-attività; L-organizzatur irid japplika għal permess mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jissottometti risk assessment minn hawn jew hawn , u formola tal-assessjar għandha tintbagħat fuq riskdepository@visitmalta.com tal-anqas 10 ijiem qabel l-attività; Jistgħu jsiru spezzjonijiet waqt l-attivitajiet; Dawk li jattendu jridu jibbukkjaw/jaqtgħu biljett qabel, ma jistgħux jinbiegħu biljetti mal-bieb; Jistgħu jattendu biss dawk li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin validu li jiġi ċċekkjat mal-bieb; L-istaff, il-persuni tekniċi u dawk li jieħdu sehem irid ukoll ikollhom ċertifikat tal-vaċċin; Dawk li jkunu jidhru ma jifilħux jew li jkollhom sintomi respiratorji ma jitħallewx jidħlu; Iridu jitħarsu l-miżuri ġenerali bħal li tittieħed it-temperatura tan-nies u li jiġu pprovduti s-sanitisers. Ara l-linji gwida kollha X'regoli jridu jiġu obduti waqt l-attivitajiet? Din il-bidla fil-protokolli tħabbret illum, propju jum wara li l-artisti ħaduha qatta' bla ħabel kontra l-awtoritajiet wara li l-proposti tagħhom ma ngħatawx widen, u ċelebrazzjonijiet kbar bħal tal-klabb tal-futbol tal-Ħamrun tħallew isiru. Ilbieraħ Howard Keith Debono, il-produttur tal-mużika u l-President tal-MEIA, ħabbar li llum se jmur il-Belt Valletta quddiem il-Parlament bi plakka bil-kliem "Daqshekk diskriminazzjoni għall-arti u d-divertiment." Dan ried jagħmlu b'att ta' protesta solitarja f'isem l-industrija tal-arti u d-divertiment li hu u bosta artisti jħossu li qed issir diskriminazzjoni kontrihom. Il-kontroversja tal-bieraħ Il-qiegħa tkompli tisħon wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamrun Din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tal-Arti u d-Divertiment (MEIA) kellha tagħmel protesta b'mod paċifiku fil-Belt Valletta, sabiex taqbeż għad-drittijiet tal-artisti. Dan billi n-nies involuti fis-settur ma jħossux li l-miżuri mħabbrin dwar il-mod kif jistgħu jsiru l-attivitajiet huma vijabbli għalihom u għall-għajxien tagħhom. Madankollu, jum biss qabel il-protesta l-Pulizija infurmat lill-MEIA li minkejja li huma kienu se jżommu mal-miżuri tal-Covid-19, il-protesta ma tistax issir propju minħabba l-pandemija. Għalhekk, l-MEIA għamlet il-protesta online. Il-qiegħa mbagħad kompliet tisħon meta l-partitarji tat-tim tal-futbol Ħamrun Spartans ħarġu jiċċelebraw fit-toroq Ħamruniżi u kienu miġburin f'folol kbar ta' nies, mingħajr ma jżommu d-distanza soċjali u mingħajr maskri. Aqra l-protokolli kollha hawn. Aqra aktar 124 persuna mħarrkin għaċ-ċelebrazzjonijiet fil-Ħamrun Taqbel ma' dan il-kunċett? | [
1
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 7 każijiet ġodda ta' Covid-19 mill-2,841 swab test li saru. Tħabbar ukoll li fiequ 3 persuni oħra u l-każijiet attivi fil-komunità telgħu għal 56. Ma miet ħadd aktar bil-virus, u n-numru ta' vittmi baqa' ta' 420. OFFICIAL COVID-19 figures for 03•07•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Saturday, July 3, 2021 Sal-bieraħ ingħataw 679,538 doża tal-vaċċin, u kien hawn 332,650 persuna mlaqqmin kompletament. | [
1
] |
Ritratt meħud minn filmat Artisti, kantanti, atturi u oħrajn illum inġabru fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-miżuri restrittivi tal-Covid-19 fuq l-attivitajiet, li huma jħossu li mhumiex vijabbli għalihom. Bil-frażi "Daqshekk Siekta" bħala l-protagonista ta' din il-protesta paċifika, l-artisti qed jargumentaw li qed issir diskriminazzjoni fil-konfront tal-industrija tal-arti u d-divertiment. Il-protesta tal-lum tnisslet mir-rabja li qamet wara ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Ħamrun jumejn ilu, meta nġabru folol kbar ta' partitarji tal-Ħamrun Spartans, li ma segwewx il-miżuri tal-Covid-19 billi ma żammewx distanza bejniethom u ma libsux maskri. Il-Pulizija mmultat lil 124 persuna u kienet għadha qed tinvestiga biex tara tħarrikx lil oħrajn. L-artisti llum inġabru quddiem il-Parlament, ikantaw, iċapċpu u jiżfnu, f'att ta' protesta b'mod paċifiku sabiex l-industrija tagħhom tiġi ttrattata kif jixraq mill-awtoritajiet. Ilbieraħ Il-qiegħa tkompli tisħon wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamrun Waqt li kienet għaddejja l-protesta ħarġet l-aħbar li l-Ministeru tas-Saħħa rreveda l-protokolli dwar l-attivitajiet b'tali mod li issa, postijiet li jesgħu ħafna u jistgħu jinqasmu f'sezzjonijiet separati, se jkunu jistgħu jilqgħu lil aktar minn 100 persuna, diment li dawn jibqgħu separati u jużaw dħul u ħruġ, u faċilitajiet, differenti. Aktar tard l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tal-Arti u d-Divertiment (MEIA) kitbet fuq Facebook li dan sar wara pressjoni minnha stess. Stqarret li se tibqa' taħdem biex il-linji gwida jiġu riveduti u biex kulħadd ikun jista' jaħdem b'ugwaljanza u rispett. Kompliet tgħid li fl-aħħar jiem ressqet għadd ta' proposti għal sostenn finanzjarju lill-operaturi tas-settur artistiku, u dawn għandhom jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Dalgħodu Protokolli ġodda jippermettu aktar minn 100 persuna fl-attivitajiet | [
1
] |
Arċidjoċesi ta' Malta Read in English . L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' San Filep ta' Aġira, Ħaż-Żebbuġ. Hu se jieħu post Fr Daniel Cardona, li ilu jokkupa l-kariga għal 22 sena. Facebook Inizjattiva ta' Fr Daniel Cardona Filmat: Quddiesa tal-Ħadd bil-pupazzi jitkellmu mas-saċerdot Dun Albert Buhagiar twieled Ħal Tarxien fid-19 ta' Awwissu tal-1964. Huwa rċieva l-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Arċisqof f'Tal-Virtù, ir-Rabat, u segwa l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta' Malta. Ġie ordnat saċerdot fit-2 ta' Lulju tal-1993. Dun Albert serva bħala Viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Gżira u fil-Parroċċa taż-Żejtun. Fl-1996 ġie appuntat segretarju privat tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-istess żmien wettaq ukoll ħidma pastorali fil-Parroċċi ta' Wied il-Għajn u Ħal Luqa. Huwa kien ukoll arċipriet tal-Parroċċi tas-Siġġiewi u l-Mosta. F'Jannar tal-2017 nħatar bħala Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof. Il-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ tiġbor fiha popolazzjoni ta' madwar 12,000 persuna. Aqra aktar Rettur ġdid għas-Seminarju | [
13
] |
Ritratt fl-isfond: Unsplash / Ritratt David Casa: Facebook - David Casa / Ritratt TV: Unsplash Kull min jaħdem fil-Parlament Ewropew (PE) se jkun jista' jibda jara l-istazzjonijiet televiżivi Maltin NET TV u One News, wara diskussjonijiet immexxija mill-Ewroparlamentari David Casa. Dan tħabbar minn Casa nnifsu fuq Twitter fejn qal li "llum, sodisfatt inħabbar li minn din il-ġimgħa, NET TV u ONE TV huma aċċessibbli fil-lista ta' stazzjonijiet fil-Parlament". As a Quaestor @Europarl_EN I worked to ensure the commencement of the technical work to allow access to TV channels available including #Malta . https://t.co/5ZQTzfTTcF pic.twitter.com/UYjlH4qdkR — David Casa (@DavidCasaMEP) July 1, 2021 "Waħda mill-ewwel affarijiet li bdejt naħdem fuqhom meta ġejt elett Kwestur kienet li nassigura li jibda x-xogħol tekniku biex il-Parlament ikollu stazzjonijiet televiżivi ta' stati membri li ma kinux disponibbli. Dawn l-Istati Membri kienu jinkludu lil Malta" żied jgħid Casa. Fi stqarrija ntqal li Casa qed jiddiskuti wkoll max-Xandir Nazzjonali biex il-PE jkollha aċċess għall-istazzjonijiet tat-TVM u TVM2. Huwa rrimarka li filwaqt li dak li jkun jista' jaqbad u jara l-istazzjonijiet lokali fuq kwalunwke apparat elettroniku, ma seta' qatt jaċċetta li Malta tkun waħda mill-ftit Stati Membri li ma kellhiex stazzjonijiet aċċessibbli fil-Parlament Ewropew. Dan il-pass, saħaq l-Ewroparlamentari Malti, poġġa lil Malta fuq l-istess livell tal-kumplament tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Casa rringrazzja lil NET TV u ONE TV talli ħadmu mal-Parlament Ewropew biex dan ikun possibbli. | [
3
] |
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ikompli jħeġġeġ iktar donaturi biex matul din is-sena l-ġdida jagħtu d-demm iktar b'mod regolari, u dawk li għadhom qatt ma taw, jekk hu possibbli, jikkommettu ruħhom biex tul din is-sena jibdew jagħtu d-demm. Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa (inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm, l-għoti tad-demm matul dan ix-xahar jista' jsir ukoll f'dawn il-postijiet: Il- Ħ add 4 ta' Lulju: Iż-Żurrieq – mobile unit – quddiem il-Kunsill Lokali mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 4 ta' Lulju: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm It- Tnejn 11 ta' Lulju: Marsaskala – mobile unit – maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 18 ta' Lulju: Birżebbuġa – mobile unit – quddiem il-Każin San Pietru fil-Ktajjen mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 18 ta' Lulju: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm Il- Ħadd 25 ta'Lulju : In-Naxxar – quddiem il-Knisja Arċipretali mit-8:30am sas-1:00pm Noti importanti! Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin se jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tag ħ rif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfu ż joni tad-Demm. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tir ċ ievi l-a ħħ ar a ħ barijiet minn Malta, ni żż el l-APP ta ' Newsbook | [
2
] |
Din l-aħħar ġimgħa l-ammont ta' infezzjonijiet tal-Covid-19 żdiedu b'10% fl-Ewropa. Din kienet l-ewwel żieda fil-każijiet wara xahrejn li fihom kien qed ikun hemm tnaqqis fl-ammont ta' każijiet. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, wissiet li din hija l-indikazzjoni li fl-Ewropa possibilment bdiet mewġa ġdida. Id-Direttur Reġjonali Hans Kluge qal li r-riskju żdied minħabba żieda f'numru ta' każijiet, anke jekk b'rata kajmana, il-varjanti ġodda u żieda fit-taħlit soċjali. Madanakollu wieħed mill-ikbar fatturi li qed iżid riskju kien il-Euro 2020 li qed jkun konsidrat bħala "super-spreader". Dan kien konfermat meta mijiet ta' partitarji li irritornaw minn Londra u San Pietruburgu rriżultaw pożittiv bil-Covid-19. Il-Ministru għall-Intern Ġermaniż Horst Seehofer dal li l-Uefa kienet "irresponsabbli" u qal li huwa ċar li l-partitarji li jitgħannqu jwasslu biex jinfirex il-virus. Huwa kien partikolarment kritiku dwar id-deċiżjoni li 60,000 partitarju jitħallew jidħlu fil-grawnd f'Budapest u f'Wembley f'Londra għas-semi-finali u l-finali. "Ma nistax nifhem u nispjega għaliex il-UEFA mhix sensibbli, bl-unika ġustifikazzjoni hija raġunijiet ta' kummerċ", kompla Seehofer. | [
1,
10
] |
Ritratt: Newsbook Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn għada se jibda jkun rikonoxxut iċ-ċertifikat tal-vaċċin Ewropew. Dan tħabbar waqt konferenza stampa fejn huwa spjega li minn għada turisti Ewropej li jaslu f'Malta se jkunu jistgħu jippreżentaw dan iċ-ċertifikat meta jivvjaġġaw minn pajjiż fuq il-lista l-oranġjo jew il-ħamra skont kif approvati mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika. Huwa fakkar li l-Maltin li għandhom iċ-ċertifikat Malti jistgħu jidħlu fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt u jniżżlu ċ-ċertifikat Ewropew tagħhom ukoll. Il-Ministru Fearne stqarr li, peress li minħabba l-kobor ta' dan il-proġett jista' jkun li jkun hemm problemi tekniċi fl-ewwel jiem, madanakollu stqarr li l-pubbliku se jinżamm infurmat bl-iżviluppi neċessarji. Dwar iċ-ċertifikat tal-vaċċin Ingliż, id-Deputat Prim Ministru spjega kif ir-Renju Unit ma pprovdiex verifier app kif ipprovda l-proġett Ewropew, u għalhekk l-awtoritajiet Maltin qegħdin jaħdmu sabiex fil-jiem li ġejjin ikun żviluppat verifier app speċifikament għaċ-ċertifikat Ingliż. Żied li dan se jinħadem fuq l-istess mudell li ġie żviluppat l-app Ewropew. Madanakollu, sakemm din is-sistema ta' verifika diġitali tkun lesta, turisti li ġejjin mir-Renju Unit se jkollhom jipprovdu ċertifikat fiżiku maħruġ mill-NHS Ingliża. Dan għaliex iċ-ċertifikat fiżiku għandu security features li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin jistgħu jivverifikaw biex jaraw li ċ-ċertifikat huwa awtentiku. Inkunu protetti mill-varjant Delta jekk 85% jieħdu l-vaċċin – Fearne | [
1
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr. Bernard Falzon MSSP u l-attur Jonathan Laferla. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew -Mt 9, 1-8 Ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura". Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi". Ġesù għaraf x'kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: "Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f'qalbkom? Għax x'inhu l-eħfef, tgħid: "Dnubietek maħfura", jew tgħid: "Qum u imxi?". Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art", qal lill-mifluġ: "Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek". Dak qam u telaq lejn daru. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
L-impatt tal-pandemija kien iebes. Għal ċerti żoni, pajjiżi u individwi kien iktar minn oħrajn. Wieħed mill-pilastri tal-ħidma Ewropea huwa l-politika ta' koeżjoni, politika li tara li ma jinħolqux differenzi kbar bejn il-pajjiżi u l-individwi, kif ukoll ir-reġjuni periferali li jiddependu minn oqsma ekonomiċi li sofrew l-impatt dirett tal-pandemija, bħat-turiżmu. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta | [
3
] |
Photo PX Here Disgħa minn kull għaxar familji Ingliżi kkunsmaw kaloriji żejda matul il-pandemija skont studju li wera li n-nies kellhom aktar takeaways u xtraw aktar mis-supermarket. Kollox jindika li x-xogħol mid-dar seta' kien ukoll fattur fis-sewqan ta' konsum akbar min-nies, skont ir-riċerkaturi fl-Istitut għall-Istudji Fiskali (IFS). Hu mifhum li din iż-żieda ta' kaloriji laħqet il-quċċata ta' 15% iktar mill-konsum normali f'Mejju 2020. L-istudju kien ibbażat fuq informazzjoni dwar miljun xirja ta' ikel u xorb mhux alkoħoliku minn ħwienet, ristoranti u takeaways. Kate Smith, direttur tal-IFS u awtur tar-riċerka, qalet li "l-bidliet kbar fejn in-nies jaħdmu, jieklu u jissoċjalizzaw matul is-sena li għaddiet wasslu għal żieda sinifikanti fil-konsum ta' kaloriji. Żidiet fl-ikel ikkunsmat id-dar aktar minn kumpens għall-kaloriji meta tiekol barra." L-istħarriġ wera li 90% tad-djar żiedu l-konsum ta' kaloriji tagħhom, bl-akbar żidiet għall-aktar djar sinjuri. | [
10
] |
Ritratt: muntaġġ / Rewind Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM fejn se naraw lil Leo iċempel lil Valerio dwar id-djamanti. X'qallu u x'ġara? Min mar għand Leo? Ritratt: Rewind Nerġgħu mmorru lura fiż-żmien u naraw lil Paul u lil Valerio. Għaliex Valerio kien qal lil Paul biex ma jkunx sħab ma' Leo? X'raġuni kien tah Paul għaliex ma kienx se jieħu l-parir tiegħu? Ritratt: Rewind Xi ħadd ieħor mar iħabbat għand Leo. Għaliex Valerie kienet irrabjata ħafna għalih? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Ritratt: Rewind Matul din il-ġimgħa Sorelle se jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis fl-3.40pm fuq TVM, filwaqt li l-Ġimgħa l-aħħar appuntament se jibda fit-3.30pm, meta dakinhar jintwerew żewġ episodji wara xulxin. Ritratt: Rewind | [
2,
6
] |
David Spiteri Gingell, li għandu l-kundizzjoni bipolar, stqarr li kważi kkommetta suwiċidju darbtejn. Filwaqt li rrikonoxxa li biex isib is-saħħa jkampa ġurnata b'ġurnata irid jiġġildilha ħafna, huwa qal li l-kundizzjoni tiegħu hija stramba ħafna għax filli ma jkollu aptit jagħmel xejn, u filli jaħdem u jtella' ħafna xogħol. Spiteri Gingell li sar jaf bil-kundizzjoni 20 sena ilu, qal li, "l-aqwa mod biex tkampa u ma tħossokx waħdek, huwa li jkollok nies li jridu jgħinuk. Dan jista' jsir biss jekk tkun onest dwar il-kundizzjoni…" Spiteri Gingell qal ukoll li ħadd ma jista' jifhem minn xiex ikun għaddej il-bniedem jekk dan ma jitkellimx. Hu u jiftaħ qalbu dwar l-esperjenza tiegħu, stqarr li kien imlaħħaq f'numru ta' impjiegi kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Spjega wkoll li l-kundizzjoni ġġiegħlu jkun erratiku, li mhux dejjem ikun possibbli li n-nies ta' madwaru jifhmuh, u li ma jagħmlilhomx ħajjithom faċli. Marilyn Mintoff, mistiedna oħra tal-programm, qablet ma' dak li qal Spiteri Gingell, u spjegat li dak li jkun ma jindunax li għandha l-ansjetà għax xorta waħda tibqa' titbissem, tkompli man-nies, u taħdem f'xogħolha, li ddeskrivietu bħala r-rimedju tagħha. Minkejja dan, Mintoff saħqet, dawn il-problemi xejn ma jagħmlulha ħajjitha eħfef. Jekk tħossok qed tbati minħabba saħħa mentali, tista' ċċempel fuq il-helpline 1770 ta' Richmond Foundation. Hemm tista' ssib l-għajnuna ta' professjonisti li qegħdin hemm 24 siegħa. Richmond Foundation għandhom ukoll servizz online ta' chatting, OLLI.chat, li tista' taċċessa hawn . Id-diskussjoni sħiħa tista' tara hawn taħt: | [
14
] |
Ritratt: Athletics Malta It-Team Nazzjonali Malti tal-Atletika ħalla Malta għal Limassol, Ċipru, fejn tmien din il-ġimgħa se jkun qed jieħu sehem fit-Tielet Diviżjoni tal-Kampjonati Ewropej. Minkejja l-fatt li t-tim se jkun qed jikkompeti ma' oppożizzjoni b'saħħitha, inklużi nazzjonijiet akbar bħas-Serbja u l-Ġorġja, id-delegazzjoni Maltija hi fiduċjuża li l-atleti Maltin se jkunu qed joffru prestazzjoni tajba biex pajjiżna jidħol fiċ-ċans għal wieħed minn tliet postijiet disponibbli għall-promozzjoni fit-Tieni Diviżjoni. Uħud mill-aqwa atleti fid-dinja se jkunu qed jieħdu sehem f'dan l-avveniment, bħal Ivana Španović tas-Serbja, li hija ċ-ċampjin renjanti tad-dinja u tal-Ewropa fil-long jump indoor, kif ukoll iċ-Ċiprijott Milan Trajkovic, finalist dinji fuq il-110m hurdles. Għat-tim Malti, il-preparazzjonijiet kienu mill-aktar diffiċli, wara li l-faċilitajiet sportivi kienu magħluqa għal xhur sħaħ u l-kompetizzjonijiet weqfin. Barra minn hekk, uħud mill-aktar atleti promettenti Maltin se jkollhom jitifu dan l-avveniment minħabba eżamijiet importanti proprju fl-istess ġranet. Minkejja dawn l-isfidi, Athletics Malta ħadmet bis-sħiħ biex tipprepara lit-tim bl-aħjar livell possibbli, inkluż bt-twaqqif ta' struttura dedikata għat-tim nazzjonali, ir-reklutaġġ ta' uħud mill-aqwa kowċis lokali u internazzjonali kif ukoll billi tat l-opportunità lil dawn l-atleti biex jieħdu sehem f'erba' attivitajiet internazzjonali bi tħejjija għall-Kampjonati Ewropej. Il-parteċipazzjoni fihom kienet possibbli grazzi għall-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta. Id-delegazzjoni se tkun tikkonsisti f'31 atleta flimkien ma' erba' kowċis, rppreżentant tekniku, tabib, fiżjoterapista u tliet masseurs bl-għan li t-Tim Nazzjonali jkun preparat l-aħħar possibbli għal din il-kompetizzjoni. Għall-ewwel darba fl-istorja ta' din l-isport, ġew allokati wkoll inċentivi speċifiċi mill-assoċjazzjoni. Andy Grech, President ta' Athletics Malta kkummenta: "Minkejja l-isfidi li kellna quddiemna fl-aħħar xhur, nemmnu li investejna ż-żmien, l-enerġija u l-fondi neċessarji biex nagħtu sfida denja u jkollna ċans tajjeb għal promozzjoni fit-tieni diviżjoni. It-tim Malti fih atleti ta' kull età minn 17 sa 45 sena. Minkejja li se jkollna quddiemna sfida iebsa, nemmen li għandna wieħed mill-aqwa timijiet fl-aħħar 20 sena. Għndna taħlita ta' esperjenza u entużjażmu, li se jkunu kruċjali biex dan l-avveniment iservi ta' qabża oħra 'l fuq għall-atletika, għall-bqija tal-istaġjun internazzjonali u għat-triq li għandna quddiemna għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023". Dan it-tagħrif twassal minn Athletics Malta. | [
15
] |
Christian Eriksen ħareġ mill-isptar f'Kopehagen wara li saritlu operazzjoni b'suċċess. Dan ħabritu l-Federazzjoni tal-Futbol Daniża hekk kif qalet li Eriksen żar ukoll lit-tim Daniż u se jkun qed jirritorna d-dar flimkien mal-familjari tiegħu. F'messaġġ li tellgħet il-Federazzjoni Daniża fuq Twitter, Eriksen irringrazzja lil dawk li bagħtulu messaġġ ta' kuraġġ f'dan iż-żmien diffiċli. More here ⬇️ #ForDanmark pic.twitter.com/jzF338XiC1 — DBU – En Del Af Noget Større (@DBUfodbold) June 18, 2021 Eriksen sarlu intervent f'qalbu biex jitpoġġielu appart magħruf bħala heart-starter device (ICD) wara li nhar is-Sibt li għadda sofra attakk f'qalbu waqt il-partita tad-Danimarka kontra l-Finlandja waqt il-kampjonat tal-Euro. Eriksen b'intervent f'qalbu Id-Danimarka se tilgħab l-aħħar logħba tagħha fil-Grupp B kontra r-Russja t-Tnejn. Il-Ħamis, it-tim tal-Belġju u tad-Danimarka tefgħu l-ballun barra mill-logħba fl-10 minuta tal-partita tagħhom bħala tislima lil Eriksen. Illum tintlagħab partita b'tislima lil Eriksen | [
10,
15
] |
L-ewwel Mużew tal-Futbol Malti, fil-grawnd Nazzjonali f'Ta' Qali, jirrappreżenta aktar minn ċelebrazzjoni tal-120 sena mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA). Dan qalu l-President tal-FIFA Gianni Infantino, waqt l-inawgurazzjoni ta' dan il-mużew, li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, u l-President tal-MFA Bjorn Vassallo. Ritratt: MISW Infantino qal li l-mużew "imur lil hinn minn sempliċiment ċelebrazzjoni tal-futbol," u faħħar ix-xogħol li għamel il-Gvern Malti mat-tfal u ż-żgħażagħ f'dan l-isport. Min-naħa l-oħra, Bjorn Vassallo spjega li l-ftuħ ta' mużew li jħares lura lejn l-istorja tal-MFA u tal-futbol Malti hija xi ħaġa sabiħa. Li dan seħħ quddiem il-President tal-FIFA, irrimarka Vassallo, kien ta' unur ikbar li kompla jagħmel mument storiku bħal dan iktar speċjali. Il-mużew, spjega Vassallo, juri l-progress li diġà sar fil-futbol Malti, u li se jkompli jsir fil-futur. Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li l-futbol f'Malta jista' jkun ta' kontribut akbar għall-komunità internazzjonali tal-futbol. Ma' dan, hija qalet li l-futbol jista' jippromwovi l-prinċipju tas-solidarjetà u li "l-kampanja ta' bħalissa kontra r-razziżmu u l-mod kif id-dinja sportiva ngħaqdet f'appoġġ għall-plejer Daniż Christian Eriksen huma prova ta' dan." Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dan il-mużew juri li l-istorja tal-futbol Malti hija ħajja u mimlija mumenti li paxxew lill-partitarji li jsegwuh. Grima qal ukoll li jħares 'il quddiem biex il-Gvern jaħdem aktar mal-MFA biex Malta jkollha futbol ta' livell aħjar. | [
15
] |
Ritratt: Hermann Bonaci Productions Matul is-sajf, mit-30 ta' Ġunju kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis fit-3.05pm fuq TVM se nkunu nistgħu insegwu mill-ġdid it-tmien u l-aħħar staġun tas-sensiela popolari Simpatiċi li jinkludu l-aħħar episodji li l-attriċi Maryrose Bonello kienet ħadmet bħala n-nanna Katrin. Il-mewt ta' Maryrose Bonello fit-3 ta' Diċembru tal-2014 kein ħasad lil kulħadd. Kienu għadhom kif bdew jinħadmu l-episodji li kienu se jixxandru f'Jannar tal-2015 u għaldaqstant kienet iebsa għat-tim tal-produzzjoni biex imur fuq is-sett u jaħdem l-episodji li kien imiss sabiex jitwasslu dawn il-puntati, bi skripts li kellhom jitranġaw sabiex il-puntati setgħu jitwasslu kif kien previst. Diġà kienet iebsa li jiffilmjaw mingħajr Maryrose Bonello aħseb u ara li l-linji li kien hemm miktuba għall-Katrin kellhom jgħiduhom Lieni jew Ruth. U minkejja li Maryrose Bonello kienet mietet, Hermann Bonaci Productions xorta rnexxielhom iżommu ħajja lin-nanna Katrin fis-sensiela u fil-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. | [
2,
6
] |
Ritratt: gofundme.com Ingliż li nstab pożittiv għall-Covid f'Marzu tas-sena l-oħra, u ilu għal dawn l-aħħar 13-il xahar jirċievi kura intensiva għall-effetti tal-virus, għadu kemm miet għax ried iwaqqaf il-kura. Jason Kelk, li kien rikoverat l-Isptar St James ġewwa Leeds, intbagħat fl-Ospizju ta' St Gemma ġewwa Yorkshire, u miet imdawwar minn membri tal-familja tiegħu. Il-mara tiegħu, Sue, kitbet fuq Facebook, "B'sogħba kbira naqsam magħkom l-aħbar li Jason miet f'St Gemma fis-12:40pm". Ritratt: Facebook – Sue Kel Il-Ħamis li għadda, mart il-pazjent kitbet li żewġha kien għaddej minn intopp ieħor fil-ġlieda tiegħu kontra l-effetti tal-coronavirus, minħabba li żviluppatlu infezzjoni. Aktar kmieni din is-sena, Sue bdiet anke tiġbor numru ta' donazzjonijiet bl-għan li tibdel id-dar tagħhom f'post li jkun jista' jgħin lir-raġel jirkupra. Sue qalet li minkejja li kien ilu numru ta' ġimgħat ma jużax ventilatur, f'dawn l-aħħar xhur qaleb għall-agħar u reġa' kellu bżonn jużah. | [
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 3 każijiet ġodda ta' Covid-19 minn 1,798 swab tests li saru. Ħabbar ukoll li ma miet ħadd, u b'hekk in-numru ta' vittmi baqa' 419. Intant, fiequ 9 persuni oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità niżel għal 45. S'issa ngħataw 604,033 tilqima, u 270,754 persuna imlaqqam kompletament. | [
1
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huwa Fr Ġiovann Tabone u l-attriċi Roberta Briffa. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 6, 19-23 Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Tgeddsux għalikom teżori f'din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek qalbek ukoll. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Ritratt: Facebook - Juventus Stadium Miet fl-età ta' 92 sena Gianpiero Boniperti, eks plejer u l-President Onorarju ta' Juventus. Boniperti kien ingħaqad mat-tim tal-Juventus fl-1944 u sentejn wara beda jilgħab mat-tim fejn dam sal-1961. B'kollox hu lagħab 459 logħba u skorja 179 gowl. Gianpiero Boniperti rebaħ 5 kampjonati ma' Juventis, kif ukoll darbtejn il-Coppa Italia. Huwa lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Taljan fejn lagħab 38 partita li fihom skorja 8 gowls. Wara li temm il-karriera tiegħu bħala plejer, Boniperti serva għal 29 sena bħala Direttur u President ta' Juventus. Kien f'dan iż-żmien li Juventus rebħu s-Serie A għal 11-il darba, kif ukoll 4 darbiet il-Coppa Italia, darbtejn il-UEFA Cup kif ukoll darba t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u darba l-UEFA Champions League. Il-funeral ta' Boniperti se jsir fil-ġranet li ġejjin. Ritratt: Facebook – Fudbaleri i Timovi | [
10,
15
] |
Illum fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, fir-Rabat Għawdex, Mons. Anton Teuma, Isqof ta' Għawdex, mexxa l-Ordinazzjoni Djakonali tas-seminarist Gabriel Vella. Gabriel Vella, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, Għawdex, twieled fis-6 ta' Marzu 1996. Irċieva l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja Anton Buttigieg tal-Qala u wara kompla l-istudji fl-Iskola Sekondarja Ninu Cremona, il-Belt Victoria. Wara sentejn fis-6th Form, Sir Michelangelo Refalo, f'Mejju 2014 talab biex jidħol is-Seminarju. Wara li ġie aċċettat, hu għamel is-Sena Propedewtika tiegħu fis-Seminarju. Huwa beda l-kors ta' formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta' Ġesù f'Settembru 2015. Is-sena intermedjarja għamilha f'Modena, l-Italja flimkien ma' komunità ta' presbiteri djoċesani u fil-Parroċċa tal-Papa San Ċelestinu I, Castelnuovo Rangone. Lura mis-sena intermedjarja, f'Settembru 2019 kompla l-kors tiegħu fis-Seminarju. Irċieva l-ministeru ta' Lettur minn idejn l-Isqof Mario Grech, dakinhar Amministratur Appostoliku għal Għawdex, fis-26 ta' Jannar 2020, fil-Knisja arċipretali ta' Santa Margerita, Ta' Sannat. Fit-8 ta' Diċembru 2020, Solennità tal-Immakulata Kunċzzjoni, ġie istitwit bħala Akkolitu fis-Santwarju arċipretali tal-Qala. Fl-20 ta' Mejju 2021 ġie ammess bħala kandidat għall-Ordni Sagri fil-Katidral ta' Għawdex. Tul il-formazzjoni tiegħu, Gabriel għamel esperjenzi pastorali fil-Parroċċi tal-Katidral, iż-Żebbuġ, u preżentement Għajnsielem. Is-seminarist Gabriel Vella se jiġi ordnat djaknu | [
13
] |
Giancarlo Magalli u Anna Falchi. ritratt: Muntaġġ / Facebook Il-programm popolari I Fatti Vostri se jkun qed jirritorna fl-iskeda tal-ħarifa tal-istazzjon Taljan Rai 2 mingħajr il-preżentazzjoni ta' Giancarlo Magalli, li ilu jmexxi dan il-programm għal dawn l-aħħar 21 sena. B'aktar minn 4,000 puntata u 10,000 intervista, Magalli sostna li kien hu stess li talab biex ma jibqax jippreżenta dan il-programm għax iħossu li għejja. Minflok il-programm se jkun qed jiġi ppreżentat mill-attriċi u preżentatriċi Anna Falchi, li ilha snin twal tippreżenta mar-RAI, b'eċċezzjoni ta' ftit programmi li kienet għamlet għal Canale 5, Italia Uno u l-istazzjon Telenorba. Għalkemm mhux se jkun qed jippreżenta I Fatti Vostri, Magalli xorta waħda se jibqa' fuq l-istazzjon Rai Due u kuljum fil-ħin ta' wara nofsinhar se jkun qed jippreżenta kwiżż ġdid. | [
2,
6
] |
Waqt waħda mill-avventuri li Angelo Caruana, Pierre Farrugia u Vince Bonello Pukka għamlu dan l-aħħar, kellhom mistiedna speċjali magħhom, ħadd ħlief Stephanie Spiteri, il-preżentattriċi tal-programm 'Illum ma' Steph' fuq TVM. Dawn erħewla lejn il-Wied tal-Isperanza fejn għalkemm kienet ġurnata sħuna u pjuttost xotta, skoprew li dan il-wied għadu attiv fejn raw diversi friefet, tadpoles kif ukoll żrinġijiet, sabu wkoll għar ċkejken. Dan il-Wied jinsab bejn żewġ kappelli, dik Tal-Isperanza bil-leġġenda marbuta magħha li tgħid li tfajla kienet ser tinħataf mit-Torok kif ukoll il-Kappella iddedikata lil San Pawl Appostlu tal-Qliegħa. Ma naqasx ukoll li jinġabar xi skart li n-nies ħalliet warajha. Avventura ħelwa oħra minn diversi li dawn it-tlieta qed jagħmlu madwar Malta. Ritratt: Vince Bonello Pukka Dan it-tagħrif twassal minn caruanaphotography@gmail.com | [
2
] |
Ritratt: Facebook - Oħloq Tbissima Permezz tal-Maratona Oħloq Tbissima 2020, li fiha nġabru €629,079, tqassmu madwar 8,000 borża ta' ikel lil nies fil-bżonn. Dan qalu s-Superjur Reġjonali tal-MSSP fil-Peru u f'Kuba Fr Alex Busuttil. Il-maratona tal-2020: Jinġabru aktar minn €600,000 fil-maratona Oħloq Tbissima Fi stqarrija, Fr Busuttil qal li bis-saħħa tad-donazzjonijiet tas-sena l-oħra, medja ta' 3,000 persuna qed jingħataw ikla kuljum matul is-sena. 15% tad-donazzjonijiet marru biex mijiet ta' nies jingħataw kura fil-klinika mmexxija mill-MSSP f'Arequipa, fil-Perù. Kien bis-saħħa ta' dan li l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19 setgħu jittaffew u jiġu salvati aktar ħajjiet. Dan sar permezz ta' għotjiet ta' ossiġnu, mediċina, maskri, tagħmir biex nies jagħmlu sanitizzazzjoni, u lbies protettiv lill-istaff tal-klinika. Id-donazzjonijiet tas-sena l-oħra, spjega Fr Busuttil, għenu biex jingħata r-rispett u d-dinjità umana lin-nies fil-bżonnijiet l-aktar bażiċi. Proġetti oħra li d-donazzjonijiet jagħmlu possibbli huma dawk edukattivi, tal-kura tal-orfni, u l-programmi ta' sponsorizzazzjoni fejn nies jistgħu jħallsu biex jieħdu ħsieb tfal fil-bżonn. L-għan ta' dan hu biex permezz ta' ħidma aktar inklussiva, l-MSSP tgħin lin-nies permezz ta' proġetti differenti, u mhux toffri servizzi biss. Eżempju ta' dan huwa l-Fond ta' Kompassjoni, li jgħin lil nies skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom li mhumiex inklużi fi proġetti msemmijin. Donazzjonijiet oħra marru għal nies li tilfu l-impjieg tagħhom u spiċċaw f'faqar estrem. Din l-għajnuna tinkludi aċċess għal klassijiet virtwali, ħlas tal-kera tad-dar ta' nies fil-bżonn, u ħlasijiet tal-kontijiet ta' kull xahar. Il-Maratona Oħloq Tbissima 2021 se ssir bejn il-Ġimgħa 16 ta' Lulju u l-Ħadd 18 ta' Lulju kuljum bejn il-5pm u nofsillejl. Tista' tagħti d-donazzjoni tiegħek minn issa billi ċċempel jew tibgħat SMS fuq: 51002031 – €20 51902080 – €50 50619285 – €11.65 (SMS) 21445544 (Linja tal-pleġġ) Tista' tagħti donazzjonijiet minn barra min Malta billi tidħol minn hawn . | [
13
] |
Bħalissa żmien l-eżamijiet. Miż-żgħir sal-kbir kulħadd jistudja għalihom. Hemm min jgħid li fl-iskejjel primarji u sekondarji m'hemmx posthom l-eżamijiet. Hemm min jgħid bil-maqlub. Jekk it-tfal ma jidrawx bl-eżamijiet x'jagħmlu meta jaslu għall-O'Levels? Aħjar bl-eżamijiet jew aħjar mingħajrhom? Din hija l-mistoqsija li Andrew Azzopardi se jiddiskuti nhar is-Sibt fl-10am waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103. Il-mistednin tiegħu huma: Maria Ciappara, eks-kap ta' Skola, Russell Sammut, opinjonista, Peppi Azzopardi, ġurnalista, Marco Bonnici, President MUT, u Liam Axisa, President KNZ. | [
6,
14
] |
Photo UEFA.Com Numru ta' spettaturi li kienu qed jassistu għal logħba Franza kontra l-Ġermanja kellhom ddaħħlu l-isptar biex jingħataw kura għal ġrieħi kkawżati minn persuna li niżlet bil-paraxut fil-grawnd qabel il-logħba. Il-persuna għamel dan l-att biex iwassal il-messaġġ ta' Greenpeace, bi protesta kontra l-użu taż-żejt. Id-debris waqa kemm fuq il-grawnd kif ukoll fuq l-istand ewlieni tal-grawnd, hekk kif il-paraxutist laqat il-wajers għal camera mwaħħla mas-saqaf tal-istadium. Il-UEFA sejħet dan l-aġir bħala wieħed "imprudenti u perikoluż" u qalu "l-awtoritajiet tal-pajjiż kienu se jieħdu l-azzjoni meħtieġa." Dan l-att ikkawża ġrieħi lil bosta nies li jattendu l-logħba li issa jinsabu l-isptar," qalet il-UEFA. L-inċident seħħ eżatt qabel il-bidu tal-partita tal-Euro 2020 bejn l-aħħar żewġ champions tat-Tazza tad-Dinja. Deschamps intwera li kien qed jaħrab fit-toqba tat-tim biex jevita li jaqa 'l-iskart. Il-partita spiċċat f'rebħa għal Franza 1-0. | [
10,
15
] |
Il-Kardinal Mario Grech qal li l-viżjoni tal-Knisja bħala nies fi vjaġġ mar-ragħajja tagħhom, li qed imexxuhom, għandha tkun is-suġġett ewlieni tas-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir 'il quddiem. F'intervista ma' Vatican News , il-Kardinal, li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, qal li xogħol is-Segretarjat miexi b'dan il-pass, u d-djalogu għandu jkun il-bażi tal-proċess tas-sinodu. Din il-ġimgħa s-Segretarjat tas-Sinodu tal-Isqfijiet beda jiltaqa' mal-episkopati minn madwar id-dinja biex iħejji l-aġenda għall-assemblea tal-2023, skont il-mudell mitlub mill-Papa Franġisku. Il-Kardinal qal li qabel ma jippubblikaw il-programm għas-Sinodu li jmiss, riedu li jkollhom kuntatt mal-presidenza tal-assemblea kontinentali tal-konferenzi episkopali, għax iriduhom ikunu involuti f'dan il-proġett. Wara l-pubblikazzjoni tad-dokument bil-programm il-ġdid, il-Kardinal qal li din il-ġimgħa qed jikkuntattjaw u jiddjalogaw mal-presidenti u s-segretarji ġenerali varji ta' kull konferenza episkopali fid-dinja. Fi kliem il-Kardinal, l-idea hi li jridu jibdew dan id-djalogu biex imbagħad dawn il-presidenti u s-segretarji ġenerali jipparteċipaw bħala msieħba fil-proġett. Dan sabiex huma jkunu jistgħu jgħaddu s-suġġerimenti tagħhom ukoll biex imbagħad jiġu implimentati fil-proċess sinodali l-ġdid. Aqra aktar L-Isqof Grech maħtur uffiċjalment Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet Ix-xewqa tal-Papa għal assemblea deċentralizzata se twassal biex is-Sinodu tal-Isqfijiet isir fil-Vatikan u f'kull djoċesi fil-ħames kontinenti. Is-Sinodu nbeda mill-Papa Pawl VI bħala mod kif titkompla l-esperjenza kolleġjali tat-Tieni Kunsill tal-Vatikan. Oriġinarjament ippjanat li jsir f'Ottubru tal-2022, is-Sinodu li jmiss issa għandu proċess ta' sentejn maqsum fi tliet fażijiet: il-fażi djoċesana, il-fażi kontinentali u dik universali. Aqra aktar F'Ottubru jibda s-Sinodu tal-Isqfijiet fid-djoċesijiet | [
13
] |
Ritratt: Mazur/catholicnews.org.uk fuq Flickr Il-Papa Franġisku bagħat il-messaġġ tiegħu lill-parteċipanti tas-16-il edizzjoni tal-GLOBSEC Bratislava Forum li jiġbor fih mexxejja politiċi u ministri. Din is-sena l-forum qed jibbaża d-diskussjonijiet tiegħu dwar kif se terġa' tinbena d-dinja wara l-pandemija tal-Covid-19. It-tema ta' din is-sena għal dan il-forum hija, "Rebuild the World Back Better". Fil-bidu tal-messaġġ tiegħu l-Papa Franġisku qal li huwa importanti li terġa' tinbena d-dinja wara l-pandemija li tindirizza numru ta' kwistjonijiet serji li huma relatati mas-soċjo-ekonomija, l-ekoloġija u l-politika. Il-Forum tal-GLOBSEC qiegħed isir bejn il-15 u s-17 ta' Ġunju u jipprovdi spazju u possibilità li tinbena u tiġġedded il-fiduċja fid-demokrazija u l-istituzzjonijiet, it-tkabbir u l-irkupru tal-ekonomija, il-governanza u s-sigurtà fis-seklu 21 u r-resiljenza. Il-Papa semma tliet fatturi li wieħed irid iżomm ta' ispirazzjoni għalih li huma: li tara, il-ġudizzju u li tieħu azzjoni. Li tara Il-Papa Franġisku qal li min joħloq il-politika jimxi fuq l-idea li jkompli jibni fuq l-għanijiet imma wkoll li jikkoreġi dak li ma jkunx sejjer tajjeb anke qabel il-pandemija tal-Covid-19. Huwa wissa kontra is-sens ta' sigurtà illużjonarju li huwa bbażat fuq il-profit li jsir mill-ġuħ. Saħaq li huwa jara li l-mudell ekonomiku u l-ħajja soċjali huma kkaratterizzati minn ħafna inugwaljanza u egoiżmu li l-minorità tal-popolazzjoni fid-dinja għandha l-maġġoranza tal-oġġetti u ħafna drabi tisfrutta lin-nies u r-riżorsi. Il-ġudizzju Il-Papa jitkellem dwar il-ġudizzju u jgħid li wieħed irid jevalwa dak li ra u jirrikonoxxi li l-pandemija fetħet possibilitajiet ġodda li jipprovdu sfida. Il-Papa kompla li wara kriżi, ħadd ma joħroġx l-istess, min joħroġ għall-aħjar u min joħroġ għall-agħar. Tittieħed azzjoni Il-Papa Franġisku qal li dawk li ma jaġixxux ikunu qed jitilfu opportunità li ġiet offruta f'din il-kriżi tal-pandemija. Huwa qal li kull azzjoni għandu jkollha viżjoni u għandha tittieħed azzjoni biex il-mewt tinbidel f'ħajja u l-armi f'ikel. | [
10,
13
] |
F'Ġieħ L-Imħabba. Ritratt: Muntaġġ / Rewind / Kitz Klitz Is-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba ġiet fi tmiemha lbieraħ filgħaxija bis-36 puntata mit-tieni staġun. Mat-tmiem is-sensiela l-paġna ta' Facebook ta' din is-sensiela kienet mifqugħa bil-kummenti pożittivi mis-segwaċi ta' din is-sensiela. It-tieġ ta' Salvatore u Agatha kien wieħed spettakolari iżda bla dubju li l-parti li ħalliet lit-telespettaturi mistagħġba kien xħin ġie żvelat min tassew kien qatel lil Ġiuseppe Cuppola. Min qatt immaġina li kellha tkun martu stess, Concetta, li flimkien ma' Francesca, ħelset minn żewġha Ġiuseppe għax kien biss b'dak il-mod li setgħet issalva l-paċi fil-familja tagħha? Donnu li ħadd ma basar u fuq il-paġna ta' Facebook ta' F'Ġieħ L-Imħabba , il-kummenti ma waqfux. GRAZZI talli segwejtu F'Ġieħ L-Imħabba. Nisperaw li ħadtu pjaċir tarawh bħal ma aħna ħadna pjaċir naħdmuh. Kunu magħna f'Ottubru għas-serje ġdida bl-isem ta' NOLI.Il-lejl it-tajjeb! Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Tuesday, June 15, 2021 Għal Rewind Productions F'Ġieħ L-Imħabba fissret suċċess ieħor. Ilhom iwasslu sensiliet ta' drama għal bosta snin u ċertament li F'Ġieħ L-Imħabba keinet waħda mimlija sorpriżi. Rewind mhux se jieqfu hawn. Matul din il-ġimgħa se jkomplu jwasslu is-sensiela Sorelle li tixxandar fil-ħin ta' wara nofsinhar fuq TVM. U filwaqt li nistennew l-aħbar uffiċjali jekk hux se jkun hemm it-tielet setaġun jew le ta' Sorelle, Rewind diġà ħabbru li għal Ottubru li ġej se jkunu qed iwasslu s-sensiela ġdida Noli. Aqra l-ewwel tagħrif dwar is-sensiela NOLI: Filmat: Jibda x-xogħol fuq drama ġdida għal Ottubru Qalleb dawn ir-ritratti sabiex terġa' tgħix uħud mill-aqwa mumenti tal-aħħar episodju ta' F'Ġieħ L-Imħabba li xxandar ilbieraħ: Ritratt: Kitz Klitz / Rewind | [
2,
6
] |
Photo Rudy and Peter Skitterians via Pixabay L-Irlanda ħabbret li se tirdoppja l-perjodu ta' kwarantina għal nies li se jkunu qed jivvjaġġaw mill-Ingilterra u li ma jkunux ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima. Il-Ministru tat-Trasport Irlandiż qal li fil-waqt li ser jitħalla li jkun hemm vjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi u aktar nies ser jitħallew jiċċaqilqu b'mod aktar liberu minn nofs Lulju, hemm bżonn li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Estiżi r-restrizzjonijiet fl-Ingilterra L-Ingilterra tipposponi r-rilaxx tal-miżuri għad-19 ta' Lulju Ir-raġuni ewlenija wara din il-bidla hija dovuta għat-tħassib tat-tixrid mgħaġġel tal-varjant Delta fir-Renju Unit, li wasslet għall-ittardjar tal-pjanijiet biex jitneħħew il-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet li fadal. Ryan spjega li l-Irlanda trid tagħmel kull sforz biex tikkontrolla t-tixrid tal-varjant Delta u fl-istess ħin tkompli l-proċess ta' tilqim bl-iktar mod rapid possibbli. | [
1,
10
] |
Parti minn ajruplan tal-British Airways iġġarfet fl-ajruport ta' Heathrow, Londra. L-inċident seħħ dalgħodu hekk kif kien mistenni li jitlaq lejn Frankfurt. L-ajruplan, Dreamliner 787, spiċċa bil-parti ta' quddiem mat-tarmac wara li ċediet. Krew tal-emerġenza mill-ewwel wasal fuq il-post biex jara li ma jkun hemm periklu għal ħadd u biex janalizza l-ħsara li sofra l-ajruplan. Twitter Il-linja tal-ajru British Airways qalet li se tkompli bit-titjiriet normali kif skedat hekk kif l-ajruplan ma kienx qed iġorr passiġġieri. | [
10
] |
ritratt: Pxhere Nhar il-Ħadd li ġej se jiġi ċċelebrat Jum il-Missier, jum li fih wieħed juri rispett u imħabba lejn il-missirijiet li b'mod ġenerali jagħmlu ħafna sagrifiċċji għall-familja, partikolarment għall-ulied. Għal din l-okkażjoni s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq jawgura lill-missirijiet kollha, partikolarment lil dawk li huma donaturi tad-demm. F'istess waqt, is-Servizz jixtieq ifakkar li bħalissa hemm għadd ġmielu ta' missirijiet li qed jiġu rikoverati fl-sptarijiet ta' Malta u Għawdex, li wħud minnhom qed jistennew trattamenti speċjalizzati, fosthom trasfużjonijiet tad-demm, u li huma ferm 'il bogħod milli jiċċelebraw dan il-jum kif jixraq mal-familja. B'rabta ma' dan il-messaġġ u b'solidarjetà ma' dawn il-missirijiet morda, is-Servizz iħeġġeġ lil kull min hu f'saħħtu biex jersaq u jagħti d-demm: Dawk li jixtiequ jgħinu bl-għoti tad-demm ukoll għandhom jersqu: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 20 ta' Ġunju se jkun quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant Andrija, Ħaż-Żabbar. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 20 ta' Ġunju se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. | [
2
] |
Ritratt: muntaġġ / Rewind Aħbar tajba għas-segwaċi tas-sensiela Sorelle li llum waslet fi tmiem it-tieni staġun b'episodju doppju li ntlaqa' tajjeb minn dawk li ta' kuljum isegwu s-sensiela. Hekk kif intemm it-tieni staġun li kien jikkonsisti f'180 puntata, Rewind ħabbru it-tielet staġun li se jkompli f'Ottubru li ġej. Is-Sorelle se jkollhom każ ġdid f'idejhom filwaqt li għal Bella jidher li se jinfetaħ kapitlu ieħor minn ħajjitha. GRAZZI li segwejtu SORELLE.Niltaqgħu f'Ottubru għat-tielet staġun… fuq TVM. Posted by Sorelle – Drama Series on Friday, June 18, 2021 It-tielet staġun ta' Sorelle mhux l-unika produzzjoni ta' Rewind għal Ottubru. Filfatt dan l-aħħar tħabbar ukoll li beda x-xogħol fuq id-drama ġdida tagħhom, Noli, li se tkun qed tixxandar fil-ħin ta' filgħaxija. L-ewwel dettalji: Filmat: Jibda x-xogħol fuq drama ġdida għal Ottubru Noli se tkun qed tieħu post F'Ġieħ L-Imħabba li Rewinf ipproduċa matul is-sentejn li għaddew u li waslet fi tmiemha nhar it-Tlieta li għadda. F'Ġieħ L-Imħabba intemm nhar it-Tlieta li għadda: Ritratti: Tmiem eċċezzjonali għal F'Ġieħ L-Imħabba Matul is-sajf, TVM fit-3.05pm se jkun qed ixandar: It-Tnejn u l-Erbgħa: Fredu l-Fra It-Tlieta u l-Ħamis: Simpatiċi (It-tmien staġun) Il-Ġimgħa: Wirt | [
2,
6
] |
SIBTEK speċjali ghal Jum il-Missier, is-Sibt li ġej mimli missirijiet li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm speċjali ħafna fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM 💙#Sibtek Posted by Sibtek on Sunday, June 13, 2021 L-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek se tkun mimlija missirijiet li għandhom storja x'jaqsmu mat-telespettaturi. Huwa programm speċjali għal Jum il-Missier. Se niltaqgħu ma' Ronald Xmun Borg, raġel li miegħu iħaddem lil 4 wliedu. Kif inhi li taħdem u tqatta' l-maġġoranza tal-ħin ma' missierek? Se niltaqgħu wkoll ma' Vince Baldacchino li apparti li huwa imprenditur popolari ħafna huwa ukoll missier. Vince huwa persuna pożittiva mmens u se nsiru nafu kif anke f'mumenti mhux faċli kompla jibni fuq is-suċċessi kbar tiegħu. Mark Spiteri Lucas se jkellimna dwar l-imħabba kbira li ħass meta ħaddan miegħu lil bintu Greta għall-ewwel darba. Intervista esklussiva ma' Jomike u Lydon Agius, il-missier u l-iben li rebħu Malta's Got Talent ta' din is sena. Waqt Sibtek huma għandhom sorpriża għal xulxin f'okkażjoni ta' Jum il-missier. Sibtek għandu preżentazzjoni ta' Ryan Borg u Josmar u jixxandar fis-1.15pm fuq TVM. Ritratt: mill-filmat / Sibtek | [
2,
6
] |
Il-maġġoranza tal-għalliema (85.1%) huma favur li l-istudenti li jfallu mill-iskola jippreżentaw ċertifikat tat-tabib meta jirritornaw biex juru li għaddielhom. 9.6% jaqblu li dil-prattika tinżamm, iżda b'xi tibdil, filwaqt li 5.3% tal-għalliema huma kontriha. Dan ħareġ minn stħarriġ li wettqet l-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) biex tanalizza l-fehmiet tal-edukaturi dwar prattiċi ġodda li ġew addottati fis-settur edukattiv fil-pandemija. Fl-istħarriġ ipparteċipaw 328 edukatur u dan sar bejn id-29 t'April u l-10 ta' Mejju. Dwar il-prattika taċ-ċertifikat, l-għalliema qalu li minħabba fiha, qed ifallu inqas studenti, u qed jittieħed ħafna inqas mard. Madankollu, oħrajn huma kontriha billi l-istudenti ġieli jfallu l-iskola minħabba kwistjonijiet personali jew marbutin mal-familja, u mhux mal-mard, u għalhekk jeħtieġ li dan jiġi kkunsidrat ukoll. Apparti hekk, xi għalliema wrew tħassib minħabba l-ispejjeż għall-ġenituri jekk uliedhom ikollhom jipprovdu ċertifikat kull meta jfallu mill-iskola. Il-miżuri li l-għalliema jridu li jinżammu L-MUT spjegat li filwaqt li l-intenzjoni oriġinali kienet li dawn il-prattiċi jiġu implimentati temporanjament tul il-pandemija, jidher li l-edukaturi huma tal-fehma li ħafna minn dawn l-użanzi ġodda għandhom jinżammu, jew inkella jinżammu iżda jsirulhom xi tibdiliet biex jaddattaw għas-sitwazzjoni. Fost il-prattiċi li l-edukaturi jaħsbu li għandhom jinżammu hemm li: Isiru lezzjonijiet online għal dawk li għandhom marda fit-tul (93.3% favur) Li t-tfal li jkunu ma jifilħux jagħtu ċertifikat meta jmorru lura l-iskola biex juru li għaddielhom (85.1% favur) L-użu ta' pjattaforma online (84.5% favur) Li jittellgħu lezzjonijiet irrekordjati fuq Teleskola bħala riżorsi supplimentari għall-istudenti (83.9% favur) Li jkun hemm gruppi waħdiena fil-kindergarten minflok gruppi doppji f'xi klassijiet (83.5% favur) Li l-parents' day issir online (81.2% favur) Li l-istudenti jidħlu u jitilqu l-iskola ftit ftit, mhux kollha f'daqqa (78.3% favur) Li l-istudenti li jattendu l-breakfast club jieħdu l-kolazzjon u jitilqu (71.5% favur). F'April li għadda Filmat: Skejjel Primarji u childcare centres se jerġgħu jiftħu mit-Tnejn Il-maġġoranza kontra lezzjonijiet irrekordjati għas-suġġetti magħżulin Il-maġġoranza tal-għalliema (68.8%) huma kontra l-prattika ġdida li jsiru lezzjonijiet irrekordjati għas-suġġetti magħżulin minflok lezzjonijiet fil-klassi. 26.8% qablu ma' din il-prattika u 4.5% jaħsbu li dil-użanza tista' tinżamm imma b'xi tibdil. Xi prattiċi oħra ntlaqgħu b'modi differenti mill-għalliema, pereżempju r-rekords online tar-rassenja tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji. Fost il-prattiċi li l-edukaturi ma jixtiqux li jkomplu ladarba tgħaddi l-pandemija hemm ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u li l-għalliema peripatetiċi jieħdu post l-għalliema ma jifilħux. Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-edukaturi ħafna drabi jitqiesu li huma kontra t-tibdil, iżda dan mhuwiex minnu. Saħaq li, kif juri l-istħarriġ, huma lesti għall-bidla jekk din tkun waħda raġonevoli u jekk huma jkunu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. L-MUT għandha tanalizza dawn ir-riżultati f'aktar dettall għal iżjed diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ara x'jgħid aktar l-istħarriġ minn hawn. Dwar l-għalliema peripatetiċi L-MUT b'direttiva għall-għalliema tal-Arti u l-Mużika Dwar Teleskola Lezzjonijiet neqsin fuq Teleskola: "Qegħdin jiġu rrekordjati" – Il-Ministeru Taqbel mal-fehmiet tal-għalliema? | [
1
] |
Id-Deputat Parlamentari Laburista Jean Claude Micallef qal li kien telaq mill-Partit Nazzjonalista għax ma ħassx li hu postu fejn ikun hemm l-għira, il-mibegħda u l-ħdura politika. Dan qalu hu u jiddibatti ma' Dr Roselyn Borg Knight mill-Partit Nazzjonalista fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart . Prof. Azzopardi beda d-diskussjoni billi staqsa lil Micallef għaliex qasam il-kamra u ngħaqad mal-Partit Laburista wara snin jimmilita fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, bi rwol ewlieni anke fil-midja Nazzjonalista. Micallef wieġeb illi żmienu fuq Net TV kien żmien sabiħ u ma jistax jinsieh, iżda bl-istess mod ma jistax jinsa n-nuqqas ta' rispett u n-nuqqas ta' lealtà reċiproka min-naħa tal-PN, u l-agħar ħaġa għalih – l-għira, il-mibegħda u l-ħdura politika. Stqarr li fejn jirrenjaw dawn it-tlieta ċertament mhuwiex postu. Kien għalhekk li hu nfatam minn mal-Partit Nazzjonalista u ngħaqad mal-Partit Laburista, anke b'inkoraġġiment mill-Mexxej ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat. Qal ukoll li l-mixja politika tiegħu qatt ma qiesha fuq dak li għamlu ta' qablu. Minkejja li familtu hija Laburista huwa xorta waħda kien fil-Partit Nazzjonalista u ħadem għal dak li emmen fih hu. Faħħar, iżda, il-prinċipji tal-PL li qal li huma ugwali għall-prinċipji li jħaddan hu. Żmien Micallef fil-PN Awdjo: "Ilu ma jkun hemm kuntatt mill-Kap tal-PN mill-iskuża tal-każ tal-qorti" – Jean Claude Micallef "Mal-ewwel ċans li jkollhom Metsola u Casa jaraw li jagħtu d-daqqiet" – Micallef Mistoqsi dwar il-kriżi politika fi ħdan il-Gvern Laburista, Micallef qal li l-ewwel jiem tiegħu bħala Membru Parlamentari kienu propju fil-kriżi politika, u mbagħad meta ħa t-tmun il-Prim Ministru Robert Abela, li qies it-taqlib politiku li kien għaddej bħala prijorità, u ra li jindirizzah mill-ewwel, fil-fehma ta' Micallef. "Rajna li naqbdu l-barri minn qrunu," stqarr l-MP, u qal li l-Gvern kellu ħidma parlamentari ma taqta' xejn u maratona ta' liġijiet. Dan, kompla jgħid, ġie rikonoxxut mhux biss mill-Gvern innifsu imma anke mill-istituzzjonijiet Ewropej. F'Jannar tal-2020 Jean Claude Micallef isir MP Kompla jgħid li jieħu gost jisma' lil Dr Borg Knight titkellem għaliex hemm kuntrast bejn il-kritika kostruttiva tagħha u l-kritika tal-MEPs Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa, fost l-oħrajn. "Mal-ewwel ċans li jkollhom jaraw li jagħtu d-daqqiet biex forsi jkun hemm xi test li ma ngħaddux minnu," sostna Micallef. Huwa faħħar ukoll il-ħidma ta' Joseph Muscat bħala Prim Ministru u qal li huwa indirizza problemi ekonomiċi, ta' staġnar, li tħallew hemm mill-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel. Dibattitu dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia fil-PE Filmat: "Tiġġudikawx lil pajjiżi mill-kriminali li qed jagħmluha ta' politiċi" – Metsola lill-PE "Ma tistax twaħħal fl-MEPs għax kien hemm il-korruzzjoni" – Borg Knight Dr Borg Knight irreaġixxiet għal dak li qal id-Deputat Parlamentari dwar Metsola u Casa, u qalet li din l-istqarrija, li dawn qed iħammġu isem Malta fl-Unjoni Ewropea, xbajna nisimgħuha mingħand il-Partit Laburista. Skontha, il-problema mhijiex li titkellem fuq il-problema, imma l-fatt li Malta spiċċat b'din ir-reputazzjoni minħabba l-aġir tal-Partit Laburista. "Ma tistax twaħħal fl-MEPs għax kien hemm il-korruzzjoni u għax ma kienx hemm governanza tajba," insistiet is-Segretarju Internazzjonali tal-PN. Hija ddefendiet lill-kollegi tagħha u qalet li xogħolhom huwa li jitkellmu għal Malta u jaraw li l-pajjiż ikollu pożizzjoni tajba fl-Unjoni Ewropea. Għarfet ukoll ix-xogħol li sar mill-Gvern riċentament sabiex jissewwew il-problemi ta' governanza tajba, madankollu stqarret li l-PN hu tal-fehma li issa hu tard wisq għax laħqet saret il-ħsara. Micallef kien pront u fakkar li l-PN kellu l-iskandli tiegħu wkoll meta kien fil-Gvern. Qal li l-importanti hu min jipprovdi s-soluzzjonijiet, u dan, skontu, huwa l-Gvern. Aqra aktar Filmat: Fil-politika trid tipprova tifhem lil kulħadd – Borg Knight "Ħassejt li kellna nibqgħu bil-kap ta' dak iż-żmien" – Borg Knight Borg Knight tkellmet ukoll fuq l-eks Kap tal-PN Adrian Delia, u spjegat li meta kien hemm il-problemi interni fi ħdan il-partit, hi ppreferiet li Delia jibqa' l-Kap. Hi beħsiebha ġġorr l-esperjenza tat-taqlib fil-PN magħha, sabiex titgħallem minnha, minkejja li kienet waħda diffiċli. Madankollu, qalet li temmen fid-demokrazija, u meta jiġi elett kap ġdid, iżżomm il-lealtà. Facebook Dwar l-istħarriġ li jsir ta' spiss fuq il-qagħda tal-PN u l-PL u kif in-nies ikunu qegħdin jaħsbuha dwarhom, Borg Knight qalet li huwa importanti li jqisu dak li jkunu qed juruhom in-nies. Hija semmiet il-proposti li nieda u għad irid iniedi l-PN. Temmen li jeħtieġ li jinġibdu iżjed żgħażagħ u anzjani lejn il-partit, iżda mhux biss. Hija tixtieq li tingħata attenzjoni wkoll lil dawk ta' fuq l-40 u l-50 sena, billi dawn huma wkoll nies importanti fis-soċjetà. L-aħħar stħarriġ fuq il-partiti Stħarriġ: Distakk ta' madwar 48,000 vot bejn il-partiti X'jaħsbu l-kandidati? Dwar it-tanker kontroversjali f'Marsaxlokk, Micallef qal li huwa jifhem it-tħassib tal-kostitwenti, iżda jemmen li l-kelma li ngħatat li dan it-tanker jitneħħa se tinżamm. "Jekk ma jżommux kelmthom inkun l-ewwel wieħed li nitkellem għalihom," wiegħed l-MP. Suġġett ieħor li tqajjem fid-diskussjoni kien l-isport, u Micallef tkellem dwar kif jeħtieġ li dan jingħata iżjed importanza, u l-mentalità fuqu trid titjieb u tinbidel. Sostna li jeħtieġ li l-isport jitqies bħala prijorità. Prof. Azzopardi staqsa liż-żewġ kandidati fuq suġġetti oħra li huma kontroversjali, fosthom ir-reklużjoni fil-ħabs, li hu qed jimbotta sabiex titneħħa. Borg Knight qalet li jrid isir assessjar tas-sitwazzjoni sabiex jiġi konkluż jekk din għandhiex effetti ħżiena wisq fuq il-priġunieri. Aqra aktar "Smajt priġunier jibki u jgħajjat għal ommu" – Prof. Azzopardi Mistoqsija fuq il-prostituzzjoni, Borg Knight qalet li hu importanti li jiġu salvagwardjati u protetti n-nisa. Kull fejn in-nisa jkunu sfruttati u abbużati, se jkun hemm hi tiġġieled kontra dan. Dwar il-kwistjoni tal-legalizzazzjoni tal-kannabis, Micallef qal li jrid jisma' aktar sabiex jevalwa s-sitwazzjoni u l-każijiet li jiltaqa' magħhom. Qal li jifhem lil dawk li ma jagħmlu xejn ħażin billi jużaw il-marijuana b'mod rikreattiv u responsabbli għax għandhom kontroll tagħhom infushom. Fuq dan l-istess suġġett, Borg Knight qalet li hi favur id-dekriminalizzazzjoni u saħqet li s-suġġett m'għandux ikun ballun politiku. Tixtieq ukoll li jsir assessjar tal-impatt soċjali tad-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis. Aqra wkoll Il-PL jikkundanna 's-skiet' ta' Bernard Grech dwar it-tibdil fil-liġi tal-kannabis Id-dibattitu sħiħ | [
14
] |
Ritratt: Facebook - Ben Chilwell Żewġ players tat-tim Ingliż Ben Chilwell, u Mason Mount, jinsabu f'iżolament wara li ġew f'kuntatt mal-midfielder tat-tim Skoċċiż Billy Gilmour waqt il-logħba tal-EURO 2020 ta' nhar il-Ġimgħa bejn l-Ingilterra u l-Iskozja. F'post fuq Facebook, il-Federazzjoni tal-Futbol (FA) Ingliża qalet li ż-żewġ players qed jagħmlu dan bħala prekawzjoni wara li kkonsultaw mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika Ingliża. An update from the #ThreeLions camp this evening… Posted by England football team on Monday, June 21, 2021 L-FA Ingliża qalet ukoll li minn testijiet li saru nhar it-Tnejn, it-tim Ingliż irriżulta negattiv għall-Covid. Aktar kmieni llum, il-midfielder tat-tim Skoċċiż Billy Gilmour instab pożittiv għall-Covid, u se jitlef il-partita t'għada kontra l-Kroazja. L-FA Skoċċiża kkonfermat dan u qalet ukoll li Gilmour se jkollu jmur f'iżolament għal 10 ijiem. Gilmour, kien il-plejer tal-partita kontra l-Ingilterra, kien qed jagħti tama li l-Iskozja tavvanza mill-gruppi, f'dik li hi l-ewwel kompetizzjoni tagħha f'25 sena. Billy Gilmour pożittiv għall-Covid-19: Gilmour ilaqqat il-Covid-19: se jitlef il-logħba kontra l-Kroazja | [
10,
15
] |
Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li hu favur li l-finali tal-kampjonati Ewropej tal-futbol issir f'Ruma aktar milli f'Londra, minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus li qed jiżdiedu fil-Ingilterra. Draghi, li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel, qal li se jipprova jwaqqaf milli l-finali ssir f'pajjiż fejn l-infezzjonijiet tal-Covid-19 qed jiżdiedu b'ritmu mgħaġġel u malajr. Iż-żewġ mexxejja tkellmu dwar il-migrazzjoni b'Merkel tgħid li kemm l-Italja kif ukoll il-Ġermanja jinsabu affettwati b'mod differenti mill-migrazzjoni. L-Italja hija l-pajjiż li tilqa' n-nies l-ewwel, waqt li l-Ġermanja huwa l-pajjiż ta' migrazzjoni sekondarja. It-tnejn pero jaqblu dwar kif għandha tiġi indirizzata l-problema, cioè mis-sors ta' minn fejn qed jitilqu l-migranti. Ma setax jonqos li qalb id-diversi aspetti fuq l-aġenda, kien hemm laqta sportiva. Fil-konferenza stampa, Merkel qalet li 'jidher li m'hemm ebda problemi bilaterali kbar li għandhom jiġu diskussi, ħlief naturalment il-kwistjoni ta' kif qed jimxu t-timijiet Nazzjonali fl-Euro. Hemm nemmen li għandna ħsibijiet differenti," qalet Angela Merkel. | [
10,
15
] |
Nhar is-Sibt 26 ta' Ġunju is-supporters tal-futbol ta' Wales mhux se jitħallew jivvjaġġaw lejn l-Olanda għal-logħba ta' eliminatorja tal-ewwel rawnd tagħhom fil-Euro 2020. Il-Ministru tas-Saħħa ta' Wales Eluned Morgan qal: "Kellna pariri mill-Pulizija f'Amsterdam li qalulna li mhux se jħallu lill-partitarji ta' Welsh jidħlu fil-pajjiż." L-Olanda bħalissa tinsab fuq il-lista ambra tar-Renju Unit, li jfisser li kull viżitatur li jirritorna mill-pajjiż għandu jiżola lilu nnifsu għal 10 ijiem u jagħmel mill-inqas test wieħed tal-Covid. Wales se tilgħab f'Amsterdam nhar is-Sibt, b'erba' avversarji li jistgħu jkunu possibbli sa l-aħħar 16: il-Belġju, il-Fillandja, ir-Russja u d-Danimarka. | [
10,
15
] |
Ritratt: Facebook - Nostalġija Ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna uffiċjali tas-sensiela Nostalġija, is-sensiela li tixxandar fuq TVM, tħabbar li l-attur ta' 72 sena Carmel Gauci li jinterpreta l-parti ta' Iċ-Ċakkar, jinsab għall-kura li flimkien mat-talb għandu jwassal għall-fejqan tiegħu. NOSTALGIJACarmel Gauci(Ic-Cakkar)bhalissa ghaddej bil-kura li flimkien mat-talb taghna ghandha twasslu ghall-fejqan. Posted by Nostalġija on Tuesday, June 22, 2021 Carmel hu attur veteran u matul il-karriera tiegħu interpreta bosta karattri fosthom il-popolari Frank il-barman fis-sensiela Ipokriti. Konna rajnieh ukoll fis-sensiela Strada Stretta u anke f'L-Għarusa. Carmel ħa sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali kif ukoll f'films barrannin li nħadmu f'Malta. Dawn jinkludu Cristoforo Colombo, Among Wolves, The Little Beggar u Arabian Nights. Carmel huwa miżżewweġ lil Helen u għandhom żewġt ulied, Sephora u Sihon. Huwa wkoll nannu. Nawgurawlu fejqan ta' malajr. L-aħħar episodju ta' Nostalġija jixxandar l-Erbgħa 30 ta' Ġunju: Filmat: Ara x'se jiġri fl-aħħar episodju ta' Nostalġija | [
2,
6
] |
Ritratt: Thanos Pal / Unsplash Ingredjenti Żewġ laned tonn taż-żejt jew tonn imqattra patata u nofs mgħollija u mgħaffġa bajda mħawda mgħarfa kbira nagħniegħ imqatta' mgħarfa kappar basla żgħira mqattgħa żewġ sinniet tewm imqattgħa melħ u bżar żewġ mgħaref dqiq żejt Metodu Ħallat l-ingredjent flimkien minbarra ż-żejt u d-dqiq. Qassam it-taħlita f'sitt pulpetti. Irrombla f'idejk, iċċattjahom u agħmilhom fid-dqiq. Aqlihom għal erba' jew ħames minuti kull naħa jew sakemm jismaru. | [
2
] |
Ritratt: Flimkien Magazine, Creative Commons Licenses Fil-katidral ta' San Bavo, f'Ghent, il-Belġju, insibu L-Adorazzjoni tal-Ħaruf. Hija assolutament waħda mill-akbar kapolavuri fid-dinja. It-tema ewlenija hija l-fidwa tal-bniedem. Il-pittura tlestiet fl-1432, u hi magħmula minn 24 panew: 6 minnhom minn Herbert van Eyck u 18 minn ħuh Jan. Il-polittiku jingħalaq b'żewġ "bibien", għalhekk il-pittura tibqa' sejra fuq in-naħa ta' wara, anki meta magħluqa. L-aħwa van Eyck taw attenzjoni kbira għad-dettall, mhux biss fil-persuni u ħwejjiġhom iżda wkoll fil-ħxejjex (mill-inqas 42 pjanta differenti!). Biex verament tapprezza d-dettalji trid taraha mkabbra jew mill-viċin. Ritratt: Flimkien Magazine, Creative Commons Licenses Meta tkun miftuħa, għajnejk mill-ewwel imorru fuq tliet figuri kbar: Kristu (muri bħala mħallef), il-Verġni Marija u Ġwanni l-Battista. Fuq iż-żewġ naħat jidhru żewġ gruppi ta' anġli kif ukoll Adam u Eva, u Abel u Kajjin (fuq nett, fit-tarf), kollha marbutin mat-tema tal-fidwa. Ħrief b'għajnejn umani Iċ-ċentru jirrappreżenta l-Adorazzjoni tal-Ħaruf. Il-Ħaruf jidher fuq altar, imdawwar b'14-il anġlu. Fin-naħa ta' fuq hemm l-Ispirtu s-Santu li jdawwal ix-xena kollha. Isfel tidher funtana bl-ilma tal-ħajja, li minnha ħierġa xmara b'ħaġar prezzjuż fil-qiegħ. Waqt ir-restawr li tlesta dan l-aħħar instab li għajnejn il-Ħaruf ma kinux baqgħu jidhru kif kien pittirhom Jan van Eyck oriġinarjament. Fil-fatt l-għajnejn van Eyck kien tahom fattizzi umani, bl-għajnejn fil-faċċata tal-wiċċ. Fis-seklu sittax xi ħadd deherlu li kellu jirtokkjahom u jġibhom fuq il-ġnub tar-ras. Illum l-għajnejn reġgħu kif saru fl-oriġinal. Fuq kull naħa jidhru gruppi ta' nies jaduraw il-Ħaruf. Fuq ix-xellug isfel naraw il-profeti Lhud bl-Iskrittura f'idejhom, kif ukoll ħassieba kbar, anki pagani. Fuq il-lemin jidhru l-Appostli flimkien ma' xi papiet, isqfijiet u saċerdoti. Fiż-żewġ naħat ta' fuq jidhru l-martri, irġiel u nisa: is-simboli tal-martirju li qed iżommu jindikaw min huma. Fil-panewijiet tax-xellug jidhru l-kavallieri u fit-tarf nett jidhru l-imħallfin ġusti. Fil-fatt din tal-aħħar mhix oriġinali għax fl-1934 insterqet u baqgħet ma nstabet qatt. Fuq il-lemin jidhru l-eremiti (fosthom il-Madalena) u l-pellegrini (immexxijin minn San Kristofru). Napuljun kien seraq xi panewijiet minnhom imma dawn kienu ġew lura, waqt li Hitler kien seraqha kollha kemm hi u poġġieha f'minjiera tal-melħ fl-Awstrija (tissemma' fil-film ta' George Clooney, Monuments Men). Meta tingħalaq, insibu 12-il panew ieħor. L-aktar prominenti juri t-tħabbira tal-anġlu lil Marija, li bl-iva tagħha l-fidwa saret possibbli. Taħt jidher Ġwanni l-Battista (il-katidral ta' Ghent hu ddedikat lilu) u Ġwanni l-Evanġelista (il-frażi "Ħaruf ta' Alla" insibuha fil-vanġelu tiegħu, filwaqt li l-liturġija kollha u s-simboliżmu tal-Ħaruf ġejjin mill-Apokalissi li kiteb hu wkoll). Ir-raġel u l-mara fit-truf huma dawk li ħallsu għall-pittura: Jodocus Vyd u Elizabeth Borluut. Bis-saħħa tagħhom li llum, 600 sena wara, għadna nistgħu nammiraw dan il-kapolavur! U int, f'din ix-xena fejn hu postok? Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn. | [
2,
13
] |
Is-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) innota b'dispjaċir li r-rapport "Is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet fl-UE, fil-qafas tas-saħħa tan-nisa", ippreżentat mill-MEP Kroat Predrag Fred Matić kif ukoll l-abbozz ta' riżoluzzjoni ma tqisx bis-sħiħ is-sitwazzjonijiet tal-ħajja tal-persuni kkonċernati u d-drittijiet tal-bniedem korrispondenti tagħhom. Skond COMECE, il-kwalifikazzjoni ta' l-abort bħala "servizz essenzjali tas-saħħa li għandu jkun disponibbli għal kulħadd hija "etikament inaċċettabbli". L-Isqfijiet Ewropej qalu li intervent mediku bħall-abort ma jistax u m'għandux isir prattika medika normali, waqt li saħqu li l-kwalifikazzjoni tiegħu bħala servizz essenzjali jiddegrada lit-tarbija fil-ġuf. "Bħala Knisja, aħna konvinti li l-ħajja umana sa' mill-bidu tagħha, inkluża l-ħajja tat-tarbija fil-ġuf, għandha d-dinjità tagħha u d-dritt indipendenti tagħha għall-protezzjoni. Fil-fehma tal-Knisja, "l-abort mhuwiex mezz ta' ppjanar tal-familja jew parti mill-kura tas-saħħa ordinarja," żiedu l-Isqfijiet. It-tarbija fil-ġuf hija ħajja indipendenti maħluqa fuq ix-xbieha ta' Alla u għanda dritt tal-bniedem għall-ħajja. COMECE innota li l-abbozz tar-riżoluzzjoni, "jippreżenta s-'servizz tas-saħħa' ta' l-abort bħala dritt tal-bniedem, sabiex l-Istati Membri jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom taħt trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem meta jiżguraw il-provvediment tiegħu". Iżda huma enfasizzaw li "dan mhux il-każ": "M'hemm l-ebda drittijiet internazzjonali tal-bniedem, jew trattat internazzjonali ieħor, li jipprovdi għal dan," irrimarkaw l-isqfijiet Ewropej . Il-konferenza tal-Isqfijiet Ewropej innutat ukoll "bi tħassib u dispjaċir" li r-'Rapport Matić 'jiċħad "id-dritt fundamentali għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza", li hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huma żiedu li l-abbozz ta' riżoluzzjoni jikser il-prinċipju ta' sussidjarjetà tal-UE peress li "ma jagħtix kas tar-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiddefinixxu l-politika tas-saħħa tagħhom u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika". | [
10,
13
] |
SIBTEK AWARDS speċjali, is-Sibt li ġej. Programm speċjali ħafna fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM 💙#Sibtek Posted by Sibtek on Sunday, June 20, 2021 L-aħħar programm ta' Sibtek għal dan l-istaġun li se jixxandar is-Sibt 26 ta' Ġunju se jkun programm totalment differenti għax se jsiru għall-ewwel darba "The Sibtek Awards Ceremony". Matul il-programm se jkunu mistiedna bosta personalitajiet u nies li qasmu l-istorja tagħhom waqt Sibtek ta' din is-sena. Min se jieħu il-Best Personality Award? Liema koppja se tieħu il-Best Love Story Award? Min se jmur id-dar bil-Most Inspirational Story Award jew bil-Best Positive Speaker Award jew inkella bil-Best Real Life Experience Award? Liema kienet l-iktar storja li semmew in-nies din is-sena? Sibtek Awards se jkun programm mimli personalitajiet u ftit minnhom se jmorru lura d-dar b'wieħed minn dawn l-unuri! Is-Siġġu tad-Deheb jirritorna waqt l-aħħar Sibtek. Imma min se jitla' fuqu? Sibtek jixxandar is-Sibt 28 ta' Ġunju fis-1.15pm fuq TVM, u huwa ppreżentat minn Ryan Borg u Josmar. Ritratt: muntaġġ / mill-filmat / Facebook | [
2,
6
] |
Il-Papa Franġisku se jaħtar 12-il membru ġdid tal-Ogħla Qorti tal-Vatikan, it-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika, inkluż lill-Kardinal Mario Grech. It-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika hu wieħed minn tliet qrati fis-Santa Sede, u jiffunzjona bħala tip ta' Qorti Suprema, li jisma' appelli li ġejjin minn żewġ tribunali oħra. L-aħħar Malti li kellu dan l-uffiċċju kien l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, bil-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet se jkun maħtur flimkien mal-membri l-ġodda l-oħra għal terminu ta' ħames snin. Il-Kardinal Mario Grech kien Isqof ta' Għawdex mill-2005 sal-2019, bil-Papa Franġisku jaħtru bħala Kardinal f'Novembru li għadda. Filmat: L-Isqof Mario Grech jinħatar Kardinal Kardinali membri oħra ġodda se jkunu l-Kardinal Ġermaniż Gerhard Ludwig Muller, prefett emeritu tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal Joseph Tobin ta' Newark, il-Kardinal Amerikan James Harvey, arċipriet tal-Bażilika ta' San Pawl Barra l-Ħitan, u l-Isqof Mark Bartchak tad-Djoċesi ta' Altoona-Johnstown, Pennsylvania. Il-Papa Franġisku se jaħtar ukoll isqfijiet mis-Slovakkja, Spanja u l-Italja. Il-Papa semma wkoll seba' referendarji ġodda, li jipprovdu pariri lill-uffiċjali tal-Firma Appostolika. | [
13
] |
Ritratt: Facebook - Parroċċa San Pawl Nawfragu, Valletta B'solidarjetà mal-pazjenti tal-kanċer, se ssir quddiesa nhar il-Ġimgħa 2 ta' Lulju 2021, fis-6.30pm organizzata mis-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika Maltija. Il-quddiesa, li se tkun iċċelebrata mill-Kanonku Dun David Torpiano, se ssir fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Ritratt: Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika Maltija. Il-pubbliku hu mistieden ukoll għar-Rużarju biex jitlob għall-pazjenti tal-kanċer, li jibda fis-6.00pm, nofs siegħa qabel il-quddies. Din il-Quddiesa tagħlaq in-Novena ta' San Mikiel tal-Qaddisin kollha, Patrun tal-mard tal-Kanċer. | [
13
] |
Il-President ta' Malta George Vella u s-sinjura tiegħu żaru wirja ta' xogħlijiet tal-arti fl-Isptar Mater Dei maħduma minn 16-il frontliner fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa. Din il-wirja hija b'risq l-Istrina 2021. Il-frontliners ħejjew 'il fuq minn 70 pittura li jistgħu jitgawdew u jinxtraw mill-pubbliku sal-aħħar ta' Lulju, b'parti mill-qligħ tmur għal The Malta Community Chest Fund Foundation. F'kelmtejn tal-okkażjoni, il-President ta' Malta rringrazzja lill-frontliners kollha mhux biss ta' dan il-ġest iżda fuq kollox tad-dedikazzjoni li wrew f'ħidmiethom matul l-aħħar sena u nofs li matulhom offrew servizz lill-pubbliku li kien professjonali, effettiv u ta' serħan il-moħħ. Ritratt: OPR | [
2
] |
Ritratt: Muntaġġ / Facebook: X-Factor-Malta Read in English . It-tielet staġun ta' X Factor Malta se jsir fuq it-televiżjoni fix-xhur li ġejjin u bħalissa qed issir sejħa għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu l-auditions. Jistgħu japplikaw dawk kollha 'l fuq minn 15-il sena 'l fuq. Min jirbaħ il-finali ta' X Factor Malta se jingħata €50,000, l-ikbar premju fil-flus li qatt ingħata waqt programm televiżiv f'Malta. X'għandek tagħmel biex tapplika: Daħħal in-numru uffiċjali ta' X Factor Malta +35679202021 mal-kuntatti tiegħek fuq il-mobile. Ibagħtilhom ismek, kunjomok, u l-indirizz tal-email fuq Whattsapp. Mal-messaġġ ibgħat filmat tiegħek jew tal-band tkantaw jew tagħtu wirja Stenna l-messaġġ li tirċievi mingħand it-tim ta' X Factor Malta sabiex ikollok l-istruzzjonijiet li se jwassluk biex tibda l-vjaġġ tiegħek waqt X Factor Malta.. L-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta kienet intrebħet fl-2019 minn Michela Pace. Fl-2019: X Factor: Tirbaħ Michela Pace Fl-2020: Filmat: Destiny tirbaħ it-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta Min se jkun ir-rebbieħ tat-tielet staġun ta' X Factor Malta? | [
2,
6
] |
Ritratt: Malta Football Association Il-Ħadd filgħodu f'Jum il-Missier fil-Victor Tedesco Stadium saret partita ta' benefiċjenza b'risq Dar Bjorn u l-proġett tat-tieni dar ta' ALS Malta, organizzata mill-Veterans Malta Football Association li fiha ħadu sehem is-selezzjoni tal-Malta Veterans u Birkirkara F.C. Legends. Il-logħba kienet waħda missielta u bilanċjata, u spiċċat fi draw ta' 2-2, bl-ewwel taqsima tagħlaq f'parità ta' 1-1 bi Trevor Cilia jpoġġi lil Birkirkara fil-vantaġġ u l-Veterans iġibu d-draw tliet minuti wara permezz ta' Ivan Woods. Fit-tieni taqsima l-logħob kompla jkun maqsum sakemm l-iStripes reġgħu marru fil-vantaġġ fit-48 minuta b'gowl ta' Alan Tabone. Bil-partita tidher destinata li tintemm f'rebħa għat-tim Karkariż, kien Eric Saliba li ppareġġja għal skor finali ta' 2-2 qabel it-tisfira finali tar-referi Kurt Saliba. Qabel il-partita Bjorn Formosa rċieva donazzjonijiet miġbura minn fost il-parteċipanti mill-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri u l-president il-ġdid ta' Birkirkara F.C. Michael Valenzia. Malcolm Camilleri preżenta wkoll flokk ffirmat tat-tim nazzjonali Malti ffirmat mill-plejers li lagħbu għas-selezzjoni tal-Malta Veterans. Saru wkoll kelmtejn tal-okkażjoni mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli, il-Viċi-Kap u Kelliem għall-Oppożizzjoni l-Onorevoli David Agius, il-Viċi-President tal-MFA Adrian Casha, u Bjorn Formosa nnifsu. Fid-diskors tagħha l-Ministru Julia Farrugia Portelli stqarret li din il-partita ta' benefiċjenza hija okkażjoni li tmiss il-qalb u fissret kemm il-logħba tal-futbol iġġib magħha għaqda sabiex jintbagħat messaġġ b'saħħtu ta' inklużjoni. Hija żiedet tgħid li meta l-ħajja toffrilek sfidi kbar trid tibqa' tissielet u f'dan is-sens il-futbol jibgħat sinjal kontinwu. Min-naħa tiegħu l-Kelliem għall-Oppożizzjoni David Agius fisser il-ġurnata tal-lum bħala opportunità pożittiva li fiha l-isports, l-inklużjoni u l-familja huma minsuġa flimkien. Huwa aċċenna li l-attività sabiħa tal-lum tiġborna flimkien u fl-istess ħin nagħtu ftit mill-enerġija tagħna sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta' ħaddieħor. Il-Viċi-President tal-MFA Adrian Casha fisser l-okkażjoni tal-lum bħala turija ta' solidarjetà ma' persuni li jenħtieġu għajnuna finanzjarja sabiex huma wkoll ikunu inklużi fis-soċjetà u jkunu jistgħu jikkomunikaw u jgħixu ħajja komda bħal kull ċittadin ieħor. Huwa ddeskriva lil Bjorn Formosa bħala role model li fih tispikka d-determinazzjoni li jwettaq il-ħolm tiegħu. Fl-intervent tiegħu Bjorn Formosa wera l-apprezzament tiegħu għas-sehem tal-plejers u r-referis fl-attività. Huwa rringrazzja lil dawk preżenti għas-sostenn kontinwu u l-kuraġġ sabiex it-tieni Dar Bjorn titlesta wkoll u tkun tista' tilqa' persuni fiha. Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Football Association. Ritratt: Malta Football Association | [
15
] |
L-Arċisqof Charles Scicluna fakkar kif San Pietru u San Pawl għaddew minn mumenti ta' umiljazzjoni, ta' dgħufija, ta' disprezz minn ħaddieħor, iżda tgħallmu jpoġġu t-tama tagħhom fil-Mulej. Mons. Scicluna qal dan fl-omelija hu u jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Pietru u San Pawl illum. Il-quddiesa saret fil-Katidral ta' San Pawl fl-Imdina. "Il-qari tal-lum jgħaqqadhom f'din l-esperjenza tad-dgħufija tagħhom imma wkoll l-esperjenza straordinarja tal-Mulej bħala salvatur, il-Mulej ħellies," fisser l-Arċisqof. Huwa rrakkonta l-istorja taż-żewġ appostli ta' Ġesù, u l-ħafna diffikultajiet li ffaċċjaw tul ħajjithom. Fost dawn id-diffikultajiet kien hemm il-mod kif huma t-tnejn ġew ikkundannati għax kienu qegħdin ixandru lil Ġesù. L-Arċisqof stqarr, "Mewthom tgħaqqadhom flimkien u nistaqsu lil xulxin fejn kien Alla fil-mewt tagħhom?" Wieġeb lilu nnifsu, iżda, u qal li forsi inutli ssir dil-mistoqsija lill-Mulej. Spjega li l – esperjenza li għaddew minnha Pietru u Pawlu tgħaddi wkoll fina bil-qawwa li Ġesù ta lill-Knisja tiegħu permezz ta' Pietru u s-suċċessuri tiegħu: il-papiet permezz tal-isqfijiet tal-Knisja. "Allura din l-esperjenza li aħna qegħdin ukoll niċċelebraw tgħaddi mill-appostli lill-komunità tagħna," spjega Mons. Scicluna. Knisja.mt / Ritratti Knisja.mt / Ritratti Knisja.mt / Ritratti Temm jgħid, "Aħna u nifirħu fil-festa solenni ta' dawn iż-żewġ appostli tant għeżież għall-poplu Nisrani, tant għeżież għall-Knisja ta' Ruma li tippresiedi fl-imħabba, nitolbu li aħna wkoll inkunu persważi bil-qawwa li Ġesù poġġa fostna għall-ħelsien tagħna u l-ħarsa tiegħu tkun ħarsa ta' ħniena li tagħmlilna kuraġġ." L-omelija ta' jumejn ilu "Il-mewt mhix l-aħħar kelma; biha nidħlu fir-raqda tas-sliem" – L-Arċisqof | [
13
] |
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li Ġesù jgħallimna li l-mewt mhix l-aħħar kelma tal-eżistenza tagħna, imma biha aħna nidħlu fir-raqda tas-sliem li twassalna għall-ħajja ta' dejjem. Dan kien il-ġist tal-omelija tal-Arċisqof dalgħodu f'quddiesa li qaddes fil-Knisja ta' Santa Ubaldeska f'Raħal Ġdid. Huwa beda l-omelija tiegħu billi ffoka fuq ir-rakkont mill-Evanġelju ta' San Mark tat-tifla ta' Ġajru, bniedem influwenti u ta' prestiġju. Bintu mardet meta kellha 12-il sena u Ġajru ħassu bħallikieku m'għandu l-ebda poter quddiem dan il-mard. Għalhekk huwa avviċina lil Ġesù li kien jitqies profeta u talbu biex ifejjaqlu lil bintu. Fil-vjaġġ ta' Ġesù lejn bint Ġajru, ikun hemm mara marida u fqira, li tkun trid il-fejqan ukoll, u tgħid "Imqar immisslu t-tarf tal-mantar" sabiex titfejjaq. "Nirċievu l-qawwa li tfejjaq" L-Arċisqof irrifletta fuq kemm hi kbira l-fidi ta' din il-mara, billi temmen li għax tmiss it-tarf tal-mantar ta' Ġesù hemm ċans li tfiq. Huwa ħeġġeġ lin-nies, "Ejjew niftakru ftit xi tfisser dil-ħaġa, aħna li nirċievu 'l Ġesù fil-qalb tagħna f'kull quddiesa. Aħna mhux imissulu t-tarf tal-libsa jew it-tarf tal-mantar, aħna nirċevuh bil-ġisem, bid-demm, bir-ruħ, bid-divinità! Nirċevuh! Nirċievu din il-qawwa li tfejjaq." Din il-mara tfiq, iżda t-tifla ta' Ġajru laħqet mietet. Għalhekk, Ġesù rrealizza li se jkollu jqajjem lil xi ħadd mill-mewt għall-ewwel darba. Huwa inkoraġġixxa lin-nies ta' madwaru billi qalilhom, "Ma mititx, imma rieqda." B'dal-kliem Ġesù ried jgħid li "l-mewt għal din il-ħajja mhix l-aħħar kelma tal-eżistenza tagħna imma aħna nidħlu fir-raqda tas-sliem fi ħdan il-Mulej u d-destin tagħna hu l-ħajja ta' dejjem. Mela s-sinjal li jagħti hu u jreġġa' lura għall-ħajja lil dit-tifla ta' 12-il sena, li għadha fil-bidu ta' ħajjitha, hija li hu bis-setgħa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, jerġa' jitfa' fina ż-żerriegħa tal-ħajja ta' dejjem, li aħna mhux biss għandna x-xorti mmissulu l-mantar imma nirċevuh f'qalbna fl-Ewkaristija. Aħna għandna fih u permezz tiegħu fl-Ispirtu s-Santu, qawwa li tfejjaq u twassalna għall-ħajja ta' dejjem." Aqra wkoll L-Arċisqof iżur dar li salvat 30 tarbija mhux mistennija f'sena X'parir jagħti l-Arċisqof lill-ġenituri? Mons. Scicluna semma wkoll kemm hu sabiħ għalina l-Maltin li l-lingwa tagħna hija qrib l-Aramajk, il-lingwa li kien jitkellem biha Ġesù, għax f'xi frażijiet, nagħrfu x-xebh bejn it-tnejn. Ġab eżempju bil-kliem li Ġesù jgħid lit-tifla ta' Ġajru – "talitha, koum!" – li tfisser "tfajla, qum." Issokta jgħid, "U dik il-kelma nixtieq li l-ġenituri jgħiduha f'qalbhom fuq uliedhom mhux fis-sodda tal-mewt, allaħares qatt, imma kull meta inti inkwetat/a fuq bintek, fuq ibnek, ftakar li Ġesù daħal mat-tliet dixxipli, ma' ommha u missierha, din it-tfajla u qalilha: ' talitha, koum !'" Huwa indirizza lil dawk il-ġenituri li jaf għandhom lil xi ħadd minn uliedhom bil-vizzju tad-droga, jew f'xi kumpanija li qed tinkwetahom. Tahom il-parir biex jiftakru fil-kelma "Qum" u jitolbuha f'qalbhom lil Ġesù, biex hu u jgħaddi, ifejjaq. Aqra wkoll "Jekk ngħaddu ħajjitna ma' Ġesù t-toqol jeħfief" – L-Arċisqof | [
13
] |
pxhere Kumpanija fir-Renju Unit ilha sentejn tuża drones armati bil-kameras sabiex tistħarreġ it-tniġġis bil-plastik madwar id-dinja. Skont is-CNN, permezz ta' software speċjalizzat, id-drones tal-kumpanija Ellipsis Earth jidentifikaw it-tip ta' plastik, il-qies tiegħu u, f'xi każijiet, anke d-ditta jew l-oriġini ta' dan l-iskart. Il-plastik jinsab mormi kullimkien, mill-quċċata tal-ogħla muntanja sa qiegħ l-oċeani u l-bajjiet l-aktar remoti fin-Nofsinhar tal-Paċifiku. Minħabba din il-firxa wiesgħa ta' tniġġis bil-plastik u skart ieħor, il-ġbir u l-immaniġġjar tiegħu għandu jiġi ppjanat skont informazzjoni li fuqha jistgħu jinbnew soluzzjonijiet effettivi. L-istħarriġ li Ellipsis twettaq permezz tad-drones iwassal għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi, li jindirizzaw it-tip ta' plastik misjub fil-post. Għal din ir-raġuni, Richard Thompson, professur tal-bijoloġija marittima u d-direttur tal-Istitut Marittimu fl-Università ta' Plymouth fl-Ingilterra, iqis il-metodu ta' stħarriġ ta' Ellipsis bħala indispensabbli. Skont il-fundatriċi ta' Ellipsis, Ellie Mackay, il-moniteraġġ ambjentali jista' jsir b'mod aktar effettiv b'dawn id-drones. Stħarriġ ta' kosta sħiħa, pereżempju, jista' jsir fi ftit minuti. Barra minn hekk, dan l-apparat jista' jagħraf 47 kategorija ta' skart differenti bi preċiżjoni ta' 95%. Plastik iżgħar minn 5mm ma jistax jiġi identifikat, iżda Mackay issostni li l-aktar immaniġġjar importanti huwa dak ta' plastik kbir ladarba dan, eventwalment, jitkisser f'biċċiet ħafna iżgħar. Ix-xogħol ta' Ellipsis b'dawn id-drones qiegħed iħalli l-frott. Fl-arċipelagu tal-Galapagos twaqqaf l-użu ta' plastik li ma jistax jerġax jintuża,wara li l-kumpanija sabet roqgħa skart kull 43ċm fuq l-aktar bajjiet iżolati. | [
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr Veronica Gerada u l-preżentatur Ian Busuttil Naudi. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 5, 21-24.35b-43 Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. Daħal, u qalilhom: "Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhijiex mejta, imma rieqda". U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll 'il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. Qabdilha idha, u qalilha: "Talitha, qum!" – jiġifieri: "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!" Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. U hu wissiehom bis-sħiħ biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Kif thabbar qabel, Neil Agius se jkun qed jipprova jikser rekord dinji xokkanti tal-għawm ta' 130km f'ħin ta' 50 sa 55 siegħa. Neil wasal Linosa, gżira żgħira fit-tramuntana ta' Lampedusa biex jibda l-attentat tiegħu għar-rekord dinji. It-32 membru tal-ekwipaġġ waslu wkoll u qed iħejju ruħhom b'5 dgħajjes li jbaħħru u 2 rhibs. Ir-rotta hija minn Linosa għal Malta u mhux mit-Tuneżija kif kien pjanat it-tluq oriġinarjament minħabba kundizzjonijiet tat-temp ħżiena fit-Tuneżija, li ma ħallewx lill-ekwipaġġ jitilqu mill-post oriġinali. Peress li t-tim kien qed jistenna l-ħin it-tajjeb biex isseħħ din l-espedizzjoni, ġie deċiż li l-ekwipaġġ se jipproċedi sabiex jibda din il-proeza inkredibbli hekk kif irċevew aħbar li l-ħin kien tajjeb. L-ekwipaġġ baħħar lejn Sqallija nhar il-Ħadd 27 ta' Ġunju u waslu kmieni dalgħodu bl-għawma ppjanata li tibda għall-ħabta tal-5pm illum. Għalkemm l-għawma mhix se ssegwi r-rotta oriġinali, xorta se tkun rekord peress li r-rekord dinji attwali tal-itwal għawma kontinwa, mingħajr għajnuna, għawma newtrali kurrenti t-tul ta' segment wieħed tinsab f'124.4km. F'post maqsum minn Neil Agius fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu nhar is-Sibt filgħodu, Neil kellu dan il-kliem x'jgħid: "The decision was not taken lightly. Bħala parti mill-appoġġ għal Neil, Wave of Change qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jgħinu billi jieħdu sehem fid-Double the Wave Challenge. L-għan huwa li kollettivament jinġabru miljun biċċa plastik li eventwalment jispiċċaw fl-ibħra tagħna. Biex in-nies jipparteċipaw, kull ma għandhom jagħmlu huwa: Jaqbdu 6 biċċiet tal-plastik f'kull ħin u f'kull post Jieħdu ritratt tas-6 biċċiet tal-plastik miġbura Jittaggjaw #DoubletheWave u @waveofchangemalta Jinnominaw 6 persuni biex jingħaqdu magħhom! Nota: Meta tipparteċipa fl-isfida #DoubletheWave, jekk jogħġbok kun żgur li tarmi l-plastik f'reċipjent għar-riċiklaġġ. Nixtiequ wkoll li n-nies jinżammu b'saħħithom u tajbin u għalhekk nirrakkomandaw li l-attività fiżika tibqa parti mir-rutina ta' kuljum tiegħek. Li tiġbor il-plastik meta tmexxi l-kelb jew sempliċement tirritorna mill-karozza għad-dar tiegħek huwa wkoll mod faċli biex tibqa tajjeb waqt li tieħu ħsieb l-ambjent. Finalment, għal dawk kollha li jixtiequ jlaħħqu mal-għawma ta' Neil, hawn huwa t-tracker uffiċjali li se jintuża waqt l-għawm: http://yb.tl/waveofchange21 (viżibbli biss fuq pc / laptops), għal apparat mobbli – applikazzjoni YB races għandha titniżżel Ritratt: Muntaġġ mill-filmat Dan it-tagħrif twassal minn Wave of Change. | [
15
] |
L-għargħar staġjonali tax-xmara qaddisa tal-Indja, il-Ganges, kixef oqbra baxxi biex aktar katavri telgħu fuq il-banek tax-xmara fl-istat ta' Uttar Pradesh. Mijiet ta' katavri ġew midfuna fejn ix-xmara waqt il-mewġa riċenti tal-coronavirus fl-Indja. F'Mejju li għadda, vidjows u ritratti ta' iġsma neżlin mal-Ganges ixxukkjaw lin-nazzjon. Waqt li kkwota uffiċjal mill-belt ta' Allahabad, AFP irrapporta li fl-aħħar tliet ġimgħat kellhom jiġu kremati madwar 150 katavru. Fl-Indja: Mal-Covid-19 issa l-epidemija tal-Black Fungus ukoll L-uffiċjal spjega li qed jiġu kremati biss l-iġsma li qegħdin jiltgħu f'wiċċ l-ilma minħabba ż-żieda fil-livelli tal-ilma. Iż-żona inkwistjoni hija madwar kilometru bl-uffiċjal jistma madwar 500-600 katavru midfun hemm. Huwa maħsub li ħafna mill-iġsma jappartjenu għal individwi li mietu bil-virus bejn April u Mejju meta s-sistema tal-kura tas-saħħa fl-Indja kienet fix-xiefer minħabba ż-żieda ta' infezzjonijiet u n-numru ta' individwi li kellhom bżonn il-kura. Il-pajjiż bit-tieni l-akbar popolazzjoni fid-dinja ra l-isptarijiet jispiċċaw bla soddod u ossiġnu, bil-krematorji ma jistgħux ilaħqu bl-ammont kbir ta' mwiet. Imut il-Malti bil-Covid-19 fl-Indja li kellu jinġieb Malta llum | [
1,
10
] |
Ritratti: Facebook / Muntaġġ "Illum tajtek bewsa fuq imnieħrek għall-aħħar darba," kiteb id-disinjatur tal-moda Hermann Vassallo hekk kif sellem lill-pet tiegħu Wolly, ħanżir li ilu jrabbi għal dawn l-aħħar 3 snin. Vassallo, li spiss narawh fuq diversi programmi tat-televiżjoni jitkellem fuq il-moda, kiteb li ma jsitax jimmaġina ħajtu mingħajr Wolly. "Int kont il-familja tiegħi," żied jgħid waqt li kiteb ukoll li Wolly issa straħ mill-uġigħ. GOODBYE bubu wolly today i got to kiss your funny nose one last time .only… Posted by Herman Vassallo on Saturday, June 26, 2021 Vassallo ddeskriva wkoll l-aħħar 3 snin b'Wolly f'ħajtu bħala avventura, imħabba, daħk u kuntentizza. | [
2
] |
Aktar minn 90 persuna huma rappurtati nieqsa wara li parti minn binja ta' 12-il sular ġġarrfet qrib Miami, Florida l-Ħamis. L-awtoritajiet esprimew il-biża' li n-numru ta' mejtin jista' jkun wieħed għoli, iżda l-uffiċjali ma kinux jafu kemm kien hemm nies fit-torri meta waqa'. Il-mod kif waqa' l-bini ħalla effett devastanti u kkomplika l-ħidmiet ta' salvataġġ, tant li s-Sindku ta' Surfside, Charles Burkett, tenna li din kienet sitwazzjoni li qed ittappan is-suċċess tal-ħidmiet ta' salvataġġ u l-possibilità li jinstabu nies ħajjin. Huwa kkonferma li mill-inqas persuna waħda mietet. Aktar minn 100 persuna ġew salvati. | [
10
] |
Facebook Baby, iż-żiemel li ġie salvat mill-Animal Welfare ftit tal-jiem ilu qiegħed iqum fuq saqajh bil-mod il-mod. Il-membri ta' RMJ's Horse Rescue qegħdin jagħtu l-attenzjoni kollha meħtieġa lil dan iż-żiemel billi jdewwulu l-ġrieħi, jiggwidawh fil-mixi u jagħtuh porzjoni regolari xierqa ta' ikel. Fuq il-midja soċjali tagħhom, qegħdin iwasslu l-aġġornamenti dwar il-progress taż-żiemel ta' 10 xhur, li kienu huma li tawh l-isem Baby. Dan iż-żiemel instab f'kundizzjonijiet ħżiena mill-għaqda Animal Liberation Malta. Din imbagħad ikkordinat mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali Alison Bezzina biex iż-żiemel jgħaddi għand RMJ's Horse Rescue fis-Siġġiewi sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu ħsiebu u jaraw li jirkupra. Aqra aktar Filmat: Salvat żiemel miżmum f'kundizzjonijiet traskurati Din l-organizzazzjoni qiegħda tagħti l-kura lil numru ta' żwiemel minkejja l-isfidi finanzjarji li taffaċċja. Min hu interessat li jagħti l-għajnuna permezz ta' donazzjoni jista' jagħmel dan b'dawn il-modi: PayPal rmjhorserescue@gmail.com BOV 99947633 IBAN MT53VALL22013000000040023793448 Aqra aktar dwar RMJ "Ma kellniex biżżejjed volontiera" – Santwarju taż-Żwiemel | [
2
] |
Klabbs u diskoteki fl-Italja sr jerġgħu jinfetħu fl-10 ta' Lulju skond ma' ħabbar is-Sottosegretarju tas-Saħħa Andrea Costa. Dan is-settur partikolari kien wieħed mill-iktar milquta mir-restrizzjonijiet tal-coronavirus u bħal f'pajjiżi oħra ma kien hemm l-ebda ċertezza dwar meta dawn kienu ser ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu. Costa qal li n-nies probabbilment ser ikunu jistgħu jużaw iċ-ċertifikazzjoni tal-Green Pass, li tindika li persuna hija mlaqqma, kellha COVID-19 u rkuprat jew ittestjat negattiv għaliha, iċ-ċertifikat li huwa meħtieġ għall-ivvjaġġar fl-Ewropa, biex tidħol fil-klabbs. Costa, li kien qed jitkellem waqt intervista fuq ir-radju RTL 102.5, qal li din il-ġimgħa l-gvern se jagħti data definitive għal meta n-nightclubs ser ikunu jistgħu jmorru lura għan-negozju hekk kif dan is-settur huwa l-uniku wieħed li għad ma kellux xenarju biex jaħdem miegħu u esprima l-fehma tiegħu li d-dinja politika hija obbligata li tagħti tweġiba. | [
1,
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.