text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar it-tneħħija ta' iżjed miżuri tal-Covid-19 minn nhar it-Tnejn li ġej, fosthom li l-bars, ir-ristoranti, il-każini u l-isnackbars jistgħu jdumu miftuħin sas-2am, meta dan ikun permess mil-liċenzja tal-istabbiliment. Ġie spjegat li stabbilimenti li l-liċenzja tagħhom tesiġi li jagħlqu qabel is-2am għandhom jagħlqu fil-ħin stabbilit fl-istess liċenzja. X'miżuri oħra se jiġu llaxkati fit-28 ta' Ġunju? Mezzi ta' trasport tal-baħar se jitħallew joperaw b'65% tal-ammont ta' passiġġiera li huma liċenzjati li jtellgħu; Se jiftħu l-waterparks; L-isport bil-kuntatt tat-tfal ta' taħt is-17-il sena se jerġa' jibda jsir (b'hekk l-isport bil-kuntatt tal-etajiet kollha jista' jissokta); Jistgħu jkomplu jsiru l-fitness classes; Il-ħinijiet taż-żjarat tas-swali ewlenin f'Mater Dei se jiżdiedu: mill-11.30am sas-1pm, u mit-3pm sat-8pm. Il-Ministeru spjega li billi l-ammont ta' każijiet ġodda tal-Covid-19 baqa' stabbli, ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni li minn nhar l-Erbgħa, l-1 ta' Lulju, kull min ħa d-dożi kollha tal-vaċċin u għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża u għandu fil-pussess tiegħu ċ-ċertifkat tal-vaċċin, se jkun jista' jibqa' mingħajr maskra f'postijiet pubbliċi fil-miftuħ. Dan sakemm ma jinġemgħux iżjed minn żewġ persuni mlaqqmin flimkien. Tfal ta' taħt it-12-il sena jistgħu jibqgħu bla maskra sakemm ikunu akkumpanjati minn persuna mlaqqma kontra l-Covid-19. Meta ħabbar dan il-Ministru tas-Saħħa Filmat: Mill-1 ta' Lulju min ħa t-tilqima jista' joqgħod bla maskra f'post miftuħ Il-protokolli kollha li jirregolaw il-miżuri li se jiġu llaxkati jinsabu hawn. Aqra wkoll Illum jibdew jirċievu l-istediniet għall-vaċċin dawk ta' bejn 12 u 15-il sena
[ 1 ]
Martina Oliva Kitba ta' Martina Oliva Il-parteċipazzjoni tat-tfal fis-soċjetà hija waħda mill-prinċipji ewlenin tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), b'Artiklu 12 jurina biċ-ċar li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jesprimu il-fehmiet tagħhom b'mod liberu. Fuq kollox, it-tfal għandhom ikunu mgħarrfa b'dan id-dritt u jsemmgħu leħinhom fejn iħossu l-ħtieġa, speċjalment f'deċiżjonijiet li jikkonċernawhom. Nemmen bis-sħiħ illi f'Malta, bħal f'postijiet oħra madwar id-dinja, għad trid issir ħafna ħidma sabiex l-opinjonijiet tat-tfal jiġu rispettati u jingħataw l-importanza li jixirqilhom. It-tfal huma n-nuċċali ta' soċjetà b'viżjoni ċara Il-veru parteċipazzjoni tat-tfal fi kwalunkwe pajjiż jew soċjetà tista' sseħħ biss jekk ikun hemm realizzazzjoni globali ta' kemm huma kruċjali d-drittijiet tat-tfal u għalfejn huwa bżonnjuż li nħarsuhom f'kull mument. Hemm bżonn li l-adulti jagħrfu l-ħtieġa ta' dawn id-drittijiet, sabiex jaslu sal-punt li jaċċettaw l-importanza li jinvolvu t-tfal fil-komunità. It-tfal huma n-nuċċali ta' soċjetà b'viżjoni ċara. Sfortunatament, illum il-ġurnata għadek issib min jgħid frażijiet bħal "Mela t-tfal jifhmu?"/ "Mela t-tfal jafu xi jridu?" u għal dan nirrispondi bla biża' ta' xejn li l-perspettiva tat-tfal fil-kumplessità tagħha, toffri ċarezza u sens ta' sempliċità li ftit biss huma lesti li jifhmu. It-tfal huma ċittadini tal-istess pajjiż, jesperjenzaw l-istess sitwazzjonijiet u jaraw l-istess problemi, allura għaliex ma nużawx il-perspettiva distinta tagħhom? Verità waħda hi li l-parteċipazzjoni tat-tfal hija xi ħaġa elaborata. Għandek bżonn nies li kapaċi jikkomunikaw mat-tfal, jifhmuhom, jinterpretaw tajjeb dak li għandhom xi jgħidu u japprezzaw l-inklużjoni tagħhom. Ma nistgħux ma nsemmux li l-maġġoranza tal-adulti llum m'għandhomx il-kreattività meħtieġa biex ikunu esperti u promoturi tal-parteċipazzjoni tat-tfal, iżda dan ma jfissirx li ma jistgħux jirċievu għarfien u taħriġ biex jaħdmu mat-tfal. Tfal rispettati u stmati llum ifisser adulti kuntenti u sodisfatti fil-futur Ma nistgħux nippermettu li t-tfal tal-lum jikbru u jsiru adulti li ma trabbewx bl-idea li l-vuċi tagħhom hija valida u bżonnjuża, li trabbew mingħajr it-taħriġ meħtieġ sabiex jaġġornaw ruħhom dwar ideat differenti u jesprimu l-opinjoni tagħhom b'mod rispettuż. Tfal rispettati u stmati llum ifisser adulti kuntenti u sodisfatti fil-futur. Madankollu, kemm aħna lesti li bħala ċittadnini Maltin u Ewropej naħdmu sabiex nimxu l-quddiem lejn futur fejn it-tfal ikunu nklużi b'mod attiv fil-proċessi u mekkaniżmi tas-soċjetà, f'ċirku sħiħ, mill-bidu sat-tmiem? Kif nistgħu noħolqu futur fejn il-politiċi, dawk fil-poter u edukaturi jirrispettaw, jippromwovu u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal? Kif nistgħu nippreparaw ruħna għal futur fejn tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tad-drittijiet kemm tat-tfal kif ukoll tal-bniedem? X'nistgħu nagħmlu biex naċċelleraw il-bidla tal-pożizzjoni tat-tfal fis-soċjetà mit-tokeniżmu għaċ-ċittadinanza vera? L-inizjattiva kollaborattiva bejn il-Fondazzjoni ta' Malta għall-Ġid tas-soċjetà u l-Università ta' Malta, CROM (l-Osservatorju tad-Drittijiet tat-Tfal f'Malta), qed titwaqqaf sabiex jieħu ħsieb u jaċċerta li dawn il-mistoqsijiet jingħataw ir-risposta li tixirqilhom. CROM huwa propju dak li Malta għandha bżonn biex tiżgura li d-drittijiet tat-tfal f'Malta jiġu segwiti u protetti. Martina Oliva, parti mill-Kunsill tat-Tfal u ż-Żgħażagħ fi ħdan il-Fondazzjoni ta' Malta għall-Ġid tas-Soċjetà u membru fil-Kunsill ta' Eurochild fi Brussell.
[ 11 ]
Ritratt: Muntaġġ Matul ix-xhur tas-sajf, mit-Tnejn 28 ta' Ġunju, TVM kuljum se jkun qed iwassal numru ta' produzzjonijiet ta' drama bil-Malti, l-aktar ġeneru ta' programmi popolari fil-gżejjer Maltin. Dawn is-sensiliet se jkunu varjaw minn produzzjonijiet li għadhom kif ixxandru fl-istaġun li għadda bħal Sorelle, Illaħwa, L-Ispettur u F'Ġieħ L-Imħabba, għal oħrajn li jeħduna għal ftit snin mhux ħażin bħal Wirt u Fredu l-Fra. Dan apparti sensiliet oħr bħal Simpatiċi, li huma l-puntati bl-aħħar dehriet ta' Maryrose Bonello bħala n-nanna Katrin, kif ukoll Fredu l-Fra b'Ġorġ Micallef u Vitorin Galea fost ħafna atturi oħra. L-iskeda tal-programmi hija kif ġej: It-Tnejn: 12.30pm Sorelle (3 puntati wara xulxin) 3.05pm Fredu l-Fra 4.45pm Inkwilini It-Tlieta: 12.30pm Sorelle (3 puntati wara xulxin) 3.05pm Simpatiċi 4.45pm Inkwilini L-Erbgħa: 12.30pm Sorelle (3 puntati wara xulxin) 3.05pm Fredu l-Fra 4.45pm Inkwilini 9.00pm L-Ispettur (mis-7 ta' Lulju) Il-Ħamis: 12.30pm Sorelle (3 puntati wara xulxin) 3.05pm Simpatiċi 4.45pm Illaħwa Il-Ġimgħa : 12.30pm Sorelle (3 puntati wara xulxin) 3.05pm Wirt 4.45pm Nostalġija Is-Sibt 12.30pm F'Ġieħ L-Imħabba (3 puntati wara xulxin) Il-Ħadd
[ 2, 6 ]
Ritratt: Uffiċċju Cyrus Engerer, MEP L-Ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer qal li se jivvota favur il-Matic Report, li hu dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva fl-Unjoni Ewropea, u li jqis l-abort bħala dritt uman. Fi kliemu, ir-rapport m'għandux jiġi ridott għall-abort. L-MEPs illum għandhom jivvutaw fuq dan ir-rapport kontroversjali fuq is-saħħa sesswali, li tressaq fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-MEP Kroat Predrag Fred Matić. Dan ir-rapport qala' reazzjonijiet kritiċi mill-Knisja u minn xi partijiet tas-soċjetà ċivili. Ilbieraħ l-Isqfijiet Ewropej qalu li r-rapport huwa karatterizzat minn perspettiva ta' naħa waħda biss, partikolarment fuq il-kwistjoni tal-abort, u ma jqisx is-sitwazzjonijiet veri tal-persuni konċernati u d-drittijiet tagħhom. F'kitba fuq Facebook illum, l-MEP Laburista Engerer qal li hu dejjem iġġieled għad-drittijiet ċivili, għall-ugwaljanza, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà fis-servizzi tas-saħħa għal kulħadd, u wara li għarbel id-deċiżjoni tiegħu, qal li beħsiebu jibqa' jagħmel dan. X'qalet il-Life Network Foundation? Life Network kontra rapport tal-PE biex l-abort jitqies dritt uman Hu u jagħti indikazzjoni li se jivvota differenti mill-MEPs Maltin li normalment jivvutaw kontra kull tip ta' rapport fil-Parlament Ewropew fuq id-drittijiet riproduttivi, Engerer qal li d-deċiżjoni tiegħu hija ggwidata mix-xjenza. Stqarr li jiddispjaċih li d-dibattitu fuq ir-rapport f'Malta qed jiffoka fuq l-abort minflok fuq il-kontenut usa' tar-rapport dwar is-saħħa sesswali. Kompla jgħid li, "Ir-rapport hu wieħed ibbażat fuq ix-xjenza. Inutli ngħidu li nemmnu fix-xjenza biex nieħdu l-vaċċin, imma narmuha 'l hemm fuq kwistjonijiet oħra. Il-prinċipju ewlieni tul ir-rapport hu l-importanza tal-edukazzjoni sesswali bbażata fuq ix-xjenza u l-fatti. Ir-rapport jisħaq fuq l-aċċess għall-kontraċettivi għal kulħadd, trattamenti ta' fertilità (IVF) għal kulħadd, il-kura waqt u wara t-tqala, l-aċċess mediku għal persuni trans u drittijiet għal persuni intersex, fost l-oħrajn." Is-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) ħarġet stqarrija li fiha qalet li l-kwalifikazzjoni tal-abort bħala servizz ta' saħħa essenzjali li għandu jkun disponibbli għal kulħadd mhijiex waħda tenibbli etikament. Skonthom, dan huwa degradanti għat-tarbija li tkun għadha fil-ġuf. Saħqu li bħala Knisja, huma jemmnu fil-ħajja umana mill-bidu tagħha, inkluż il-ħajja li tkun għadha ma bdietx għax it-tarbija tkun għadha fil-ġuf. Jemmnu li din it-tarbija xorta waħda għandha d-dinjità tagħha u d-dritt indipendenti tagħha biex tkun protetta. Fil-fehma tal-Knisja, l-abort mhuwiex mezz ta' ppjanar tal-familja jew ta' servizzi tas-saħħa ordinarji. Fl-aħħar ġimgħat, għadd ta' organizzazzjonijiet favur il-ħajja Maltin appellaw lill-MEPs biex jivvutaw kontra r-rapport. Doctors for Life, Life Network Foundation Malta u l-Malta Unborn Child Platform kollha ħeġġew lill-Parlament Ewropew biex jirrifjuta li jgħaddi dan ir-rapport billi l-abort mhuwiex dritt uman. Tobba kontra rapport biex l-abort jitqies dritt uman Id-dibattitu fuq l-abort f'Malta tqajjem mill-ġdid fl-aħħar xhur, partikolarment wara li d-Deputat Parlamentari indipendenti Marlene Farrugia ressqet abbozz fil-Parlament biex l-abort ikun dekriminalizzat. Il-Kodiċi Kriminali tagħraf il-korriment intenzjonat bħala reat kriminali li jista' jwassal għal tlieta jew erba' snin priġunerija, kemm għall-mara, kif ukoll għall-professjonist mediku. La l-Partit Laburista u lanqas il-Partit Nazzjonalista ma wrew l-intenzjoni li jiddiskutu l-abbozz fil-Parlament. Filwaqt li l-PN baqa' jisħaq li hu kontra l-abort, il-PL naqas milli jaddotta pożizzjoni u sempliċiment qal li d-dibattitu fuq is-suġġett m'għandux jinħonoq mill-mozzjoni ta' Farrugia. "L-abort hu traġedja li mara ma teħles minnu qatt" – Farrugia
[ 3 ]
Il-Forzi Libjani ġewwa Zuwara fil-Libja arrestaw tlett irġiel Eġizzjani wara li nqabdu ġewwa maħżen jibnu dgħajjes biex jintużaw mill-immigranti. Ritratti ppubblikati mill-forzi Libjani wrew tliet dgħajjes tal-injam li kienu f'diversi stadji ta' kostruzzjoni. Rapporti fil-midja Libjana qed jgħidu li l-irġiel mistennija jaffaċċjaw proċeduri legali. Ftit tal-jiem qabel il-forzi Libjani kissru wkoll ċirku tat-traffikar tal-immigranti Eġizzjani fid-deżert. Intant, tul dawn l-aħħar jiem il-Gwardja tal-Kosta Libjana interċettat numru ta' dgħajjes bl-immigranti minn ibħra Libjani. F'żewġ operazzjonijiet separati fl-ewwel jum ta' Ġunju l-qawwiet navali Libjani interċettaw aktar minn 200 persuna.
[ 10 ]
Bastiment tal-merkanzija għereq ftit 'il barra mill-kosta ta' Sri Lanka, b'esperti jwissu li dan jista' jwassal għal xi diżastru ambjentali. Il-bastiment X-Press Pearl jidher li ħa n-nar madwar ġimgħa, u mijiet ta' tunnellati ta' żejt mit-tankijiet abbord jistgħu jispiċċaw fil-baħar u joqtlu l-ambjent naturali taħt il-baħar. Il-forzi navali ta' Sri Lanka u l-Indja ħadmu biex jintfew in-nirien fuq il-vapur, iżda t-temp ma għenx biex dan kollu jkun ta' suċċess.
[ 10 ]
Fl-Iżrael tmien partiti rnexxielhom jgħaqqdu Gvern ta' koalizzjoni kontra Benjamin Netanyahu, li issa kien daħal fit-tnax-il sena konsekuttiva bħala Prim Ministru. Il-koalizzjoni li tinkludi bosta partiti ċentrali, tal-lemin u tax-xellug, fiha wkoll il-partit li jirrappreżenta l-Għarab fl-Iżrael. B'dan il-ftehim, li jrid jiġi kkonfermat b'vot fil-Knesset, Naftali Bennett tal-partit lemini Yamina se jsir Prim Ministru sa Awwissu ta' sentejn oħra sakemm imbagħad minn hemm sa tmiem il-leġiżlatura, Yair Lapid tal-partit ċentrali Yesh Atid jilħaq Prim Ministru tal-Iżrael. Netanyahu sejjaħ dan il-ftehim, fuq Gvern ġdid li l-għan ewlieni kien li jqaċċat lilu mill-poter, bħala l-frodi tas-seklu. Netanyahu jinsab fl-iżbarra jaffaċċja akkużi dwar korruzzjoni u saħaq li l-Gvern il-ġdid huwa ta' theddida għas-sigurtà tal-poplu Lhudi u l-futur tal-istat Iżraeljan. Fost id-diskussjonijiet bejn il-partiti li għandhom maġġoranza ta' xagħra kien hemm il-legaliżazzjoni tal-kannabis u l-ħatriet fil-ġudikatura. Il-partiti jridu jmorru b'vot ta' maġġoranza fil-Knesset, li huwa l-Parlament Iżraeljan, u jassiguraw maġġoranza ta' 62 siġġu quddiem il-President Reuven Rivlin.
[ 10 ]
Ħames żgħażagħ ġew arrestati fil-Belġju b'rabta mal-allegat stupru ta' tifla ta' 14-il sena li mietet ftit anqas minn ġimgħa ilu. Jidher li jiem wara dan kollu bdew jinxterdu xi ritratti tal-attakk, li wasslu biex il-vittma tneħħi ħajjitha b'idejha. Tnejn mill-arrestati għandhom anqas min 18-il sena u qed jinżammu f'faċilità tal-minuri. Tnejn oħra, li għandhom 18 u 19-il sena, mistennija jidhru quddiem il-Qorti. Rapporti qed jgħidu li l-vittma kienet miftiehma ma' ħabib tagħha, iżda dan tfaċċa mal-erba' akkużati l-oħra.
[ 10 ]
L-Istati Uniti ordnat numru ta' sanzjonijiet kontra figuri politiċi fil-Bulgarija minħabba l-korruzzjoni. Is-sit awtorevoli Politico rrapporta dan u qal li dan sar quddiem is-silenzju mill-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li falliet milli tindirizza l-ksur rampanti tas-saltna tad-dritt f'pajjiż li fl-aħħar snin kien iddominat mit-tmexxija ta' partit imsieħeb fil-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, primarjament minn Boyko Borissov. Politico kiteb li ħafna mill-korruzzjoni fil-Bulgarija ddur ma' fondi Ewropej li flok spiċċaw marru għall-proġetti ta' fejda li jgawdi minnhom il-poplu Bulgaru, spiċċaw għand l-oligarkija u nies ta' poter. Fil-fatt jingħad li fil-Bulgarija tirrenja l-oligarkija u huwa stat mafjuż. Riċentament ONE News kien fil-Bulgarija fejn żewġ attivisti tkellmu magħna dwar l-istat li jinsab fih il-pajjiż. Huma esprimew id-diżappunt tagħhom għall-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, li kienet minn ta' quddiem biex tiddefendi l-Gvern tal-Bulgarija u minflok takkuża min kien qed jipprotesta b'mod paċifiku favur is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija, bħala nies iffinanzjati mill-mafja. Fil-fatt l-istess dimostranti imbagħad laqqmu lil Metsola bħala Mrs. Mafia. L-attivisti kienu saħqu b'mod esklussiv ma' ONE News, li huma ddisgustati bl-aġir ta' Metsola għaliex sostnew li din tkellmet bl-għamad politiku u ddefendiet Gvern korrott, li hu mmexxi minn partit imsieħeb fl-istess familja politika li tifforma fiha hi. Wieħed mill-attivisti, Borislav Sandov kien qal, "Jien naħseb dak kien abbuż. Li tgħid li dawk in-nies kienu ffinanzjati mill-mafja meta aħna konna qed nippruvaw nitolbu għad-demokrazija, u qed nagħmlu dan waħidna u għas-saltna tad-dritt. Dak (l-aġir ta' Metsola) kien verament skandaluż." Attivista oħra, Nadezhda Yordanova saħqet, li mhux idonju li MEP tispiċċa tigdeb. Intant il-Partit Nazzjonalista ta' Bernard Grech baqa' jiddefendi lil Metsola, li titkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt ta' pajjiżna iżda vvutat kontra riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija.
[ 10 ]
Skont il-midja Ġappuniża, il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga x'aktarx se jkun qed isejjaħ elezzjoni bikrija wara li jgħaddu l-Logħob tal-Olimpjadi u l-Paralimpiku f'Tokjo li se jsiru dan is-sajf. Suga xorta waħda se jkun qed imexxi bil-Logħob minkejja li l-pajjiż bħalissa għaddej minn ġlieda mal-ħin biex jitrażżnu n-numri ta' infezzjonijiet tal-COVID-19. Madanakollu skont rapporti fil-midja, ilbieraħ il-Prim Ministru Suga kif ukoll il-kap tal-partit, li miegħu qed jagħmel koalizzjoni tal-gvern, qablu biex il-leġiżlatura ma titkompliex wara li tagħlaq is-sessjoni attwali tal-parlament fis-16 ta' Ġunju. Għalhekk dan se jkun qed ifisser ukoll li se jintilef il-budget supplimentari ta' 36 biljun u nofs dollaru bil-għan li jintnefaq f'għajnuna biex tkun miġġielda l-pandemija.
[ 10 ]
Id-diżastru ambjentali qed jiggrava hekk kif il-bastiment MV X-Press Pearl, li jġorr kimiċi u plastik, qed jgħereq barra l-kosta tas-Sri Lanka. L-awtoritajiet diġà dawwru l-vapur bil-booms u tpoġġa apparat li jassorbi ż-żejt; huma għamlu dan bħala preparamenti għall-agħar xenarju possibbli, jiġifieri l-ħruġ taż-żejt mill-vapur, li qed iġorr mal-kważi 350 tunnellat ta' żejt. Il-bastiment li ilu għall dawn l-aħħar 13-il jum jinħaraq, diġà kkawża fost l-agħar diżastri ambjentali marittimi fis-Sri Lanka, hekk kif diġà niġġes il-bajjiet b'ammont konsiderevoli ta' plastik. Madanakollu, l-kriżi ekoloġika tmur għall-agħar jekk joħroġ iż-żejt.
[ 10 ]
In-NASA ħabbret li se tkun qed tibgħat żewġ missjonijiet lejn il-pjaneta Venus sabiex tiġi eżaminata l-atmosfera u l-karatteristiċi ġeoloġiċi tal-pjaneta. Apparti minn hekk se jkunu qed jistudjaw kif il-pjaneta saret b'temperatura daqstant għolja li tlaħħaq il-500 grad celsius, temepratura li kapaċi ddewweb iċ-ċomb. Dawn il-missjonijiet se jsiru bejn l-2028 u l-2030 u se jiswew biljun dollaru. L-Amerika ilhom mis-sena 1990 ma jżuru din il-pjaneta, filwaqt li vetturi spazjali mill-Ewropa u l-Ġappun orbitaw il-pjaneta f'dawn l-aħħar tletin sena.
[ 10 ]
Il-ġurnalist mill-Belarus Roman Protasevich, li kien arrestat f'Minsk wara li ajruplan tar-RyanAir kien ġie mġiegħel jinżel fil-Belarus waqt titjijra mill-Greċja għal-Litwanja, kien intervistat fuq it-televiżjoni tal-istat. Waqt l-intervista huwa deher imbikkem filwaqt li stqarr li hu kien organizza protesti kontra l-Gvern u faħħar lill-President Alexander Lukashenko. Il-familja tal-ġurnalist qalu illi l-intervista saret taħt pressjoni u għalhekk ingħataw x'jifhmu li l-Protasevich ġie mġiegħel għal darb'oħra ilissen dak li ntqal waqt l-intervista. Numru ta' protesti kienu tqanqlu wara li Lukashenko kien iddikjara li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali li saret fid-9 ta' Awwissu tas-sena li għaddiet. L-awtoritajiet kienu rażżnu l-protesti filwaqt li l-mexxejja tal-Oppożizzjoni kienu ntbagħtu l-ħabs jew saħansitra eżiljati minn pajjiżhom.
[ 10 ]
Il-White House qed tidddefendi lill-konsulent tal-President dwar il-COVID-19, Dr Anthony Fauci, dwar leaks ta' emails li bagħat Fauci b'rabta mal-imxija tal-Coronavirus. L-emails dwar x'wassal għat-tifqigħa tal-Coronavirus ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-midja b'talba għal-libertà tal-informazzjoni. Fost l-emails hemm waħda li kienet intbagħtet f'April li għadda fejn persuna rringrazzjatu talli ddikjara pubblikament li mhux qed jappoġġja t-teorija illi l-virus ħareġ minn laboratorju. F'intervista mas-CNN Dr Fauci sostna li dik l-email ittieħdet barra mill-kuntest tagħha u saħaq li hu għandu moħħu miftuħ dwar l-oriġini tal-virus.
[ 10 ]
Il-kumpanija Facebook issospendiet il-paġna tal-eks President Amerikan Donald Trump ta' Facebook u Instagram għal sentejn sħaħ. Dan wara li f'Jannar li għadda kien ippubblika posts relatati mal-attakki u r-rewwixta fil-Capitol fl-Istati Uniti. Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-azzjoni ta' Trump kienet waħda li kisret b'mod qawwi r-regoli ta' Facebook. Għal dan kollu, Donald Trump qal li din il-mossa kienet waħda ta' insult għal dawk il-miljuni li vvutawlu fl-aħħar elezzjoni presidenzjali f'Novembru li għadda.
[ 10 ]
Il-Knisja hija maħsuda bir-riżenja tal-Kardinal Ġermaniż Reinhard Marx, hekk kif iddikjara li se jerfa' r-responsabbilità tal-każijiet ta' abbuż sesswali minn qasissin Ġermaniżi. Il-Kardinal u l-Arċisqof ta' Munich għamel dan wara li investigazzjoni dwar dawn l-abbużi wriet xi nuqqasijiet ġejjin mill-awtoritajiet fil-Knisja fil-Ġermanja. Ftit tal-jiem ilu l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar inkjesta mill-Vatikan u bagħat żewġ rappreżentanti tiegħu biex jinvestigaw il-Knisja f'Cologne. Ir-rapporti qed jgħidu li l-Kardinal Marx ma kienx involut f'dawn l-abbużi, iżda saħaq li jrid iġorr dan l-iskandlu fuq spallejh. Sa issa l-Papa għadu ma laqax it-talba ta' Marx.
[ 10 ]
41 turist li kienu f'Sardinja ġew immultati sa €3,000 wara li ppruvaw jitilqu minn din il-gżira Taljana b'total ta' 100 kilogramma ta' ramel. Il-pulizija Taljana sabet grupp ta' turisti li ppruvaw jitilqu mill-ajruport ta' din il-gżira b'dan ir-ramel u ġebel ta' fuq il-bajja. Il-midja Taljana qalet kif kien hemm min ipprova jbiegħ dan ir-ramel, filwaqt li oħrajn kienu se jżommuh għalihom. Dawn it-turisti ngħataw din il-multa kull wieħed, wara li fl-2017, il-gżira Taljana daħlet liġi li dawk li jisirqu jingħataw multa ta' bejn €500 u €3,000.
[ 10 ]
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jitlob lill-mexxejja tal-pajjiżi li huma parti mill-grupp G7 sabiex flimkien ilaqqmu lid-dinja kollha kontra l-COVID-19 sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Johnson mistenni jressaq din il-proposta bil-miri għat-tilqim fis-summit tal-grupp li se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju f'Cornwall, l-Ingilterra. Madanakollu r-Renju Unit kif ukoll il-Kanada għad iridu jistabilixxu l-ammont ta' vaċċin li se jikontribwixxu għall-programm tat-tilqim globali msejjaħ Covax. Intant, il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock qal illi r-Renju Unit se jkun qed iħares li l-ewwel jagħti l-vaċċin lit-tfal qabel ma jagħtu b'donazzjoni l-vaċċin lill-pajjiżi oħra madwar id-dinja. Filfatt huwa sostna li l-prijorità tiegħu bħala Ministru għas-Saħħa Ingliż hija li l-poplu tar-Renju Unit ikun imlaqqam u sigur kontra l-imxija. Hancock qal dan wara li l-Ġimgħa ġie approvat li l-vaċċin tal-Pfizer jista' jibda jingħata lil tfal ta' bejn it-12 u l-15-il sena.
[ 10 ]
Il-Militar tal-Iraq qal illi l-Ħadd filgħodu d-difiża tal-ajru, li tospita l-Forzi tal-Istati Uniti, interċettaw u waqqgħu żewġ drones. Din l-istess bażi kienet fil-mira xahar ilu, meta fit-8 ta' Mejju sistema ta' sorveljanza mill-ajru awtomatika wettqet attakk fl-istess post, madanakollu ħadd ma kien weġġa'. S'issa ħadd għadu ma ħa r-responsabilità ta' dan l-attakk fl-Iraq.
[ 10 ]
Xjentisti fl-Iżvezja qed jitrasformixxu l-vaċċin kontra l-COVID-19 f'forma ta' trab, li permezz ta' dan il-proċess tingħeleb il-problema tal-loġistika tal-kunsinni kif ukoll il-ħażna tal-vaċċin. Huwa żviluppaw proċess billi jnixfu l-vaċċin bl-arja u għalhekk jista' jkun ukoll li jiġi eleminat il-bżonn li l-vaċċin jiġi maħżun ġo temperaturi kesħin ħafna. Metodu ferm irħas u li jista' jintuża kullimkien, hekk kif it-trab tal-vaċċin ikun jista' jintuża wara li jitħallat mal-ilma u jingħata b'siringa. Huwa maħsub li permezz ta' dan il-metodu, titnaqqas il-ħela tad-dożi; apparti li jgħin ukoll biex pajjiżi li għadhom jiżviluppaw ikollhom biżejjed kunsinni għaċ-ċittadini tagħhom.
[ 10 ]
Il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle għadhom kif ħabbru t-tieni wild tagħhom, Lilibet Diana Mountbatten-Windsor. Il-koppja semmew lil binthomgħar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, hekk kif il-mibki Prinċep Filippu kien isejħilha 'Lilibet', kif ukoll għal omm Harry, il-Prinċipessa Diana. Lilibet "Lili" Diana Mountbatten-Windsor twieldet il-Ġimgħa filgħodu fi sptar f'Kalifornja. Il-midja qed tirrapporta li kemm l-omm kif ukoll it-tifla huma fi stat ta' saħħa tajba.
[ 10 ]
Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni mill-Coronavirus u feġġew 3 każijiet minn fost 2,024 test. Dan ifisser li issa f'pajjiżna hawn 74 każ attiv ta' COVID-19. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 941,197 test. Ingħataw ukoll 551,494 doża tal-vaċċin. Minnhom, 327,155 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 233,826 persuna huma kompletament imlaqqma. Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19.
[ 1 ]
Malta llum m'għandha l-ebda każ ta' Covid-19. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, permezz ta' tweet. Spjega kif din il-kisba hi li Malta qed tesperjenza għall-ewwel darba prorpju mis-sajf li għadda. Qal kif huwa essenzjali li l-pajjiż ikompli jżomm id-dixxiplina u kif ukoll ir-responsabbiltà.
[ 1 ]
Il-komunità Lhudija ta' Munich u l-Bavarja ħabbret il-mewt ta' David Dushman fl-età ta' 98 sena. Huwa miet fi sptar fi Munich. Hu l-aħħar suldat Sovjetiku li kien ħeles lil Lhud minn Auschwitz. Dushman kien stqarr li hu u sħabu ma kinux irrealizzaw il-gravità ta' dak kollu li kien qed jiġri f'Auschwitz. F'intervista li kien ta fl-2015 lil gazzetta fi Munich hu kien qal li fil-kamp tan-Nażisti kien hemm skelettri kull fejn tħares. Dushman kien ħa sehem f'waħda mill-aktar battalji mdemmija tat-Tieni Gwerra Dinjija, fosthom dawk ta' Stalingard u Kursk. Huwa kien indarab serjament tliet darbiet. Aktar minn miljun persuna, il-maġġoranza tagħhom Lhud kienu ġew iddeportati u maqtula min-Nażisti f'Auschwitz bejn l-1940 u l-1945. Missieru li kien tabib tal-militari, miet f'wieħed mill-kampijiet tas-Sovjetiċi wara li spiċċa wieħed mill-priġunieri ta' Josef Stalin. Dushman għen lit-tim tan-nisa tal-Unjoni Sovjetika biex jitħarrġu fil-fencing. Huwa ra wkoll minn tmien terroristi Palestinjani fuq it-tim ta' Iżrael fl-Olimpjadi li saru fi Munich. F'dak l-attakk kienu mietu ħdax-il Iżraeljan, ħames Palestinjani u Pulizija Ġermaniż. David Dushman kien deskritt bħala kowċ leġendarju mill-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi.
[ 10 ]
 F'rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġie sostnut li l-aġenzija Ewropea Frontex mhix taqdi dmirijietha b'mod sodisfaċenti. L-Aġenzija Frontex hija responsabbli mill-fruntieri tal-membri stati u dawk membri fiż-żona Schengen. Id f'id mal-awtoritajiet tal-pajjiż, l-aġenzija taħdem fuq numru ta' sfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-fruntieri bħat-traffikar, l-immigrazzjoni, it-terroriżmu u attivitajiet illegali. Madanakollu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, innotat ammont sostanzjali ta' ineffiċjenzi fil-ħidma ta' Frontex li wasslu biex ma ssodisfatx ir-responsabbiltajiet tagħha. Dan minkejja fondi allokati li jlaħħqu kważi n-nofs biljun ewro, ħafna aktar mill-ammont li kellha fl-elfejn u erbgħa. F'konferenza online, il-membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli minn dan ir-rapport, Leo Brincat innota l-ineffiċjenza ta' Frontex, li qed issir fi żmien delikat meta l-istess aġenzija qed tkun afdata b'aktar responsabbiltajiet. Huwa spjega kif ir-rapport sab li l-Aġenzija ma kinitx qed toffri s-sapport meħtieġ lill-pajjiżi membri, u mhix tagħmel rapporti interni tal-ħidma tagħha u l-infieq fl-operazzjonijiet. Ir-rapport ħejja sett ta' rakkomandazzjonijiet lil Frontex biex ittejjeb ħidmietha, fost l-oħrajn billi jkollha aktar riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha u tiżviluppa l-mod ta' kif taħdem b'tali mod li tkun ta' sapport għall-istati membri.
[ 10 ]
Bħal-lum sena, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela nieda l-Pjan ta' Riġenerazzjoni Ekonomika ta' kważi €900 miljun, sabiex f'pandemija għen lin-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin. Dan il-pjan inkluda l-għoti ta' voucher ta' €100 lil kull persuna li għandha 'l fuq minn 16-il sena. Din il-miżura tal-vouchers tat spinta lin-negozji matul is-sajf li għadda, filwaqt li fil-budget għal din is-sena reġgħet iddaħħlet sabiex tkompli tgħin lin-negozji. Din it-tieni skema ta' vouchers reġgħet daħlet mis-seħħ, it-Tnejn, hekk kif il-Gvern żamm il-wegħda tiegħu li t-tieni round ta' vouchers jingħataw, hekk kif jiftħu l-bars u l-każini. Dan il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika ta spinta lin-negozji wkoll billi n-negozji ngħataw rifużjoni ta' 50% fuq il-kontijiet tad-dawl tagħhom għax-xhur tas-sajf tas-sena l-oħra. Permezz ta' dan il-pjan, il-Gvern kompla jagħti l-COVID Wage Supplement lil dawk il-ħaddiema li l-post tax-xogħol kellu jingħalaq minħabba l-pandemija. Sena wara, dan l-inċentiv tal-Gvern li għen lil diversi ħaddiema u li għen sabiex kumpaniji ma jagħlqux il-bibien tagħhom, għadu qed jingħata lil dawk li għadhom milquti minħabba l-effetti tal-pandemija u dan għandu jkompli sal-aħħar ta' din is-sena. Miżura oħra ta' dan il-pjan kienet li tnaqqas it-taxxa tal-boll fuq il-propjetà minn 5% għal 1.5% sal-aħħar ta' Marzu li għadda. Din l-iskema kienet waħda ta' suċċess, hekk kif xahar wara xahar ġew irreġistrati l-aħjar xhur tal-propjetà f'pajjiżna sa mill-2017. Barra minn hekk, dan il-pjan kompla jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin, hekk kif il-prezz tal-petrol u d-diesel raħas b'seba' ċenteżmi. Il-Gvern għen ukoll lil dawk li minħabba l-pandemija kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom, b'għotja sa massimu ta' €2,000. Ix-xahar li għadda, din il-miżura ġiet estiza għal dawk il-koppji li kellhom jiżżewġu sal-aħħar ta' din is-sena u pposponuh. Dan il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika wassal biex f'nofs pandemija globali, li laqtet lid-dinja ħafna iżjed mill-kriżi finanzjarja tal-2008, pajjiżna mhux talli kellu ħaddiema li tkeċċew minn xogħolhom, iżda kien hemm żieda fix-xogħol.
[ 4 ]
Minn tal-anqas 18-il persuna mietu, wara li żviluppaw nirien f'impjant tal-kimika li jinsab fiż-żona ta' barra, tan-naħa tal-Punent tal-belt Indjana Pune. Qed ikun irrappurtat li 37 ħaddiema nqabdu ġol-binja, kawża ta' dawn in-nirien. Il-pumpiera kellhom ikissru xi ħitan biex isalvaw in-nies. Għadu mhux magħruf xi kkawża dawn in-nirien. Din il-fabbrika hija tal-kumpanija SV Aqua Technologies u tipproduċi kimiċi li jintużaw biex ikun trattat l-ilma.
[ 10 ]
Familja Musulmana tinqatel f'attakk premeditat li seħħ ilbieraħ fil-Kanada. Erba' persuni nqatlu hekk kif trakk saq għal fuqhom. Tifel ta' disa' snin huwa l-unika wieħed li salva dan l-attakk u bħalissa jinsab l-isptar bi ġrieħi serji, madanakollu mhux fil-periklu tal-mewt. Nathanial Veltman ta' 20 sena, is-sewwieq tat-trakk, qed jiġi akkużat b'erba' akkużi ta' qtil kif ukoll b'attentat ta' qtil. Dan l-attakk huwa maħsub li sar minħabba mibegħda razzjali kif, huwa l-agħar attakk kontra persuni Musulmani fil-Kanada wara l-attakk f'Moskea fi Quebec fl-2017; dakinhar kienu nqatlu sitt persuni.
[ 10 ]
Imħallfin tal-Appelli se jkunu qed jagħtu l-verdett tagħhom kontra l-eks mexxej militari Serb Ratko Mladic, b'hekk jintemm l-aħħar proċess tal-ġenoċidju li seħħ fl-1995 quddiem il-Qorti Internazzjonali f'The Hague. L-Imħallfin se jibdew jaqraw id-deċiżjoni tagħhom fil-ħin li ġej. Mladic li llum għandu 78 sena mexxa l-forzi Serbi matul il-Gwerra tal-Bosnja tal-1992 li baqgħet għaddejja sal-1995. Fl-2017, huwa nstab ħati fuq akkużi ta' ġenoċidju, krimini tal-gwerra inkluż it-terroriżmu tal-popolazzjoni ċivili. Il-qtil ta' aktar minn 8,000 raġel u tifel Musulman huwa l-agħar massakru fuq art Ewropea mit-Tieni Gwerra Dinjija u jibqa' l-unika ġenoċidju fil-kontenut rikonoxxut minn żewġ qrati internazzjonali.
[ 10 ]
 Żewġ persuni ġew arrestati wara li f'filmat li ttella' fuq il-midja soċjali deher raġel jagħti daqqa ta' ħarta lill-President Franċiż Emanuel Macron. Dan ġara waqt żjara li l-President kien qed jagħmel fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Macron kien qed jiltaqa' ma' sidien tar-ristoranti u studenti. Macron kien qed jitkellem magħhom fuq ir-ritorn lejn in-normalità l-ġdida. Il-Prim Ministru Franċiż Jean Castex, iddeskriva dan bħala l-att bħala attakk fuq id-demokrazija.
[ 10 ]
L-eks mexxej militari Serb Ratko Mladic tilef l-appell tiegħu hekk kif fl-2017 huwa kien ġie kkundannat sentenza t'għomor il-ħabs wara li nstab ħati ta' ġenoċidju u krimini tal-gwerra fost oħrajn. Imħallfin tal-Appell fil-Qorti Internazzjonali f'The Hague ikkonfermaw is-sentenza ta' Mladic. Il-bord tal-appell qal li Mladic ma rnexxilux jipprovdi evidenza biex jinvalida l-kundanni kontrih. S'issa għadu mhux magħruf fejn se jkun qed jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu. Mladic, li llum għandu 78 sena, mexxa l-forzi Serbi matul il-Gwerra tal-Bosnja tal-1992 li baqgħet għaddeja sal-1995. Huwa kien responsabbli bil-massakru ta' Srebrenica.
[ 10 ]
Aktar minn 800 persuna suspettati bi kriminalità ġew arrestati fi 18-il pajjiż differenti waqt operazzjoni konġunta bejn il-pulizija Awstraljana, l-FBI u l-Europol. Waqt l-arresti ġew ikkonfiskati: tmien tunnellati ta' kokaina, 250 arma tan-nar, karozzi lussużi u 48 miljun dollaru fi flus. Il-pulizija Awstraljana flimkien mal-FBI infiltraw gruppi ta' kriminalità organizzata u mafja. Persuni magħrufa fil-kriminalità ddaħħlu f'nassa bl-użu ta' app 'sigura' bħala mezz ta' komunikazzjoni biex isiru pjanijiet għall-attivitajiet illegali. L-app AnOm kienet ġiet żviluppata b'mod sigriet mill-FBI, bit-tir li l-awtoritajiet jissorveljaw l-attività li kienet qed issir mill-istess gruppi. Permezz ta' din l-app, il-pulizija kellha aċċess ta' miljuni ta' messaġġi li kienu qed jintbagħtu bejn persuni involuti f'attività illegali.
[ 10 ]
Id-Duka u d-Dukessa ta' Sussex ma staqsewx lir-Reġina biex jużaw l-isem Lilibet għat-tifla tagħhom. Dan intqal minn sorsi fil-Palazz lill-aġenzija tal-aħbarijiet BBC. Lilibet huwa l-laqam tar-Reġina li ilu jintuża minn qrabatha mindu kienet tifla. Sors viċin Harry u Meghan kien qal lill-BBC li Harry kellem lir-Reġina qabel it-twelid tat-tifla, u allura aktarx kien qalilha x'se jsemmiha. Imma sors fil-Palazz qal li dan ma kienx il-każ, u li r-Reġina qatt ma ġiet ikkonsultata dwar l-isem. Ir-relazzjoni bejn il-koppja u l-Familja Rjali għamlitha fl-aħbarijiet diversi drabi fl-aħħar xhur u minkejja d-diffikultajiet bejn Harry u missieru, id-Duka kien qal li għandu relazzjoni tajba ħafna mar-Reġina. Fit-tmiem il-ġimgħa li għadda, il-koppja ħabbru t-twelid ta' Lilibet "Lili" Diana Mountbatten-Windsor.
[ 10 ]
Wara s-success kbir ta' ''Tbissem'' li kienet kollaborazzjoni mal-kantawtriċi Ira Losco, Matthew James illum iddebutta silta oħra għal darb'oħra bħala solist. Il-kantawtur u producer Matthew James, tul din il-pandemija kien wieħed mill-iktar artisti lokali li baqgħu attivi. Tul is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena, ikkolabora ma' diversi artisti oħra, ħareġ ammont konsiderevoli ta' siltiet u pproduċa lil bosta artisti lokali oħra. Infatti tul l-2020 u din is-sena, siltiet ta' Matthew James kienu qiegħdin b'mod konsistenti jokkuppaw l-quċċata tal-klassifiċi lokali għal numru ta' ġimgħat. Is-silta li ddebutta llum 'Round and Round'' tesplora in-naħa iktar serja ta' Matt bħala artist. Matt jgħidilna li ''Round and Round tippreżenta lis-semmiegħ b'għażla. Biex jaħseb fuq id-deċiżjonijiet fil-ħajja u mhux sempliċiment isegwi lil ħaddieħor'' https://www.facebook.com/MatthewJamesMT
[ 2 ]
Il-vapur tal-merkanzija X-Press Pearl, li x-xahar li għadda għamel diversi ġranet maħkum min-nirien barra l-kosta ta' Sri Lanka, qed iħalli diżastru ambjentali li x'aktarx dan l-impatt se jibqa' jinħass għall-għexieren ta' snin li ġejjin. Minkejja li n-nirien li ħakmu l-bastiment intfew, il-riperkussjonijiet ta' dan l-inċident għadhom kemm bdew. Il-vapur kien qed iġorr numru ta' kontejners li ħafna minnhom qed jaħżnu kimiċi perikolużi ħafna għall-ambjent, li wħud minn dawn il-kontejners diġà bdew inixxu. Dan qed iqajjem biża' li jista' jivvalena l-ħajja ta' taħt il-baħar. Is-sajjieda, li ħobża ta' kuljum tagħhom hija mhedda b'dan id-diżastru diġà qed juru t-tħassib tagħhom, hekk kif il-ħut qed jispiċċaw imutu minħabba li belgħu biċċiet ta' plastik li spiċċaw fil-baħar kawża ta' dan l-inċident.
[ 10 ]
L-infermiera Carla Martinez al Hamo, bint Charlie Buhagiar, ir-raġel li tilef ħajtu lbieraħ bil-coronavirus, allegat li missierha ħa l-virus mill-Isptar Mater Dei. Huwa kellu 67 sena. Fuq Facebook, bint Charlie tal-Għaġin, kif kien magħruf mal-Qriema li jafuh, spjegat li missierha daħal l-Isptar Mater Dei wara li kien irriżulta fin-negattiv għall-coronavirus. Qalet li huwa tqiegħed f'sala ma' pazjenti oħra li kienu qegħdin jistennew ir-riżultat tal-iswab test. Wara li sarulu erba' swab tests oħra, huwa ħareġ pożittiv għall-virus. B'hekk dam ħamest ijiem l-isptar. "Kieku ma kienx il-Covid, il-pa għadu magħna, għax qatt ma kellu problemi ta' saħħa kif qed tpinġuh intom," kitbet bintu. Kelhu kundizjoni uterjulhi!!!!!! Kelhu Vera il qalb imma liktar li baqqat sodda dan iz zmien kollhu. Ghax ma tajtx sur… Posted by Carla Martinez Al Hamo on Sunday, October 11, 2020 Oħt il-vittma wkoll kitbet fuq il-mezzi soċjali li ħuha ma kellux problemi ta' saħħa, sempliċiment għamel operazzjoni tal-bypass ftit tas-snin ilu imma qatt ma kellu kumplikazzjonijiet. Iddeskrivietu bħala "raġel mimli saħħa." Skont il-Ministeru tas-Saħħa, ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Settembru u kien ikkonfermat pożittiv għall-coronavirus fl-1 ta' Ottubru. Hu baqa' jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei sal-bieraħ filgħodu meta tilef il-battalja kontra l-Covid-19. Id-dettalji Raġel ta' 67 sena huwa t-42 vittma tal-coronavirus Għexieren isellmu lil Charlie tal-Għaġin Diversi persuni rrikorrew għal Facebook biex isellmu l-memorja ta' Charlie tal-Għaġin, kif kien magħruf f'Ħal Qormi. Huwa ġie deskritt bħala xempju tal-irġiel u bħala raġel li jagħmel kollox għal familtu. Kien iħobb il-karozzi antiki u kien involut ukoll fil-klabb tal-hockey ta' Ħal Qormi. Il-klabb għadda l-kondoljanzi tiegħu lill-familja f'dan il-mument diffiċli. On behalf of myself as President Qormi Hockey Club and the committee, players and members of the club, I offer our… Posted by Sebastian Fenech on Sunday, October 11, 2020
[ 1 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Carl Mario Sultana u l-preżentatriċi Valerie Vella Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez. Ħażin għalikom! Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom". Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Għad għandhom 10 snin u huma għarajjes! Kaya Gouder Curmi u Ike Mizzi interpretaw kanzunetta Can You Feel The Love Tonight minn The Lion King. Impressjonaw lill-ġurija waħda w sew tant li Ray, Howard, Maxine u Sarah qamu bil-wieqfa u bla dubju kisbu l-erba' "Iva" mingħandhom, hekk kif Kaya u Ike ġew deskritti li taw wirja tal-ħolm.
[ 2, 6 ]
Jamie Halls ta' 39 sena ilu jiġi Malta mindu kellu 10 sena u wara li l-ġenituri tiegħu ġew joqgħodu Malta sitt snin ilu iddeċieda li jsegwihom u llum jaħdem bħala kok. Għal din l-ewwel fażi ta' Malta's Got Talent interpreta l-kanzunetta Hello li Lionel Ritchie kien ħareġ fl-1983. Il-wirja tiegħu ma impressjonat xejn lill-erba' membri tal-ġurija li waqqfu l-prova tiegħu waqt dan il-programm, b'Howard jikkummenta li l-wirja ta' Halls, li oriġinarjament huwa minn Birmingham, kienet waħda mingħajr emozzjoni.
[ 2, 6 ]
Ryanair għadha kemm ħabbret li se tagħlaq il-bażijiet tagħha f'Cork u Shannon għax-Xitwa. Dan wara li l-kumpanija ħabbret li l-attività matul ix-xitwa mistennija tonqos bejn 40% u 60% meta mqabbla max-xitwa li għaddiet. Il-bażi tagħha f'Toulouse fi Franza mistennija tagħlaq ukoll u se jkun hemm tnaqqis sinifjikanti fl-attività fil-bażijiet tagħha fil-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, il-Portugall u fl-Awstrija, skond stqarrija tal-kumpanija. Il-kumpanija qalet li dan qiegħed isir wara li ħafna pajjiżi qed jimponu ħafna restrizzjonijiet fuq titjiriet madwar l-Ewropa. Dan wassal ukoll għal tnaqqis fir-rata ta' bookings bil-quddiem matul Ottubru, kif ukoll f'Novembru u Diċembru. "Filwaqt li jiddispjaċina li qiegħed ikollna nieħdu din id-deċiżjoni li nnaqqsu l-attività matul ix-xhur tax-xitwa, din kienet deċiżjoni imposta fuqna kaġun tal-mod żbaljat kif il-gvern immaniġġja l-aspett ta' vjaġġar bl-ajru fl-Unjoni Ewropea," qal il-Kap Eżekuttiv ta' Ryanair Michael O'Leary. "L-impenn tagħna se jibqa' li nippruvaw kemm jista' jkun li nżommu skeda kbira ta' ħidma sa fejn ikun possibbli biex inżommu l-ajruplani, il-piloti u l- cabin crew filwaqt li nnaqqsu t-telf ta' mpjiegi," kompla qal. "Se jkun inevitabbli li ma nimplimentawx iżjed miżuri ta' leave bla ħlas u job sharing matul din ix-xitwa f'dawk il-bażijiet fejn intlaħaq ftehim li napplikaw xogħol u pagi mnaqqsin, iżda din il-miżura hija ferm aħjar fi żmien qasir milli ħafna telf ta' mpjiegi." Il-linja tal-ajru kienet avżat ġimgħat ilu li tista' tkun sfurzata li tagħlaq il-bażijiet ta' Shannon u Cork għax-xitwa jekk il-Gvern ma jkunx ħa passi biex jiftaħ l-ivjaġġar bl-ajru billi jadotta immedjatament sistema ġdida ta' stil tat-traffiku fl-UE li tikklassifika ' pajjiżi skond il-livell ta' Covid-19 tagħhom. O'Leary u Ryanair se jkomplu jħeġġu lill-gvernijiet kollha fl-UE sabiex jadottaw is-sistema Ewropea malajr kemm jista' jkun. Ryanair timpjega 80 pilota u cabin crew fil-bażi tagħha f'Cork u 55 f'Shannon. Il-kumpanija qalet li d-deċiżjoni li tagħlaq dawn il-bażijijet b'mod temporanju matul ix-xitwa se jfisser li għalissa se jkunu mingħajr impjieg. Qabel ma faqqgħet il-pandemija, Ryanair kienet qed isservi 23 destinazzjoni minn Cork u 13-il destinazzjoni minn Shannon.
[ 10 ]
Team Maximum Lock fetaħ it-tielet programm tal-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent b'wirja li ġiet iffilmajata barra mill-post fejn saru l-auditions. Tliet stuntmen ta' età bejn is-37 u 39 sena. Huma jafdaw lil xulxin b'għajnejhom magħluqa u l-wirja spettaklolari tagħhom niżlet tajjeb mal-erba' membri tal-ġurija b'Howard jirrimarka li l-wirja kienet waħda ta' livell internazzjonali. Din il-wirja kisbet erba' iva u lil Team Maximum Lock nerġgħu narawhom fil-fażi li jmiss… u tinsewx wirja bħal din m'għandhiex tiġi kkupjata meta tkunu b'xi karozza fit-toroq, jew postijiet oħra.
[ 2, 6 ]
Sorelle jibda ġimgħa ġdida llum bis-16-il puntata mit-tieni staġun fejn se nsibu ruħna fil-bitħa tal-ħabs fejn niltaqgħu ma' Brian ikellem lill-Warden… x'qalu u għaliex Brian mar ikellem lil Leo? Għaliex Leo ma ħax pjaċir meta qallu li Sully ried jarah? Bella marret tiltaqa' ma' Angela… x'qaltilha dwar il-fatt li kienet taf li hi u s-sorelle kienu nvoluti fil-ħtief ta' Leo? Kif kienet għinithom? Fejn kienet taf li kienu rabtuh huma? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind. Din il-puntata jkollha repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati kollha ta' matul il-ġimgħa jkollhom repetizzjoni s-Sibt mill-11am il-quddiem fuq TVM2.
[ 2, 6 ]
Marissa Bose ta' 30 sena impressjonat mhux ħażin bil-wirja tagħha ta' pole dancing. Dan permezz tal-moviment tagħha mal-pole għall-kanzunetta My Life Is Going On, interpretata minn Cecilia Krull. Din il-kanzunetta hija t-tema ewlenija tas-sensiela Money Heist li kisbet suċċess internazzjonali. Kunfidenti għall-aħħar Marissa tat wirja li kisbitilha l-erba' iva li kellha bżonn biex tgħaddi għall-fażi li jmiss. U min jaf… forsi fis-snin li ġejjien naraw tikkompeti t-tifla tagħha li telgħet ukoll fuq il-palk u tat wirja żgħira ta' bla ħsieb li ġibdet is-simpatija ta' Ray, Sarah, Maxine u Howard!
[ 2, 6 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li l-Prim Ministru ma jistax jibqa' jaġixxi qisu kollox normali, donnu kollox "business as usual" waqt li n-nies qegħdin jitilfu ħajjithom minħabba l-coronavirus. Fi stqarrija maħruġa kmieni dalgħodu, il-MAM appellat biex l-awtoritajiet Maltin jieħdu miżuri biex jikkontrollaw l-imxija bħalma qed isir f'pajjiżi barranin bħal Spanja , Franza u r -Renju Unit . Stqarret li hija mħassba ħafna fuq "in-nuqqas ta' tmexxija waqt li l-epidemija titlef il-kontroll." Fil-fehma tal-assoċjazzjoni, jeħtieġ li jsir sforz tal-aħħar qabel ma jkun disponibbli l-vaċċin, peress li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tistma li dan ikun lest sa tmiem is-sena. Il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ qal li l-Gvern m'għandux l-intenzjoni li jħabbar stat ta' emerġenza ta' saħħa pubblika biex ma jdaħħalx il-biża' fil-pajjiż. Huwa qal li mhux se jsakkar in-nies id-dar u jaqta' qalb in-negozji. X'qal il-PM ilbieraħ? Filmat: Mhux se nnissel il-biża' u nsakkar nies id-dar – Abela Ingħad mill-MAM li minħabba sinjali mħawdin li qed jibgħat il-Gvern li l-epidemija tinsab taħt kontroll, mhuwiex iqis kemm verament hija inkwetanti s-sitwazzjoni. Minħabba dan, diversi nies mhumiex jieħdu l-ilbies tal-maskri bis-serjetà, u dan qed iwassal biex il-virus ikompli jinxtered. Ilbieraħ tħabbret it-42 mewta bil-coronavirus, dik ta' raġel ta' 67 sena. Tħabbru wkoll 95 każ ġdid, filwaqt li l-jum ta' qabel kien hemm 100 każ ġdid. It-42 mewta f'Malta Raġel ta' 67 sena huwa t-42 vittma tal-coronavirus Il-MAM spjegat li s-Sala tal-Kura Intensiva fl-isptar hi kważi mimlija, u dalwaqt ma tkunx tiflaħ tieħu aktar nies, la minħabba l-coronavirus, la minħabba inċidenti jew mard ieħor. Qegħdin jidħlu wkoll pazjenti iżgħar l-isptar b'sintomi serji tal-coronavirus. Għaldaqstant, il-MAM tissuġġerixxi li: Il-maskri jsiru obbligatorji ġewwa kullimkien, mingħajr eċċezzjonijiet, anke fil-post tax-xogħol Ikun hawn aktar tagħrif fuq kif u għaliex jintlibsu l-maskri Ikun hawn protezzjoni aħjar tal-anzjani u tan-nies vulnerabbli Jissaħħaħ l-infurzar fuq l-ilbies tal-maskri; ikun hawn aktar multi għal min ma jilbisx il-maskra Fl-ajruport jiġu ttestjati l-passiġġiera kollha minflok jittieħed kampjun żgħir biss Jitwaqqfu t-titjiriet minn pajjiżi fejn hemm lockdown totali Ikun inkoraġġit aktar ix-xogħol mid-dar. Jekk dawn is-suġġerimenti ma jkunux ta' suċċess, il-MAM qalet li l-Gvern għandu jikkunsidra aktar miżuri restrittivi.
[ 1 ]
Rudolph Agius u Hannah Cutajar rebħu it-titlu ta' Champion Nazzjonali tat-Triathlon 2020, nhar il-Ħadd, meta l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ospitat it-Tacx National Triathlon Championships ġewwa s-Salina. Ir-rebħa ta' Agius pattiet għad-diżappunt tiegħu meta l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Dinjija tal-Ironman f'Kona, Hawaii, ġiet posposta għall-2021. Sadanittant għal Cutajar, din ir-rebħa kienet ritorn għat-titlu, minħabba li s-sena l-oħra Cutajar ma setatx tiddefendi t-titlu tagħha minħabba inċident serju fuq ir-rota ftit jiem qabel it-tellieqa. It-tellieqa tal-Ħadd kienet battalja kontinwa, ippjanar strateġiku u wirjiet determinati. Ma kienx ser jkun hemm rebħa faċli għal xi wieħed mir-rebbieħa. It-tellieqa tad-Distanza Standard kienet tikkonsisti f'għawma ta '1500m, 40km bir-rota u ġirja ta'10km. Il-kundizzjonijiet kalmi fl-għawma kienu ta' kuntrast għar-riħ qawwi li kien hemm fil-korsa tar-rota. L-ewwel li ħareġ mill-għawma ta' 1500m kien Rudolph Agius. Agius u Joseph Galea kisbu il-vantaġġ iżda bil-mod il-mod Agius kiseb distakk fuq Galea biex joħroġ mill-ilma b'vantaġġ komdu. Warajhom kien hemm Malcolm Vassallo segwit minn Steve Chetcuti u Josef Bonavia. Agius kompla jżomm il-vantaġġ matul it-tellieqa kollha, b'Galea jisfida l-pożizzjoni tiegħu u jnaqqas id-distakk. Sfortunatament, panċer fir-raba dawra ġagħlu lil Galea jirtira mit-tellieqa. B'Galea barra mit-tellieqa, Josef Bonavia kompla jisfida d-dominanza ta'Agius. Bonavia, li kellu staġun ta' suċċess kbir kien meqjus bħala kontendent ieħor possibbli iżda żball bikri fl-għawma, meta ħa żvolta ħażina, swielhu ħin prezzjuż. Minkejja li rreġistra l-iktar ħin veloċi fit-taqsima tar-roti, Bonavia kellu jikkuntenta bit-tieni post wara Agius. Agius ċċelebra l-ewwel titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon. Fit-tielet post kien hemm Kersten Theuma li wettaq prestazzjoni solida li kisbitlu l-ewwel podju tal-kampjonat. Ma kien hemm l-ebda dubju li t-tellieqa tan-nisa tkun waħda miġġielda ħafna. Danica Bonello Spiteri li kienet bla telfa fl-istaġun Sprint Series kienet qeda tiġġieled għal rebħa tal-kampjonat iżda ma kienitx ser tkun faċili b'Hannah Cutajar ittellaq ukoll. Cutajar irreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima tal-għawm, u daħlet fit-transizzjoni b' ħamsin sekonda vantaġġ fuq Bonello Spiteri. It-tielet mara barra mill-ilma kienet Margaret Seguna. Fuq il-korsa tar-rota, madankollu Bonello Spiteri qabdet trieqta quddiem Cutajar, u żammet vantaġġ minimu matul is-sitt dawriet tal-korsa. Bi ftit sekondi jisseparawhom kif daħlu fit-tieni tranżizzjoni, Bonello Spiteri ħarġet qabel Cutajar. Il-ġirja ta '10km kienet ser tkun il-fattur deċiżiv bejn it-tnejn. Cutajar marret fuq l-attakk biex għaddiet lil Bonello Spiteri fil-fażijiet bikrija tal-ġirja u baqgħet timbotta sal-aħħar biex tirbaħ ir-raba titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tagħha. Cutajar irreġistrat ħin ta' sagħtejn 12-il minuta u 2 sekondi. Fit-tielet post daħlet Lara Buttigieg. "Minkejja l-isfidi biex torganizza avvenimenti bħal dawn, il-Federazzjoni rnexxiela torganizza avveniment ta'suċċess, minkejja ż-żieda fil-miżuri u l-protokolli li kellhom jiġu implimentati biex jiġi żgurat ambjent sikur" – spjega John Vella, President, Federazzjoni Maltija tat-Triathlon . "Għalkemm l-ispirtu kompetittiv kien għoli, l-istess kien il-grad ta 'fair play u l-integrità murija mill-atleti – anke meta l-iżbalji kellhom prezz għoli. Dan huwa l-ispirtu veru tat-triathlon u l-attitudni li l-Federazzjoni trid iddaħħal fl-atleti tagħha" Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon hija grata għall-appoġġ ta'Medcomms Malta, aġenti ta' Tacx Indoor Bikes and Trainers, Protein Malta, Magri Cycles kif ukoll Transport Malta u l-klabbs lokali kollha tat-triathlon għall-appoġġ tagħhom. Dan it-tagħrif hu mwassal minn emvigee pr & marketing.
[ 15 ]
Luca Gurrieri ta' 32 sena għamel wirja bis-saxaphone. "Kienet it-tfajla tiegħi li applikatli mingħajr ma kont naf," stqarr hu. Wirja li niżlet tajjeb mal-membri tal-ġurija. "Ninsab kuntenta li t-tfajla applikatlek," qaltlu Sarah. Huwa kiseb erba "iva" u b'hekk se nkunu qed naraw aktar minn Luca fil-fażi li jmiss tal-Malta's Got Talent.
[ 2, 6 ]
Güldem Üstün Għan-negozji li huma dipendenti fuq l-aktar post magħruf għall-pellegrinaġġi fil-Portugall, nhar it-Tlieta kellu jkun l-aktar jum bieżel tas-sena – imma din is-sena ninstabu f'nofs pandemija. Kull sena fit-13 ta' Ottubru, folol kbar iżuru n-niċċa ta' Fatima biex jiċċelebraw l-anniversarju tad-data meta fl-1917 seħħet it-tielet u l-aħħar dehra tal-Madonna li ġiet awtentikata mill-Knisja Kattolika. Imma restrizzjonijiet relatati mal-coronavirus fisser li kienu biss 4,500 ruħ li attendew iċ-ċelebrazzjoni ta' din is-sena mqabbla mal-100,000 persuna li attendew fl-2019, u d-donazzjonijiet li jiddependi fuqhom is-santwarju kważi spiċċaw għal kollox, qalet il-kelliema għas-santwarju Carmo Rodeira. "Is-santwarju jeżisti biex jilqa' lill-pellegrini … imma l-akbar impatt huwa kif niċċelebraw it-twemmin tagħna, u din hija l-akbar sfida li l-Knisja qed tiffaċċja fi żmien il-pandemija," żiedet tgħid. Intant, ir-ristoranti tal-belt, li huma dipendenti fuq it-turiżmu reliġjuż, baqgħu vojta, u l-akkomodazzjoni fil-lukandi niżlet b'90%, skont data uffiċjali. "It-turisti internazzjonali sparixxew," qal Alexandre Marto, direttur ta' Fatima Hotels, grupp ta' 10 stabbilimenti li jużaw l-istess pjattaforma għall-bookings. "Is-sitwazzjoni … issir aktar diffiċli għaliex ma nafux kemm se ndumu (bir-restrizzjonijiet tal-Covid)," qal Purificacao Reis, president tal-assoċjazzjoni għan-negozji lokali ACISO. Madwar is-santwarju, il-bejjiegħa tal-biċċa l-kbira tal-ħwienet li jbiegħu oġġetti reliġjużi jibqgħu jistennew li jaslu xi klijenti, iżda s-sitwazzjoni tal-bejgħ mhix waħda tajba. "Il-barranin m'għadhomx jiġi, u issa l-klijenti huma biss persuni Portugiżi li ma tantx għandhom flus x'jonfqu – bħali," qalet Ana Maria, ta' 60 sena, waqt li kienet barra l-ħanut żgħir tagħha. Tkellmet dwar żmien ta' inċertezza għax mhix ċerta kemm tista' tibqa' taħdem f'din is-sitwazzjoni, u għalhekk qed titlob li jiġi żmien aħjar. Għal xi wħud din is-sitwazzjoni ħolqot opportunitajiet ġodda. Ana Paula Reis iddeċidiet li ċċaqlaq ir-ristorant tagħha f'post li huwa anqas turistiku, u issa l-klijenti lokali tagħha jistgħu jgawdu r-riċetti tradizzjonali tagħha b'aktar kumdità. "Fuq it-toroq tat-turisti … il-lukandi huma magħluqa, u anke l-ħwienet. Hija sitwazzjoni tal-biża'," qalet. "Il-pandemija tatni ċ-ċans li nikber." Dwar il-miraklu Awdjo: Bħal-lum seħħ il-miraklu tax-xema f'Fatima
[ 1, 10 ]
Il-Kummissarju tas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Messina, kiteb ittra lis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci jħeġġiġha biex jiddaħħlu aktar miżuri peress li s-sitwazzjoni hija waħda rilassata minkejja r-rati allarmanti ta' każijiet tal-coronavirus f'Malta, li huma l-agħar li qatt kienu. Fl-ittra li bagħtilha, huwa qalilha li huwa mħasseb ħafna billi Malta għandha waħda mill-ogħla rati fl-Ewropa, kemm fejn jidħol l-għadd ta' każijiet, kif ukoll fejn jidħlu mwiet bil-Covid-19. Apparti dan, huwa infurmat li nies li kellhom kuntatt ma' persuni bil-virus li m'għandhomx sintomi qegħdin jirrifjutaw li jagħmlu swab test. Dwar il-persuni li qegħdin imutu bil-virus, il-Kummissarju qal li l-Ministeru tas-Saħħa dejjem jgħid li dawn kellhom kundizzjonijiet ulterjuri, iżda huma kienu qegħdin jgħixu minkejja dawn il-kundizzjonijiet. Ilbieraħ Mhux se jkunu mħabbra miżuri ġodda llum "għax il-PM imsiefer" Skontu, imbilli l-Ministeru jagħti r-rakkomandazzjonijiet mhu se jitranġa xejn. Il-Kummissarju tas-Saħħa għalhekk qed jissuġġerixxi li jiġu introdotti xi miżuri ġodda, li jinkludu: Li l-maskri jsiru obbligatorji anke ġewwa, kullimkien ħlief fid-djar, u anke fit-toroq Li jsiru spezzjonijiet għal għarrieda f'ristoranti u jinħarġu l-multi Li l-pulizija jimmultaw lil dawk bla maskra Li l-multi jkunu jridu jitħallsu f'24 siegħa Li x-xogħol mid-dar ikun aktar inkoraġġit Li jerġgħu jinħarġu l-avviżi legali skont il-bżonn, bħalma ġara f'Marzu. Aqra l-ittra sħiħa tal-Kummissarju tas-Saħħa hawn. Niżżel L-akbar għadd ta' każijiet 112-il każ ġdid ta' coronavirus; il-każi attivi jaqbżu l-1,000
[ 1 ]
In-nannu ta' tifla ta' 18-il xahar, li waqgħet minn fuq il-vapur tal-passiġġieri tar-Royal Caribbean Cruises is-sena li għaddiet, ammetta l-akkużi ta' qtil involonatarju li saru fil-konfront tiegħu. Il-każ seħħ f' Lulju tal-2019 meta Salvatore Anello kien qed jilgħab man-neputija tiegħu Chloe Wiegand f'kabina b'tieqa miftua fil-ħdax-il sular meta l-vapur kien fi Puerto Rico. Anello kien akkuzat b'negliġenza li wasslet għal din il-mewta. Għal bidu, l-akkużat irrifjuta li jammetti l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Madanakollu fil-bidu tal-fażi tat-trattazzjoni finali, huwa ammetta. Anello kien qed jilgħab mat-tifla x' ħin din żelqet minn idejh, u għaddiet minn tieqa mbexqa u spiċċat fuq il-pont ta' San Juan, 150 pied għoli.
[ 10 ]
Il-każi ġodda tal-coronavirus fil-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu hekk kif propju fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta' 93 każ ġdid ta' coronavirus. Dan wara li saru total ta' 2,257 swab test. Fl-infografika tal-lum tal-Ministeru għas-Saħħa kien spjegat li issa l-każi attivi fil-pajjiż telgħu għal 881. Intant 31 persuna oħra fiequ mill-virus. Il-każijiet li nstabu fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati. Intant minn dawk li tħabbru lbieraħ intqal li kien hemm: 25 persuna li huma qraba ta' persuni pożittivi, erba' persuni li ġew f'kuntatt dirett fuq il-post tax-xogħol, tnejn kienu kuntatti diretti, u każ wieħed kien impurtat. Hekk kif ilbieraħ instabu total ta' 68 każ ġdid, jidher li hemm 35 każ li għadu mhux ikkonfermat minn fejn oriġinaw. Aktar kmieni llum il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta' 71 sena huwa l-44 vittma tal-coronavirus fil-pajjiż. Aktar minn hawn: Raġel ieħor imut bil-COVID-19; L-44 mewta għal Malta
[ 1 ]
Bħal-lum fl-1793 ir-Reġina Marie Antoinette ta' Franza ttieħdet għall-giljottina bħala parti mit-tibdiliet li ddaħlu fil-pajjiż grazzi għar-rivoluzzjoni ta' erba' snin qabel. Hija tibqa' magħrufa għall-kumment tagħha li dawk li m'għandhomx ħobż x'jieklu għandhom jieklu l-kejk. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar dalgħodu li anzjan ta' 71 sena miet waqt li kien meqjus bħala każ attiv tal-coronavirus. L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta' Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-coronavirus fil-21 ta' Settembru. Il-Ministeru spjega li għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-coronavirus, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa' jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19. L-anzjan, li kellu kundizzjonjiet ta' saħħa ulterjuri, miet l-Isptar Mater Dei. Il-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.
[ 1 ]
Għat-tielet ġimgħa konsekuttiva waqt il-programm Sensilhena li jixxandar fis-7pm fuq TVM2, Christine Delicata ser titkellem ma' Mons Anton Teuma, Isqof ta' Għawdex, u ser tkompli titkellem miegħu dwar il-familji, il-valuri, u kif il-knisja tista' tkompli tgħin lin-nies li huma 'l bogħod . Programm ieħor interessanti li ser ikompli jipprofondixxi għaliex wieħed għandu jgħix sew, bil-valuri tajbin anke jekk mhux valuri Insara imma valuri li jgħin lil min isegwihom jgħix aktar kuntent. Hilary Spiteri din il-ġimgħa żar il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija – magħrufa wkoll bħala l-knisja l-qadima ta' Birkirkara. Knisja differenti minn kif naraw is-soltu għax il-valur tagħha jinsab fl-iskultura fil-ġebla Maltija. Fr Paul Chetcuti sj illum ser ikompli jitkellem u jirrakkonta dwar il-ħidma tiegħu mal-qaddisa Madre Tereża ta' Kalkatta u x'ħalliet fih. Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta' CPI MEDIA, b'direzzjoni ta' Fr Louis Mallia mssp.
[ 2, 6 ]
Meta jinstab każ tal-coronavirus f'xi skola, mhijiex issir fumigazzjoni, imma qed isir tindif normali. Xi ġenituri esprimew it-tħassib tagħhom dwar dan ma' Newsbook.com.mt. Mistoqsi minn din il-kamra tal-aħbarijiet fuq ir-raġuni għaliex, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li dan qed isir skont ma hu rakkomandat mill-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-protokolli dwar il-ftiħ mill-ġdid għall-iskejjel, maħruġin f'Settembru, jgħidu li l-iskejjel għandhom jitnaddfu ta' kuljum bi prodotti li jkunu approvati minn qabel. L-aktar metodu effettiv kif jitneħħa l-coronavirus minn fuq l-uċuħ huwa billi jintużaw l-ilma u s-sapun. Apparti hekk, il-protokolli jgħidu li tajjeb li tintuża taħlita ta' prodotti tal-ħasil u diżinfettant. It-tindif għandu jibda mill-aktar wiċċ tal-għamara nadif għall-iżjed maħmuġ. L-ilma għandu jinbidel ta' spiss. Meta jitnaddaf xi wiċċ, imbagħad, għandu jitħalla niexef kemm jista' jkun sabiex ma jkunx hemm tixrid tal-virus jew ta' bakterja permezz tal-qtar. Xi każijiet tal-coronavirus fl-iskejjel Aktar għalliema u studenti rrappurtati bil-coronavirus – UPE Issa li l-każijiet tal-coronavirus fis-soċjetà żdiedu ġmielhom tant li lbieraħ inqabeż ir-rekord ta' każijiet f'ġurnata b'204 każijiet, l-unjins tal-għalliema qed jerġgħu jappellaw sabiex l-iskejjel jingħalqu u t-tagħlim isir online. Il-UPE tat ċans lill-Gvern s'għada biex joħloq djalogu magħha, inkellha, hija qed thedded li tagħmel strajk. Fl-aħħar jiem Il-UPE thedded bi strajk Aktar tagħrif fuq it-tindif tal-iskejjel hawn.
[ 1 ]
Il-Kurja qalet li l-iskejjel tal-Knisja huma kommessi li jibqgħu jipprovdu l-edukazzjoni lil 17,000 student minkejja s-sitwazzjoni ta' sfida li qegħdin jaffaċċjaw. L-Unjin tal-Għalliema (MUT) iddikjarat tilwima mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika fuq ksur tal-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom l-edukaturi fi 23 skola tal-Knisja. Skont l-MUT, l-għalliema qegħdin jitgħabbew b'iżjed xogħol mingħajr ebda konsultazzjoni jew kunsiderazzjoni. Dan billi nħolqot sistema ta' alternar, fejn nofs l-istudenti jkunu fil-klassi u nofs isegwu l-lezzjonijiet mid-dar. L-MUT saħqet li dawn l-iskejjel żiedu x-xogħol li għandhom jagħmlu l-edukaturi b'mod mhux sostenibbli u irresponsabbli. L-unjin ikkjarifikat li mhix kontra li l-iskejjel jipprovdu servizzi addizzjonali bħat-tagħlim online, iżda bħala trejd unjin, ma tistax taċċetta li dan isir b'nuqqas ta' rispett lejn l-għaliema. Min-naħa tagħha, il-Kurja qalet li se tibqa' tara li s-saħħa u s-sigurtà tal-għalliema, il-ħaddiema u l-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja tibqa' prijorità, u li tirrikonoxxi li l-ġenituri għandhom id-dritt jipproteġu lil uliedhom u lil darhom kif jidhrilhom. Stqarret ukoll li filwaqt li jiddispjaċiha għall-pożizzjoni li ħadet l-MUT li mistennija jkollha impatt negattiv fuq l-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri, l-iskejjel tal-Knisja jkunu lesti jkomplu jiddiskutu ladarba l-unjin tirtira t-theddid tagħha. L-MUT fuq il-qagħda fl-iskejjel Il-Gvern mhux jirrispetta lill-istudenti u lill-għalliema – MUT
[ 1 ]
Charlie Chaplin - The Great Dictator Bħal-lum fl-1940 kien ħareġ għall-wiri l-film ta' Charlie Chaplin The Great Dictator, satira fuq in-Nażiżmu u l-Faxxiżmu li kien ħonoq lill-Ewropa f'dak il-perjodu. Charlie Chaplin – The Great Dictator Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Bħal-lum fl-2016 kien iġġarraf ajruplan militari Franċiż ftit wara li telaq mill-ajruport ta' Malta. L-ajruplan waqa' fuq triq f'Ħal Kirkop u ħalla l-ekwipaġġ ta' tnejn u tlett passiġġieri mejta, iżda ma ħalla l-ebda vittmi mal-art. Bħal-lum fl-istorja rajna jumejn koroh fid-dinja tal-finanzi, jiem li ħallew impatt ħażin fuq l-ekonomija tad-dinja fis-snin ta wara. Dak tal-1929 baqa' msejjaħ Black Thursday u dak tal-2008 baqa' magħruf bħala Bloody Friday. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
L-Unjin tal-Għalliema (MUT) ħabbret li reġgħet ippubblikat ir-rivista tant maħbuba minn ġenerazzjonijiet ta' studenti Sagħtar għall-ewwel darba wara snin wieqfa. Din l-edizzjoni hija kemxejn differenti għax qed tittella' online. Il-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT spjegat li did-darba se tkun rivista diġitali, li tista' taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mowbajl jew tablet, u tinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv. Aktar dettalji Aħbarijiet u sorpriżi relatati mar-rivista Sagħtar Dawk interessati li jaqraw ir-rivista jistgħu jirreġistraw b'xejn fis-sit. Fuqu hemm ukoll l-edizzjonijiet passati kollha, flimkien ma' siltiet moqrija minn qarrejja differenti, u xi drabi anke mill-awturi stess. Is- Sagħtar għandu jibqa' joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju tal-2021. Is-sejħa f'Jannar li għadda Tixtieq tikteb jew tpinġi għas-Sagħtar? L-aħħar ħarġa tas- Sagħtar kienet f'Diċembru tal-2015. Ir-rivista taf il-bidu tagħha lill-Moviment Qawmien Letterarju, li beda joħroġha fl-1971, b'kittieba prominenti bħal Victor Fenech u Oliver Friggieri fil-Bord Editorjali tagħha. Fenech baqa' Editur tar-rivista sal-2008. Fl-1976, l-MUT ħadet is- Sagħtar taħt idejha. Din ir-rivista damet toħroġ għal 44 sena.
[ 2 ]
L-atturi Carlos Farrugia u Joseph Galea, il-kantanti Neville Refalo u Debbie Scerri, u ż-żeffiena ta' Paul Curmi Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fl-edizzjoni ta' The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-8.30pm. L-edizzjoni ta' din il-ġimgħa se tkun ftit differenti għaliex it-tim tal-produzzjoni ħaseb biex jagħtiha tema u did-darba jmiss lill-kanzunetta Taljana. Hekk, il-kanzunetti kollha, minbarra dawk ta' The Entertainers Singing Challenge li jirritorna minn nhar is-Sibt, se jkunu lkoll suċċessi Taljani minn kull żmien. Minbarra l-mużika LIVE u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikomplu l-isfidi u l-logħbiet divertenti bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq it-telespettatri, partikolarment fir-rokna 'Mhux Ovvja li Jien!' Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, "The Entertainers" iwasslilkom sagħtejn u nofs ta' spettaklu b'divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta' rigali kbar u mill-isbaħ. Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma' James Aquilina, Fashion Time flimkiena ma' Sharon Buhagiar b'pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta' diversi mudelli.
[ 2, 6 ]
"Jekk bniedem li jiġi hawn minflok nilqgħuh u ngħinuh inpoġġuh ġo gaġġa, hu li jkun ġej bi trawma nimlewh bir-rabja allura jiena dak li niżra' se naħsad." L-Arċisqof kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' Fr Joe Borg waqt il-programm Newsbook Q&A fuq Newsbook.com.mt illum. Fr Borg staqsa kif jistgħu l-Maltin iqisu lill-immigranti bħala rigal u barka, kif jgħid li għandu jsir l-Papa Franġisku fl-Enċiklika tiegħu Fratelli Tutti (Ilkoll Aħwa). Huwa żied jgħid li l-Papa jrid li lill-immigranti nagħtuhom merħba, nipproteġuhom, nippromovuhom u nintegrawhom. L-Arċiqof qal li aħna għandna responsabbiltà li bil-mod kif nilqgħu lill-immigranti, nistgħu nsibuhom bħala barka, kif jgħid il-Papa. Semma l-parroċċa ta' Ħal Balzan li laqgħet aktar minn 100 immigrant fiha. Qal li kif kull meta nsiefru aħna nieħdu ħafna mill-kulturi li nżuru, issa nistgħu nitgħallmu wkoll mill-kultura tal-immigranti li hawn fostna. Fakkar li l-ekonomija ta' Malta ddependiet ħafna fuq l-immigranti. Omelija tal-Arċisqof ix-xahar li għadda "Nilqgħu lill-immigranti mhux nittollerawhom jew nissaportuhom" – L-Arċisqof L-immigranti huma ħutna L-Arċisqof Scicluna qal li l-immigranti li hawn fostna "huma ħutna għax huma u aħna għandna l-istess Missier, Alla l-Imbierek." Huwa qal li l-Papa jinsisti li l-fratellanza m'għandhiex fruntieri. Meta kkummenta dwar dak li jgħid il-Papa, jiġifieri li l-immigranti jistgħu jkunu rigal u barka, semma l-eżempju tal-ġenituri tiegħu li kienu emigraw lejn il-Kanada fejn imbagħad twieled hu. "Missieri kien barka għall-post," qal l-Arċisqof. "F'kull familja," qal l-Arċisqof, "għandna l-esperjenza tal-emigrazzjoni. Aħna l-Maltin u l-Għawdxin wieħed mill-inqas popli li nistgħu ngħidu li din il-ħaġa, jiġifieri li aħna lkoll aħwa, ma nifhmuhiex." L-appell tal-Arċisqof Filmat: L-Arċisqof jitlob biex Malta ma titħalliex terfa' l-piż tal-immigranti waħedha
[ 13 ]
Fl-edizzjoni tal-lum ta' Sibtek se niltaqgħu ma' bosta stejjer kurjużi, emozzjonali, ta' kuraġġ u oħrajn li jqanqlu tbissima. Illum fost ħafna nsibu lit-'tik toker' Tereża fejn se titkellem fuq it-telfa ta' ommha u l-kuraġġ li sabet biex tagħmel filmati fil-midja soċjali li jqanqlu tbissimha. L-attur Carlos Farruġia se jitkellem fuq il-qagħda preżenti tat-teatru u fil-post kurjuż li ltaqa' mas-sieħba tiegħu filwaqt li l-kantanta Brooke Borg se tiżvela mat-telespettaturi id-dehra l-ġdida tagħha. Ma jonqsux ħafna logħob fosthom The Box il-Moda Challenge, il-mużika f'idejn il-kantanta Kylie u ż-żgħażagħ residenti ppreparaw bosta sfidi u mistoqsijiet għal dawk kollha li se jkunu mistiedna waqt Sibtek tal-lum. Angela Coleiro se titkellem fuq il-messaġġi ta' mibegħda li rċeviet. Sibtek se jagħmel kollegament mad-dar ta' Christopher u ommu Agnes, magħrufin iktar fil-midja soċjali bħala l-Kaboċċ u x-Xwejħa, fejn Christopher se jagħmel ċajta lil ommu …u mhux ta min jitlifha. Sibtek jixxandar fis-1.15pm fuq TVM.
[ 2, 6 ]
Għadu kemm inħareġ it-trailer tal-film L'Incredibile storia dell'Isola Delle Rose bis-sehem ta' Elio Germano, Fabrizio Bentivoglio u Tom Wlaschiha, li se jinħareġ għall-wiri fuq Netflix mid-9 ta' Diċembru. Parti kbira mill-produzzjoni kienet iffilmjata b'mod estensiv f'Malta fix-xhur li għaddew. Dan il-film huwa bbażat fuq l-istorja vera ta' inġinier li fl-1968 bena gżira 11-il kilometru 'l barra mill-Italja u ddikjaraha indipendenti, f'dik li kienet sfida diretta lill-awtorità tal-Istat Taljan. Din l-istruttura artifiċjali kienet issemmiet bħala Repubblica dell'Isola delle Rose. Il-produzzjoni kienet iffilmjata f'postijiet madwar Malta, bix-xeni kollha fl-ilma u l-baħar miġbuda fit-tankijiet tal-ilma tal-Malta Film Studios.madwar Malta, bix-xeni kollha fl-ilma u l-baħar miġbuda fit-tankijiet tal-ilma tal-Malta Film Studios. Il-film ibbenefika mill-inċentivi tal-cash rebates offruti mill-Kummissjoni Maltija għall-Films, bil-baġit totali f'pajjiżna jkun ta' madwar €3 miljun. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli esprimiet sodisfazzjon li kienet attirata produzzjoni oħra tal-ogħla livell lejn il-gżejjer Maltin. Żiedet li l-inċentivi offruti flimkien max-xenarju spettakolari f'nofs il-Mediterran ipoġġi lil pajjiżna fil-quċċata tal-lista għal diversi produtturi meta dawn jagħżlu f'liema post jiġbdu l-produzzjoni tagħhom. "Minkejja l-isfidi għall-industrija tal-films u tat-televiżjoni minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, Malta qed tkompli bil-ħidma tagħha biex tattira aktar produzzjonijiet din is-sena u nħares 'il quddiem li nara lil dan is-settur ikompli jirkupra u jikber matul is-sena li ġejja", saħqet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Kummissarju għall-Films Johann Grech saħaq, "Ninsabu kuntenti li ospitajna l-ewwel produzzjoni internazzjonali ta' Netflix fil-Malta Film Studios. Li jkollna produzzjonijiet ta' livell għoli, kemm fil-Malta Film Studios kif ukoll f'diversi postijiet madwar Malta, jagħmilna vera kburin. Qed naraw il-frott ta' ħidma għaqlija li qed inwettqu u se nkomplu naħdmu sabiex nattiraw aktar produzzjonijiet ta' livell għoli bħal dan." Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2, 6 ]
L-istoriċi jaqblu li d-data uffiċjali tal-bidu tal-Gwerra tal-Vjetnam hija dik ta' bħal-lum fl-1955. Il-Gwerra kienet giet fi tmiemha fl-1975. Bħal-lum ukoll, imma sena qabel, kienet faqgħet il-gwerra tal-indipendenza tal-Alġerija kontra s-sid kolonjali Franċiż. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Andre Penza. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann "Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni. Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum." The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Bħal-lum fl-1877 kien twieled Joseph Depiro, qassis u fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl, li huwa kandidat għall-beatifikazzjoni. Mons Depiro kien miet fl-1933. Mons Giuseppe Depiro Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tkompli tappoġġja lil Dr Klown, l-NGO li għal bosta snin tiddeverti lit-tfal li qed jirċievu kura fl-Isptar Mater Dei. Il-Fondazzjoni, fil-fatt, dan l-aħħar ippreżentat għotja ta' €7,500 lill-organizzazzjoni li fil-bidu tagħha kienet ispirata mill-film magħruf mad-dinja kollha Patch Adams. Dr Klown ilu attiv għal għaxar snin, meta twaqqaf fl-2010. Bl-għajnuna tal-voluntiera, qed ikompli jgħin lit-tfal pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo billi jwassal divertiment u daħk fis-swali tagħhom. Caroline Buhagjar Klass, Kap tar-Riżorsi Umani u s-Sostenibbiltà Korporattiva ma' HSBC Malta qalet, "Dr Klown dejjem għamlet biċċa xogħol meraviljuża biex jgħin lit-tfal u l-familji tagħhom fi żminijiet iebsa u ta' sfida. M'hemm l-ebda dubju li d-daħq jista' jwassal benefiċċji reali f'dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Fondazzjoni HSBC Malta dejjem iffokat fuq l-appoġġ lit-tfal li qed jiffaċċjaw sfidi tas-saħħa, edukattivi jew soċjali u se nkomplu nappoġġjaw il-komunità li naqdu." Filwaqt li rringrazzja lill-Fondazzjoni HSBC Malta għall-appoġġ kontinwu tagħhom, il-President ta' Dr Klown, Eric Muscat qal, "L-appoġġ ta' HSBC lil Dr Klown huwa sostanzjali u apprezzat ħafna speċjalment matul dawn iż-żminijiet diffiċli tal-imxija. Il-Clown Doctors tagħna bħalissa għaddejjin minn taħriġ biex jgħinuhom jaġġustaw għal Clowning Virtwali li bħalissa huwa l-uniku mod kif jilħqu lit-tfal li għandhom bżonnna. Kull min jaf b'xi tifel jew tifla li għandhom bżonn is-servizzi tagħna jistgħu jilħquna permezz tal-imejl hello@drklown.org ". Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta.
[ 4 ]
The Busker, grupp lokali li ilu fix-xena mużikali għal dawn l-aħħar ħames snin, għamlu r-ritorn tagħhom fix-xena bl-ewwel kanzunetta tagħhom minn EP li jġib l-isem ta' X. L-ewwel kanzunetta minn dan l-EP jisimha Just a little bit more li hi kollaborazzjoni ma' Matthew James, li minbarra karriera ta' solista jagħmel parti minn grupp elettroniku MTEAM. Din mhux l-ewwel darba li dawn l-artisti ħadmu flimkien hekk kif Matthew James ik-koproduċa t-tieni album tal-band li jġib l-isem ta' Ladies and Gentelmen. Bil-bidla riċenti fil-line up tagħhom, il-grupp jixtieq li jesplora territorji ġodda. F'din il-kanzunetta, li xxaqleb lejn stil pop funk, narawhom jesperimentaw bi ħsejjes iktar moderni meta mqabbla mal-istil li kellhom fil-passat. Ma din is-silta, il-grupp nieda wkoll vidjow mużikali li fih ikollaboraw mal-grupp ta' żfin, The Unit, li jwasslu żifna li tikkumplimenta l-mużika li tista' tkun ta' opportunità għas-segwaċi tagħhom biex jagħmlu l-verżjoni tagħhom ukoll! 'X' hu kapitlu ġdid għal The Busker, transizzjoni ġdida u eċitanti hekk kif fuq dan l-EP b'kanzunetti fejn jikkollaboraw ma' tlett artisti li magħhom joħorġu l-kanzunetti fix-hur li ġejjien. Segwi din l-avventura tal-grupp fuq buskermt.co m
[ 2 ]
Il-programm Sibtek, li jixxandar fis-1.15pm fuq TVM, illum se jieħu dehra differenti hekk kif jilbes libsa għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween fost mużika mill-kantanta residenti Kylie. Jissoktaw ħafna logħob b'rigali kbar fosthom The Box u l-Moda Challenge. Ma jonqsux il-ħafna mistiedna fosthom Josephine Mallia li se titkellem fuq storja li għaddiet minnha u bidlitilha ħajjitha. Alana Bondin titkellem dwar kif bidlet il-pjanijiet tat-tieg tagħha filwaqt li Jon Camilleri jitkellem fuq l-imħabba tiegħu għall-ikel. Andrew Borg Carbott jitkellem dwar id-diffikultajiet li għadda minnhom minħabba problemi ta' saħħa. Iż-żgħażagħ residenti Pauline, Charlene, Jeanpaul, Natalia u Benoit se jgħidu tagħhom dwar il-festa tal-Halloween. Ħafna stejjer ta' min jaqbel u min le. Sibtek għandu preżentazzjoni ta' Ryan Borg u Josmar u jixxandar fis-1.15pm fuq TVM, b'repetizzjoni llejla fil-11.30pm.
[ 2, 6 ]
Telegħet fuq il-palk bi tbissima u mimlija simpatija iżda żgur li malli bdiet tkanta All About That Bass waqt Malta's Got Talent Thais Farrugia ta' 11-il sena mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni fuqha. Il-verżjoni li interpretat kienet waħda tajba u Howard iħoss li t-tfajla għandha potenzjal. U saħansitra Maxine, Ray u Sarah ukoll emmnu fit-talent tat-tfajla. Apparti t-talent tagħha fil-kant, bla dubju li spikkat l-istorja tagħha ta' kif twieldet am tistax timxi wara li ommha kellha virus waqt li kienet tqila biha. "Meta kont żgħira ma kont nimxi xejn u kont nitkaxkar. Però kelli l-modi tiegħi kif nasal. Riedu jaqtgġuli saqajja imma ta' tlett snin kelli opportunità biex nitla' l-Ingilterra," irrakkontat hi waqt li bi kliemha tnissel ukoll kuraġġ lil ħafna oħrajn biex ma jaqtgħux qalbhom, għax b'kuraġġ u determinazzjoni wieħed kaapċi jasal ukoll!
[ 2, 6 ]
Illum fuq TVM tkompli s-sensiela Sorelle li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm. Lorraine tkompli tirrakkonta lil Neil l-aħħar serqa li kien għamel Roy. Iżda x'kien ġara dak il-jum? Lorraine tmur lura d-dar. X'ġara waqt li Samantha kienet rieqda? X'ħolmot? Lorraine kif daħlet tagħmel parti mill-ħolma reali? Repetizzjoni ta' din il-puntata tixxandar fuq TVM fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati ta' matul il-ġimgħa jixxandru nhar is-Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
Boris Johnson iltaqa' ma' bosta membri tal-kabinett biex jiddiskuti lockdown mill-ġimgħa d-dieħla. Skont diversi aġenziji tal-aħbarijiet, Boris iddiskuta magħhom aktar miżuri fl-Ingilterra wara li r-rati ta' infezzjonijiet marru għall-agħar. Kollox jidher li se jkun magħluq ħlief xi ħwienet essenzjali. Jidher li s' issa m'hemmx deċizjonijiet finali dwar il-lockdown iżda s-siti tal-aħbarijiet Ingliżi jidhru infurmati li l-PM Ingliż mistenni jindirizza lin-nazzjon nhar it-Tnejn li ġej. Jonathan Ashworth, is-segretarju tas-saħħa mill-Partit Laburista Ingliz, saħqet li l-Ingilterra tinsab f'sitwazzjoni serja ħafna u bla kontroll.
[ 10 ]
Malta għandha 100 każ ġdid tal-coronavirus, li rriżultaw minn total ta' 3,698 swab test li saru. Fiequ wkoll 165 persuna, biex issa t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 1,825 każ. Mis-76 każ tal-bieraħ, il-Ministeru għas-Saħħa qal li 20 każ instab fost persuni li ħadu l-virus minn mebri tal-familja, 25 każ minn persuni fuq il-post tax-xogħol u 10 kuntatti diretti ma' persuni pożittivi bil-virus. 21 każ kienu sporadiċi. Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' anzjana li mietet tard ilbieraħ filgħaxija. Dalgħodu Anzjana ta' 80 sena tmut bil-Covid-19
[ 1 ]
Il-grupp ta' żeffiena ta' Southville Dancers kienet waħda li attirat l-għajn waqt il-ħames programm tal-ewwel edizzjoni tal-Malta's Got Talent. Dawn iż-żeffiena mhux l-ewwel darba li dehru jieħdu sehem f'xi avvenimenti u anke fuq it-televiżjoni, fosthom waqt il-programmX Factor Malta. L-etajiet taż-żeffiena jvarjaw bejn 21 u 33 sena. Il-forte ta' dan il-grupp hija l-enerġija u s-sinkronizzazzjoni. "Din l-esperjenza se tgħaqqadna flimkien," ikkummenta Christian li jmexxi dan il-grupp. B'hekk bl-approvazzjoni tal-erba' membri tal-ġurija is-Southville Dancers għamluha wkoll għall-fażi li jmiss.
[ 2, 6 ]
Qassis Ortodoss ferut fi sparatura fil-belt ta' Lyon fi Franza. Sorsi qrib il-pulizija Franċiża qalu li s-suspettat ħarab minn fuq il-post. Il-Ministeru tal-Intern fuq Twitter qal li kien hemm inċident serju imma ma ta l-ebda dettalji. Żied li l-pulizija kienu fuq il-post u ħeġġeġ lin-nies biex jevitaw din iż-żona. Rapporti fil-midja qalu li l-isparatura seħħet waqt li l-qassis kien qiegħed jagħlaq il-Knisja. Sorsi qrib il-pulizija qalu lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-attakkant kien armat b'pistola u ħarab minn fuq il-post. Il-kamra tal-aħabarijiet tal-BBC qalet li s'issa għadha ma rnexxiliex tivverifika din l-informazzjoni. Huwa rrappurtat li l-qassis jinsab f'qagħda serja u kien qiegħed qiegħde jiġi ttrattat fuq il-post minabba li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Dan l-attakk huwa t-tieni wieħed din il-ġimgħa. Fid-29 ta' Ottubru tliet persuni mietu wara attakk li qiegħed jitqies bħala attakk terroristiku. 3 persuni mejta wara attakk b'sikkina fi Franza
[ 10 ]
Il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) infurmat lil-Lombard Bank Malta li impustat piena amministrattiva fuqu għal dak li hi qed tikkunsidra ksur f'ċerti obbligi fir-rigward ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu finanzjarju. Dan ħareġ waqt spezzjoni tal-FIAU li saret f'Settembru u Ottubru tal-2019. Stqarrija tal-Lombard Bank tgħid li l-konklużjonijiet kienu ta' natura amministrattiva u ma kienx hemm suspetti jew evidenza ta' ħasil tal-flus. Il-Bank se jappella din id-deċiżjoni. Il-bank assigura lill-partijiet interessati kollha li hu se jibqa' impenjat li jippreveni l-użu tas-servizzi tiegħu għal kull tip ta' attività illeċita. Għalhekk, il-bank stqarr li hu ma jidħolx f'relazzjonijiet ta' negozju ma' dawk involuti f'setturi li huma kkunsidrati li jġorru riskji inerenti ta' ħasil tal-flus jew ta' terroriżmu ffinanzjat, filwaqt li hu jkompli jsaħħaħ id-difiżi tiegħu f'dan ir-rigward. L-istqarrija tal-Lombard Bank tissokta tgħid li, "L-investiment f'riżorsi tekniċi kif ukoll umani sabiex ikompli jnaqqas l-potenzjal għal reati finanzjarji jkompli bla heda." Il-bank temm jgħid li hu m'għandux tolleranza għal dak li jista' jwassal għall-iċken ħjiel ta' kondotta mhux xierqa u jibqa' jiddependi fuq l-integrità, il-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tal-impjegati tiegħu. Fl-2018 Il-PN u l-PD jitolbu spjega dwar ix-xiri ta' 49% ta' Lombard Bank mill-flus tal-passaporti
[ 4 ]
Il-Pulizija Franċiża kkonfermat li arrestat lir-raġel wara l-attakk li seħħ ilbieraħ fuq qassis Ortodoss. Kien għall-ħabta tal-4pm ilbieraħ meta l-qassis ta' 45 sena safa vittma ta' tiri ta' arma tan-nar, hu u jagħlaq il-knisja fil-belt ta' Lyon. Il-Pulizija spjegat li l-qassis qala' żewġ tiri ġo żaqqu. Il-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja u potenzjalment jista' jitlef ħajtu. L-aggressur ħarab minn fuq il-post. Ilbieraħ Fi Franza: Spara fuq qassis Ortodoss; jaħrab minn fuq il-post Għadu mhux magħruf jekk dan l-attakk huwiex marbut mat-terroriżmu, imma ġara tlett ijiem biss wara li seħħ attakk ieħor fi knisja Franċiża f'Nice. Għalissa, il-każ mhuwiex jiġi investigat mill-awtoritajiet ta' kontra t-terroriżmu. F'Nizza ftit jiem ilu L-ogħla livell ta' sigurtà fi Franza wara l-attakk f'Nizza
[ 10 ]
Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jkun hemm aktar inizjattivi ta' telework u remote-working fis-settur privat billi l-Gvern jgħin lill-kumpaniji. F'konferenza tal-aħbarijiet mid-deputati Nazzjonalisti Clyde Puli u Claudette Buttigieg mit-tim ta' azzjoni kontra l-Covid-19, huma stqarru li dan il-kunċett kapaċi joffri ħafna flessibiltà u inqas spejjeż għall-familji. Terz tal-każijiet pożittivi li nstabu lbieraħ kienu minn fuq il-postijiet tax-xogħol. Il-każijiet tal-lum u d-dettalji tal-każijiet tal-bieraħ Jinstabu 100 każ ieħor ta' coronavirus Clyde Puli akkuża lill-Gvern li mhux jagħmel biżżejjed f'dan il-qasam. Spjega kif ir-remote-working għandu konsegwenzi ekonomiċi u ambjentali pożittivi fosthom biex jitnaqqas it-traffiku, inqas tniġġis u inqas ħtieġa ta' spazju fiżiku għall-kumpaniji. Claudette Buttigieg kritikat lill-gvern fuq it-tneħħija bla mistenni ta' Direttiva Numru 13. Permezz ta' din id-direttiva il-ħaddiema tas-settur pubbliku setgħu jagħmlu użu mit-telework. Buttigieg elenkat għadd ta' konsegwenzi pożittivi oħrajn tat-teleworking fosthom iktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u aktar għajnuna għal min jagħmel homeschooling. Buttigieg appellat lill-Prim Ministru sabiex jħeġġeġ lis-Segretarju Parlamentari Ewlieni biex jaddotta l-parir tas-Supretendent tas-Saħħa u jerġa' jdaħħal id-direttiva 13 għas-settur pubbliku immedjatament.
[ 1 ]
Dr Jason Azzopardi MP, l-avukat tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, qal li meta l-Koħħu kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija barra l-assassinju tal-ġurnalista ta tagħrif dwar diversi każi oħra serji ħafna u semma wkoll diversi persuni marbuta ma' dawn il-każi. Fost dawk li semma l-Koħħu, Azzopardi qal li hemm Ministru li għadu fil-Kabinett ta' Robert Abela u dan issemma b'rabta ma' każ serju ħafna. Tul l-intervista, Azzopardi qal li hemm aktar minn 2,000 messaġġ ma' Segretarju Parlamentari fl-2019 meta kien magħruf li Fenech kien is-sid ta' 19 Black. Hemm ukoll mijiet ta' messaġġi ma' eks-uffiċjal tal-PN, mijiet ta' messaġġi ma' deputati Laburisti u messaġġi kompromettenti ħafna ma' persuni li kienu regolaturi ta' diversi setturi. newsbook.com.mt · Jason Azzopardi dwar x'qal Il-Koħħu mal-Pulizija Il-familja għandha tkun ikkonsultata Huwa fakkar li Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu kien talab li jingħata l-maħfra biex jikxef ismijiet marbuta mal-assassinju u ma' diversi każi oħra. L-avukat qal ukoll li hu kontra li tingħata l-maħfra. Semma li l-familja bi dritt tippretendi li tiġi ikkonsultata qabel tittieħed deċiżjoni. Il-familja tħoss li mhux ġust u sewwa li joqgħodu jiżdiedu n-nies li jingħataw il-maħfra. Għaliex qed jitkellem issa? Azzopardi qal li mhux se jsemmi l-isem tal-ministru biex iħalli lill-pulizija jkomplu bl-investigazzjoni li tista' twassal biex iressqu akkużi jew iħossu li ma hemm l-ebda prova għal dak li qed jallega l-Koħħu li flimkien mal-aħwa Degiorgio qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ġurnalista. Qal li ħass li kien importanti li jsemmi dan pubblikament biex juri li barra l-Prim Ministru Robert Abela, hemm Ministru ieħor li ma għandux jieħu sehem fil-laqgħa tal-Kabinett li quddiemu tista' tiġi t-talba tal-Koħħu għall-maħfra. Dr Azzopardi semma l-editorjal tal-gazzetta The Times of Malta tal-lum li qalet li l-Prim Ministru m'għandux jieħu sehem f'laqgħa bħal din. Azzopardi żied jgħid li dan peress li huwa kien l-avukat tal-aħwa tal-Maksar li ssemmew f'konnessjoni mad-delitt waqt l-inkjesta pubblika. X'qed jinkixef mill-mobile ta' Fenech? F'kummenti ma' Newsbook.com.mt wara l-programm, Azzopardi qal illi fil-mobile ta' Yorgen Fenech instabu eluf ta' messaggi bejnu u bejn Segretarju Parlamentari fil-Kabinett ta' Abela. Qal ukoll li l-persuna irċeviet rigali li jqumu ħafna flus mingħand Fenech u anke siefru flimkien. Żied jgħid li dawn il-messaġġi saru fl-2019 meta kien ilu magħruf li Fenech huwa s-sid ta' 17 Black. Azzopardi qal li fihom hemm ukoll mijiet ta' messaġġi ma' persuna li kien uffiċjal tal-PN u ma' MPs Laburisti li llum qedgħin fil-Kabinett. Fil-mobile hemm anke messaġġi "kompromettenti ħafna" ma' diversi persuni li okkupaw postijiet bħala regolaturi f'diversi oqsma. Azzopardi qal li Fenech bagħat diversi b'insulti goffi kontrieh u kontra David Casa.
[ 14 ]
Fil-Bażilika ta' San Ġorġ Għawdex se ssir ċelebrazzjoni ta' talb li tiffoka fuq l-opra tal-ħniena "idfen il-mejtin". Din se ssir nhar is-Sibt 7 ta' Novembru fit-8pm bħala parti mill-proġett 'Fejn hu ħuk?'. Ħa jsir talb b'mod partikolari għall-vittmi li mietu bil-Covid-19. Se jsir talb għall-qraba tagħhom peress li din il-pandemija ġabet tbatija ta' firda anke waqt l-marda, mewt u funeral. Il-Bażilika ta' San Ġorġ qiegħda tistieden lill-qraba u ħbieb ta' dawn il-vittmi biex jibagħtu email jew messaġġ u jagħtu d-dettalji tal-vittmi. Jekk iridu jistgħu jibagħtu ritratt tal-persuna biex joffru talb għalihom. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq Xejk TV. Email adress: fejnhuhuk@gmail.com Mobile number: 79990234
[ 13 ]
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma jara xejn ħażin li jkun assoċjat mas-soċjetà ċivili fl-istess ħin li huwa Membru Parlamentari mal-Oppożizzjoni. Mistoqsi mill-Professur Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon 103 Malta's Heart jekk hux mal-Partit Nazzjonalista jew mas-soċjetà ċivili, Jason Azzopardi ma ra l-ebda problema u stqarr li hu kburi li ilu fil-Parlament milll-1998. Qal li hu viċin ħafna tas-soċjetà ċivili għaliex stqarr li dawn l-għaqdiet flimkien mal-Partit Nazzjonalista jaqblu fuq ħafna affarijiet imma mhux f'kollox. Semma fost l-oħrajn li jaraw lill-istituzzjonijiet jaħdmu, is-serjetà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Qal li dawn kollha jaqgħu taħt is-saltna tad-dritt (rule of law). 800 tessera ġdida fil-PN Jason Azzopardi qal li l-Partit Laburista qed iħossu skomdu għaliex qed jara lill-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ. Spjega dan billi qal li l-PN irreġistra 800 tessera ġdida fl-aħħar ġimgħat u qal li fosthom hemm ħafna żgħażagħ. Mistoqsi jispjega għaliex jaħseb li l-PL qed iħossu skomdu meta għandu lill-eks MEP Miriam Dalli fil-grupp parlamentari tiegħu, Jason Azzopardi sostna li propju għalhekk jaħseb li l-PL jinsab skomdu għaliex kellu jġib lil Miriam Dalli minn Brussell biex jissaħħaħ fil-Gvern. X'jimmotivak li tibqa' tiġġieled? Jason Azzopardi qal li huwa jirċievi kull tip ta' theddid u anki tgħajjir u offiżi dwar ommu u missieru li huma mejtin. Azzopardi insista li minkejja dan kollu huwa jkompli jaħdem u jagħmel xogħlu b'sens ta' dover. Mistoqsi jgħid jekk din il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hux qed tagħtih platform fil-politika, Azzopardi qal li mhux veru u spjega kif hu jagħmel iljieli ma jorqodx minħabba l-informazzjoni li jaf u ma jistax jitkellem dwar ċertu dettalji li ħaddieħor afdah bihom. Stqarr li s-sewwa jrid jirbaħ u għalhekk qed jaħdem għal dan l-għan. Fil-programm, Jason Azzopardi ġie mistoqsi wkoll dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin b'rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Azzopardi żvela wkoll dak li wieħed mill-akkużati fil-każ qal mal-Pulizija dwar każi serji oħra li ġraw f'Malta u għadhom qed jiġu investigati. Huwa sellem lill-Pulizija meta qal li "b'sens ta' dedikazzjoni qed jinvestigaw dawn il-każijiet". Filmat: Il-Koħħu semma Ministru b'rabta ma' każ serju ħafna – Jason Azzopardi
[ 14 ]
Kważi nofs il-popolazzjoni Slovakka għamlet swab test għall-Covid-19 ilbieraħ, fl-ewwel jum mill-jumejn li ġew iddedikati biex isiru testijiet madwar il-pajjiż kollu. Il-Gvern Slovakk ħa din id-deċiżjoni bit-tama li jinstabu l-każijiet kollha fil-pajjiż u b'hekk tiġi miġġielda l-imxija tal-virus, sabiex ma jkunx hemm għalfejn isir lockdown. Din l-iskema qed titħaddem għall-ewwel darba f'pajjiż tad-daqs tas-Slovakkja, u bosta pajjiżi qed jaraw kif taħdem hemm biex japplikawha f'pajjiżhom ukoll. Il-Ministru għad-Difiża Slovakk Jaroslav Naď qal illum li lbieraħ kien hemm 2.58 miljun persuna li għamlu t-test, u minn dawn, kien hemm 25,850 persuna, jew 1%, li rriżulta li għandhom il-virus u għalhekk iridu joqogħdu kwarantina. Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' 5.5 miljun u għandu t-tir li f'dal-jumejn jiġu ttestjati kemm jista' jkun persuni, ħlief għal tfal taħt l-età ta' 10 snin. F'Settembru Id-Danimarka, is-Slovakkja u l-Iżlanda fuq il-lista tal-kwarantina Ingliża
[ 1, 10 ]
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li ma kienx hemm trażmissjonijiet kbar tal-coronavirus fl-iskejjel u ma kienx hemm studenti li ħadu l-virus mingħand xulxin. Waqt l-aġġornament li tagħmel kull nhar ta' Ġimgħa, qalet li kien hemm xi każijiet fejn il-virus ittieħed bejn il-ħaddiema u dawn il-każijiet huma inklużi fit-taqsima tal-postijiet tax-xogħol meta tiġi ppubblikata l-istatistika mill-Ministeru tas-Saħħa ta' kuljum. Stqarret iżda, li l-virus għadu ma ġiex trażmess minn student għall-ieħor fil-primarja jew fis-sekondarja. Hija qalet li tapprezza l-miżuri meħudin mill-edukaturi u mill-iskejjel sabiex l-imxija tal-coronavirus tkun waħda mrażżna. Appellat lill-ġenituri biex jekk uliedhom ikunu jidhru ma jifilħux, dawn jibqgħu d-dar. X'qalet eżatt Prof. Gauci? Filmat: "Tippruvawx issibu skuża biex tneħħu l-maskra" – Prof. Gauci U fl-iskola primarja tal-Mosta ? Wara li xi sorsi infurmaw lil Newsbook.com.mt li kien hemm student li ħa l-virus mingħand għalliem fl-Iskola Primarja B tal-Mosta, din il-kamra tal-aħbarijiet staqsiet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni fuq hekk u hu ċaħad dan. Kelliem għall-Ministeru spjega li l-Iskola Primarja B tal-Mosta tilqa' fiha 360 student, 70 edukatur u disa' ħaddiema oħra tal-istaff. Edukatur u student instab li għandhom il-Covid-19. "L-iskola mxiet mal-protokolli kollha u id f'id mal-awtoritajiet tas-saħħa. Ħames studenti u l-familji tagħhom jinsabu kwarantina. Ma hemm ebda edukatur ieħor kwarantina. Ma jidhirx, mill-fatti li huma a konjizzjoni taghna, li t-trażmissjoni tal-virus saret fl-iskola." Ġimagħtejn ilu L-MUT trid protokolli ta' kif jingħalqu l-iskejjel
[ 1 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa llum ħabbar l-imwiet ta' żewġ anzjani bil-Covid-19, waħda ta' anzjana ta' 89 sena u l-oħra ta' anzjan ta' 91 sena. L-anzjana, li l-mewt tagħha tħabbret dalgħodu, iddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-23 ta' Ottubru u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet ilbieraħ filgħaxija. Waranofsinhar tħabbret it-tieni mewta tal-jum, dik tal-anzjan. Hu ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-16 ta' Ottubru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa' jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum. Dawn kienu s-56 u s-57 vittma f'Malta bil-Covid-19, wara l-mewt li tħabbret ilbieraħ. Il-mewt tal-bieraħ Tmut anzjana ta' 88 sena bil-coronavirus Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella lill-poplu biex jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien
[ 1 ]
Malta għandha 140 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 131 persuna. Dan irriżulta mit-3,414-il swab test li saru. B'hekk f'Malta issa hawn total ta' 1,832 każ attiv. OFFICIAL COVID-19 figures for 01•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Sunday, November 1, 2020 Dalgħodu tħabbru żewġ imwiet oħra bil-coronavirus, biex issa t-total ta' vittmi hu ta' 64. L-aħħar imwiet 2 anzjani jitilfu ħajjithom bil-coronavirus Ilbieraħ kien hemm 100 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm: 7 li kienu membri tal-familja ta' persuni bil-virus 18-il persuna li ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol 5 persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus 3 każijiet li ġej minn barra minn Malta 3 każijiet li ħarġu minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm in-nies bil-virus L-64 każ l-ieħor mhijiex magħrufa l-oriġini tagħhom. Il-każijiet tal-bieraħ Jinstabu 100 każ ieħor ta' coronavirus
[ 1 ]
Kurja – knisja.mt/ritratti L-Isqfijiet dalgħodu marru l-ajruport sabiex jilqgħu lill-Kardinal Elett Mario Grech lura Malta. Mons. Mario Grech intlaqa' fl-ajruport mill-Arċisqof Charles Scicluna, mill-Isqof t'Għawdex Anton Teuma u mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Huwa kien ġej minn Ruma. Kurja – knisja.mt/ritratti Kurja – knisja.mt/ritratti Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll mar jilqa' lill-eks Isqof t'Għawdex fl-ajruport biex jifraħlu. Aktar kmieni dalgħodu lqajt lil Kardinal Elett Monsinjur Mario Grech mal-wasla tiegħu f'Malta.Erġajt fraħtlu mill-ġdid tal-ħatra tiegħu f'isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Posted by Robert Abela on Friday, October 30, 2020 L-istemma kardinalizja tal-Isqof Mario Grech, li se jinħatar Kardinal fil-Konċistorju tat-28 ta' Novembru li ġej, hija l-istess waħda li kellu bħala Isqof ta' Għawdex biż-żieda tas-salib bi tmien ponot tal-Ordni ta' San Ġwann – magħruf bħala s-Salib ta' Malta – fil-parti ta' isfel fejn hemm l-arma ta' Għawdex, kif ukoll tal-kappell aħmar bi tletin ġummiena mdendla minnu, ħmistax fuq kull naħa, simbolu tal-grad ta' kardinal. Dan tħabbar waqt Konferenza Stampa li ta lill-midja l-Isqof Mario Grech dalgħodu mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Malli niżel mill-ajruplan li wasal f'titjira minn Ruma għall-ħabta tal-11.30am, Mons. Grech ġie milqugħ mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, minn Dr Frank Zammit, Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede, flimkien ma' delegazzjoni magħmula minn Mons. Alessandro d'Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta, mill-Isqfijiet u mill-ġenituri tiegħu. Knisja.mt Knisja.mt Knisja.mt Knisja.mt Knisja.mt Knisja.mt Tħabbar ukoll li l-Konċistorju li fih Mons. Mario Grech se jsir Kardinal is-Sibt 28 ta' Novembru, lejlet l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, se jinżamm fuq l-Altar tal-Katedra ta' San Pietru fl-4pm. F'dik l-okkażjoni, il-Kardinal Grech – li ssemma l-ewwel wieħed fil-lista mill-Papa Franġisku u għalhekk għandu d-dritt tal-preċedenza – mistenni jagħmel id-diskors taċ-ċirkustanza f'isem sħabu l-porporati ġodda. Dritt wara l-Konċistorju, kif issa saret konswetudni, il-Papa Franġisku flimkien mat-13-il kardinal ġdid, mistennija jagħmlu żjara ta' rispett lill-Papa Emeritu Benedittu XVI fir-residenza tiegħu fil-Belt tal-Vatikan. L-għada l-Ħadd 29 ta' Novembru filgħodu, il-Papa jqaddes fuq l-Altar Maġġur tal-Bażilika ta' San Pietru flimkien mal-kardinali l-ġodda, waqt li t-Tnejn 30 ta' Novembru, il-Kardinal il-ġdid Grech mistenni jmexxi Quddiesa ta' Radd il-Ħajr fuq wieħed mill-altari laterali tal-Bażilika ta' San Pietru, li tkun fit-8am. Issa li l-Isqof Mario Grech se jkun jifforma parti mill-grupp tal-hekk imsejħa 'kardinali djakni', li ġeneralment huma dawk il-kardinali li jaqdu fil-Kurja Rumana u għalhekk qrib tal-Papa, hu jiġi assenjat it-titlu ta' waħda mill-knejjes djakonali fil-Belt Eterna. Fil-konferenza ta' dalgħodu, l-Isqof Grech reġa' esprima r-radd ta' ħajr tiegħu lill-Papa Franġisku. Hu tenna li din il-ħatra tixhed mhux biss għall-fiduċja li l-Papa Franġisku għandu fih, imma wkoll f'kemm il-Kap tal-Knisja Kattolika jemmen fil-Knisja f'Malta u Għawdex. Hu semma li minkejja l-impenji tiegħu f'Ruma, hu se jibqa' jħossu dejjem iben tal-Knisja lokali li lilha jaf il-vokazzjoni tiegħu u li ħejjietu għal din is-sejħa ġdida li qed jagħmillu l-Mulej permezz tal-Papa. Knisja.mt Aktar tard waranofsinhar, l-Isqof Grech flimkien mal-Isqfijiet Maltin għamel żjara lill-qabar tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca (li kien minn Għawdex) fil-Katidral tal-Imdina. L-aħbar tal-Ħadd li għadda Filmat: Monsinjur Mario Grech se jinħatar Kardinal Nhar il-Ħadd li għadda tħabbar illi Mons. Grech intgħażel mill-Papa Franġisku nnifsu biex jinħatar Kardinal. Huwa bħalissa jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tas-Sinodu għall-Isqfijiet. Għal din il-kariga kien intgħażel mill-Papa wkoll. Fl-ittra li kitiblu biex jifraħlu għall-ħatra tiegħu, il-Papa qallu li jittama li din il-vokazzjoni se tkattar fih l-umiltà u s-sens ta' servizz. Ħeġġu biex ix-xewqat sbieħ jilqagħhom b'sens ta' umiltà, u biex iċ-ċelebrazzjonijiet li jagħmel ma jkunux ta' din id-dinja. Aqra l-ittra hawn Ippubblikata l-ittra li Mons Grech irċieva mill-Papa
[ 13 ]
Dr Tanya Melillo, konsulent fil-Mediċina fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, stqarret li min qed juża' s-sigarett biex jimxi u jdur fil-pubbliku bla maskra qed jabbuża. Hija qalet dan f'intervista fuq Newsbook.com.mt , fejn kienet qet twieġeb għall-mistoqsijiet tal-qarrejja kif ukoll tas-semmiegħa tar-radju 103 Malta's Heart . Saħqet li min ipejjep għandu jpejjep f'daru jew fil-ġnien tiegħu u jekk ikun se jpejjep fil-pubbliku għandu jaħseb għas-saħħa ta' ħaddieħor. Ferm qabel il-miżura tal-maskra mandatorja fil-pubblika, Dr Melillo kienet ħeġġet lill-pubbliku biex juża' l-maskra regolarment. F'Awwissu: Filmat: "Kull min joħroġ irid juża maskra" – Dr Tanya Melillo Dr Melillo kellha kliem iebes għal min qed ipoġġi lin-nies li kellhom il-Covid-19 u li kienu fi kwarantina fi stigma. Stqarret li jkunu "veru injoranti" n-nies li jippruvaw jistigmatizzaw lil nies oħra għax kellhom il-Covid. Dwar l-immunità, Dr Melillo qalet li għalhomm il-marda tħalli ftit immunità xorta kien hawn ftit każijiet fejn il-persuna kellu l-Covid-19 għal aktar minn darba.
[ 1 ]
L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina f'Malta (MMSA) appellat lill-pubbliku biex jimxi mal-miżuri u l-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, speċjalment f'dawn il-vaganzi u fil-vaganzi tal-Milied. Fi stqarrija, l-MMSA enfasizzat l-importanza li n-nies jilbsu l-maskri sew, li jirrispettaw id-distanza soċjali u li jaħslu jdejhom sew. L-għaqda studenteska fakkret li wieħed jista' ma jkollux sintomi iżda xorta jkun qed iġorr il-virus u jista' anke jgħaddih lil ħaddieħor. Kull min għandu s-sintomi ġie inkoraġġit jibqa' d-dar, jagħmel kwarantina jew jiżola ruħu, skont il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-saħħa. L-istudenti fakkru fir-responsabbiltà li għandu jġorr kulħadd sabiex is-sistema tas-saħħa ma tispiċċax mgħobbija żżejjed. Ftit jiem ilu 'Ma nistgħux naffordjaw li tiġina ħażin' – konsulenti fl-ITU Huma semmew kif iż-żieda ta' pazjenti bil-Covid-19 fl-ITU qed twassal għal limiti fir-riżorsi umani. Żiedu jgħidu li li jiżdiedu s-sodod mhux se tkun biżżejjed. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li operazzjonijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-coronavirus qed jispiċċaw jitħassru ta' bla ħsieb, xi ħaġa li rrefera għaliha wkoll illum il-Kap tal-Oppożizzjoni waqt intervista li saritlu fuq it-televixin. L-MMSA semmiet ukoll problema li ilhom jirreferu għaliha l-professjonisti tas-saħħa – li l-contact tracing waqa' lura minħabba l-għadd kbir ta' każijiet li qed jiġu rrapputati ta' kuljum. F'nofs Ottubru It-tim tal-contact tracing mhux ilaħħaq mal-għadd ta' każijiet – MAPHM "M'hemmx skużi" biex il-maskri ma jintlibsux sew Kliem l-MMSA dewa kliem is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci billi din nhar il-Ġimgħa għamlet appell biex in-nies ma jippruvawx isibu skuża biex ma jilbsux il-maskra. L-MMSA insistiet li l-maskri għandhom jintlibsu kif suppost mingħajr ebda skużi, speċjalment minn nies influwenti li jirrappreżentaw lin-nazzjon u jiggwidawh. L-għaqda appellat ukoll biex il-midja soċjali tintuża sew, billi l-pubbliku jfittex aħbarijiet mingħand sorsi uffiċjali ħalli ma jkunx hemm ansjetà u stress bla bżonn. L-appell tal-Prof. Gauci Filmat: "Tippruvawx issibu skuża biex tneħħu l-maskra" – Prof. Gauci Wissiet li għalkemm in-nies vulnerabbli huma l-aktar affettwati bil-Covid-19, il-virus jista' jaqbad lil kulħadd u jista' jwassal għal kumplikazzjonijiet severi wkoll. L-istudenti appellaw lin-nies biex ma joqogħdux lura minħabba l-biża' mill-virus jekk ikollhom bżonn għajnuna medika. L-aħħar appell tal-għaqda fl-istqarrija tagħha kien dwar is-saħħa mentali. Qalet li jeħtieġ li tintemm l-istigma marbuta mal-Covid-19, u inkoraġġiet lil kulħadd biex iċempel jew jikkuntattja lill-qraba, lill-ħbieb jew lill-kollegi li jkollhom il-virus jew ikunu qed jiżolaw lilhom infushom. Il-każijiet tal-lum 140 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 131 persuna
[ 1 ]
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħabbar li l-ebda Maltin ma darbu fit-terremot qalil li ħakem il-belt ta' Iżmir fit-Turkija u xi gżejjer Griegi fil-Baħar Eġew. Fi stqarrija, il-Ministeru spjega li malli sema' bit-terremot, huwa fittex jagħmel kuntatt mal-Maltin fir-reġjuni milqutin, iżda jidher li m'hemmx Maltin feruti. It-terremot kien ta' skala 7. Il-Ministeru esprima solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja. Huwa rringrazzja lill-awtoritajiet ikkonċernati għar-rispons immedjat biex jipproteġu lil dawk kollha li ntlaqtu mit-terremot. Kull min jeħtieġ l-għajnuna jista' jagħmel kuntatt mal-Ministeru permezz tal-email sitcen@gov.mt jew fuq in-numri 21042200/ 21242191.
[ 10 ]
Malta għandha 80 każ ġdid tal-coronavirus, li rriżultaw mill-2,811-il swab test li saru. Fiequ wkoll 63 persuna, biex issa t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 1,895. OFFICIAL COVID-19 figures for 26•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Monday, October 26, 2020 L-aħħar darba li kien hawn inqas minn 100 każ ġdid f'daqqa f'Malta kien fit-13 t'Ottubru, iżda l-għadd ta' każijiet ġodda ilu jkun aktar mill-għadd ta' persuni li fiequ mit-2 t'Ottubru, meta l-għadd ta' każijiet attivi kien 455. Mill-10 t'Ottubru 'l hawn, ta' kuljum intlaħaq għadd rekord ta' każijiet attivi tal-Covid-19. Dalgħodu tħabbret il-mewt tat-53 vittma tal-Covid-19 f'Malta, anzjan ta' 73 sena. Dettalji fuq l-aħħar mewt Imut anzjan bil-coronavirus Ilbieraħ kien hawn 125 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm: 31 każ ta' membri tal-familja ta' nies bil-virus 8 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol 8 li kellhom kuntatt dirett ma' nies oħra bil-virus Każ minn Paceville 2 każijiet impurtati 3 każijiet minn attivitajiet soċjali Dan ifisser li 72 każ kienu sporadiċi. Il-każijiet tal-bieraħ 125 każ ġdid ta' coronavirus; 3,200 swab test
[ 1 ]
All Wheel Drive Club Malta organizza l-ewwel Trails tiegħu nhar il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2020 fil-Barriera tal-Ahrax, fil-Mellieħa. 30 parteċipant ħadu sehem f'erba' klassijiet distinti, is-sewwieqa kienu jinkludu lil Megan Abdilla ta' 15-il sena fuq Land Rover u lill-Bradley Aquilina ta' 17-il sena li saq Buggy mibni minnu nnifsu. 4×4 offroad Trial hija tellieqa ta' sewqan teknikament intensiv, mhux kontra l-ħin iżda skond l-abbiltà li tgħaddi mill-korsa b'penali minimi. It-terren, kien ġdid għal kulħadd, wara li l-ġimgħa ta' qabel ġie mibdul. Il-klassi Standards, għall-parteċipanti ta' karozzi standard u b'modifiċi minimi, kienet iddominata minn Shaun Pulis, mgħejun minn Larkin Butler b'Suzuki li spiċċaw b'21 punt ta' penalità. Pulis kien segwit mill-qrib mill-għajjutant tiegħu stess Larkin b'Suzuki oħra li ġie penalizzat biss 24 punt. Nikki Pace u Piertro Vencin ikklassifikaw fit-tielet post. B'16-il kompetitur, din il-klassi kienet l-akbar klassi tal-ġurnata. Thomas Galea mgħejun minn Brandon Cassar f 'Land Rover 90, iddominaw l-Advance Class, li tippermetti aktar modifiki fil-karozza. Thomas skorja massimu ta '26 punt. Jason Cassar u Hector Gatt ikklassifikaw fit-tieni post b'44 punt. it-tielet post mar għand Dorian Micallef u Jean Azzopradi, li kien qed isuq Suzuki. Fil-Klassi Extreme, Glenn Cardona u Christian Zampa, li kienu qed jirkbu fuq Mazda modifikata, ġew l-ewwel b'406 punti ta' penalità. Dale Spiteri u Matthew Casssar segwew mill-qrib b'410 punti, fuq Land Rover 90. Il-klassi modifikata, miftuħa għal karozzi mibnija apposta għat-tlielaq ultra-modifikati kienet dominate minn Brandon Cassar u Thomas Galea, fuq Range Rover immodifikat. Cassar u Galea spiċċaw b'105 punti ta' penalità. Cassar u Galea ġew segwiti minn Owen Borg u Nicholas Borg. /*<![CDATA[*/ Dan it-tagħrif twassal minn motorsmt.
[ 15 ]
Ingredjenti 6 brinġiliet żgħar 600g mozzarella 600g tadam imqaxxar 100g ġobon Parmiġġjan 80g basal imqatta' rqiq 3 weraq tal-ħabaq imqatta' rqiq ftit dqiq żejt taż-żebbuġa melħ u bżar Metodu Lesti l-brinġiel billi taħslu u tqattgħu roti roti. Ħallat flimkien iż-żejt, il-basal, it-tadam, il-weraq tal-ħabaq u l-melħ u l-bżar. Għaddi l-brinġiel mid-dqiq u aqlih fiż-żejt. Poġġi saff brinġiel fil-qiegħ tad-dixx tal-forn, imbagħad fuqu roxx ftit ġobon pariġġjan, ftit mit-taħlita tat-tadams u l-biċċiet tal-mozzarella. Irrepeti dan il-proċess sakemm tuża l-ingredjenti kollha. Spiċċa b'saff tat-tadam u mozzarella. Sajjar f'forn jaħraq għal madwar 20 minuta. Servi sħun.
[ 2 ]
Fi Brussell diversi tobba u infermiera li huma pożittivi għall-Covid-19 u m'għandhomx sintomi qegħdin jintalbu jidħlu għax-xogħol. Dan minħabba l-fatt li hemm ħafna professjonisti li jinsabu infettati u għandhom is-sintomi tal-Covid-19. Il-Ministru tas-Saħħa fir-reġjun ta' Belġju li jitkellmu l-lingwa Franċiża, Christie Morreale qalet li s-sitwazzjoni hija iktar serja minn April li għadda. Hija qalet dan waqt li kienet qiegħda tħabbar il-lockdown parzjali flimkien mal-mexxejja tar-reġjuni oħra. Hija appellat lill-infermiera, l-istudenti u għalliema li jekk għandhom ftit ħin li jistgħu jiddedikaw biex jagħtu s-sapport lil dawk l-aktar li għandhom bżonn, jagħmlu dan. Iż-żieda fil-każijiet pożittivi fil-Belġju waslet biex l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma jibqgħux jagħmlu testijiet lil dawk il-persuni li m'għandhomx sontomi minkejja li dawn setgħu kienu esposti għal nies li għandhom il-virus.
[ 1, 10 ]
Splużjoni fi skola reliġjuża fil-belt tal-Majjistral tal-Pakistan ta' Peshawar ħalliet mill-inqas seba' min-nies mejta u weġġgħet 70 oħra, bosta minnhom tfal, skont uffiċjali tal-pulizija. L-inċident seħħ fil-Moskea ta' Speen Jamaat, li sservi wkoll ta' skola reliġjuża għat-tfal tal-post, fit-8.30 ta' filgħodu ħin lokali t-Tlieta, skont l-awtoritajiet. "Dan ma kienx attakk suwiċida, kien hemm splussivi miżmuma f'basket hemmhekk", skont uffiċjal tal-pulizija li tkellem ma' Reuters, fuq kundizzjoni ta' anonimità, peress li ma kellux permess jitkellem mal-mezzi tax-xandir.
[ 10 ]
Wara 15-il xahar minn meta spiċċa minn President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba f'intervista esklussiva u mingħajr kantunieri ma' Christian Micallef fil-programm dwar il-futbol lokali, Replay fuq Net Television. 'Id-Dede', kif inhu magħruf fiċ-ċriki tal-futbol lokali, se jkun qed jitkellem u jwieġeb għad-domandi li se jsiru lilu, dwar temi interessanti, uħud minnhom saħansitra jaħarqu, u li huma marbuta maż-żmien li hu kien fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, partikolarment l-aħħar xhur tiegħu qabel ma spiċċa, wara li għażel li ma jikkontestax għar-raba' elezzjoni. Din l-intervista se tkun parti mir-rokna tant popolari tal-programm, 'Replay Drive' li tixxandar f'Replay tal-Ħadd, u li jibda fuq Net TV fid-8:45pm. Fi-programm ta' din il-ġimgħa, apparti l-mistieden residenti Konrad Sultana, fl-istudio tal-programm se jkun hemm ukoll żewġ Presidenti ta' klabbs mll-Kampjonat Premier. Dawn huma George Galea u Joseph Gauci ta' Mosta u Żejtun Corinthians rispettivament. Illum il-Ħadd, Replay jibda fis-6:40pm permezz tal-programm 'Replay Live Score'. Dan hu program qasir ta' 45 minuta, li fihom b'mod mexxej u konċiż, jixxandru l-gowls kollha ta' tmiem il-ġimgħa, tal-partiti li jkunu ntlagħbu sa dak il-ħin, kemm mill-Kampjonat Premier, kif ukoll mill-Kampjonati l-oħra tal-MFA u l-Kampjonati ewlenin fl-Ewropa. Wara l-aħbarijet tas-7:30pm fuq Net Television, fid-8:45pm tibda xandira oħra diretta, din id-darba bil-mistiedna u b'diskussjoni, li tikkonċerna l-aktar dwar il-partiti l-aktar importanti ta' tmiem il-ġimgħa u temi ta' diskussjoni attwali mill-futbol lokali. Dan it-tagħrif twassal mit-tim ta' Replay.
[ 15 ]
It-Taljani ġew avżati sabiex kemm jista' jkun ma jivvjaġġawx fl-Ewropa minħabba ż-żieda fil-każijiet ta' coronavirus, bil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin javża' li dawk li jivvjaġġaw kapaċi jkollhom problemi biex jerġgħu jidħlu lura fil-pajjiż speċjalment f'każ li jkun hemm il-ħtieġa li jiddaħħlu restrizzjonijiet ġodda. Il-Ministeru qal li minħabba l-fatt li hemm numru għoli ta' infezzjonijiet f'ħafna pajjiżi Ewropej, mhux qed tkun eskluża l-possibiltà li jkunu imposti restrizzjonijiet fuq vjaġġar jekk dan jikkumplika d-dħul lura fl-Italja. Skond il-Ministeru, jista' jkun hemm problemi simili, jekk mhux iżjed serji, biex wieħed jidħol lura fl-Italja f'każ li jkun qed jivjaġġa f'pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. L-għadd ta' każijiet ġodda ta' COVID f'dawn l-aħħar 24 siegħa nieżel għal 17,012 mill-21,000 reġistrati l-Ħadd, qal il-Ministeru tas-Saħħa Taljan. Għaldaqstant, kien hemm 141 vittma ġdida, imqabbla mal-128 tal-Ħadd. L-għadd ta' swabs naqas ukoll, għal 124,686, jiġifieri madwar 40,000 inqas mill-161,880 swab test li saru l-Ħadd.
[ 10 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna enfasizza l-bżonn tal-użu tal-maskri hekk kif issa ddaħħlet fil-liġi li l-pubbliku kollu jilbes il-maskri fi kwalunkwe post hekk kif wieħed joħroġ mid-dar. Fil-programm speċjali Newsbook Q&A , l-Arċisqof tkellem dwar il-moda u kif għadd ta' negozji qiegħdin jipproduċu maskri sbieħ saħansitra bid-djamanti. Fil-programm, il-preżentatur Fr Joe Borg semma kif la hu u lanqas l-Arċisqof mhuma lebsin il-maskri peress li l-intervista qed issir permez ta' videoconferencing u ma hemmx persuni oħra fil-kmamar fejn kienu. Għall-mistoqsija ta' Fr Joe Borg jekk hex se jsiru maskri apposta għall-qassisin, l-Arċisqof qal li fl-Italja qed jinbiegħu maskri f'pakketti ta' ħamsa bil-kuluri kollha tal-liturġija inkluż ir-roża li jintuża biss darbtejn fis-sena liturġika. Semma wkoll l-esperjenza tiegħu f'Ruma tul l-aħħar xhur fejn qal li għadd ta' ħwienet bidlu l-operat tagħhom biex bdew ibiegħu l-maskri minflok ħwejjeġ oħra. Wieħed jista' jneħħi l-maskra biss f'ċerti sitwazzjonijiet: Il-Gvern iħabbar l-użu mandatorju tal-maskri kullimkien
[ 1, 13 ]
Il-Gvern ħabbar it-tieni mewta bil-coronavirus f'Malta hekk kif anzjan ieħor miet waqt li kien pożittiv għall-virus. B'hekk dawn kienu l-51 u t-52 vittma tal-coronavirus f'Malta. L-ewwel mewta li tħabbret dalgħodu kienet ta' anzjan ta' 82 sena filwaqt li waranofsinhar tħabbret il-mewt ta' anzjan ieħor ta' 75 sena. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-ewwel anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-30 ta' Settembru u għalkemm sarulu diversi testijiet, kollha taw riżultat fin-negattiv. Minħabba li kellu sintomi marbuta mal-Covid-19, reġa' sar test ieħor wara li l-anzjan miet, li rriżulta pożittiv. Dwar it-tieni anzjan, il-Gvern qal li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta' Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum, fejn miet ftit wara. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien. Ilbieraħ 115-il każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 39
[ 1 ]
L-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN, qalet li l-għadd ta' persuni li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva tela' għal 15 u dan huwa allarmanti u preokkupanti. Fi stqarrija, l-unjin qalet li trid tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li din hija ħaġa serja hekk kif meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet l-għadd ta' pazjenti fl-ITU kien ta' sitt pazjenti. L-MUMN qalet li t-tmexxija tal-isptar Mater Dei żied l-infermiera fl-ITU minn dawk li jkunu fir-relieve pool. Spjegaw li minħabba f'hekk l-isptar m'għandux biżżejjed infermiera biex jiftħu żoni ġodda jekk aktar pazjenti jibqgħu jiddaħħlu l-isptar. In-nuqqas ta' infermiera qed ikollu effett ukoll f'diversi partijiet tal-isptar hekk kif l-MUMN qalet li t-tmexxija ta' Mater Dei ma jistgħux ipoġġu aktar infermiera skjerati f'żoni bħall-kurituri jew swali li diġà naqqsu l-istaff u jeħtieġu assistenza u appoġġ ta' aktar infermiera. L-MUMN qed tappella kemm lid-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll għall-Pubbliku Ġenerali peress li jekk is-sitwazzjoni tkompli b'dan il-mod ikun hemm bżonn lockdown ieħor minħabba li l-isptar ma jkunx jiflaħ għal aktar pazjenti.
[ 1 ]
In-Nazzjonijiet Uniti ħabbru li 50 pajjiż iffirmaw it-trattat li jipprojbixxi l-armi nukleari. It-trattat ha jidħol fis-seħħ 90 ġurnata oħra, jġifieri fit-22 ta' Jannar 2021. Dan il-ftehim mhux appoġġjat mill-Istati Uniti u għadd ta' pajjiżi oħra li għandhom armi nukleari. Beatrice Fihn, id-Direttriċi Eżekuttiv tal-kampanja internazzjonali biex jiġu aboliti l-armi nukleari, saħqet li dan il-mument ilhom jistennewh għal 75 sena, minn meta saru l-attakki fuq Hiroshima u Nagasaki. Hija saħqet li l-50 pajjiż li ffirmaw it-trattat qegħdin juru li l-armi nukleari m'humiex biss immorali iżda illegali. Il-Ministru għall-Affarijiet Baranin Evarist Bartolo fuq Facebook saħaq li jinstab ferħan li Malta tinsabu mal-ewwel 50 pajjiż fid-dinja li qed tgħinu biex dan it-trattat jibda jaħdem. Huwa kompla jgħid li Malta m'għandhiex armi nukleari iżda seta' jintuża minn pajjiżi oħra li għandhom armi nukleari. Il-Ministru Bartolo qal li Malta intrabtet li ma tħallix min jistazzjona, jinstalla jew jispara armi nukleari mit-territorju tagħna. Temm jgħid li l-ftehim qed jissaħħaħ "l-impenn bħala pajjiż newtrali, bla bażijiet militari u b'impenn favur il-paċi u d-diżarm". Dan huwa l-ewwel ftehim legali internazzjonali li huwa kontra l-użu tal-armi nukleari. Fil-ftehim, il-pajjiżi ffirmaw kontra l-iżvilupp, l-ittestjar, il-produzzjoni u l-ħazna ta' armi nukleari.
[ 10 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Charles Tabone u l-attur Ivan DeBattista. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skond San Luqa Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: …. Imbagħad niżel magħhom u waqaf f'wita, flimkien ma' kotra kbira ta' dixxipli u folla kbira ta' nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta' Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti ħżiena kien ifiq; u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]