text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-pandemija tal-Covid-19 urietna kemm m'aħna xejn u kemm aħna verament vulnerabbli, kif ukoll kemm niddependu minn xulxin. Hu u jitkellem ma' Fr Joe Borg fuq Newsbook Q&A lbieraħ, l-Arċisqof irrifletta fuq kif il-pandemija affettwat lill-Knisja. Qal li lilu u lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi bagħtithom fid-djar tan-nies permezz tal-quddies li bdiet tixxandar ta' kuljum fuq it-televixin. Qal li n-nies ħadu pjaċir isegwu l-kelma tal-isqfijiet minn djarhom stess. Aktar minn Newsbook Q&A Filmat: "Jekk min jiġi hawn inpoġġuh ġo gaġġa, nimlewh bir-rabja" – L-Arċisqof Spjega li l-pandemija, bla ma trid, tibdillek ir-ritmu ta' ħajtek. Qal li peress li hu jgħix ma' ommu, joqgħod aktar attent. Skont l-Arċisqof, qabel il-pandemija, il-familja kienet fi kriżi peress li kulħadd kien impenjat b'ħajtu u l-membri tal-familja bilkemm kienu jsibu ħin ipoġġu biex jieklu flimkien. Għalhekk, il-pandemija kienet pożittiva minn dan il-lat għax tat lill-familji aktar ħin flimkien. Mons. Scicluna semma wkoll kif permezz tal-pandemija, irrealizza kemm ir-ritwal tal-knisja fil-funerali huwa importanti, billi ra kemm in-nies ħassew in-nuqqas tiegħu meta dan għamel żmien wieqaf minħabba l-virus. Qal li dan ir-ritwal jagħti faraġ li m'hemmx prezzu. L-Arċisqof dwar il-pandemija "Il-fidi ma tiqafx minħabba l-coronavirus" – L-Arċisqof | [
1,
13
] |
Numru ta' Gvernijiet Ewropej imponew restrizzjonijiet ġodda biex jippruvaw jikkontrollaw ż-żieda mgħaġġla f'infezzjonijiet tal-coronavirus filwaqt li jipprovdu appoġġ ekonomiku biex in-negozji jibqgħu għaddejjin fi żmien il-pandemija. Iżda l-ħidma għall-mexxejja dinjija biex isibu bilanċ bejn il-bżonn li titwaqqaf l-imxija tal-marda u l-limitazzjoni tad-dannu ekonomiku qegħda kull ma jmur issir aktar diffiċli. Dan filwaqt li t-tama tibqa' tiddependi fuq vaċċin li għadu mhux ippruvat. "Iż-żieda fil-każijiet hija waħda esponenzjali", sostna l-Ministru tal-Ekonomija Ġermaniża Peter Altamaier waq konferenza ekonomika Ġermaniża-Franċiża f'Berlin. "Fil-Ġermanja, l-infezzjonijiet ġodda qed jiżddiedu b'70-75% meta mqabbla mal-ġimgħa ta' qabel." Franza, il-Polonja, ir-Russja, l-Iżvezja u l-Istati Uniti fost l-oħrajn irreġistraw numru ta' każijiet rekord fl-aħħar ġranet hekk kif aktar persuni qed jissoċjalizzaw fid-djar tagħhom fejn ir-riskju ta' infezzjoni huwa akbar. Aktar minn 43.4 miljun persuna kienu infettati bil-coroanvirus madwar id-dinja, li minnhom 1,158,056 tilfu ħajjithom. L-Istati Uniti għandha l-akbar numru ta' infezzjonijiet u mwiet. | [
1,
10
] |
Għall-programm tal-lum minn Sensilhena, Christine Delicata terġa' tiltaqa' ma' Mons Anton Teuma, l-Isqof ta' Għawdex, u ssaqsieh ħafna mistoqsijiet dwar il-mentalità taż-żgħażagħ u anke tal-kbar tal-lum dwar il-ħajja, l-għajxien, id-drittijiet u d-dmiirijiet. X'differenza tagħmel fil-bniedem li jkollu u jħaddan valuri Insara? Kemm qed inkunu egoisti fil-ħajja tagħna, sew meta nitkellmu u sew meta naġixxu? Għaliex sirna poplu individwalist? Hilary Spiteri reġa' mar fil-Kon Katidral ta' San Ġwann il-Belt fejn spjega l-ornamenti tant sbieħ li nsibu f'dan il-Katidral. Xogħol artistiku minqux bid-deheb u figuri oħra, fil-ġebla. Fr Paul Chetcuti sj, ser ikompli, anke xi kultant b'umoriżmu, jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu meta ħadem mal-qaddisa Madre Tereża ta' Kalkutta. Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta' CPI Media, b'direzzjoni ta' Fr Louis Mallia mssp. Sensilhena jixxandar fuq TVM2 illum l-Erbgħa 28 ta' Ottubru fis-7pm b'repetizzjoni l-Ħamis fis-2pm u l-Ħadd fil-11.15am. | [
2,
6
] |
Fl-epsidoju tal-lejla mis-sensiela Division 7 Karl jispjega sew lil Matthew u l-kummissarju kif ġraw l-affarijiet ma' Miss Chewy u sħabha. Iżda Matthew, li jaf sew lil Karl, ma tantx jidher konvint minn dak li ghadu kemm sema'. Infatti Karl, gideb fuq kollox. Naraw ukoll kif Mons. Michael iltaqa' max-Xitan l-ewwel darba u ġie ppussessat minnu. Issa nafu biċ-ċert li l-aġir ta' Mons Michael ġej kollu mix-Xitan. Steve qiegħed quddiem Chloe bil-pistola ppuntata lejha. Se jasal jisparalha? Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla, li jixxandar fuq One TV fid-9.05pm. Division 7️⃣ Seaaon 🎱 Episode 4️⃣ coming up 😉Ghal aktar informazzjoni fuq il-progetti l-godda taghna, ghamlu like fuq il-pagna ta' DBA EntertainmentZippy Posted by DIVISION 7 on Wednesday, October 14, 2020 Division 7 għandu produzzjoni ta' DBA Entertainment. | [
2,
6
] |
Il-politika agrarja komuni li mistennija tiġi aġġornata fil-perjodu 2021-2027 se jkollha tibdil fil-finanzjament tagħha. Din kienet waħda mill-elementi importanti li kienu diskussi fl-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew. Fil-programm What's on Newsbook: Dinja Ewropa naraw x'kienu l-aspetti ewlenin diskussi waqt din is-seduta. Insegwu wkoll id-diskors tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli fl-okkażjoni tal-għoti tal-premju Sakharhov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-poplu tal-Belarus, kif ukoll id-diskussjoni fis-sessjoni plenarja dwar l-aħħar żviluppi fuq Brexit. Waqt What's on Newsbook: Dinja Ewropa , Jesmond Saliba jintervista lill-MEP Josianne Cutajar dwar l-aħħar diskussjonijiet fuq il-politika Ewropea dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. What's on Newbook: Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt . Dan il-programm seta' jkun possibbli bil-kollaborazzjoni u l-assistenza tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew. | [
3
] |
Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM u llum naraw lil Angela u Naomi ikellmu lil Steve. X'inhu jintqal bejniethom? Vince imur għand il-Kummissarju biex jitfa' r-riżenja tiegħu… x'qallu?… u aċċettha jew le? Il-mobajl ta' Steve ċempel… min kien?… x'għamlet Naomi?… u Angela kif qed tħossha? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm b'repetizzjoni għada fis-6.15am. L-episodji ta' matul il-ġimgħa jixxandru kollha mill-11am 'il quddiem. | [
2,
6
] |
Wara waqfa ta' ġimgħa minħabba fix-xandiriet marbuta mal-budget, TVM illejla se jkompli b'episodju ieħor ġdid mis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba fejn se naraw x'għamlet Karla xħin reġgħet lura d-dar t'ommha u x'ġaralha xħin daħlet fil-kamra tas-sodda? Min daħal fil-kamra tagħha wara ftit u x'ġaralha? Ġużi terġa' lura d-dar. X'se jgħidilha missierha u hi x'se tgħidlu rigward Laura u Emilio? Se jaqbel magħha jew le? Bernardette u Agata imorru għand Ċetta. X'se tgħidilhom xħin jaslu? Germana ċċempel lil Giuseppe. X'se jiftehmu dwar uliedhom? U Pippo u sieħbu x'ġara minnhom? Salvatore imur lura d-dar. Min se mar jarah l-għada filgħodu? Emilio jgħid lil Laura li kellu laqgħa. Fejn fejn tassew mar fil-jum tal-Ħadd? Ma' min se jiltaqa'. Min se jkun hemm jarah? Fejn se tmur Karla? U min se jmur jiltaqa' magħha? Dan hu dak li ġara fl-episodju ta' ħmistax ilu: Dan hu dak li se jiġri fl-episodju li se jixxandar illejla: F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM il-Ħadd fil-11.30pm. | [
2,
6
] |
Ritratt meħud minn Mary Grace Micallef Fil-knisja ta' Ħaż-Żabbar ilbieraħ raw xena mhux tas-soltu hekk kif tifla daħlet il-knisja b'qoffa li fih kellha fenek. Kien qabel ma bdiet il-quddiesa tad-9am li t-tifla bdiet iddur fil- knisja u turih lin-nies u daħlet fis-sagristija biex turih lil qassis. "Imbagħad ħarget u qagħdet għarkuptejha quddiem l-artal," ikkummentat magħna Mary Grace Micellaf, li kienet preżenti u wkoll ġibdet dan ir-ritratt. X'xena helwa fil-knisja dalghodu! Tifla bil-fenek go qoffa titlob quddiem l-artal ❤️ Posted by Mary Grace on Monday, November 2, 2020 Ir-ritratt mtella' fuq il-midja soċjali ġibed is-simaptija ta' ħafna nies li ma naqsux milli jikkumentaw. | [
2
] |
Trab u storbju minn tieqa miiftuħa fil-Middle School tar-Rabat Għawdex Xogħol ta' kostruzzjoni biswit il-Middle School fir-Rabat Għawdex qed jaffettwa t-tagħlim u s-saħħa tal-istudenti u l-għalliema. Ix-xogħol jinsab għaddej fuq żewġ naħat: il-bini ta' Skola Primarja ġdida u xogħol fuq il-proġett tal-pixxina n-naħa tal-Gozo Sports Complex. Għalliema u ġenituri li wliedhom jattendu din l-iskola qalu ma' Newsbook.com.mt li l-lezzjonijiet ma jistgħux isiru bl-istorbju u t-trab dieħel fil-klassijiet. Skont il-protokoll għall-iskejjel maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa, it-twieqi u l-bibien tal-klassijiet iridu jinżammu miftuħa l-ħin kollu. F'Settembru 2020: Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel Skont l-għalliema li tkellmu ma' dan is-sit, il-klassijiet din is-sena għandhom mal-20 student u "t-trab u storbju dieħel minn kull naħa jagħmilha aktar diffiċli biex ngħallmu, speċjalment minħabba li rridu nkunu lebsin maskra l-ħin kollu". Hu mifhum li b'intervent tal-Kap tal-Iskola s-sitwazzjoni marret għall-aħjar għal xi jiem, u xogħol ta' kostruzzjoni waqt il-ħin tal-iskola kien qed isir biss għal ftit ħin. Trab u storbju minn tieqa miiftuħa fi klassi fil-Middle School tar-Rabat Għawdex Madanakollu s-sitwazzjoni reġgħet lura għal li kienet, bl-amministrazzjoni tal-iskola tagħti struzzjonijiet lill-għalliema biex jagħlqu t-twieqi ta' naħa minnhom. L-għalliema ma jħossuhomx komdi li jagħmlu dan minħabba l-imxija tal-coronavirus u fid-dawl li l-klassijiet huma populati b'aktar minn 20 student. Għall-mistoqsijiet ta' Newsbook.com.mt, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li "l-Middle School tar-Rabat Għawdex għandha klassijiet b'popolazzjoni meqjusa normali ta' studenti. Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni mill-FTS ma jsirux waqt il-ħin tal-iskola, imma wara. Huwa minnu li hemm xogħol li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex, imma ma rċevejniex ilmenti f'dan is-sens". Is-sitwazzjoni tal-għalliema u l-istudenti f'din l-iskola mhux aċċettabbli – PN Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li mhuwiex aċċettabli li l-istudenti u l-għalliema Għawdxin qegħdin ikollhom isofru storbju u trab minħabba x-xogħlijiet li qegħdin isiru. Żiedu li dawn ix-xogħlijiet m'għandhomx itellfu t-tagħlim jew ixekklu l-ambjent san għall-istudenti u l-għalliema fl-iskola u s-sitwazzjoni preżenti diġà hija diffiċli minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv Clyde Puli fi stqarrija f'isem il-Partit Nazzjonalista qal li jeħtieġ li 'Nissaħħu Flimkien ukoll fl-edukazzjoni bil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista' u żied li t-talent uman huwa l-bażi li fuq jrid jinbena l-futur tal-ulied u l-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-viżjoni tal-Partit hija li l-għalliema u l-edukaturi jkunu protagonisti tal-bidliet fil-ħiliet li jridu jinkisbu fis-snin li ġejjin. Ġenitur jew għalliem/a? Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna l-esperjenza tiegħek dwar din is-sena skolastika fuq | [
1
] |
Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset Fl-aħħar sigħat il-preżentatur ċelebri Taljan Gerry Scotti ħabbar b'mod uffiċjali fuq l-Instagram li huwa għandu l-coronavirus. Dan wara li kienu bdew jiġru xnigħat li personalità magħrufa tal-Mediaset kellha wkoll dan il-virus. "Ridt inkun jien stess li ngħidikom," kiteb Scotti lis-segwaċi tiegħu waqt li kkonferma li hu jinsab fid-dar taħt osservazzjoni medika. Lil Scotti bħalissa qed narawh jippreżenta l-programmi Caduta Libera u Chi Vuole Essere Millionario kif ukoll narawh fil-programm Tu Si Que Vales, liema produzzjonijiet ġew irrekordjati xi zmien ilu. | [
1,
2,
6
] |
Il-persuni li jmutu bil-coronavirus qegħdin jitpoġġew ġo borża ssiġillata sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjoni. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament, hu u jwieġeb serje ta' mistoqsijiet li għamel il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia fuq il-coronavirus. Dr Fearne spjega li l-qraba ta' dawn il-vittmi għandhom aċċess limitat għall-pazjenti li jkunu qed jirċievu t-trattament. Huma jitħallew iċemplu lill-pazjenti u lit-tobba. Meta jmutu nies li jkollhom il-coronavirus, dawn jitqiegħdu ġo double body bag sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjoni. Permezz tal-użu ta' double body bag, il-qraba jkunu jistgħu jagħmlu funeral. F'każ li l-pazjent issirlu l-griżma tal-morda, isiru arranġamenti speċjali biex il-qraba jkunu jistgħu jżuru l-pazjent fl-aħħar ħin ta' ħajtu. Ilbieraħ filgħaxija tħabbru erba' mwiet ġodda bil-coronavirus, biex issa t-total ta' persuni li mietu bil-virus f'Malta huwa 69. L-aħħar imwiet F'ġurnata jmutu 4 persuni bil-Covid-19 Dwar id-drittijiet tal-pazjenti u l-awtopsji Dawk li jkollhom il-coronavirus ma jitħallewx joħorġu mill-kamra u ma jistgħux isirulhom viżti minn qrabathom, spjega l-Ministru, ħalli jkun hemm inqas riskju. Il-pazjenti li jixtiequ li ssirilhom il-griżma tal-morda, din issirilhom skont kif mixtieq. Mistoqsi wkoll fuq l-awtopsji, Dr Fearne qal li dawn qed isiru fuq nies li jkollhom il-coronavirus l-istess kif isiru fuq min ma jkollux il-virus. Din il-ġimgħa, il-Ministru għas-Saħħa kkonferma li mill-64 persuna li mietu meta kellhom il-virus sa dakinhar, kienu mietu 47 bil-coronavirus bħala l-kawża ewlenija għall-mewt tagħhom. X'qal Fearne? 47 mill-64 vittma mietu bil-Covid-19 – Il-Ministru Fearne Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-eks Supretendent tas-Saħħa Ray Busuttil ikkummenta fuq kemm hija degradanti u ta' diżrispett li dawk li jġorru t-tebut ta' min imut bil-coronavirus qegħdin jilbsu lbies protettiv. Huwa ddeskriva dan bħala ħafna ċerimonji bla bżonn. Il-fehma tal-eks Supretendent tas-Saħħa "Ta' diżrispett l-ilbies protettiv fil-funerali tal-vittmi tal-Covid-19" | [
1
] |
Il-Parlament Ingliż ivvota favur biex issa uffiċjalment kien approvat lockdown ta' xahar sħiħ. F'vot ġewwa l-House of Commons li ttieħed nhar l-Erbgħa, il-parlamentari vvutaw favur il-miżuri ġodda kontra l-coronavirus b'516 vot kontra 38 vot, maġġoranza ta' 478. In-nies se tkun ordnata tibqa' maqfula d-dar mill-Ħamis f'nofsillejl sabiex tkun miġġielda l-imxija ta' infezzjonijiet ġodda li jekk ma tkunx kontrollata, kapaċi tkompli twassal għal iżjed imwiet minn dak li kien hemm waqt l-ewwel mewġa li kienet wasslet għal lockdown ta' tlett xhur aktar kmieni din is-sena. Ma tantx kien hemm dubju dwar kif kienet se tintemm din il-votazzjoni wara lil l-partit Laburista fl-oppożizzjoni kien ħabbar li se japprova din il-proposta, ukoll jekk xorta saret kritika fil-konfront ta' Boris Johnson talli dam biex ħa azzjoni. Huwa kien ukoll kritikat minn uħud fi ħdan il-partit tiegħu stess fejn qalu li lockdown nazzjonali hija azzjoni kemmxejn kiefra żżejjed. "Ħadd minna ma daħal fil-politika biex lin-nies jerġa jgħidilhom għal darb'oħra biex jagħlqu l-ħwienet tagħhom, biex jifdu lill-impjegati tagħhom u biex joqgħodu 'l bogħod mill-ħbieb u mill-familji tagħhom," qal Johnson meta tkellem fil-parlament sabiex jipprova jikkalma lil xi wħud mill-Partit Konservattiv tiegħu stess. | [
1,
10
] |
Aktar minn 900 ħaddiem fil-qasam tat-turiżmu applikaw biex jgħinu fl-iskema tal-contact tracing. Din l-iskema tnediet il-ġimgħa li għaddiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) flimkien mal-Malta Enterprise. L-għan warajha huwa li l-awtoritajiet tas-saħħa jiġu megħjuna jipprovdu servizz ta' contact tracing aktar effiċjenti għal nies li għandhom il-coronavirus. Fl-istess waqt, din l-inizjattiva qed tgħin lill-impjegati fis-settur turistiku biex jużaw il-ħin tagħhom b'mod produttiv waqt li s-settur tagħhom ħa daqqa ta' ħarta bl-imxija. Aktar dettalji Ħaddiema tat-turiżmu mistiedna jgħinu fil-contact tracing Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Johann Buttigieg qal li rċivew aktar minn 630 applikazzjoni, uħud minnhom sottomessi minn kumpaniji f'isem l-impjegati tagħhom. Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ferħet b'dan in-numri ta' applikanti. L-applikazzjoni issa se jiġu vvettjati biex jaraw li l-applikanti għandhom il-ħiliet meħtieġa biex iwettqu x-xogħol. Dawk li jintgħażlu jistgħu jsirulhom intervisti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fil-ġimgħat li għaddew It-tim tal-contact tracing mhux ilaħħaq mal-għadd ta' każijiet – MAPHM | [
1
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta' 54 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Dan kien Joseph Muscat, uffiċjal tal-pulizija, magħruf mal-kollegi tiegħu bħala "it-12." Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta' Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Diversi persuni kitbu fuq kif il-mewt tiegħu kienet bħal sajjetta fil-bnazzi. Kollegi tiegħu sejħulu t-tieni missier tagħhom u qalu li n-nuqqas tiegħu se jħossuh bil-kbir. Ser nimmisjawk Joe, grazzi ta kemm ghallimtna u kemm tghajtna pariri ta gid. Kemm dahhaktna. Dejjem ferriehi u tferrah… Posted by Maria Schembri on Thursday, November 5, 2020 Jidher li Joseph Muscat kien it-tieni vittma fil-familja li tilef ħajtu għall-coronavirus. Strieh fi sliem ziju Joseph Muscat !!Il covid kella tihdok mid din id dinja zomm.idejk fuqna minn hemm fuq zi.Ftemp… Posted by Nicky Parnis on Thursday, November 5, 2020 "Zijuwi ma kellu ebda mard; kien raġel b'saħħtu" Katrina Spiteri, in-neputija ta' Joseph Muscat, infurmat lil Newsbook.com.mt li għall-kuntrarju ta' li qal il-Ministeru tas-Saħħa, zijuha ma kellu ebda mard u kien raġel b'saħħtu. Fl-istqarrija maħruġa mill-Ministeru hemm miktub li hu kellu mard kroniku. Illum diġà tħabbret mewta bil-Covid-19, dik ta' anzjan ta' 75 sena. B'hekk dan hu l-71 vittma tal-coronavirus f'Malta. Is-70 vittma Anzjan isir is-70 vittma f'Malta tal-Covid-19 Din ma kinitx l-ewwel darba li dak li qal il-Ministeru fuq il-mewt ta' pazjent bil-Covid-19 ikkontradixxa dak li qalet il-familja tal-vittma. F'nofs Ottubru kien miet Charlie Buhagiar, magħruf f'Ħal Qormi bħala Charlie tal-Għaġin, fl-Isptar Mater Dei bil-coronavirus. Bintu kienet qalet li missierha ma kienx marid kif pinġewh l-awtoritajiet tas-saħħa. Hija saħqet li hu ħa l-virus mill-isptar. Aktar dettalji Bint vittma tal-Covid-19 tgħid li missierha ħa l-virus mill-isptar Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 174 każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ 93 persuna. It-total ta' każijiet attivi issa qabeż l-1,900. Il-każijiet tal-lum 174 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 93 persuna | [
1
] |
L-Erbgħa Ċipru ħabbar restrizzjonijiet ġodda fil-ġlieda kontra l-firxa tal-COVID-19 wara żieda qawwija fil-każijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat. Nhar il-Ħamis se jibda curfew fuq l-ivjaġġar bejn il-11:00 ta' filgħaxija u l-5:00 ta' filgħodu u jibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Novembru. Ċipru introduċa lockdown wiesgħa f'Marzu li niżżel l-għadd ta' każijiet ta' COVID-19 għal kollox qabel ma bdew jintreħew ir-restrizzjonijiet. Fil-bidu ta' Ottubru reġgħu bdew jiżdiedu l-każijiet. Nhar l-Erbgħa l-gżira Mediterranja rrappurtat 166 każ ġdid, biex b'hekk l-ammont totali ta' persuni infettati issa tela' għal 5,100. Tilfu ħajjithom 26 persuna. "Ninsabu f'riskju li nitilfu l-kontroll minħabba ż-żieda ta' kuljum fil-każijiet. Din il-pandemija qed tippreżenta periklu għas-saħħa pubblika, qed thedded is-sistema tas-saħħa, l-impjiegi u l-benesseri ta' kulħadd b'mod ġenerali," qal il-President Ċiprijott Nicos Anastasiades f'dikjarazzjoni. | [
1,
10
] |
Numru ta' assoċjazzjonijiet ta' speċjalisti mediċi qed jitolbu li jerġgħu jidħlu miżuri aktar restrittivi biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19, peress li skont huma, is-servizzi tas-saħħa qegħdin fi kriżi "li tista' biss taqleb għall-agħar" mingħajrhom. Qalu li biż-żieda fit-trażmissjoni tal-coronavirus fil-kommunità – minkejja l-aħħar restrizzjonijiet li daħlu – mistennija żieda fin-numru ta' pazjenti li jkollhom bżonn kura fl-isptar, partikolarment issa li qed toqrob ix-xitwa. Ma' din iż-żieda tkun mistennija wkoll żieda fir-rata tal-imwiet, wissew l-ispeċjalisti. Fakkru li ħafna proċeduri elettivi ġa tħassru, u li kura medika oħra ma tkunx tista' tingħata jekk is-servizzi tas-saħħa ma jifilħux mal-każi tal-Covid-19. Qalu li xeni bħal dawk li kien hemm f'Bergamo f'Marzu u April għandhom jiġu evitati akkost ta' kollox. Fl-istess ħin, l-ispeċjalisti fakkru li hemm bżonn li l-ħaddiema tas-saħħa nnifishom għandhom jiġu mħarsa biex jiġi evitat burnout emozzjonali, filwaqt li l-anzjani u l-vulnerabbli għandhom jiġu mħarsa ħalli jkunu jistgħu iħarsu 'l quddiem għal ħajja wara l-Covid-19. Insistew li kulħadd għandu jiġbed l-istess ħabel biex jinkisbu l-aqwa riżultati possibli fl-iqsar żmien. "Miżuri nofs kedda mhux se jaħdmu. Għandna bżonn azzjoni drastika fil-qasir jekk irridu li s-saħħa u l-ekonomija jibdew jirkupraw fil-futur qarib," ikkonkludew l-ispeċjalisti. L-istqarrija ġiet iffirmata minn dawn l-assoċjazzjonijiet: The Malta Association of Public Health Medicine Association of Anaesthetists of Malta Malta College of Pathologists Association of Surgeons Malta Association of Physicians of Malta Association of Emergency Physicians Malta College of Obstetricians and Gynaecologists Malta Paediatric Association Malta Association of Psychiatry Malta Association of Dermatology and Venereology Malta Association of Radiologists and Nuclear Medicine Physicians Geriatric Medicine Society of Malta Malta Association of Ophthalmologists | [
1
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. Fl-ewwel każ, anzjan ta' 75 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta' Ottubru. Hu miet ilbieraħ fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjana ta' 90 sena li ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-31 ta' Ottubru u ttestjat pożittiva dakinhar stess. Hija wkoll mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Dawn kienu t-72 u t-73 vittmi tal-coronavirus f'Malta, wara li lbieraħ tħabbru żewġ imwiet oħra, waħda minnhom ta' raġel ta' 54 sena. Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u mill-ġdid appella biex il-miżuri ta' prevenzjoni jkunu osservati. Wieħed mill-vittmi li tħabbru lbieraħ Ir-raġel ta' 54 sena li miet bil-coronavirus kien pulizija | [
1
] |
Almikaya Aquilina bħaal Svetlana fis-sensiela Fattigi Bħalissa waqt is-sensiela Fattigi li qed tixxandar fuq Net TV kull nhar ta' Ħamis qed tispikka l-istorja ta' Svetlana (Almikaya Aquilina) li qed issofri abbuż minn ommha. Għalkemm l-istorja hija waħda fittizja, fil-verità hi waħda reali wkoll. "Ilni ħafna snin naħdem ma' tfal u żgħażagħ u matul iżż-mien iltqajt ma' bosta sitwazzjonijiet," beda biex jgħidilna l-awtur Bryan Muscat, li wkoll enfasizza li minħabba li hu qed jikteb drama televiżiva kultant l-affarijiet ikollu jkabbarhom xi ftit. Madanakollu dawn is-sitwazzjonijiet huma preżenti f'xi familji f'pajjiżna u n-nies mhux dejjem ikunu konxji ta' dak li dawn it-tfal ikunu għaddejjien minnu. Muscat qal li bl-ebda mod ma jrid inaqqas mill-ħafna xogħol li jsir mill-carers u l-homes, anzi qed isir ħafna xogħol biex tiġi mħarsa is-sigurta ta' dawn it-tfal. Bryan Muscat Wara l-episodju li xxandar ilbieraħ il-Ħamis, Bryan Muscat fakkar ukoll biex bħal ma ġie emfasizzat fl-aħħar tal-puntata, dawk in-nies li jinnuttaw xi tip ta' abbuż fuq xi tfal għandhom iċemplu fuq in-numru 179. Fattigi għandha produzzjoni ta' Watermelon Media. | [
2,
6
] |
Riċerka fuq kemm nies żviluppaw antikorpi kontra l-Covid-19 kienet ta' użu limitat, qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, iżda l-awtoritajiet tas-saħħa qed jikkunsidraw li jwettqu studju ġdid fix-xitwa. Id-Deputat Prim Ministru kien qed iwieġeb lill-eks Ministru għas-Saħħa u Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia. Farrugia kien qed iżid ma' mistoqsija parlamentari li għamel lil Fearne f'Lulju, li hu u jwiġibha, Fearne kien qal li qed jaħdmu fuq studju biex jaraw hawnx proporzjon tal-poplu li għandu immunità għall-Covid-19. Dr Fearne kkjarifika li l-immunità li kien qed jirreferi għaliha kienet li ċerti nies jiżviluppaw xi antikorpi li jiġġieldu l-Covid-19. Żied jgħid li minn dak iż-żmien 'l hawn, ir-riċerka wriet tliet fatturi: probabbiltà għolja li l-livell ta' dawn l-antikorpi jinżel wara ftit xhur, li mhux kulħadd jiżviluppa dawn l-antikorpi u li hemm immunità oħra fuq bażi ċellulari, mhux antikorpi, li diffiċli tiġi kkwantifikata fuq livell ta' popolazzjoni. F'Lulju li għadda Riċerkaturi jsibu li l-immunità kontra l-Covid-19 iddum biss ftit xhur L-istudju mwettaq Malta ħares lejn tliet setturi speċifiċi: il-ħaddiema tas-saħħa, dawk il-ħaddiema fid-djar tal-anzjani u d-donaturi tad-demm, u li dan intemm fi tmiem Lulju. Madankollu, fi tmiem Lulju bdiet it-tieni mewġa ta' każijiet tal-Covid-19. Il-Ministru qal li għalhekk qed jikkunsidraw li jagħmlu studju simili fix-xitwa, iżda d-deċiżjoni tiddependi fuq l-imxija tal-Covid-19 dak iż-żmien. Dan l-istudju jista' jikkunsidra biss il-livelli ta' antikorpi, jiġifieri jibqa' limitat, fiehem il-Ministru. Fondi mill-UE Approvata skema ta' €5.3 miljun biex Malta tirriċerka fuq il-coronavirus | [
1
] |
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li s-sistema edukattiva issa hija ppreparata aħjar għall-eventwalità li l-iskejjel jerġgħu jingħalqu minħabba l-pandemija. Huwa qal dan dalgħodu waqt id-dibattitu parlamentari dwar l-estimi finanzjarji għall-Ministeru għall-Edukazzjoni. L-iskejjel ingħalqu ħesrem meta l-pandemija waslet Malta f'Marzu li għadda, u reġgħu fetħu biss fil-bidu ta' din is-sena skolastika fix-xahar li għadda hekk kif l-iskejjel damu aktar ma fetħu minn snin oħra. Il-pjanijiet kienu kontroversjali peress li l-għadd ta' każijiet attivi huwa ħafna ogħla issa milli kien meta l-iskejjel huma magħluqa. Dwar dan, il-Ministru Bonnici enfasizza li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Fisser kif ġew allokati €26 miljun biex l-iskejjel jitħejjew għall-ftuħ mill-ġdid, u li kull skola ġiet spezzjonata qabel ma fetħet għall-istudenti. Madankollu, Bonnici ma eskludix bidla fiċ-ċirkostanzi fejn l-iskejjel ikollhom jingħalqu mill-ġdid. Distakk bejn it-tmexxija u l-edukaturi – MUT Fi stqarrija maħruġa b'reazzjoni għal dan id-dibattitu, l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT laqgħet id-diskors tal-Ministru Bonnici filwaqt li ħeġġet lill-awtoritajiet biex jimplimentaw din il-proposta speċjalment għall-benefiċċju ta 'studenti u edukaturi vulnerabbli. L-unjin qablet mal-Oppożizzjoni dwar in-nuqqas ta' nies fit-tmexxija fid-Direttorati. L-MUT qalet li din hija problema serja u qiegħed jinħoloq distakk akbar bejn il-management u l-edukaturi. | [
1
] |
Fr Robbie Wirth huwa t-tielet vittma tal-coronavrius fost il-komunità tal-Ġiżwiti f'Malta. Huwa kellu 86 sena. Fuq Facebook, il-Ġiżwiti f'Malta ħabbru l-mewt ta' Fr Wirth u qalu li d-dettalji tal-funeral jingħataw aktar 'il quddiem. B'hekk dan hu t-66 vittma tal-coronavirus f'Malta, għalkemm il-mewt tiegħu għadha ma tħabbritx uffiċjalment mill-Ministeru tas-Saħħa. Fr Robbie Wirth studja fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u fl-età ta' 17-il sena daħal mal-Ġiżwiti. Mill-1954 huwa qatta' aktar minn 30 sena minn ħajtu fl-Indja fejn ġie ordnat saċerdot u ħadem mill-qrib mal-istudenti f'diversi istituzzjonijiet edukattivi. Mal-wasla tiegħu f'Malta fl-1991 huwa nħatar kappillan tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi u serva wkoll bħala kappillan tal-Università ta' Malta bejn l-1996 u l-1999. Fl-aħħar snin huwa serva f'Dar Sarria fil-Furjana fejn għamel xogħol pastorali. Huwa ħu Maria Tabone, l-armla tal-President Emeritu Ċensu Tabone, li mietet fl-2018. Fl-aħħar jiem kien hemm żewġ Ġiżwiti oħra li tilfu ħajjithom minħabba l-Covid-19: 29 ta' Ottubru Imut il-Ġiżwita Fr Lino Cardona waqt li kellu l-Covid-19 1 ta' Novembru Imut Ġiżwita ieħor bil-coronavirus | [
1
] |
Il-kanzunetta "M'Hemmx Kliem" ta' Marija Djinovic ħarġet f'Settembru ta' din is-sena waqt il-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn il-kantanta ta' 11-il sena spiċċat fit-tielet post fil-kategorija tagħha. Il-kanzunetta b'kompożizzjoni ta' Mark Spiteri Lucas u kliem ta' Emil Calleja Bayliss hija l-ewwel kanzunetta oriġinali li nediet Marija. "M'Hemmx Kliem" titkellem fuq suġġett verament għal qalb iċ-ċkejkna Marija. Marija tkellmet mal-awtur tal-kanzunetta fejn esprimiet ix-xewqa li l-ewwel kanzunetta tagħha tkun dedikazzjoni speċjali lin-nanniet tagħha li tant u tant tħobb. Mill-ewwel ġurnata li bdiet tkanta fil-kor ta' Kaya, in-nanniet tagħha kienu ta' sapport kbir għaliha. Is-sapport tagħhom urewh mhux biss billi kienu hemm biex jissapportjawha meta kienet se tkanta f'xi festival jew avveniment, imma wkoll kemm-il darba wasluha minn post għall-ieħor. Kważi ta' kull ġimgħa jwassluha jew għal-lezzjonijiet tal-kant jew inkella għal xi provi ta' xi avveniment jew ieħor li tkun impenjata bih. "M'Hemmx Kliem" hi dwar dan kollu għax għal Marija m'hemmx kliem biex tgħid grazzi lin-nanniet ta' dak kollu li jagħmlu magħha ta' kuljum. Fil-filmat mużikali maħdum minn Luke Borg, Jonathan Brincat u Gabriel Piscopo ta' Far Out Visuals wieħed se jkollu ċ-ċans ukoll li jiltaqa' man-nanniet ta' Marija. B'kanzunetta idedikata għalihom kienet se tkun impossibbli li tagħmel filmat mużikali mingħajr ma tinkludihom. Huma jinsabu tassew kburin bin-neputija tagħhom. Marija Djinovic twieldet fl-24 ta' Jannar tal-2009 u toqgħod Ħal Għaxaq. Hi tattendi l-iskola Immaculate Conception ġewwa Ħal Tarxien u tajjeb li tkunu tafu li hi ma tantx ilha li bdiet titgħallem il-kant. Hi bdiet titgħallem f'Ġunju tal-2018 u f'Ottubru tal-2019 bdiet titħarreġ taħt id-direzzjoni ta' Miss Maria Abdilla u Miss Ylenia Vella. Tul dawn l-aħħar sentejn, Marija kellha l-opportunità li tieħu sehem f'diversi konkorsi b'diversi suċċessi – kemm f'pajjiżna u anke barra minn xtutna. Segwi l-vidjow mużikali: | [
2
] |
Il-partit tal-oppożizzjoni fl-Awstrija attakka lill-gvern minħabba li dan tal-aħħar ammetta li m'użax sew informazzjoni kritika li setgħet ippreveniet l-attakk fatali fi Vjenna aktar kmieni din il-ġimgħa. L-oppożizzjoni akkużat lill-gvern li qed jipprova jitfa' t-tort fuq ħaddieħor. Persuna ta' 20 sena li twieldet fil-belt, li kienet diġà ddaħlet il-ħabs minħabba li ppruvat tingħaqad mal-Istat Iżlamiku fis-Sirja, inqatlet mill-pulizija disa' minuti biss wara li bdiet tispara fuq persuni li kienu fit-triq u f'bars nhar it-Tnejn. Fl-attakk tilfu ħajjithom erba' persuni. Saru 15-il arrest minn meta twettaq l-attakk, imma l-Ministru għall-Intern Karl Nehammer ammetta nhar l-Erbgħa li "xi affarijiet marru żmerċ" fl-ipproċessar ta' informazzjoni li ntbagħtet mis-Slovakkja, li f'Lulju li għadda rrappurtat li l-attakkant kien ipprova jixtri munizzjon. Sadanittant, kelliem għall-pulizija Ġermaniża qal li kienu qed iwettqu tfittxijiet f'diversi bliet Ġermaniżi għal erba' persuni li hu maħsub li għandhom konnessjonijiet mal-persuna suspettata li wettqet l-attakk fi Vjenna, meta nqatlu erba' persuni wara li dan beda jispara fuq diversi persuni f'bars nhar it-Tnejn li għadda. | [
10
] |
Antonella Galea Loffreda apparti lil Fr Louis Mallia mssp li huwa l-mistieden residenti se jkollha wkoll lil Elisa Saliba biex tiddiskuti is-suggetti li joħorġu mill-Evanġelju li jkun ser jinqara s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd fil-knejjes tagħna. L-Evangelju skont San Mattew. Min hu l-għarus li l-għaxar xebbiet qed jistennew bil-ħerqa? Min huma l-għaxar xebbiet boloh li ma kellhomx żejt fil-kus? Vanġelu li għandu ħafna tifsiriet interessanti. Żgur li kull wieħed u waħda minna nistgħu nqabblu lilna nfusna ma xi waħda mix-xebbiet. Insiru nafu aktar dwar il-kitieb dwar Dun Karlu Manche' miktub minn Robert Aloisio. Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju u anke t-talba tal-aħħar miktuba minn Fr Louis Mallia mssp. Il-produzzjoni hi ta' CPI media, b'direzzjoni ta' Paul Jones. Il-Kelma jixxandar illum is-Sibt 7 ta' Novembru fil-5.30pm b'repetizzjoni l-Ħadd fil-11.30am fuq ONE. | [
2,
6
] |
Il-Kandidat tal-Partit Demokratiku Joe Biden jinsab fil-vantaġġ fl-istat ta' Georgia għall-ewwel darba. Skond CNN, Biden għandu vantaġġ minimu ta' ftit aktar minn 917-il vot. Dan jista' jkun mument sinjifikanti fl-elezzjoni presidenzjali. L-istat ta' Georgia huwa kruċjali biex Trump jkun għadu fiċ-ċans biex jirbaħ l-elezzjoni. Il-Ħamis, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump beda dak li qed jissejjaħ bħala "attakk straordinarju" fuq il-proċess demokratiku tal-pajjiż, fejn waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House stqarr – b'mod falz – li l-elezzjoni qed "tinsteraq" minnu. Trump ma preżenta ebda evidenza biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu, filwaqt li attakka l-uffiċjali tal-għadd tal-voti u allega froti fi stati fejn l-aħħar settijiet ta' voti mhux magħduda qed jimbutta lid-Demokratiku Joe Biden eqreb lejn ir-rebħa. "Dan hu każ fejn qed jippruvaw jisirqu elezzjoni", qal Trump. Biden, eks Viċi President, qed inaqqas id-distakk b'mod qawwi mill-President Repubblikan f'Pensylvania u Georgia u żamm vantaġġ żgħir f'Nevada u Arizona, biex b'hekk jinsab aktar qrib l-270 vot meħtieħa mill-Kulleġġ Elettorali li jiddetermina r-rebbieħ. | [
10
] |
Il-Malti-Amerikan Darrin Camilleri ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti għat-tielet darba, u għad għandu biss 28 sena. Huwa parti mill-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Michigan, f'isem il-Partit Demokratiku. Darrin Camilleri rringrazzja lil kull min ivvutalu b'messaġġ fuq il-midja soċjali. Stqarr li sa mill-ewwel jum, bdew jagħmlu l-viżjoni tiegħu realtà. Qal li wara kampanja missielta, iħossu onorat li l-votanti tat-23 distrett fdawh biex jirrappreżentahom għal sentejn oħra. Żied jgħid li hu ħerqan biex ikompli xogħlu biex jipproteġi l-edukazzjoni pubblika, biex jiġġieled għall-familji tal-ħaddiema u biex isolvi xi problemi li għandhom bit-tren. Camilleri kien għalliem. Huwa nofsu Malti u nofsu mill-Amerka Latina, imma trabba fl-Istati Uniti. Rebaħ bi 30,233 vot mis-57,635 li ħarġu jivvutaw. When we began our time in office over four years ago, we believed that we could dream big to solve problems, tell… Posted by Darrin Camilleri on Wednesday, November 4, 2020 L-aħbarijiet dalgħodu Biden aktar qrib tar-rebħa | [
10
] |
Ġurnata speċjali għall-awtur, attur, produttur u direttur Elio Lombardi f'okkażjoni ta' għeluq is-87 sena tiegħu. Twieled f'Tas-Sliema bħal-lum il-5 ta' Novembru tal-1933. Huwa iben it-tieni fost sitt ulied ta' Joseph u Valentina. Apparti s-sehem tiegħu fl-industrija tal-films, Elio huwa wkoll pittur, kantant u ħajjat. Ilu fil-qasam tal-films sa mill-1981 u s'issa ħadem aktar min 90 film, u għandu oħrajn li wkoll għad irid joħroġ. Elio għandu erbgħa wlied l-awtur u attur Gino, kif ukoll Zepi, Aldo u Louiselle. Huwa wkoll nannu ta' erbgħa u bużnannu ta' tnejn. Fost dawk li llum awguraw l-isbaħ xewqat lil Elio kien hemm ibnu Gino li rrimarka li għall-età tiegħu missieru għadu f'saħħtu u jista' jagħmel dak li jħobb, joħloq stejjer interessanti u jiffilmjahom għad-divertiment tal-poplu Malti u Għawdxi. "Nixtieq li l-Mulej jisilfek ħafna aktar snin ta' saħħa," temm jgħid il-messaġġ ta' Gino. Nawguraw lil Elio l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2,
6
] |
Ritratt minn Miguela Xuereb Mara tixref minn wara l-bieb waqt l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Għaxaq nhar l-Erbgħa. Iċ-ċentru ġie inawgurat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. | [
2
] |
L-Erbgħa fil-5pm waqt Newsbook Q&A se jkun hemm il-Kardinal-Elett Mario Grech li wieġeb għall-mistoqsijiet ta' Fr Joe Borg, Sylvana Debono u diversi mill-qarrejja ta' Newsbook.com.mt . Se jkun hemm ukoll kummenti qosra minn omm il-Kardinal Elett. Dun Mario, kif jippreferi li jissejjaħ, wieġeb dwar: Il-korruzzjoni fil-Vatikan u l-Kulleġġ tal-Kappillani Veru li l-Knisja biddlet it-tagħlim tagħha dwar iż-żwieġ bejn persuni gay? X'parir tatu ommu? Kif irreaġixxa missieru? X'jgħidlu l-Papa fil-laqgħat li jkollhom regolarment? L-Erbgħa fil-5pm fuq Newsbook.com.mt u Facebook live. | [
13
] |
Malta għandha 84 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 167 persuna. Dan irriżulta minn 3,044 swab test li saru. B'hekk f'Malta issa hawn total ta' 1,853 każ attiv. Id-dettalji ġew ikkonfermati mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq il-paġna ta' Facebook. OFFICIAL COVID-19 figures for 04•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, November 4, 2020 Ilbieraħ kien hemm 106 każi ġodda tal-coronavirus . Minn dawn kien hemm: 16-il persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja 4 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol 7 persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus 2 każijiet minn barra minn Malta Każ minn attività soċjali Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta' 76 każ. Dalgħodu, Newsbook.com.mt irrapporta li nstab każ pożittiv fost il-pazjenti residenti f'Dar Sant'Anna f'Għawdex. Każ ta' coronavirus f'Dar Sant'Anna f'Għawdex | [
1
] |
Kulħadd jista' jħossu waħdu minn żmien għal żmien, mhux l-anzjani biss jew il-foqra. Din l-emozzjoni jistgħu jħossuha nies li qatt ma basru li se jħossuhom waħedhom. Waqt intervista fuq Newsbook Q&A, il-Kardinal Elett Mario Grech qal li saħansitra l-Papa ammetta li ġieli ħassu waħdu. Dun Mario, kif jippreferi li jissejjaħ, semma intervista riċenti li fiha, il-Papa Franġisku tkellem fuq is-solitudni. Il-Papa spjega li jħossu waħdu meta n-nies li suppost jikkoperaw miegħu ma jagħmlux dan, meta dawk li misshom ixammru l-kmiem biex jgħinu lill-oħrajn ma jagħmlux hekk, jew meta ma jimxux mad-direzzjoni li jagħti hu. Dan il-kliem, irrifletta Dun Mario li dalwaqt isir Kardinal, jindika l-piż li għandu l-Papa miżjud mat-toqol li diġà jġorr. "M'iniex eċċezzjoni" Dun Mario qal li l-Papa semma tip ieħor ta' solitudni li hu ma jħossx għax sab ħafna nies li jaħsbuha bħalu, li jieħdu r-riskji għax jafu li qegħdin fit-triq it-tajba. Madankollu, l-eks Isqof t'Għawdex osserva li aktar kemm wieħed jokkupa pożizzjoni għolja, aktar hemm ċans li jħossu waħdu. Bi tbissima, stqarr li hu mhuwiex eċċezzjoni u kien ikollu emozzjonijiet simili meta kien Isqof t'Għawdex. Meta ntlaqa' lura Malta L-Isqfijiet jilqgħu lill-Kardinal Elett Mario Grech lura f'Malta Hemm lok għall-bidla fil-Vatikan? Dun Mario rrakkonta episodju meta ngħata ittra minn funzjonarju fil-Vatikan li kienet tgħid li l-affarijiet hemmhekk ma jinbidlux. Qal li rrepeta dan mal-Papa, iżda l-Papa pponta lejn l-ittra, u qallu, "U dak hu d-dnub, li naħsbu li kollox għandu jibqa' l-istess," meta ma jkunx hemm aġent għall-bidla. Fr Joe Borg u Sylvana Debono, li kienu qed jintervistawh, staqsewh, iżda, huwiex prezz għoli wisq xi jħallas, l-emozzjoni kostanti tas-solitudni. Huwa wieġeb li mhuwiex prezz għoli wisq meta jkun Kristu li qed jappella għall-bidla. Ir-reazzjoni tiegħu Awdjo: "M'emmintx meta qaluli bl-aħbar" – Il-Kardinal-elett Mario Grech Attent għas-solitudni Dun Mario jirrikonoxxi li ma kinitx deċiżjoni faċli biex jitlaq minn Għawdex għall-belt kbira li hi Ruma. Mistoqsi, huwa qal li l-ġurnata tiegħu tibda kmieni bit-talb u b'quddiesa, imbagħad imur għax-xogħol. Filgħaxijiet, iżda, donnu ma jkunx jaf x'se jagħmel. Filwaqt li stqarr li sab "familja ġdida" fil-patrijiet Agostinjani fejn joqgħod, is-solitudni tista' tkun periklu kbir, u Dun Mario qal li jrid joqgħod attent li ma jispiċċax iħossu waħdu. Bil-mod pożittiv kif iħares lejn il-ħajja, u bl-ammont konsiderevoli ta' xogħol li jagħmel, Newsbook Q&A jinsab ċert li Dun Mario se jwettaq xogħlu b'mod eċċellenti u b'vena ferrieħa. L-ewwel aħbar Filmat: Monsinjur Mario Grech se jinħatar Kardinal Segwi l-intervista sħiħa: | [
13
] |
Id-dar tal-anzjani Dar Sant'Anna f'Għawdex għandha każ pożittiv tal-coronavirus. Dan ġie kkonfermat ma' Newsbook.com.mt minn sorsi infurmati. Fl-aħħar aġġornament tagħha nhar il-Ġimgħa li għadda, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li hemm 61 każ attiv f'Għawdex, iżda ma speċifikatx kif inhuma mqassmin dawn il-każijiet. Nhar il-Ġimgħa Filmat: "Tippruvawx issibu skuża biex tneħħu l-maskra" – Prof. Gauci F'Ġunju li għadda, Newsbook.com.mt żvela li waqt il-pandemija tal-coronavirus ma saret ebda spezzjoni mill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċjali fir-residenza tal-anzjani Sant'Anna f'Għawdex. F'April tal-2020 Steward Malta irrilokat mas-70 resident li qabel kienu f'Dar Sant'Anna lejn il-lukanda Downtown fir-Rabat, Għawdex. L-Awtorità tal-Istandards għamlet żewġ spezzjonijiet f'din il-lukanda – it-tnejn f'Mejju tal-2020. Aktar dettalji Ebda spezzjoni mill-Awtorità tal-Istandards f'Dar Sant'Anna waqt il-pandemija | [
1
] |
L-Istati Uniti rtirat formalment mill-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima. Il-President Trump ħabbar id-deċiżjoni f'Ġunju 2017 , iżda r-regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti fissru li d-deċiżjoni tiegħu tidħol fis-seħħ illum, l-għada tal-elezzjoni tal-Istati Uniti. L-Istati Uniti jistgħu jerġgħu jingħaqdu fil-ftehim fil-futur, jekk President futur jagħżel li jagħmel dan. Il-ftehim ta' Pariġi nkiteb għall-ewwel darba fl-2015 biex id-dinja ssaħħaħ ir-rispons tagħha għat-theddida tat-tibdil fil-klima. Fih, il-mexxejja tad-dinja qablu li jżomm iż-żieda fit-temperatura globali taħt iż-żewġ gradi (2C) u li jsegwi l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata saħansitra għal 1.5C. | [
10
] |
Il-Kardinal Elett Mario Grech illum għamel l-ewwel żjara tiegħu lid-Djoċesi ta' Għawdex wara l-ħatra tiegħu bħala Kardinal. Hawn hu żar lill-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma. Waqt iż-żjara tiegħu fid-Djoċesi ta' Għawdex, Mons. Grech iltaqa' mal-istaff tad-Djoċesi kif ukoll żar lill-Kappillani li kienu miġbura fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb għal-laqgħa tagħhom ta' kull xahar. Peress li lbieraħ kien il-154 anniversarju mit-twaqqif tas-Seminarju ta' Għawdex, huwa żar ukoll din id-dar ta' formazzjoni li sejħilha "Alma Mater" tiegħu. Hawnhekk huwa ltaqa' mar-Rettur u l-equipe tal-formazzjoni. Fil-jiem li għaddew: L-Isqfijiet jilqgħu lill-Kardinal Elett Mario Grech lura f'Malta F'indirizz qasir lill-membri tal-Kurja u lill-Kappillani, l-Isqof Mario qal li jħossu grat ħafna lejn din il-Knisja f'Għawdex għax kienet hi li sawritu kemm bħala bniedem, bħala Nisrani, u fil-ministeru saċerdotali u episkopali. "Jien konvint li waħda mir-raġunijiet għaliex il-Papa Franġisku sejjaħli għal din il-missjoni ta' Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet hija l-esperjenza pastorali li ksibt magħkom. Fi kliem ieħor, kien il-poplu ta' Alla f'din il-gżira li għaġinni u ħejjieni biex illum ġejt fdat b'din ir-responsabbiltà," qal Mons. Grech. Aktar dwar dan l-unur Awdjo: "M'emmintx meta qaluli bl-aħbar" – Il-Kardinal-elett Mario Grech Insista li l-ħidma tiegħu mhux se tbegħedu minn din id-djoċesi maħbuba. "Ixxettilt hawn u għeruqi se jibqgħu hawn. Għandi x-xorti li nista' ngawdi l-viċinanza tal-Isqof tagħna Dun Anton li għalija huwa spalla tajba. Ma ninsiex dak li huwa qalli qabel tlaqt f'Settembru li għadda: li jien se nkun ħarries tal-komunjoni fil-Knisja. Is-sinodalità u l-komunjoni huma ż-żewg faċċati tal-istess medalja. Il-programm tal-Isqof Teuma msejjes fuq il-motto 'U baqa miexi magħhom' jawgura tajjeb biex is-sinodalità tkun karattru distintiv ta' din il-Knisja. Għodduni wieħed minnkom. Grazzi ta' kollox," temm jgħidilhom Mons. Grech. Min-naħa tiegħu, l-Isqof Teuma feraħ lil Mons. Grech u stieden biex inkomplu nsostnuh bl-imħabba umana u bit-talb. Qal li l-missjoni tal-Kardinal-elett hija waħda li tqiegħdu aktar minn qabel bħala qaddej tagħna u tal-Knisja kollha. Ilbieraħ ukoll, flimkien mal-Isqfjiet Maltin, Mons. Grech għamel żjara ta' kortesija lill-E.T. Dr George Vella, President ta' Malta, waqt li t-Tlieta ġie milqugħ għal pranzu f'ġieħu għand in-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro D'Errico. | [
13
] |
L-Isqof ta' Għawdex Dun Anton Teuma qal li l-Beatitudnijiet huma r-risposta għall-mistoqsija dwar liema kienu l-karatteristiċi li l-qaddisin għexu fil-ħajja tagħhom. Fl-Omelija tiegħu fis-Solennità tal-Qaddisin Kollha, il-Ħadd li għadda, l-Isqof Teuma għamel kummentarju tal-Vanġelu tal-Beatitudnijiet u qal kif aħna wkoll għandna nimitawhom biex ikollna l-paċi li nixtiequ f'ħajjitna. Fil-Katidral ta' Għawdex, l-Isqof ta spjega qasira tal-Beatitudnijiet li huma: "Henjin il-foqra" "Henjin l-imnikkta għax huma jkunu mfarrġa" "Henjin ta' qalbhom ħelwa" "Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bil-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa" "Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena" "Henjin dawk li huma safja f'qalbhom". "Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla". "Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba l-ġustizzja". Tista' taqra l-Omelija sħiħa hawn . | [
13
] |
F' What's on Newsbook Dinja Ewropa din il-ġimgħa, insegwu iktar dwar l-approvazzjoni tal-mandat ta' negozjar tal-Parlament Ewropew dwar il-liġi dwar il-klima tal-Unjoni Ewropea. Insegwu wkoll l-inizjattiva tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli "Ideat għal Ewropa Ġdida" li ddiskutiet kif l-internet għandu jitqies bħala dritt tal-bniedem. Fl-aħħar parti, niddiskutu l-proposta tal-Parlament Ewropew għal paga minima ekwa madwar l-Ewropa. What's on Newbook: Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt . Jippreżenta Jesmond Saliba. Dan il-programm seta' jkun possibbli bil-kollaborazzjoni u l-assistenza tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew. | [
3
] |
Il-familja Cutajar tingħaqad ma' Emma fuq il-palk ta' Malta's Got Talent wara li t-tfajla ngħatat ilGolden Buzzer Emma Cutajar ta' 14-il sena hija l-ħames parteċipanta waqt il-Malta's Got Talent li rnexxielha tikseb postha bis-semi finali tal-programm wara li Maxine Aquilina tatha il-Golden Buzzer wara l-interpretazzjoni tagħha ta' kanzunetta oriġinali, kompożizzjoni tagħha stess. Emma, bint id-Deputat Parlamentari Robert Cutajar, daqqet il-pjanu għall-kanzunetta I Miss You, l-ewwel waħda tagħha, b'dedika lil oħtha Erica li ħallietna qabel ma twieldet hi. "Avolja ma lħaqthiex, dejjem nimmissjaha u dejjem nistaqsi kif ħajti kienet tkun kieku għadha magħna," ikkummentat it-tfajla. "Naf li għalkemm m'għadhiex magħna, naf li qegħda miegħi u xorta qed tissapportjani," kompliet tgħid Emma li stqarret li l-ħin liberu tqattgħu tikteb u tkanta u kienet tikteb versi u frażijiet sa mill-età ta' sitta jew seba' snin. Il-kanzunetta li hija kantat kitbitha tlett snin ilu iżda kien dan l-aħħar li reġgħet irranġatha biex b'hekk setgħet twettaq ħolma li kellha li tieħu sehem f'xi programm bħal dan wara li kienet ilha żmien twil issegwi edizzjonijiet ta' barra. "Ġibtna mbikkmin kollha," ikkummenta Ray li żied jgħid li l-ebda ġenitur m'għandu jara lil uliedu jmutu. L-erba' membri tal-ġurija ssammru bl-interpretazzjoni ta' Cutajar, tant li Maxine qamet minn fuq is-siġġu u għafset il-Golden Buzzer biex b'hekk it-tfajla għaddiet b'mod dirett għall-fażi tas-semi finali tal-programm Malta's Got Talent. Segwi l-wirja kollha hawn: | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-kantanta Pamela Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 2:13-23 Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: «Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, "Il-ħeġġa għal darek fnietni." The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1966 John Lennon iltaqa' għall-ewwel darba ma' Yoko Ono. Dan seħħ meta hu mar jara esebizzjoni tal-arti tagħha f'Londra. U bħal-lum sena wara, fl-1967, Lennon kien l-istilla fuq il-qoxra tal-ewwel edizzjoni tar-rivista Amerikana Rolling Stone. John Lennon u Yoko Ono. Ritratt: Eric Koch / Anefo Isma' l-awdjo beix tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Fl-ewwel diskors tiegħu minn meta l-indikazzjonijiet bdew juru li Joe Biden ser ikun il-President tal-Istati Uniti, Biden wiegħed li jgħaqqad lill-Amerikani u talab lis-segwaċi ta' Trump biex jagħtuh ċans. F'attivita f'Delaware huwa appella biex nagħtu ċans lil xulxin hekk kif indirizza wkoll lil dawk li ma vvutawx għalih.Hu wiegħed li jaħdem biex jirbaħ l-approvazzjoni tal-poplu kollu. Biden kompla jgħid li jifhem li dawk li vvutaw lil Trump jinsabu imweġġgħa, però aċċertahom li lest jaħdem magħhom. Biden saħaq li rridu nieqfu nħarsu lejn l-avversarji politiċi bhala għedewwa. Hu qal li mhux ħa jkun president li jara stati ħomor u blue iżda lejn l-interess tal-Istati Uniti biss. Biden għamel dan id-diskors fir-raħal tiegħu f' Wilmington, Delaware. Kamala Harris, il-Viċi President eletta, irringrazzjat lill-Amerikani kollha li marru jivvutaw meta d-demokrazija tagħhom kienet il-karta tal-vot. Harris irrikonoxxiet l-irwol storiku tagħha bħala l-ewwel mara fis-siġġu ta' Viċi President. Harris qalet li filwaqt li hi l-ewwel mara f'dan l-uffiċċju, mhux se tkun l-aħħar waħda għax kull tifla żgħira li qed tara lilha qed tinnota li dan huwa pajjiż ta' kull possibbilità. Fl-aħħar ġranet, Donald Trump qal li l-voti bil-posta kienu illegali u kien minħabba dawn l-illegalitajiet li l-elezzjoni marret favur Biden. Hu qal li din l-elezzjoni kienet frodi u fuq Twitter qal li hu rebaħ l-elezzjoni. Fi tweet hu qal "71,000,000 Legal Votes. The most EVER for a sitting President!" B'dan ir-riżultat, Trump sar l-ewwel President Amerikan mis-snin disgħin li kellu terminu wieħed. Trump saħaq li din is-stwazzjoni se tmur fil-qrati fejn qiegħed jistenna li hemmhekk toħroġ id-deċiżjoni finali ta' min ser ikun fil-Whitehouse għall-erba' snin li ġejjin. | [
10
] |
Is-sensiela Sorelle tkompli fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm. Dan hu dak li se jseħħ fil-puntati ta' matul din il-ġimgħa: It-Tnejn 9 ta' Novembru Angela marret apposta d-depot biex tiltaqa' ma' Vince…x'qalilha xħin ċemplitlu?… u wara l-insistenza tagħha x'qalilha dwar Maxine? X'qaltlu qabel ħallietu? Naomi ltaqgħet ma' Angela.. x'aħbar kellha dwar Sarah u għaliex Angela nħasdet meta qaltilha? It-Tlieta 10 ta' Novembru Naomi rrakkontat lil Angela dak kollu li kien qalilha Steve dwar bintha… kif qed tħossha Angela? Samantha u Lorraine reġgħu lura d-dar… kif marret is-seduta ma' Janice? Kelly marret lura d-dar…x'inhu jiġri? L-Erbgħa 11 ta' Novembru Lorraine staqsiet lil Samantha għaliex ma riditx toqgħod fl-istess dar ma' Angela… x'qaltilha? Min mar għand Lorraine biex ikellem lil Samantha? Vince ċempel lil Kelly biex jgħidilha dwar ir-rapport… x'qaltlu? Patrick mar ikellem lil Vince… x'qallu dwar Naomi? Il-Ħamis 12 ta' Novembru Samantha ħadet pjaċir ħafna meta Bella marret għand Lorraine… iżda Lorraine x'reazzjoni kellha? Naomi reġgħet lura l-uffiċċju… x'qalilha Vince? X'se tagħmel dwar ir-rapport li għamlet Kelly? Il-Ġimgħa 13 ta' Novembru Min mar id-dar ta' Lorraine… u fejn tinsab Lorraine bħalissa? Patricia reġgħet marret id-dar ta' Kelly… x'qalu u x'qed tippjana Kelly? Neil talab lil Lorraine n-numru tal-investigatur privat… għalxiex ried ikun jafu? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Velal Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Kull episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-episodji ta' ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. | [
2,
6
] |
Tlesta l-proġett ta' konservazzjoni u restawr tal-pitturi li jinsabu mas-saqaf tal-kappella ddedikata lil Sant'Antnin fil-Bażilika Minuri ta' San Pawl fir-Rabat. Ix-xogħol ta' restawr, li ammonta għal madwar €80,000 sar b'kofinanzjament ta' 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan ix-xogħol ġie inawgurat dalgħodu mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross u l-Arċipriet Kan. Louis Suban. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-pitturi tal-artist Taljan Eliodoro Coccoli, mal-medda tas-snin ġarrbu diversi ħsarat minħabba ilma tax-xita li daħal mis-saqaf tal-knisja. Kien għalhekk li kien hemm bżonn isir restawr urġenti sabiex jiġu kkonservati l-pitturi li ġew impittra fuq it-tila u fuq il-ħajt madwar 90 sena ilu. L-Isqof Joseph Galea-Curmi qal li mhuwiex biss il-poplu tar-Rabat li qed igawdi minn dan il-proġett ta' restawr imma hi l-Knisja kollha f'Malta u s-soċjetà Maltija. Dan għaliex "din il-ħidma ta' restawr turi li aħna nieħdu b'responsabbiltà d-dmir li għandna li dak li hu sabiħ mhux biss ngħożżuh u nħarsuh għalina imma wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri". Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett huwa parti minn proġett ferm akbar, fejn qed issir konservazzjoni, protezzjoni u promozzjoni tal-wirt kulturali reliġjuż madwar il-gżejjer Maltin. Huwa saħaq li permezz ta' proġetti bħal dawn qed inkomplu nsaħħu l-prodott turistiku tal-gżejjer Maltin, hekk kif skont studju li sar madwar 70.6% tat-turisti li ġew Malta f'2015 żaru r-Rabat u l-Imdina. Michael Pace Ross qal li dan huwa l-ħames proġett li sar mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arcidjocesi ta' Malta bil-għajnuna ta' fondi Ewropej, wara dawk tal-Bidnija, l-Imdina, il-Mosta u Ħal Balzan. | [
13
] |
Ingredjenti 175g butir mhux bil-melħ 275g zokkor 2 bajdiet, mħabbtin ħafna kuċċarina u nofs essenza tal-vanilla nitfa melħ 200g dqiq nitfa baking powder 150g frak tal-coconut 75g semolina, lewż Metodu Saħħan il-forn għal 180 ̊Ċ/350 ̊F. Ħallat f'bieqja l-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita ħafifa. Żid il-bajd imħabbat u l-essenza u ħallat sew. Żid id-dqiq, is-semolina, il-baking powder u l-melħ. Ħawwad tajjeb mill-ġdid. Ifforma blalen żgħar u fuq kull wieħed poġġi lewża. Poġġihom fuq dixx tal-forn fuq karta strazza imma tagħmilhomx wisq qrib xulxin għax meta jsiru jiċċattjaw u jikbru fil-wisa'. Sajjar għal 15-il minuta meta l-gallettini għandhom ikunu saru kulur kannella sabiħ fil-wiċċ. Ħallihom jiksħu sew u jistgħu jinżammu tajbin għal madwar 10 jiem f'kontenitur li jingħalaq tajjeb. | [
2
] |
Il-Kummissjoni Ewropea leħqet ftehim li tixtri 300 miljun doża tal-vaċċin BionTech Pfizer Covid-19. Dan huwa r-raba' kuntratt li sar dwar il-vaċċin tal-Covid-19 li se jkun qiegħed jipprovdi xiri ta' 200 miljun doża f'isem l-Istati kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-għażla li tordna 100 miljun doża oħra. Dan ix-xiri se jkun qiegħed jidħol fis-seħħ la darba l-vaċċin ikun approvat li huwa sigur u effettiv kontra l-Covid-19. Il-vaċċin BionTech instab li jista' jipprevjeni lil aktar minn 90% tan-nies milli jaqbadhom il-Covid-19. Dan il-virus s'issa kien ttestjat fuq 43,500 minn sitt pajjiżi differenti u ma kienx hemm l-ebda tħassib fuq is-sigurtà ta' dawn il-persuni. Jinstab vaċċin li jista jipprevjeni lil 90% tan-nies mill-Covid-19 Il-kuntratti l-oħra li għamlet l-Unjoni Ewropea dwar dan il-vaċċin huma mal-AstraZeneca, Sanofi-GSK u Janassen Pharmaceutica NV. | [
1,
3
] |
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-lista l-oranġjo tal-Covid-19 se tiġi estiża b'mod sinifikanti mill-Ġimgħa li ġej. Din il-lista tinkludi pajjiżi li n-nies li ġejjin minnhom ikollhom juru riżultat negattiv ta' test għall-coronavirus malli jaslu f'Malta. Iż-żidiet jinkludu diversi ajruporti Taljani – dawk kollha f'Milan u Ruma, kif ukoll f'Bologna, f'Napli, f'Perugia, f'Pescapa, f'Pisa, fi Trieste, f'Turin u f'Venezja. Il-Ġermanja u l-Lussemburgu wkoll inklużi mal-lista. S'issa l-lista tinkludi biss xi bliet fi Franza, Spanja u l-Polonja, iżda bl-ajruporti miżjudin, in-nies kollha ġejjin minn dawn it-tliet pajjiżi, minn kwalunkwe ajruport, iridu juru li m'għandhomx il-coronavirus mal-wasla tagħhom f'Malta. Huma jridu jkunu għamlu t-test mhux aktar minn tlett ijiem qabel siefru. Ġew miżjudin ukoll il-bliet Birmingham, Edinburgh u Nottingham mir-Renju Unit. Dawk li ma jipprovdux riżultat negattiv jaf jiġu ttestjati f'Malta u jaf ikollhom jagħmlu kwarantina. L-aħħar żieda fil-lista Għadd ta' ajruporti jitniżżlu fil-lista oranġjo Il-lista b'hekk tikkonsisti f'dawn il-pajjiżi: L-Awstrija Il-Belġju Il-Bulgarija Franza Il-Ġermanja L-Irlanda L-Italja (mhux kollha, imma l-ajruporti f'Milan u Ruma, Bologna, Napli, Perugia, Pescara, Pisa, Trieste, Turin, u Venezja) Il-Lussemburgu L-Olanda Il-Polonja Il-Portugall (Porto) Ir-Renju Unit (Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle, Nottingham) Ir-Repubblika Ċeka Spanja L-Iżvizzera It-Tuneżija L-Ungerija Minn Awwissu li għadda Illum tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista ta' pajjiżi oranġjo | [
1
] |
Diversi Maltin se jkunu qed jesperjenzaw qtugħ fis-servizz tal-IPTV. Il-Gżejjer Maltin huma fost it-12-il pajjiż li minnhom se jitwaqqaf is-servizz illegali tal-IPTV. F'operazzjoni li qed issir mill-pulizija Taljana se jkunu qed jagħlqu 5,550 sit u servizz illegali matul din il-ġimgħa. It-Tlieta il-pulizija Taljana responsabbli mill-kriminalità finanzjarja ssekwestrat tagħmir u assi ekwivalenti għal 10.6 miljun minn 23 suspettat. L-awtoritajiet fittxew f'100 sit Taljan u ssekwestraw 334 kont tal-Paypal u ħarġu 30 ordni ta' sekwestru matul din l-operazzjoni. L-apparat u l-flus twaqqfu wkoll minn Malta, Spanja, il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Greċja, il-Litwanja, Slovenja, l-Iżvezja, il-Belġju, ir-Rumanija, Netherlands u Franza. Il-Eurojust qalet li wara t-twaqqif ta' 5,500 server f'dawn il-pajjiżi, twaqqaf ukoll l-online straming fl-Italja għal dawk li kellhom dan is-servizz. Mijiet ta' persuna rrapurtaw li s-servizz tal-IPTV tella' notifika li s-servizz tagħhom ġie mwaqqaf. F'Malta wkoll kien hemm diversi persuni li twaqqaf is-servizz. | [
10
] |
Malta għandha 109 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 108 persuni. Dan irriżulta minn 3,460 swab test li saru. B'hekk f'Malta issa hawn total ta' 2,079 każ attiv. Id-dettalji ġew ikkonfermati mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq il-paġna ta' Facebook. Ilbieraħ kien hemm 141 każi ġodda tal-coronavirus . Minn dawn kien hemm: 14-il persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja 3 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol 5 persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus Dan ifisser li 119-il każ li l-awtoritajiet ma jafux minn fejn ittieħed il-virus. Ilbieraħ mietu tliet persuni bil-coronavirus 3 persuni oħra jmutu bil-Covid-19 | [
1
] |
Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ċaħad li l-Gvern daħħal miżuri ġodda ma' dawk li ddaħħlu permezz ta' Avviż Legali fit-30 ta' Marzu li għadda. Huwa għamel din l-istqarrija hekk kif fl-aħħar sigħat għadd ta' persuni rċivew messaġġ fuq il-midja soċjali primarjament fuq Whatsapp li fih kien hemm indikati regoli li ddaħħlu mill-Gvern. Newsbook.com.mt huwa infurmat li dawn huma l-istess regoli li daħħlu f'Marzu. Kelliema għall-istess Ministeru kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li dawn ir-regoli u miżuri li nkitbu fuq Whatsapp huma l-istess ta' Marzu għax il-Gvern ma daħħal l-ebda Avviż Legali ġdid. L-Avviż Legali li ddaħħal dakinhar kien jgħid li persuni ma jistgħux jinġabru fil-pubblika fi gruppi ta' aktar minn tlieta u kienet ġiet introdotta l-multa ta' €100 għal minn ma jsegwix dawn ir-regoli. Il-Ministru appella biex kulħadd jibqa' jsegwi r-regoli eżistenti. Il-każijiet tal-lum 109 każi ġodda ta' Covid-19 | [
1
] |
What's on Newsbook: Dinja Ewropa se janalizza l-ftehim li ntlaħaq riċentament dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea. Nhar it-Tlieta, wara 10 ġimgħat ta' negozjati intensivi, in-negozjaturi tal-baġit tal-Parlament qablu mal-Presidenza tal-Kunsill dwar il-punti prinċipali għal dan il-ftehim. Il-Parlament kiseb 16-il biljun ewro aktar minn dak maqbul mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern fis-summit tagħhom f'Lulju. Insegwu wkoll ir-reazzjoni għar-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Amerikani, kif ukoll nanalizzaw xi jfisser il-ftehim riċenti li jorbot il-fondi li jieħdu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u r-rispett lejn il-liġi (Rule of Law). What's on Newsbook Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt, bi produzzjoni ta' Jesmond Saliba u bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. | [
3
] |
It-tim nazzjonali Malti se jkun fiċ-ċentru ta' diskussjoni tal-programm Replay Preview li se jixxandar llejla, il-Ġimgħa filgħaxija, fid-9:30pm fuq Net Television. Nhar l-Erbgħa li għadda, Malta kisbet riżultat ieħor pożittiv meta f'konfront ta' ħbiberija kontra Liechtenstein, il-plejers taħt it-tmexxija tal-kowċ Taljan Devis Mangia, kiseb rebħa ta' 3-0. Bil-parteċipazzjoni tal-mistieden residenti ta' Replay, Konrad Sultana, f'Replay Preview tal-lejla, se tkun qed issir analiżi dwar il-prestazzjoni tal-Maltin u ħarsa lejn il-partita li t-tim nazzjonali ta' pajjiżna jmissu jilgħab, għada s-Sibt, fit-3pm kontra Andorra fl-iStadium Nazzjonali f'Ta'Qali. Fil-programm tal-lejla se nkunu qed insegwu l-kummenti li tal-kowċ nazzjonali wara l-partita ta' kontra Liechtenstein, kif ukoll il-kummenti li se jkun qed jagħti llum, hekk kif aktar kmieni llum wara nofs in-nhar, Mangia se jkun qed jindirizza konferenza stampa oħra, lejliet il-konfront ta' kontra Andorra. Bi produzzjoni u preżentazzjoni ta' Christian Micallef, f'Replay Preview tal-lum se nsegwu l-aqwa siltiet mill-partita li se tintlagħab illum bejn it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena u dak tal-Ukrajna, tal-istess kategorija, liema partita hija valida mill-grupp ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2021. Lil hinn mit-timijiet nazzjonali Maltin, f'Replay Preview tal-lum se jkun hemm ukoll servizzi speċjali li se jkunu qed jagħtu ħarsa lejn il-partiti li għadna matul din it-tmiem il-ġimgħa, mill-Kampjonat Premier, National Challenge League kif ukoll mill-futbol f'Għawdxi. Il-programmi Replay ta' din l-iskeda, qed jagħtu aktar ħin u spazju lill-kampjonati l-oħra tal-MFA u l-futbol f'Għawdex, partikolarment fil-programmi Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija u Replay Live Score li jixxandar nhar ta' Ħadd, fis-6:45pm fuq Net Television. Kull ġimgħa, Replay u Net Television qed ixandru 220 minuta ta' produzzjonijiet televiżivi dwar il-futbol Malti, li mingħajr ebda dubju jagħmlu l-aktar stazzjon f'pajjiżna li qed jalloka ħin ta' xandir għall-futbol domestiku. Dan l-impenn jagħmel lill-programmi Replay, l-aktar marka ta' programmi sportivi lokali f'Malta, mhux illum, iżda għal dawn l-aħħar snin. | [
2,
6
] |
Renald Falzon, is-Sindku ta' Ħal Qormi, se jingħata l-aħħar tislima għada. Huwa miet dalgħodu fl-età ta' 46 sena waqt li kellu l-coronavirus. Il-Kunsill Lokali ħabbar li l-quddiesa tal-funeral se ssir fid-9.30am fil-Knisja ta' San Ġorġ, u se tixxandar live fuq il-paġna tal-Kunsill fuq Facebook. Il-Qriema huma mħeġġin biex il-bnadar ikunu mezz'asta b'turija ta' rispett. Sar appell biex kulħadd isegwi mid-dar sabiex ma jinġemgħux folol minħabba l-coronavirus. NAPPREZZAW JEKK TGĦINUNA NXANDRU DAN IL-MESSAĠĠ L-aħħar tislima lil maħbub Renald Falzon se tingħata għada s-Sibt hekk… Posted by Kunsill Lokali Ħal Qormi on Friday, November 13, 2020 Aktar kmieni Imut is-Sindku ta' Ħal Qormi; kellu l-coronavirus | [
1
] |
L-investiment ta' €5.4 miljun huwa ko-finanzjat b'fondi Ewropej, u minnu bbenefikaw 19-il benefiċjarju. Dan se jwassal sabiex il-benefiċjarji jkomplu jiżviluppaw il-prodotti agrikoli tagħhom, u b'konsegwenza ta' dan, il-prodott lokali jissaħħaħ aktar fis-suq. Waqt żjara fil-fabbrika ta' Malta Dairy Products Ltd, li hija waħda mill-benefiċjarji, saret konferenza stampa fejn il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, tkellmu dwar is-suċċess li sar bl-implimentazzjoni tal-Miżura 4.2. Din il-miżura taqa' taħt il-Programm Għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020, fejn l-għan tagħha kien li tingħata għajnuna finanzjarja lil bdiewa jew proċessuri Maltin u Għawdxin sabiex jagħtu valur aġġunt għall-prodotti primarji tagħhom jew għall-żvilupp ta' prodotti ġodda. Il-Ministru Refalo qal li permezz ta' din il-miżura, aħna bqajna nappoġġjaw lis-settur agrikolu lokali fejn ġew magħżula 19-il benefiċjarju li qed igawdu minn total ta' 'l fuq minn €5 miljuni. Il-Miżura 4.2 ingħalqet mill-Awtorità ta' Ġestjoni u mhux se jkun hemm aktar sejħiet minħabba li wasalna fl-aħħar tal-Programm Għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020. Madankollu, il-gvern għaddej b'ħidma kontinwa sabiex jiġu preparati l-iskemi ta' għajnuna li jkopru l-perjodu 2021-2027. Il-Ministru Refalo temm id-diskors tiegħu billi wiegħed li se jibqa' jintervjeni fejn hemm bżonn sabiex tissaħħaħ is-sostenibbilà tas-settur agrikolu u li se jkompli jappoġġja kemm jiflaħ lil dawk kollha li jkunu eliġibbli għal dawn l-iskemi. Ritratt: Jeremy Wonacott Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din il-miżura hija maħsuba biex tiżviluppa u tippromwovi s-settur agrikolu, biex inkomplu nagħtu valur addizzjonali lill-prodott lokali. Il-kumpanija Malta Dairy Products Ltd hija eżempju ħaj ta' kif din il-miżura wasslet għat-tnaqqis fl-ispejjeż tal-operat tagħha, filwaqt li żiedet l-effiċjenza u l-kwalità tal-prodotti tagħha, spjega s-segretarju parlamentari. Stefan Zrinzo Azzopardi kkonkluda billi qal li, "Din il-miżura hija prova konkreta tax-xogħol kollu li qed isir biex inkomplu ninvestu u nsaħħu prodotti agrikoli Maltin u Għawdxin". Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri jew miżuri oħra jista' jsir kuntatt mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali kemm permezz ta' email fuq arpa.mafa@gov.mt , jew permezz tat-telefon fuq 22 92 61 48. Ritratt: Jeremy Wonacott Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
4
] |
Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta' persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f'Aberdeenshire fl-Iskozja. S'issa l-għadd ta' fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija ħarġet barra mil-linji wara xita qalila matul il-lejl. Fuq il-post tal-inċident issejħu mat-30 vettura ta' emerġenza fosthom air ambulance. | [
10
] |
Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku, fi stqarrija konġunta, qalu li huwa tajjeb li l-Prim Ministru qed jammetti li pajjiżna għandhom jittieħdu miżuri għal soċjetà iktar ġusta u ekonomija mingħajr l-użu tal-karbonju biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-kelliema ta' Alternattiva Dr Ralph Cassar u Samuel Muscat qalu li l-pajjiż jista' jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju jekk ma jibqax jintuża l-petrol, id-dieżel u l-heavy fuel oil, kif ukoll bi pjan serju għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u ż-żieda ta' elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli. | [
1
] |
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 5:36pm Issoktat l-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bix-xhud ewlieni llum kien il-Ministru Edward Scicluna. Il-Professur Scicluna qal li minkejja li kien Ministru tal-Finanzi ma kienx jagħmel parti mill-eqreb persuni fiċ-ċirku tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Fil-Qorti, stqarr li fl-2016 kien ta parir lil Dr Muscat biex iżomm bogħod minn Konrad Mizzi u Keith Schembri meta kien żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers. Il-Ministru Scicluna sostna li hu ma kienx involut fit-tfassil u fl-iffirmar tal-ftehim dwar il-kuntratti tal-Electrogas u l-VGH. Waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li fl-2016 kien ta parir lil ex Prim Ministru Joseph Muscat biex inneħħi mill-Kabinett lill-ex Ministru Konrad Mizzi u jżomm 'l bogħod mill-ex Chief of Staff Keith Schembri wara li sar magħruf li kellhom kumpaniji sigrieti fil-Panama. Il-Professur Scicluna qal li ma kienx jifforma parti minn dak li sejjaħ 'kitchen cabinet' ta' Dr Muscat, li kienu jagħtu l-pariri lill-ex Prim Ministru f'deċiżjonijiet importanti, fosthom il-proġett tal-Electrogas u l-kuntratt tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija VGH. Mistoqsi mill-avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi li qed jidhru parte civile għall-familja Caruana Galizia, dwar kif alloka fondi għall-proġetti bħal dak tal-Electrogas, il-Professur Scicluna wieġeb li hemm dgħufijiet fis-sistema ta' kif jiġu allokati l-finanzi. Fisser kif id-difetti fis-sistema wasslu biex ikunu approvati sensiela ta' proġetti mingħajr il-ħtieġa li jkunu approvati minnu. Żied jgħid li Projects Malta kienet tamministra dawn il-proġetti u li kieku dawn il-kuntratti tħallew f'idejn id-dekastru tiegħu, żgur li kienu jsiru aħjar. Dwar il-kuntratt li ngħata lill-Electrogas biex tibni u tmexxi l-power station il-ġdida, huwa qal li l-uniku rwol tal-Ministeru tiegħu kien li jfassal il-garanzija biex il-banek jipprovdu s-self, u dan seħħ fi stadju iżjed tard meta il-kuntratt kien diġa' ffinalizzat. Il-Professur Scicluna qal li personalment ma kienx jaf lin-negozjant Yorgen Fenech li huwa wieħed mis-sidien tal-Electorgas u tal-kumpanija sigrieta 17 Black u li allegatament ordna l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-bord tal-inkjesta, magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, l-ex Imħallef Michael Mallia u l-Imħallef Abigail Lofaro, laqa' t-talba tal-avukat Comodini Cachia li d-dokumenti tal-Mnisteru tal-Finanzi marbuta mal-kuntratt tal-Electrogas jkunu esebiti fis-seduta li jmiss. Il-Professur Scicluna qal li m'għandux problemi biex jissottometti dawn id-dokumenti minkejja li tenna li l-kuntratt tal-Electrogas kien mmaniġġjat minn Projects Malta u mhux mid-dekasteru tiegħu. | [
0,
1
] |
L-awtoritajiet Spanjoli ordnaw lir-reġjuni kollha biex jagħalqu l-istabbilimenti tad-divertiment u jipprojbixxu it-tipjip anki barra, f'żoni fejn huwa impossibbli li tkun osservata ż-żamma tad-distanza soċjali. Il-Ministru tas-saħħa Spanjol qal li l-miżuri huma maħsuba li jikkontrollaw l-imxija hekk kif iż-żgħżagħ kienu mwissija biex ma jixorbux l-alkohol u biex ma jinġabrux aktar minn 10 persuni fejn xulxin. Anki l-awtoritajiet fi New Zealand ġeddew il-perjodu tal-lockdown fl-ikbar belt fil-pajjiż, f'Auckland, b'mill-inqas 12-il jum wara li feġġew aktar każi ġodda. Sadattant, l-awtoritajiet Awstraljani sfaw fil-mira ta' kritika ħarxa wara li inkjesta uffiċjali dwar il-cruise liner Ruby Princess. L-inkjesta sabet żbalji serji fil-mod kif l-awtoritajiet ta' New South Wales immaniġjaw il-każijiet ta' Covid-19 li feġġew abbord il-vapur. L-2,700 passiġġier tħallew jinżlu f'Sydney f'nofs Marzu li għadda mingħajr ma sarilhom screening tajjeb. Aktar minn 100 minnhom ħassewhom ma jifilħux. Aktar tard, total ta' 914 irriżultaw pożittivi għall-Covid-19 u minnhom mietu 22. Il-cruise liner li kien qed iġorr maġġoranza ta' Awstraljani, kienu għadu kif temm vjaġġ ta' 11-il ġurnata minn Sydney għal New Zealand u lura. | [
1,
10
] |
Il-membru ewlenija tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, Svetlana Tikhanovskaya sejħet għall-waqfien fl-attakki vjolenti kontra d-dimostranti tal-oppożizzjoni hekk kif issejħu iżjed dimostrazzjonijiet. Uħud mis-6,700 li jappoġġjaw lill-oppożizzjoni kienu arrestati u qalu li ġew msawta minn uffiċjali tas-sigurtà bl-għaqda Amnesty International tiddeskrivi t-trattament tagħhom bħala tortura. Tnejn diġà nqatlu u għexieren indarbu waqt il-protesti li ilhom sejrin għal sitt ijiem konsekuttivi hekk kif ir-riżultat tal-votazzjoni ma kienx aċċettat mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Uniti. Tikhanovskaya nnifisha ħarbet lejn il-Litwanja wara li kienet arrestata għal seba' sigħat hekk kif issoktaw it-tensjonijiet minħabba r-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-Ħadd. L-awtoritajiet wiegħdu li se jeħilsu lill-priġuniera hekk kif l-Unjoni Ewropea heddet li timponi s-sanzjonijiet. Alexander Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994 kien iddikjarat bħala r-rebbieħ. Skont ir-riżultati uffiċjali, Lukashenko kiseb 80.1% fl-mija tal-vot filwaqt li Tikhanovskaya kisbet biss 10.12% tal-voti minkejja li l-partitarji tagħha qed jinsistu li hi kisbet l-ikbar ammont ta' voti. | [
10
] |
Imtella' Awwissu 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Awwissu, 2020 8:17pm L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta' Covid-19 fost 2,135 swab test. Qalu wkoll li fl-istess perjodu ġew iddikjarati li rkupraw 54 persuna li 44 minnhom huma immigranti li nstabu pożittivi għall-coronavirus meta ddaħħlu Malta. L-ammont ta' persuni li fiequ mill-Covid-19 f'Malta issa tela għal 762. Minn Marzu 'l hawn, ġew irreġistrati 1276 każ pożittiv ta' Covid-19 f'Malta li minnhom 505 għadhom attivi. F'konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci qalet li mill-każijiet attivi hemm ħames pazjenti li qed jinżammu fit-taqsima tal-mard infettiv fosthom anzjan li kuntrarju għall-bqija, ma jinsabx f'kundizzjoni stabbli. Il-Professur Gauci qalet li hemm tliet pazjenti oħra li jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva għax għandhom pulmonite, wieħed minnhom, raġel ta' 63 sena li jinsab fuq ventilator. Huwa għandu kundizzjonijiet mediċi oħra: dijabete u pressjoni għolja. It-tnejn l-oħra fit-Taqsima għall-Kura Intensiva huma nisa, waħda ta' 71 sena u l-oħra ta' 53 sena li ma kellhomx kundizzjonijiet mediċi u li qed jingħataw trattament bl-ossiġnu. Żiedet tgħid li hemm 16-il pazjent ieħor li qed jinżammu fl-isptar Boffa u 13 fl-Isptar St Thomas. Barraminnhekk, hemm tmien pazjenti li qed jinżammu f'iżolament fl-isptar Monte Carmeli. Qalet ukoll li hemm 77 staff minn Monte Carmeli li qegħdin fi kwarantina. Dawn huma fost total ta' 1,200 ruħ li bħalissa jinsabu fi kwarantina. Fost il-ħaddiema tas-saħħa li bħalissa qegħdin fi kwarantina, hemm 7 mill-isptar Karin Grech, persuna mill-kura primarja, 56 mill-isptar Mater Dei u 2 mill-isptar ġenerali t'Għawdex. Tista' terġa' ssegwi l-konferenza tal-aħbarjiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika hawn. Konferenza tal-Aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Konferenza tal-Aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Il-Professur Gauci twissi dwar iż-żieda fl-anzjani pożittivi għall-Covid-19 L-ilbies obbligatorju tal-maskri: fl-ewwel ġimgħa jinħarġu 109 ċitazzjonijiet Jekk għandek is-sintomi tingħata appuntament għal swab test fi żmien 24 siegħa | [
1,
8
] |
Imtella' Awwissu 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Awwissu, 2020 7:30pm L-aġenzija Moody's ikklassifikat lil Malta fil-livell A2 bi prospetti stabbli. Fir-rapport, l-ekonomisti ta' din l-aġenzija ta' kreditu kellhom kliem ta' tifħir għall-implimentazzjoni tar-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-kummissjoni Venezja. Qalu wkoll illi kieku ma seħħitx il-pandemija, l-ekonomija Maltija kienet se tkompli tikber b'mod sostenibbli u r-rating kien jitjieb iktar. Wissew li madanakollu l-Covid jista' jdgħajjef l-ekonomija, jekk tintlaqat ħażin l-industrija turistika. L-aġenzija ta' kreditu Moody's faħħret ir-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali li ġew approvati mill-Parlament fl-aħħar ta' Lulju fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa. L-ekonomisti tal-Moody's qalu li filwaqt li l-isfidi istituzzjonali relatati mas-saltna tad-dritt, il-kontroll tal-korruzzjoni u s-superviżjoni fuq il-ħasil tal-flus jibqgħu jippersistu, jqisu r-riformi li ġew adottati bħala sinjal tar-rieda tal-Prim Ministru Robert Abela biex jindirizza l-isfidi istituzzjonali tal-pajjiż. Żiedu li l-effettività tar-riformi jiddependu fuq kemm dawn jiġu implimentati u segwiti maż-żmien. Waqt li kklassifikat l-andament ekonomiku ta' Malta fil-livell A2 bi prospetti stabbli, l-aġenzija ta' kreditu internazzjonali qalet li l-profil ekonomiku ta' Malta jibbalanċja bejn d-daqs żgħir tal-ekonomija, l-andament ta' tkabbir ekonomiku u l-ġid iġġenerat fl-aħħar snin. L-ekonomisti qalu li waqt li bejn l-2011 u l-2019, il-bilanċ bejn id-dejn tal-Gvern u t-tkabbir ekonomiku naqas, il-pandemija se twassal biex tħarbat it-tkabbir ekonomiku mbassar għal din is-sena fosthom minħabba t-tnaqqis sinifikanti fit-turiżmu. Intqal li qed jistennew li l-impatt tal-COVID fuq l-ekonomija jkun limitat u Malta terġa tirritorna għat-tkabbir ekonomiku s-sena d-dieħla. It-tbassir tal-ekonomisti ta' Moody's huwa li din is-sena l-ekonomija Maltija ser tonqos b'6.9 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross minħabba l-impatt tal-pandemija u qed jistennew li s-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija tirpilja mill-effetti tal-pandemija bi tkabbir ekonomiku ta' 3.9 fil-mija. Bil-miżuri ta' emergenza li ittieħdu biex jilqgħu għall-effetti tal-coronavirus, l-ekonomisti qed ibassru li din is-sena, il-Gvern ser ikollu defiċit rekord ta' 10.3 fil-mija wara snin ta' surplus waqt li d-dejn tal-Gvern imqabbel proporzjonalment mal-ġid tal-ekonomjia se jitla għal madwar 56.6 fil-mija. | [
1,
4,
8
] |
Imtella' Awwissu 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Awwissu, 2020 7:57am Eluf ta' Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta' kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min jidħol minn Franza. L-14-il ġurnata kwarantina tgħodd ukoll għal min jidħol lura fir-Renju Unit minn Malta, l-Olanda u Monaco. Rapporti qed jgħidu li l-prezzijiet tal-ferroviji u tal-linji tal-ajru żdiedu sew fl-aħħar sigħat li matulhom eluf ta' Ingliżi biddlu l-biljetti tagħhom biex ifittxu jmorru lura d-dar mingħajr kwarantina. | [
10
] |
Fil-qalba ta' għadd ta' rziezet il-ġmiel tagħhom fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar Eric Vella jrabbi n-nagħaġ. Ta' 12-il sena, Eric kien diġà jrabbi l-bhejjem u minkejja li l-linja li għażel mhux dejjem ward u żahar daħal għax-xogħol tar-raba' b'ruħu u b'ġismu. Fir-razzett tal-familja fl-Imbordin lil Eric jagħtuh daqqa t'id martu, ħuħ, missieru u z-zijiet. Flimkien, jiġbdu ħabel wieħed bil-għan li f'Ottubru jibdew jagħmlu l-ġbejniet, lussu kulinarju fi ħdan il-kċina Maltija. F'kummenti lil tvm.com.mt Eric spjega li minkejja l-qilla tax-xemx li taħkem ġmielu 'l-gżejjer Maltin fl-eqqel t'Awwissu bħalissa qed jeħleb in-nagħaġ. Qal, li fl-aħħar tax-xahar lin-nagħaġ iħallilhom il-ħrief magħhom għal madwar xahar qabel ma tibda l-produzzjoni tal-ġbejniet f'Ottubru. Produzzjoni, li din is-sena Eric se jkun jista' jagħmilha bil-kumdità kollha r-razzett stess hekk kif spjegalna li fl-aħħar jiem ħariġlu l-permess biex jarma fuq il-modern skont il-bżonn. Mistoqsi jekk il-kompetizzjoni ta' barra tbeżżgħux, Eric sostna li fil-fehma tiegħu ebda prodott fid-dinja ma jħabbatha ma' dak frisk li jikber fi xtutna. Spjega, li fil-gżejjer Maltin kollox jikber f'ħinu u f'waqtu skont l-istaġun tiegħu u li dan ikattar it-tjubija tal-prodott lokali bil-bosta. Eric Vella – irabbi n-nagħaġ "Fih is-sagrifiċċji hux 😪. Ma npartu ma' xejn. Hawn irrid noqgħod 🥰!"Ta' 12-il sena 😮 Eric Vella kien diġà jrabbi l-bhejjem. Illum, għandu 40 u għadu jrabbi n-nagħaġ 🐑. F'Ottubru jibda l-ġbejniet 🍴!Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/ir-razzett-ma-jpartu-ma-xejn-hidma-sfieqa-biex-fottubru-jibda-l-gbejniet/Eric Vella Malta Youth in Agriculture | [
1,
7,
16
] |
Żewġ Sudaniżi qed jinżammu arrestati fuq sensiela ta' serqiet li wettqu lbieraħ fil-Marsa. Mohamed Tajeb Adam ta' 23 sena u Mahmud Isara ta' 19-il sena tressqu l-Qorti mixlija b'serq wara li nqabdu mill-Pulizija waqt rondi li kienu qed jagħmllu fi Triq Derby. Jirriżulta li raġel mill-Mali u ieħor mill-Eritrea qalu lill-Pulizija li kienu għadhom kif spiċċaw vittmi ta' serq minn żewġ persuni, b'wieħed minnhom saħansitra jgħid li ġie aggredit b'sikkina qabel serquh. Minn tfittxijiet li saru mill-Pulizija nstab li ż-żewġt irġiel kienu fil-pussess ta' ċwievet, mobiles u ammont ta' flus kontanti. Is-Sudaniżi qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. Fil-Marsa: Għajjat iwassal għall-arrest ta' żewġ żgħażagħ – persuna tinsab midruba gravi | [
0,
1,
8
] |
Imtella' Awwissu 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Awwissu, 2020 4:22pm Iż-żewġ ċentri tas-swab tests ġodda jinsabu wieħed fl-isptar St Thomas f'Ħal Qormi u l-ieħor fl-isptar St James f'Burmarrad. F'konferenza tal-aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li bil-ftuħ ta' dawn iż-żewġ ċentri ġodda, min qed iċempel fuq 111 jekk ikollu sintomi li huma relatati mal-Covid-19, qed jingħata appuntament fi żmien 24 siegħa. Qalet li f'dawk il-każijiet urġenti, l-appuntamenti jingħata mill-ewwel filwaqt li min qed iċempel għal appuntament u m'għandux sintomi, iżda xorta jixtieq jagħmel it-test, qed jingħata appuntament fi żmien erbat ijiem. Il-Professur Gauci qalet li matul din l-aħħar ġimgħa żdiedu l-ammont ta' swab tests għal 13,239 swab test. Minnhom fl-aħħar ġimgħa instabu total ta' 299 każ pożittiv għall-Covid li ma jinkludux l-immigranti u fiequ 38 ruħ. Qalet li fl-aħħar ġimgħa nstabu 25 persuna pożittivi għall-coronavirus, li attendew Paceville jew post ieħor tad-divertiment biex issa dan il-grupp ta' persuni pożittivi għall-Covid-19 tela għal 58 ruħ. Qalet ukoll li ma nstab ħadd aktar pożittiv għall-Covid-19 mill-grupp li attenda l-party Take Over fil-lukanda Radisson biex b'hekk l-ammont ta' persuni f'dan il-grupp baqa' ta' 20 ruħ. Mill-grupp li attenda għall-festa ta' Santa Venera, fl-aħħar ġimgħa nstabet persuna oħra pożittiva għall-virus biex l-ammont ta' dan il-grupp issa tela' għal 34. Mill-grupp ta' Monte Carmeli hemm total ta' 12-il ruħ, tmien pazjenti u erba' staff. Il-Professur Gauci qalet li matul din il-ġimgħa irriżultaw pożittivi 29 persuna li attendew għal xi festin tal-Griżma jew kellhom ikliet ma' tal-familja fost oħrajn. Mill-grupp tal-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż, żdiedu tliet persuni mal-14 li nstabu fil-ġimgħa ta' qabel biex issa l-ammont ta' persuni f'dan il-grupp tela għal 17. Dwar il-każijiet sporadiċi li jfisser li ma jkunx magħruf kif il-persuni ġew infettati, il-Professur Gauci qalet li huwa mportanti li jiġu nvestigati biex l-awtoritajiet tas-saħħa jsibu minn fejn ikunu ħaduha biex tkun magħrufa t-trassmissjoni fil-komunità. Qalet li jista' jkun li malli jgħaddu ftit jiem ikunu jistgħu jagħqduhom f'xi grupp ġdid jew eventwalment jiġu traċċati għal gruppi oħrajn. 31 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 54 Il-Professur Gauci twissi dwar iż-żieda fl-anzjani pożittivi għall-Covid-19 | [
1,
8
] |
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci esprimiet tħassib li fl-aħħar ġimgħa kien hemm aktar anzjani li ħarġu pożittivi għall-COVID-19. Qalet li għalkemm il-maġġoranza tal-każijiet huma f'nies iżgħar fl-età, qegħdin bil-mod jiżdiedu l-każijiet fost persuni anzjani. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Professur Gauci qalet li ħafna pazjenti qed ikollhom sintomi ħfief u li beda jkun hemm trażmissjoni mill-persuni żgħar għall-anzjani u persuni vulnerabbli. Tenniet li l-infezzjonijiet tal-coronavirus fost l-anzjani u l-vulnerabbli tinkwietha lill-awtoritajiet għaliex hemm riskju akbar li jkun hemm kumplikazzjonijiet. Qalet li għalkemm iċ-ċifri għandhom baxxi, l-anzjani u persuni vulnerabbli jridu jipproteġu lilhom infushom. Dwar it-testijiet li se jibdew isiru fl-ajruport lill-passiġieri li jaslu Malta, il-Professur Gauci qalet li qed tiġi analizzata s-sitwazzjoni f'pajjiżi oħra barra minn Malta, bl-awtoritajiet qed jaraw mhux biss l-għadd ta' każi imma anke l-ammont ta' testijiet li qed isiru. Mistqosija dwar il-vaċċin, il-Professur Gauci qalet li tal-vaċċin tar-Russja mhux fost id-disa' tipi ta' vaċċin msemmija mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Qalet li Malta ngħaqdet mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jixtru l-vaċċin flimkien. Qalet li r-rata ta' trasmissjoni tal-virus qabżet il-wieħed – jiġifieri persuna infettata tgħaddi l-virus lil persuna oħra fil-komunità. Appellat biex jibqgħu jiġu osservati l-prinċipji taż-żamma tad-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn. 31 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 54 Jekk għandek is-sintomi tingħata appuntament għal swab test fi żmien 24 siegħa | [
1,
2,
8
] |
Raġel ta' 47 sena minn Bormla ammetta li seraq diversi litri ta' diesel minn numru ta' vetturi u li għamel ħsara lill-istess vetturi fix-Xewkija u r-Rabat Għawdex. Fi stqarrija l-pulizija qalet li r-raġel tressaq il-Qorti t'Għawdex u ġie akkużat li wettaq dawn ir-reati fil-lejl ta' bejn is-7 u t-8 t'Awwissu u fil-lejl ta' bejn it-13 u l-14 t'Awwissu, 2020 fi Triq il-Madonna ta' Rummiena, x-Xewkija u fi Triq San Leonardu, r-Rabat. Hu ġie akkużat li laqa' għandu oġġetti misruqa, li saq vettura mingħajr ma' kien kopert bil-polza tas-sigurta' u liċenzja tas-sewqan kurrenti u li renda lilu nnifsu reċidiv. Il-Maġistrat Brigitte Sultana se tagħti s-sentenza fid-19 t'Awwissu. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
0,
1,
8
] |
Il-Familja Abela, li ħmistax ilu kellha tittieħed l-isptar wara li waqgħet parti mis-saqaf tal-kamra tas-sodda fuqha f'nofs ta' lejl, ingħatat akkomodazzjoni alternattiva sakemm isir ix-xogħol ta' tiswija u jitneħħa l-periklu mill-appartament tagħhom. Il-kap Eżekuttiv tal-awtorità tad-djar appella biex ma jsiru l-ebda tibdil strutturali fl-appartament jekk mhux bl-approvazzjoni tal-awtorità. Ħmistax ilu ħadu l-qatgħa ta' ħajjithom meta spiċċaw maħsuda f'nofs ta' lejl għax kienet waqgħet galletta mis-saqaf. Sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa fl-appartament tagħhom fi Triq it-Tarzna fl-Isla, il-familja Abela ingħatat akkomodazzjoni temporanja fl-Imsida. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li tliet snin ilu saru tiswijiet fl-appartament tal-familja Abela wara li beda ħiereġ l-ilma mill-kamra tal-banju tal-appartament ta' fuqhom. Is-Sur McKay qal iżda li wara ingħalaq il-każ. "Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li din il-kamra tas-sodda, oriġinarjament u skond il-pjanti kellha tkun il-kamra tal-banju u tajjeb wieħed isemmi li tgħattiet b'suffitt u ma stajniex naraw il-problema li kienet qed tinbena," qal il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay. Is-Sur McKay saħaq li fl-appartamenti mikrija mingħand l-awtorità tad-djar m'għandu jsir l-ebda xogħol ta' alterazzjoni, inkluż li jinbidel l-iskop tal-kamra, jekk mhux bl-approvazzjoni tal-awtorità. Kompla li l-awtorità ikollha mal-200 talba fix-xahar għall-tiswijiet f'appartamenti tagħha li lkoll jiġu spezzjonati minnufih. Qal li filwaqt li f'każi ta' tiswijiet żgħar, il-familji jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-istess apprtament, f'oħrajn fejn il-periti jqisu li l-ħsara strutturali tkun meqjusa bħala perikoluża, il-familji jiġu rilokati. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità appella għall-kooperazzjoni tar-residenti biex jieħdu ħsieb il-binja mikrija lilhom. Nitlob lil familji biex iżommu manteniment regolari bħal taħlib u żebgħa u xogħolijiet oridinarji għax hekk naraw li ma jkunx hemm periklu għalihom. Is-Sur McKay qal li l-awtorità tad-djar kull sena tinvesti aktar minn żewġ miljun u ħames mitt elf ewro f'tiswijiet fil-madwar 7,000 appartament li għandha mikrija. | [
1,
8
] |
Imtella' Awwissu 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Awwissu, 2020 7:21pm Biex itaffu mis-sħana tas-Sajf, bosta jerħulha lejn il-baħar biex jiffriskaw ftit, b'uħud mill-għawwiema jkunu jixtiequ jieħdu magħhom lill-klieb tagħhom. Iżda l-postijiet għall-għawm tal-klieb huma limitati għal 8 f'Malta u 2 f'Għawdex, bil-parti l-kbira tagħhom għandhom problema ta' aċċessibilità. Sidien tal-klieb li tkellmu ma' TVM qed jitolbu biex ikun hawn iktar bajjiet fejn ikunu jistgħu jniżżlu l-klieb tagħhom il-baħar, bil-Ministeru għall-Ħarsien tal-Annimali qal li lest jikkonsulta biex tiżdied il-lista ta' bajjiet għall-għawm tal-klieb. Fil-bajja ta' xatt is-sajjieda f'Marsaxlokk, hemm tabella li tispeċifika li l-klieb ma jistgħux jgħumu fiha. Dan minkejja li l-bajja ta' Marsaxlokk hija fost għaxar żoni fejn skont l-avviż legali ippubblikat fil-gazzetta tal-gvern fl-2013, il-klieb jistgħu jgħumu fihom. It-tmien bajjiet f'Malta fejn il-klieb jistgħu jittieħdu jgħumu huma f'Daħlet ix-Xmajjar fiż-żona tal-Aħrax u qrib it-Torri l-Abjad l-Armier, il-bajja tal-Imġiebaħ Selmun, iż-żona ta' wara l-Isplash and Fun Baħar iċ-Ċagħaq, iż-żona ta' Tigne Point Tas-Sliema, il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, il-Ponta taż-Żonqor Wied il-Għajn, ix-xatt tas-Sajjieda f'Marsaxlokk. F'Għawdex, il-klieb jistgħu jgħumu biss fi Mġarr ix-Xini u l-Bajja tax-Xwejni f'Marsalforn. "Dawk huma l-postijiet li hemm fil-gazzetta tal-gvern huma identifikati u huma dawk il-postijiet fejn jistgħu jieħdu lill-klieb tagħhom jgħumu,dan wara kollox għandhom kull dritt biex jieħduhom jgħumu wkoll," qal il-Ministru għall-Ħarsien tal-Annimali Anton Refalo. Uħud mis-sidien tal-klieb li tkellimna magħhom esprimew id-diffikultà li jsibu biex jieħdu lil klieb tagħhom jgħumu, fosthom minħabba n-nuqqas ta' aċċessibilità għalihom. Qalu li minkejja li ma jippretendux li għandhom jieħduhom fuq il-bajjiet tar-ramel li huma ipprojbiti għall-klieb, huwa kważi impossibli li jsibu bajja fejn il-klieb jitħallew jgħumu mingħajr problemi. Is-sidien tal-klieb qalu wkoll li huwa kważi impossibli li klieb ta' daqs medju u kbir jinżammu biċ-ċinga il-ħin kollu waqt li jkunu fuq il-bajjiet. Iżda bil-liġi huma obbligati jżommu l-klieb biċ-ċinga fuq il-bajja u jneħħuhielhom x'ħin iniżżluhom fil-baħar. L-iktar li tiffrustra lis-sidien tal-klieb iżda li ġieli sabu tabelli ma' wiċċhom li ma jistax isir għum minn klieb f'xi waħda mill-10 bajjiet permessi bil-liġi. Il-Ministru Anton Refalo qal li t-tqegħid ta' tabelli fil-bajjiet fejn huwa permess li jsir l-għum mill-klieb huma illegali. "Ma jistgħux għax dawk huma postijiet maħruġin fil-gazzetta tal- gvern fejn hemmhekk huwa permess li jieħdu l-annimali tagħhom il-klieb tagħhom jgħumu… imma hemm xi kunsilli lokali li qed jagħmlu tabelli? dawk huma illegali," qal il-Ministru Refalo. Il-Ministru Refalo qal li l-gvern irid jirrikonċilja l-interessi ta' dawk kollha li jagħmlu użu mill-bajjiet fis-Sajf. Qal ukoll li l-gvern qed jikkunsidra li jirrevedi il-liġijiet eżistenti u jżid iż-żoni li fihom jista' jsir għawm mill-klieb wara li jikkonsulta mal-partijiet involuti. | [
1,
7,
8
] |
Imtella' Awwissu 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Awwissu, 2020 7:08pm Mara ta' 43 sena mill-Awstrija ttellgħet mejta mill-baħar wara li l-Ġimgħa filgħodu ntlemħet bla ħajja qrib il-bajja ta' San Blas f'Għawdex. Sorsi qalu li l-mara x'aktarx mietet b'kawża naturali. Il-Pulizija qalu li kien għal ħabta tad-9 a.m. x'ħin ġew infurmati li kien hemm katavru fil-baħar. Kif il-Pulizija marru fuq il-post sabu żewġ persuni li kienu lemħu l-katavru waqt li ssejħu membri tal-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili biex il-katavru jiddaħħal fil-Port tal-Imġarr. Tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex marru fuq il-post u ċċertifikaw lil mara mejta. Aktar tard il-mara ġiet identifikata bħala Awstrijaka ta' 43 sena. Il-Maġistrat Monica Vella ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet. | [
1,
2,
8
] |
Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u l-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta, assistiti minn membri tad-Dipartiment tad-Dwana, ilbieraħ arresta żewġt irġiel, wieħed ta' 54 sena residenti s-Swieqi u l-ieħor ta' 26 residenti l-Marsa fuq allegat każ ta' serq ta' sigaretti. Mill-investigazzjoniet li saru f'operazzjoni konġunta, irrizulta li s-serq tas-sigaretti sar minn maħżen fix-Xatt tal-Belt Valletta, fil-bidu ta' Lulju, 2020. Fi stqarrija l-pulizija qalet li wara jiem ta' stħarriġ b'rabta ma' dan is-serq, ilbieraħ għall-ħabta tal-5 p.m. isokktat l-operazzjoni fi Triq il-Qatta, fis-Swieqi. Hemmhekk, il-Pulizija flimkien ma' membri tad-Dwana, daħħlu f'apartament fl-imsemmija triq u arrestaw liż-żewġt irġiel. Minn tfittxija li saret, instabu 13-il kaxxa li kien fihom madwar 6,500 pakkett bi kważi 130,000 sigarett. Allegatament, dawn is-sigaretti kienu se jinbiegħu b'kuntrabandu, b'uħud mill-kaxxi diġà mgħobbija f'vettura ta' wieħed millirġiel. Iż-żewġt irġiel qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
1,
8
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 5:59pm Fil-Port il-Kbir, fis-7 p.m. tibda il-Valletta Pageant of the Seas. Fl-ispettaklu se jsiru tlielaq kompetittivi, dimostrazzjonijiet viżwali, spettakli fl-ilma u ċelebrazzjonijiet kkuluriti. Fl-avveniment organizzat kull sentejn mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt , din is-sena se jkun taħt id-Direzzjoni Artistika ta' Chris Baldwen. L-ispettaklu li se jixxandar dirett fuq TVM2 u aktar tard fuq TVM, qed jieħdu sehem iktar minn 100 persuna, fosthom numru ta' komunitajiet lokali fi tlielaq fuq dghajjes u bċejjeċ ohra tal-baħar ddisinjati u maghmula apposta għall-gurnata. L-ewwel attività kienet Tellieqa Telliqun – tellieqa divertenti fuq cattri maghmulin mill-parteċipanti mingħajr l-użu ta' mutur jew qdief. Ir-raftijiet huma kollha magħmula minn materjal riċiklat u fuqhom l-parteċipanti iridu jaqsmu mill-Isla sal-Belt. Wara jkun hemm ir-regatta tan-nisa. Ma nżul ix-xemx, l-atmosfera se tinbidel f'wirja tal-logħob tan-nar u effetti bid-dwal spettakolari. Dan l-ispettaklu se jkun parti mill-ispettaklu imsejjaħ 'Il-Mappa', li jiffoka fuq uħud mill-artiġġjani tal-Belt Valletta. Il-qlugħ ta' dawn id-dgħajjes ser ikunu qiegħdin jintużaw biex fuqhom jixxandru animazzjonijiet viżwali u mill-istejjer fuq il-qlugħ tad-dgħajjes, se jkunu riflessi l-ġrajjiet u l-valuri tal-Belt. | [
1,
6
] |
Il-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern ħabbret li se tipposponi l-elezzjoni ġenerali b'erba' ġimgħat minħabba l-firxa tal-Covid 19, u għalhekk id-data l-ġdida għall-elezzjoni hija 17 ta' Ottubru. L-elezzjoni kellha ssir fid-dsatax ta' Settembru. Jacinda Ardern kienet taħt pressjoni biex tipposponi l-elezzjoni minħabba l-firxa tal-virus fl-ikbar belt tal-pajjiż Auckland fejn sa issa għandhom 102 każ. Dwar dan Ardern għandha l-appoġġ kemm mid-deputat Prim Ministru Winston Peters u anki mill-oppożizzjoni li lkoll talbu biex l-elezzjoni tiġi posposta. U dan għaliex il-kampanja għal din l-elezzjoni ma tistax issir minħabba li l-attivitajiet tal-massa ġew ikkanċellati kawża tal-pandemija. L-Oppożizzjoni akkużat lil Ardern li qed tuża l-pandemija biex tiggwadanja politakament għax taf li l-partit fl-oppożizzjoni ma jistax jagħmel kampanji mal-mases ta' nies. Ardern qalet li filwaqt li biddlet id-data tal-elezzjoni qalet lill-gvernatur ċentrali li m'għandha ebda ħsieb li terġa' tbiddel id-data. Skont il-liġi ta' New Zealand l-elezzjoni għandha ssir qabel il-21 ta' Novembru. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 8:29am Lura f'postu l-kwadru titulari tal-kappella ta' Kemmuna wara sena ta' restawr estensiv. Il-kwadru bit-titlu 'Ir-Ritorn mill-Eġittu', juri lill-Familja Mqaddsa sejra lura Nazaret mill-Eġittu. Ir-Rettur tal-kappella ta' Kemmuna, Dun Ġużepp Attard, qal li l-figuri li jidhru f'din il-pittura huma Ġesù, Marija, San Ġużepp u l-anġlu, li kollha għandhom rwol importanti f'din il-pittura. "Ġesù qiegħed imexxi kważi kollox HU għax qiegħed fl-ewwel post, però hemm Marija qiegħda żżommm mill-polz lil Ġesù. Is-soltu huwa Ġesù li jaqbad mill-polz lil dawk li fejjaq, li ħeles mill-ħażen jew mid-dnub. Did-darba Marija qiegħda kważi kważi tikkmandah kif għamlet fit-tieġ ta' Kana. Dun Ġużepp spjega li l-anġlu jidher qed ikellem lil San Ġużepp u jgħidlu jirritorna lejn Nazaret minħabba li kien importanti li t-tfulija ta' Ġesu', li f'dan il-kwadru jidher ta' madwar 8 snin, tkun f'Nazaret. L-istoriku tal-arti Sandro Debono qal li dan ix-xogħol tas-seklu 18 hu mnebbah minn inċiżjoni ta' kwadru importanti li kien tpitter minn Giovanni Battista Paggi għall-Knisja ta' Santa Marija degli Angeli f'Genova. "B'xi mod din l-inċiżjoni waslet f'idejn il-pittur li pitter il-kwadru għall-kappella ta' Kemmuna. Kollox jindika li hu Carlo Zimach. Kien qassis. Kien marbut ħafna man-Nadur fil-fatt telaq minn Ħaż-Żebbuġ u mar Nadur u hemmhekk pitter bosta xogħolijiet għall-Knisja tan-Nadur. Nafu b'xogħolijiet li huma iffirmati tiegħu li jinsabu kemm Ħal Għaxaq kif ukoll postijiet oħrajn u permezz tagħhom stajna naslu għal attribuzzjoni ftit iktar iffukata fuq l-awtur ta' dan il-kwadru." Ir-restawratur Pierre Bugeja spjega fiex kien jikkonsistu dan ix-xogħol ta' restawr fuq il-kwadru titulari tal-kappella ta' Kemmuna. "Dan il-kwadru kien stat ħażin, apparti dak li hu estetiku kien jidher skur bil-verniċ u hekk, kellu min-nofs 'l isfel b'diversi ħsarat, kien hemm iż-żebgħa qegħda tinqala', kien hemm partijiet oħra fejn inqalgħet u kien jidher li kien hemm intervent massiv fuq dan il-kwadru." Pierre Bugeja qal li f'interventi li saru fil-passat intuża materjal bħal hard metal li hu materjal prattikament irriversibbli u hu għalhekk li x-xogħol ta' restawr kien wieħed estensiv. Ix-xogħol ta' dan ir-restawr għamel tajjeb għalih il-Bank of Valletta. | [
1,
2,
6
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 4:59pm Il-Prim Ministru Robert Abela ttratta l-qagħda tal-Coronavirus meta wieġeb għal domandi ta' ġurnalisti fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista. Dr Abela ħabbar li b'effett immedjat, immigranti li jidħlu Malta morda bil-Covid-19 mhux se jibqgħu jingħadu mal-istatistika uffiċjali tal-każi attivi. B'hekk mit-total ta' infezzjonijiet mindu feġġ l-ewwel każ f'Malta tnaqqsu 137 li kienu immigranti li waslu Malta u nstabu pożittivi għall-virus. It-total ta' każi ġie rivedut għal 1,306. Il-Prim Ministru qal li l-Ħadd wara nofsinhar se jiltaqa' mad-Deputat Prim Ministru u mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fiċ-ċirkustanzi ta' bħalissa. Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, qal li l-prijorità kienet, għadha u se tibqa' s-saħħa tal-poplu. Dr Abela qal li l-pajjiż irnexxielu jikkonvinċi liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex l-immigranti pożittivi għall-Covid-19 f'Malta ma jibqgħux jitqiesu mat-total ta' każ attivi fil-pajjiż. Il-Prim Ministru rrefera għall-istatistika Ewropea u qal li Malta hi l-pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-inqas imwiet bil-Covid-19 u bl-inqas għadd ta' persuni infetatti. Dr Abela qal li Malta qed tagħmel mat-tliet darbiet aktar testijiet minn pajjiżi oħra biex jinstabu persuni morda bil-virus. Dr Abela qal li se jiżdied l-ittestjar fl-ajruport minkejja li dan se jikkawża diffikultajiet loġistiċi. Il-Prim Ministru iżda għamilha ċara li ma jridx li jġib lin-nies priġunieri f'darhom. Wera l-fehma li b'miżuri aggressivi, in-nies jittrawmattizaw ruħhom u għalhekk qal jeħtieġ bilanċ biex tkun protetta s-saħħa pubblika b'miżuri li sejjaħ diretti u kliniċi. Innota li d-distanza soċjali mhix tinżamm u talab għal iktar dixxiplina fosthom fl-ilbis tal-maskri. Il-Prim Ministru rrefera għal sejħiet għar-riżenja tal-Ministru għat-Turiżmu u appella biex inwarrbu l-interessi politiċi ħalli l-pajjiż jibqa' ffukat biex jiġġieled il-pandemija. Dr Abela rrikonoxxa li l-Gvern seta' ħadem aħjar mindu faqqgħet l-imxija iżda fakkar li din kienet sitwazzjoni li d-dinja qatt ma rat bħalha. Dwar il-ftuħ tal-iskejjel, Dr Abela qal li d-direzzjonijiet jingħataw mingħand is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Qal li hu kruċjali li l-iskejjel jiftħu u t-tfal imorru l-iskola. Irrimarka li l-komunikazzjoni tal-Gvern man-nies se tiżdied ħalli jkunu infurmati b'dak li qed jiġri anki dwar l-andament ekonomiku. L-għada li l-Avukat Ġenerali ta lill-President d-data meta se jirriżenja, il-Prim Ministru qal li se jitlob biex l-ittra ta' riżenja tkun ippubblikata ħalli n-nies jkunu jafu r-raġunijiet għaliex Dr Peter Grech ħa din id-deċiżjoni. Dr Abela qal li l-Gvern hu determinat li jkompli jgħin aktar nies, speċjalment liż-żgħir, li qal se jkun prijorità għall-budget li ġej. | [
1,
6,
12
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 8:28am Il-President tal-Belarussja Alexander Lukashenko qal li ġie mwiegħed appoġġ militari mill-President tar-Russja Vladimir Putin, f'każ ta' theddid militari minn barra l-pajjiż. Lukashenko, li ilu fil-poter sa mill-1994, kien qed jitkellem fl-isfond ta' protesti kbar li għadhom għaddejjin fil-pajjiż, bid-dimostranti jemmnu li l-elezzjoni presidenzjali li fiha Lukashenko kiseb fuq 80% tal-voti kienet imbagħbsa. Il-kandidata ewlenija tal-oppożizzjoni, Svetlana Tikhanovskaya, li m'aċċettatx ir-riżultat, fittxet refuġju fil-Litwanja wara li nżammet arrestata għal seba' sigħat. Żewġ persuni mietu fil-protesti, u s'issa huwa kkalkulat li ġew arrestati mas-6,700 dimostrant, b'bosta jallegaw li ġew ittorturati (filmat). Meta ddikjara l-appoġġ militari tar-Russja, Lukashenko għamel referenza għal attivitajiet tan-NATO li għaddejjin fil-pajjiżi ġirien, prinċipalment fil-Polonja u l-Litwanja. Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea qablu li joħorġu sanzjonijiet kontra uffiċjali tal-Belarussja responsabbli għal falsifikazzjoni, waqt li l-Istati Uniti kkundannat l-elezzjoni u ddeskrivitha bħala waħda mhux ħielsa u lanqas ġusta. Tiħrax l-oppożizzjoni fil-Belarussja wara riżultat kontroversjali ta' elezzjoni presidenzjali | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 9:41am Il-bastiment Ġappuniż li minnu ħareġ tunnellati ta' fjuwil 'il barra mill-kosta ta' Mauritius, inqasam fi tnejn. L-MV Wakashio b'4,000 tunnellati ta' fjuwil abbord, nkalja ma' sikka tal-qroll 'il barra mill-gżira fl-oċean Indjan fil-25 ta' Lulju u kkawża emerġenza ekoloġika. Ħafna mill-fjuwil inġabar iżda l-kundizzjoni tal-vapur ħżienet tant li nqasam fi tnejn. Huwa maħsub li abbord il-bastiment għad hemm mad-90 tunnellata ta' fjuwil Mauritius hija magħrufa għas-sikek tal-qroll u għat-turiżmu. Mauritius qal li se jfittex lis-sid tal-bastiment għad-danni. Il-kumpanija Ġappuniża Nagashiki Shipping wegħdet li tirrispondi għat-talbiet għall-kumpens. Jibda ħiereġ iż-żejt fil-baħar minn bastiment li nkalja 'l barra minn Mauritius | [
1,
7,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 6:22pm L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 294,237 każ ġdid ta' coronavirus – l-akbar għadd ta' każi f'ġurnata waħda mill-bidu tal-pandemija. Aktar minn 21 miljun persuna ġew infettati mill-COVID-19 u aktar minn 771,000 tilfu ħajjithom skont l-Universita Johns Hopkins. Il-każi qed ikomplu jiżdiedu f'ħafna pajjiżi – li fil-bidu deher li rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Togħla r-rata ta' tfal infettati bil-covid-19 Fl-Istati Uniti, qed togħla r-rata ta' infezzjonijiet tal-coronavirus fit-tfal. Skont iċ-ċentri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, in-numru u r-rata ta' każi fit-tfal żdiedet minn Marzu għal Lulju – 7.3% tal-każi kollha fil-pajjiż huma tfal. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 5:55pm In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jrid inkjesta fl-impjieg mal-gvern ta' Aldo Cutajar, li serva bħala konslu ġenerali ta' Malta għal Shanghai, u li llum tressaq il-Qorti akkużat b'ħasil ta' flus . Dwar il-każ, in-Network tas-Soċjetà Ċivili li talab li ssir inkjesta, billi skont l-istess network Aldo Cutajar kien intbagħat il-ħabs fuq miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi u l-qorti ordnat li ma jitħalliex jerġa' jaħdem mal-gvern. Qal li Mario Cutajar u l-Ministru Carmelo Abela għandhom jiġu sospiżi jew iwarrbu minn jeddhom sakemm l-inkjesta ssib li huma m'għamlu xejn ħażin. L-għaqda Repubblika wkoll sejħet għar-riżenja ta' Mario Cutajar. Repubblika qalet li s-Sur Cutajar hu l-kap tas-Servizz Pubbliku li ppermetta li ħuh, li fl-2005 ngħata interdett perpetwu mill-Qorti, jintbagħat jaħdem fl-Ambaxxata fiċ-Ċina fl-2016 u sentejn wara nħatar konslu f'Shanghai. L-għaqda Repubblika qalet li dan hu falliment istituzzjonali serju li Mario Cutajar hu responsabbli għalih. Ara hawn ir-reazzjoni ta' Mario Cutajar dwar il-każ: "M'għandi l-ebda rabta jew l-iċken idea fuq l-operat ta' ħija" – Il-Kap taċ-Ċivil | [
1,
6,
12
] |
Fl-ajruport ta' Fiumicino f'Ruma bdew isiru t-testijiet għall-coronavirus hekk kif fl-Italja żdiedu l-każi tal-virus. Il-passiġieri minn Malta, Spanja, il-Greċja u l-Kroazja ntlaqgħu f'żona riservata u iżolata fl-ajruport għal swab test mill-imnieħer u l-gerżuma. Wara t-test, il-passiġieri jridu joqogħdu fi kwarantina sakemm jistennew ir-riżultat tat-test. Mindu faqqgħet il-pandemija fi Frar li għadda, fl-Italja qabżu l-35,000 l-għadd ta' persuni li tilfu ħajjithom minħabba l-virus. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 8:27am Restorant fiċ-Ċina talab apoloġija wara li beda jħeġġeġ lin-nies jintiżnu qabel jidħlu fil-ħanut, biex imbagħad jagħtihom suġġerimenti għall-ikel skont il-piż tagħhom. Ir-restorant f'Changsha poġġa żewġ imwieżen kbar fid-daħla tal-bieb, bil-klijenti li setgħu jniżżlu app li ttihom suġġerimenti addattati għalihom mill-menu. Tpoġġew ukoll tabelli li jħeġġu lill-klijenti jlaqqtu l-platt. It-tmexxija tar-restorant qalet li ma kienet sfurzat lil ħadd biex jintiżen, u li kienet qed tikkontribwixxi għall-kampanja nazzjonali mnedija din il-ġimgħa kontra l-ħela tal-ikel. Meta nieda l-kampanja 'Laqqat il-platt', il-President taċ-Ċina Xi Jinping qal li l-ammont ta' ikel li qed jintrema fil-pajjiż huwa xokkanti. Wara din id-dikjarazzjoni l-assoċjazzjoni tal-catering f'Wuhan appellat lir-restorantiera biex jibdew jillimitaw l-ammont ta' platti li jservu lill-klijenti, fejn l-imwejjed iridu jordnaw platt inqas mill-ammont ta' persuni fil-grupp. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 10:37am Ġieli ltqajt ma' ħlejqa bħal din meta kont qed tgħum f'waħda mill-bajjiet tal-gżejjer Maltin? X'aktarx li le, għax skont il-biologu marittimu Alan Deidun, din hija xena kemmxejn rari. It-tajra, li ġġib l-isem xjentifiku Pteroplatytrygon violacea u bil-Malti nsejħuha 'boll', intlemħet fl-aħħar jiem fil-l-Ħofriet, f'Dellimara, minn persuni li daħlu f'din il-bajja bid-dgħajsa. Il-Professur Deidun qal li għall-kuntrarju ta' 'stingrays' oħra, din l-ispeċi żżomm ruħha fil-wiċċ, iżda xorta tixbah speċi oħra tax-xorta tagħha, għaliex kif jixhed l-isem bl-Ingliż, għandha denbha jniġġeż. | [
1,
7
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 10:59am Raġel ta' 24 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar dal-lejl safa ferut gravi f'argument fil-Qawra. Il-Pulizija qalet li kienu għall-ħabta ta' nofsillejl meta fl-Għassa tal-Qawra daħal raġel Sirjan b'xi dmija u rrapporta li kien ġie attakkat minn xi persuni barranin fi Triq it-Trunċiera. Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn minn stħarriġ li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn xi persuni li ħarbu minn fuq il-post. Tim mediku ssejjaħ biex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. | [
1,
6
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 12:36pm Akil Albako ta' 22 sena u Omar Suod ta' 19-il sena ammettew akkużi b'rabta ma' argument li seħħ lejlet Santa Marija fi Triq il-Lanċa l-Belt Valletta. Iż-żewġ Sirjani kienu akkużati li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq żewġ ġuvintur, kif ukoll li kistru l-kwiet u l-bon ordni pubblika b'għajjat u ġlied. Akil Albako waħdu kien akkużat ukoll li ħebb għal tfajla, filwaqt li Omar Suod kien akkużat li saq vettura mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan. Flimkien maż-żewġ Sirjani, il-pulizija qed tfittex it-tielet persuna li allegatament kienet hi li tat daqqiet ta' sikkina waqt il-ġlieda maż-żewġ żgħażagħ Maltin. Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, is-Sirjani wieġbu li huma ħatja tal-akkużi kontrihom. Il-Qorti kkundannathom għal sentejn probation u ħarġet ordni ta' trażżin filwaqt li wissithom li jekk jiksru l-kundizzjonijiet, imorru l-ħabs. Żewġ żgħażagħ daħlu feruti fl-għassa tal-Belt Valletta wara argument bejn 4 | [
0,
1
] |
Imtella' Awwissu 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Awwissu, 2020 4:01pm L-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech għarraf lill-President ta' Malta li se jirriżenja mill-kariga tiegħu. Fi stqarrija l-President qal li rċieva ittra mingħand Dr Grech fejn għarrfu b'dan. Huwa se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta' Avukat Ġenerali b'seħħ mid-disgħa ta' Settembru. Intant fi stqarrija separata, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Dr Grech għas-servizz li ta lill-Istat Malti. Il-Gvern qal li wara emendi li wettqet din l-amministrazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis se jkun qed iwaqqaf Kummissjoni tal-Ħatra li se toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet skont Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia qal li r-riżenja waslet tard. Qal li r-riżenja tal-Avukat Ġenerali hija konferma ċara kemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kellha raġun. Qal li l-Qorti kienet sabitu ħati li kiser il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea, kiser id-drittijiet tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni meta rrifjuta li jagħtih kopja tar-rapport sħiħ dwar l-inkjesta Egrant. Temm jgħid li jesiġi li jinħatar xi ħadd li jgawdi l-fiduċja ta' kulħadd sabiex jiżgura li ssir il-ġustizzja bil-ħarsien sħiħ tal-Kostituzzjoni. Fi stqarrija oħra, Repubblika talbet biex fl-interess pubbliku jkunu magħrufa r-raġunijiet għal din ir-riżenja li qalet ilha titlob għal żmien twil. Repubblika awgurat li min jieħu post Dr Grech ma jħallix lilu nnifsu jiġi influwenzat minn interessi politiċi partiġġjani. | [
1
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 7:21am Se nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġni tal-ġurnali illum il-Ħadd sittax ta' Awwissu 2020. Twissijiet dwar iżjed restrizzjonijiet li possibilment ikunu imposti biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid bil-ministru tas-saħħa Chris Fearne jgħid li jekk id-distanza soċjali tkun injorata, lest li jimponi iżjed restrizzjonijiet. L-istorja ewlenija wkoll: Tħabbret ir-riżenja tal-avukat ġenerali li se tkun effettiva mid-9 ta' Settembru. It-Torċa. Intervista ma' persuna li hu dipendenti fuq id-droga, Jgħid li l-vizzju joħloq dwejjaq, nuqqas ta' rqad u tensjoni kbira kuljum u jallega li l-prezz tad-droga illum sar aktar minn qabel tant li qed issir infiq akbar fuq id-drogi. Il-ġurnal jieħu wkoll il-fehma ta' professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam li jispjegaw id-diffikultajiet li qed iġarrbu dawk li spiċċaw dipendenti fuq it-teħid tad-drogi. L-avukatura għandha l-isfida tal-istandards, kemm mill-aspett tekniku kif wkoll ta' etika li qegħdin jinżlu. Jislet dan il-punt il-ġurnal minn intervista mal-president tal-kamra tal-avukati Dr. Louis de Gabriele. Qal li jittama li l-att tal-avukatura jidħol fis-seħħ malajr u anki dwar il-ħidma li trid issir f'dan il-qasam. Il-Mument: Riżenja li waslet tard. Il-kap tal-partit anzzjonalista Adrian Delia jgħid li r-riżenja tal-avukat ġenerali hija konferma kemm l-oppożizzjoni Nazzjonalista kellha raġun. Jgħid wkoll li minflok ikompli, huwa għandu jirreżenja minnufih. U l-elezzjoni għall-ħatra ta' kap tal-partit nazzjonalista, il-messaġġ miż-żewġ kandidati: Delia jgħid li l-partit nazzjonalista jenħtieġ ifassal politika li tindirizza l-ħtiġijiet tal-poplu kollu filwaqt li Bernard Grech jgħid li l-partit nazzjonalista jenħtieġ jerġa jibda jiddjaloga kemm internament u anki għas-soċjeta. L-istorja ewlenija dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-ġurnal jirrapporta li l-aħwa Degiorgio kienu jafu li Muscat, li magħhom huma l-isuspettati ewlenin fil-qtil kien qed jikxef jumejn biss wara li bdew l-interrogazzjonjiet mill-pulizija. Il-ġurnal jirrapporta li l-investigaturi injoraw l-informazzjoni li ingħataw minn Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu dwar l-irwol tal-allegat sensar fil-qtil Melvin Theuma u l-aħwa Degiorgio saru jafu li Muscat kien qed jikkopera mal-pulizija. Il-ġurnal jirrapporta wkoll dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-imxija tal-Covid hekk kif tħabbru rekord ta' 72 każ il-bieraħ. Kulħadd. Ħames miljun ewro għal toroq aħjar fir-Rabat. Fi stejjer oħrajn: It-tieni l-aqwa ttestjar fl-Unjoni Ewropa kontra l-Covid. Isiru iżjed minn sittax-il elf test li f'ġimgħa waħda biss ipoġġu lil Malta mal-iżjed kawti fl-Ewropa u ferm aħjar mill-parametri stabbiliti mill-WHO stess. Dr. Peter Grech li ilu għaxar snin iservi ta' avukat ġenerali il-bieraħ ħabbar li se jirreżenja mill-kariga sa tliet ġimgħat oħra. L-aħbar kienet kkonfermata mill-uffiċju tal-president George Vella u fir-reazzjoni, il-prim ministru Robert Abela qal li l-post se jkun qed jimtela permezz ta' sejħa pubblika fi proċess simili li wassal beix jinħatar il-kummissarju ġdid tal-pulizija ftit ġimgħat ilu. U l-kummissarju tal-pulizija Angelo Gafa ma jilqax ix-xhieda mogħtija mill-assistent kummissarju u l-ex kap tat-taqsima tar-reati ekonomiċi fil-qorti Ian Abdilla li qal li la l-ex ministru Konrad Mizzi u lanqas Keith Schembri ma kienu interrogati dwar l-involviment tagħhom fi skandli li kienu msemmiaj fihom. Gafa qal li l-ex chief of staff Keith Schembri kien interrogat minn maġistrat fil-presenża tal-uffiċjali tal-pulizija. Qal li l-investigazzjonijiet isiru wkoll permezz ta' inkjesti maġisterjali. Huwa insista li l-verita se tkun magħrufa illum jew għada. Id-deputat prim ministru u ministru tas-saħħa Chris Fearne huwa kunfidenti li s-sitwazzjoni tal-Covid tista' terġa tkun ikkontrollata. Jirrikonoxxi li l-avvenimenti tal-massa ikkontribwew għall-firxa u ħabbar wkoll test ġdid relatat mal-vaċċin tal-influwenza f'Ottubru. Titħabbar ir-riżenja tal-avukat ġenerali Peter Grech. Illum: Bla profitti. Qed niftħu biss biex innaqqsu it-telf. Din hija l-karba ta' sidien ta' stabbilimenti li huma mħassba dwar il-futur tagħhom, l-iktar hekk kif diversi pajjizi fosthom ir-Renju Unit u l-Italja niedew restrizzjonijiet fuq is-safar minn u lejn Malta. Fil-ġurnal Illum wkoll. Stejjer dwar il-futur tal-Karnival, jistaqsi jekk Malta saritx bejta tal-fkieren b'intervista ma' uffiċjal tan-Nature Trust. Il-ġurnal jippubblika wkoll artiku dwar l-istroja wara x-xbihat ta' Santa Maria f'Malta. | [
1
] |
Persuna ddaħħlet l-isptar wara argument fil-Ħamrun. Kelliema għall-Pulizija qalet ma' TVM li l-argument, li s'issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni involuti, seħħ għall-ħabta tas-1.10pm fi Triq Manwel Magri. Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet persuna l-isptar. L-identità u l-qagħda ta' din il-persuna għadha mhix magħrufa. | [
1
] |
Raġel ta' 33 sena minn San Pawl il-Baħar kien akkużat mill-Ispettur Trevor Micallef li inġurja u hedded lill-ex sieħba tiegħu permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali. Fil-Qorti ngħad li l-akkużat kien qed juża l-mobile tat-tifla biex idejjaq lis-sieħba tiegħu. L-akkużat wieġeb mhux ħati bid-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni qablet iżda sostniet biex il-Qorti timponi diversi kundizzjonijiet. Id-difiża qalet li r-relazzjoni, li minnha hemm tifla' ta' 9 snin, spiċċat 4 xhur ilu. Il-Maġistrat Marsanne Farrugia laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €3,000. Il-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-vittma biex ir-raġel b'ebda mod ma jikkomunika magħha. | [
0,
1
] |
Sitt lokalitajiet f'Malta u oħra f'Għawdex fakkru l-festa ta' Santa Marija, il-qaddisa padruna speċjali tal-gżejjer Maltin. Din is-sena l-festa ta' Santa Marija hi totalment differenti is-snin ta' qabel minħabba l-miżuri u r-restrizzjonijiet tal-coronavirus. Fil-lokalitajiet kollha saret il-quddiesa tal-festa ta' Marija mtellgħa s-sema, skont il-miżuri ta' distanza soċjali u prevenzjoni. F'Ħ'Attard TVM iltaqa' ma' anzjana ta' 101 sena li qalet li qed tħoss in-nuqqas tal-festa. Il-festa ta' Santa Marija tigi ċċelebrata fil-Mosta, Ħ'Attard, Gudja, Ħal Għaxaq, Qrendi, Mqabba u r-Rabat Għawdex. Izda l-pandemija tal-coronavirus din is-sena harbtet il-pjani tal-festi. Il-Viċi Kappillan tal-Parroċċa ta' Ħ'Attard, Dun Andrew Schembri, qal li l-festa tal-Assunta tfisser tama, u bħalma Marija għaddiet minn ħafna f'ħajjitha u ċċettat is-sejħa t'Alla mingħajr ma qatgħet qalbha, hekk il-bniedem irid ikompli jemmen fit-tama anke f'dan iż-żmien ta' pandemija. "F'dan il-mument partikulari fejn bħalissa din il-pandemija ħaditilna l-enerġija kollha. B'mod personali meta niftakar f'dan it-taqlib kollu, sibt konsolazzjoni fi sbuħija ta' din ix-xbieha tant għażiża li aħna nqimu ġewwa Ħ'Attard. Is-sbuħija ta' wiċċha tfakkarna fi sbuħija li hemm fil-qalb ta' kull bniedem. Alla f'ħajjitna jpoġġi din is-sbuħija li nagħmlu ħażin jekk insakkruha ġo fina u ma ngħixhuiex fid-dinja." Rita Pisani, ix-xahar id-dieħel tagħlaq 101. Twieldet u għexet f'Ħ'Attard. Kull sena tistenna l-istatwa ta' Santa Marija tgħaddi minn quddiemha. Dis-sena se tibqa' bil-piena li ma rahthiex. "Kienet tieqaf hawn. Nitla' fil-gallarija. Is-sena l-oħra għedtilhom xħin rawni fil-gallarija għax kienu jistennewni noħroġ barra u waqfu u għedtilhom iva dawwruhieli ħa nara naqra wiċċha sewwa u dawwruhieli u tant fraħt li lin-nies bdejt ngħidilhom ċapċpu iva mela jien biss se nċapċpilha lill-Madonna?!. Dik li kienet tiġi quddiemi kienet tkun il-festa tiegħi." Għalkemm Rita tiftakar sew il-gwerra u minn xiex għaddiet il-familja tagħha, fi kliemha din il-pandemija qed tkiddha wisq. "Qed tkiddni jien il-pandemija għax ma nistax noħroġ, ma nistax immur il-Knisja, imkien. Ara kemm ilni msakkra hawn ġew. U jien kont waħda minn dawk li nħobb noħroġ ta ma noqgħodx naħbi, kont noħroġ mal-ħbieb iva għax kont daqsxejn fuq tiegħi." Fil-Gudja u Ħal Għaxaq ukoll ġiet iċċelebrata l-quddiesa fil-parroċċi, u l-festa ta' Marija mtellgħa s-sema tfakkret bl-aħjar mod possibbli fiċ-ċirkostanzi tal-pandemija u l-miżuri li nħarġu mill-awtoritajiet. | [
1
] |
Olandiż ta' 22 sena, li jinsab fuq btala f'Malta kien akkużat li għall-ħabta tat-3.30am wettaq ħsara konsiderevoli fl-ATM tal-HSBC f'San Ġiljan. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża tgħid li mar jiġbed il-flus u għax ma rnexxielux irrabbja. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat iddispjaċih u li kkopera mal-Pulizija mill-ewwel kif kien arrestat f'Paceville. Il-Qorti kkundannatu sena u nofs ħabs sospiżi għal sentejn u li fi żmien ġimagħtejn irid iħallas is-somma ta' aktar minn €13,300 lill-Bank għall-ħsarat li għamel. | [
0,
1
] |
Imtella' Awwissu 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Awwissu, 2020 7:18pm TVM tkellem mal-virologu Dr Chris Barbara li qal li f'Malta u anki madwar id-dinja, il-virus reġa' beda jinfirex mhux għax il-virus inbidel imma għax naqsu r-restrizzjonijiet. Dr Barbara wissa għall-kawtela u appella biex kulħadd ikun responsabbli t'għemilu inkella se jbatu dawk l-iktar vulnerabbli. Fil-bulettin mediku tal-awtoritajiet tas-saħħa rreġistrat l-ogħla numru ta' każijiet, 72 persuna f'madwar 5 xhur kemm ilu li feġġ il-Coronavirus f'Malta. Il-każijiet ġodda ħarġu minn rekord ieħor ta' testijiet li saru fl-aħħar sigħat li kienu jammontaw għal 2 435 swab test. Intqal ukoll li hemm xi każijiet pożittivi li ħarġu fl-aħħar sigħat huma marbuta ma' gruppi oħra magħrufa ta' nies infettati, iżda li d-dettalji għadhom qegħdin jinħadmu minħabba li għadu għaddej proċess ta' contact tracing. Għadaqstant nies li kienu f'kuntatt ma' każijiet pożittivi li ħarġu fl-aħħar 24 siegħa se jiġu kkuntattjati fil-ħin li ġej. Mistoqsi dwar il-qabża fil-każijiet u l-ammont rekord irreġistrat fl-aħħar sigħat, Dr Barbara qal li r-raġuni hija waħda, li n-nies mhumiex joqogħdu attenti. "Din issa dħalna fit-tieni mewġa tal-virus u tiġri għax daħlu nies minn barra fejn kien hemm infezzjoni, tħalltu mal-pubbliku u allura ma żammejniex il-viġilanza meta qabel konna kulħadd qiegħed attent". Dr Barbara qal li jħossu mħasseb li sal-lum għadu jara nies jiffullaw f'xulxin. "Inkun għaddej mit-triq u nara nies mhux fuq mejda, ħaġa sabiħa li jmur jiekol, tara siġġijiet qegħdin kważi mgħannqin flimkien dawn in-nies". Dr Barbara qal li jekk minkejja t-tagħrif u l-appelli kontinwi ta' kif nikkontrollaw il-virus, il-mikrobu se jkompli jinfirex jekk ma jittiħdux prekawzjonijiet min-nies. Esprima t-tħassib tiegħu għan-nies vulnerabbli fosthom l-anzjani u l-persuni b'diżabilità. Mistoqsi dwar dak li qed jiġri f'Malta hux rifless f'dak li qed iseħħ madwar id-dinja, Dr Barbara qal li l-Ġimgħa kellu laqgħa ma' virologi Ewropej f'dan ir-rigward."Kellna laqgħa mal-virologi tal-Unjoni Ewropea, il-virus baqa' l-istess, li ġara mhux minħabba l-virus, imma li aħna din id-darba il-virus ftaħnielu l-bieb u nfetta lil ħafna nies." Dr Barbara appella biex kif il-poplu qagħad kawt fix-xhur li għaddew u għalhekk bdew neżlin il-każijet, wieħed irid jibqa' attent, jaħsel idejh u l-iktar importanti jżomm id-distanza soċjali. Huwa b'dan il-mod biss, saħaq Dr Barbara li l-virus jista' jitwaqqaf. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar sigħat fiequ wkoll għoxrin persuna oħra biex issa l-għadd ta' każijiet attivi huwa ta' 557. Minn Marzu lil hawn l-għadd totali ta' każi reġistrati qabeż l-1,300 li minnhom fiequ 782. 72 każ ġdid ta' Covid-19, ifiqu 20 persuna | [
1
] |
Il-weekend ta' Santa Marija normalment iġġib bonanza għan-negozji Għawdxin madanakollu din is-sena ma kinitx bħal tas-soltu minħabba l-Coronavirus. Krew ta' Television Malta żar il-gżira Għawdxija illum biex jipprova jiskopri jekk il-pandemija ħarbtitx totalment il-weekend tant famuż fil-kalendarju tal-Maltin. Fil-kultura Mediterranja, il-festa ta' Santa Marija hi sinonima mal-mistrieħ, rilassament u d-divertiment. Normalment dan il-weekend iwitti t-triq għall-perjodu ta' shutdown li fih ħafna jlestu l-bagalji biex jerħula għall-btala, b'ħafna jfittxu kenn fil-gżira tat-tliet għolijiet. Fil-fatt, bħal lum sena, 22,000 persuna qasmu lejn Għawdex fi staġun li kien ġie deskritt bħala rekord, iżda l-2020 ġabet magħha ċirkostanzi straordinarji u realtajiet ġodda. Għalkemm xott mill-attivitajiet kulturali, fl-għodwa tal-Ġimgħa numru sostanzjali ta' nies qasmu l-fliegu. F'xi waqtiet it-toroq tal-Kapitali sfaw traffikużi għall-aħħar bil-bajjiet pittoreski xejn anqas. Minkejja dan ic-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina qal ma' Television Malta li dan ma kienx tmiem il-ġimgħa bieżel bħas-soltu. "Din l-imxija ħalliet l-effett tagħha fuq il-passiġieri li qasmu lejn il-fliegu t'Għawdex. Għalkemm aħna bħala kumpanija konna preparati fejn qegħdin noffru mad-90 trip kuljum, in-numri kienu ftit baxxi. Aħna qed inqisu li dawn in-numri huma numri ta' weekend normali mhux ta' Santa Marija." Is-Sur Cordina qal li l-biċċa l-kbira tal-passiġieri li qed jaqsmu huma Maltin. Dikjarazzjoni li kkonferma wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Turistika Għawdxija Joe Muscat. Is-Sur Muscat stqarr iżda li minkejja d-daqqa li ħadet l-industrija turistika t'Għawdex, ix-xettiċiżmu marbut mas-safar wassal biex numru sostanzjali ta' Maltin jagħmlu l-btala tagħhom f'Għawdex. "Il-Maltin xorta ġew jiffrekwentaw b'mod tajjeb il-farmhouses tagħna, kif ukoll Maltin li għandhom proprjetà tagħhom hawn. Kellna Maltin li kienu xettiċi li ma ġewx, kellna wkoll il-Maltin li normalment jmorru fi gżejjer viċin tagħna li din is-sena minħabba ċ-ċirkostanzi għażlu li jżuru għawdex." Is-Sur Muscat żied li minn mindu tneħħew ir-restrizzjonijiet ġew irreġsitrat numru ta' weekends tajbin għall-industrija tas-self catering li jinkludu farmhouses. "Ovvjament f'dan il-weekend tant popolari fil-kalendarju Malti ma jonqsox li wieħed imur jiekol xi ħaġa f'wieħed mir-ristoranti mill-aqwa li hawn fuq il-gżira oħt. Però l-Maltin qed ikunu xettiċi dwar fejn imorru jieklu? Qed jibżgħu jmorru fir-ristoranti?" Rouvin Zammit Apap li jmexxi numru ta' ristoranti f'Malta u Għawdex qal ma' Television Malta li meta mqabbel mas-Sjuf preċedenti l-konkorrenza ta' Maltin żdiedet speċjalment f'dan l-istaġun. "Id-domanda hi għolja avolja ilna xi ġimgħa nirrfijutaw ix-xogħol bażikament, hemm ukoll il-fattur tal-vouchers li ħareġ il-gvern li għenet ħafna iżżid id-domanda wkoll u għenet ukoll fl-opinjoni fl-off peak times fejn il-vouchers għenu jimtlew dil-gap ukoll." Is-Sur Zammit Apap qal li l-preparamenti għall-dan il-weekend jibdew minn ġimgħat qabel. Qal li għalkemm dan jidher li kien weekend mimli xogħol ir-ristorant qiegħed sikwit jopera sal-massimu tiegħu. | [
1,
6
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 2:26pm Rapport: Daphne Cassar Ritratti: Arkivji Il-Qorti ordnat li Joseph Attard li għandu 45 sena u qal li m'għandux inidirizz fiss, inżamm arrestat wara li kien mixli b'serq ta' mobile phones minn residenzi privati. F' każ minnhom huwa kien akkużat li żamm, anzjan ta' 70 sena Carmel Sammut kontra l-volontà tiegħu biex jisirqu u jġiegħlu jaċċetta u jagħmel xi trasferiment ta' ħwejjġu. Kien akkużat wkoll b'serq aggravat għad-dannu ta' Ryan Farrugia. Attard li huwa reċediv wieġeb li mhux ħati għall-akkużi. Huwa baqa' jinżamm arrestat fil-faċilità korrettiva ta' Kordin. | [
0,
1
] |
Elliot Paul Busuttil ta' 36 sena minn Ħ'Attard baqa' jinżamm arrestat wara li fil-Qorti kien akkużat bl-attentat ta' qtil ta' Emil Vassilev Marinov Bulgaru ta' 57 sena li joqgħod Birkirkara. L-aggressjoni seħħet f'Ta Qali fit-13 ta' dan ix-xahar għall-ħabta tal-11pm fejn huwa allegat li l-aggressur ikkaġuna ġrieħi ta' natura gravi b'sikkina fuq il-vittma. Jingħad li l-akkużat instab mill-Pulizija moħbi fiż-żona komuni ta' blokka ta' appartamenti f'Ħ'Attard. Busuttil fost diversi akkużi oħra kien akkużat ukoll li seraq ammont ta' flus kontanti mingħand il-Bulgaru. Fil-Qorti l-avukat difensur ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, iżda talab li l-prosekuzzjoni ttella' malajr kemm jista' jkun lix-xhud ewlieni li huwa l-vittma nnifsu li għadu rikoverat l-isptar. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma qaleb għall-aħjar. | [
0,
1
] |
Malli bdew jitħabbru d-dettalji u r-restrizzjonijiet fuq il-festi minħabba l-pandemija, il-kmamar tan-nar u l-każini tal-baned ta' diversi ibliet u rħula kellhom ibiddlu l-pjani tagħhom. Żorna l-Qrendi u l-Mqabba li fil-festa ta' Santa Marija normalment huma magħrufa għan-nar li jkollhom. Nhar Santa Marija l-lokalitajiet li normalment huma magħrufa għan-nar din is-sena kellhom atmosfera totalment differenti mis-snin ta' qabel. Għalkemm f'xi lokalitajiet xorta sar xi ftit nar, it-tama fost dawk li jaħdmu n-nar kienet li din is-sitwazzjoni ma ttulx u sena oħra jkunu jistgħu jgawdu l-festa b'mod sħiħ. Mario Zerafa mill-Għaqda tan-Nar tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija Qrendi qal li l-programm tan-nar tnaqqas ħafna din is-sena, iżda xorta nħass il-bżonn li titfakkar din il-festa, anke jekk bi ftit nar. "Bqajna għaddejjin bil-ħidma tagħna, forsi b'ritmu iktar kajman, mhux dak l-ispeed li konna għaddejjin bih qabel, imma ddeċidejna li f'Santa Marija nagħtu tislima xierqa xorta lill-patruna ta' Malta." Il-ġirien fl-Imqabba sibniehom wkoll jarmaw għall-programm tagħhom. "Aħna konna bdejna normali bħal snin oħrajn pero mbagħad inqala' li nqala' u xorta ppreparajna xi ħaġa biex fil-festa nagħmlu l-ħoss tagħna bħas-soltu u fl-istess ħin tkun pruvajt mix-xogħol li tkun qed tagħmel…. Nisperaw li s-sena d-dieħla jkun kollox normali hux." Ir-restrizzjonijiet minħabba l-coronavirus laqtu wkoll s-soċjetajiet mużikali u għalhekk il-baned. Bernard Bezzina, Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Nicolo' Isouard il-Mosta qal li din kienet sena straordinarja li matulha l-affarijiet bdew jinbidlu minn mument għall-ieħor sakemm waslu f'punt li ma setgħu jsiru l-ebda marċijiet u daqq tal-baned. "Matul dawn ix-xhur li konna magħluqin, anke bħala każin fiżikament kien magħluq bħall-ħwienet u l-każini u r-ristoranti eċċ, il-ħdima ma waqfitx, il-kumitat u membri u kummissjonijiet baqgħu kif setgħu… tagħlim tal-mużika baqa' għaddej online l-istess ħaġa." Is-Sur Bezzina qal li s-Soċjetà issa qed taħdem biex tiċċelebra l-150 anniversarju mit-twaqqif tas-soċjetà s-sena d-dieħla. Hu wkoll wera t-tama li l-imxija tkun għaddiet u jkunu jistgħu jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet b'mod xieraq. | [
1
] |
Erba' Sudaniżi li għandhom etajiet li jvarjaw bejn 20 u 24 sena ntbagħtu sitt xhur il-ħabs wara li nstabu qed jippruvaw jaħarbu lejn Sqallija waqt li kienu mistoħbija f'container abbord il-Katamaran mingħajr ma kienu fil-pussess ta' passaport jew dokument uffiċjali. L-ispettur Frankie Sammut li mexxa l-prosekuzzjoni qal li hemm xejra ġdida ta' kif l-immigranti li jkunu għadhom ma irċevewx id-dokumenti uffiċjali qed jippruvaw jaħarbu lejn l-Italja waqt li jkunu mistoħbija fuq il-katamaran. Minkejja li kienu mwissija dwar is-severità tal-piena li ġġorr magħha l-akkużi, huma ammettew l-akkużi kontrihom u ġew ikkundannati sitt xhur ħabs. | [
0,
1
] |
Imtella' Awwissu 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Awwissu, 2020 3:20pm Raġel inqabad fil-fatt waqt l-att sesswali ma' prostituta li allegatament kienet qed titlajja' f'Ta' Xbiex. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li matul il-lejl illi għadda, waqt ronda mill-Pulizija tad-Distrett ta' tas-Sliema fi Triq ix-Xatt, kienet iinnutata mara ta' 54 sena twaqqaf vetturi kif ukoll persuni. Aktar tard raġel waqaf ikellem lill-mara ta' 54 sena, ħareġ xi flus mill-kartiera u telqu mill-post flimkien. Imbagħad, fi Triq Ġużeppi Cali, il-Pulizija lemħet liż-żewġ persuni li kienu qed jagħmlu atti sesswali f'post pubbliku. Il-Pulizija qed tkellem liż-żewġ persuni. Intant, waqt li kienu qed josservaw il-mara ta' 54 sena, żewġ nisa oħra ta' 29 u 41 sena ġew innutati fl-istess triq. Iż-żewġ nisa kienu osservai jwettqu tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. Huma ġew arrestati u ttieħdu fid-Depot tal-Pulizija, il-Floriana, għal aktar investigazzjoni. | [
1,
6
] |
Għajxet familja u rabbiet familtha. Illum għandha 96 sena. Romlot u għadha tgħix u tagħmel kollox waħidha. Rita Zammit hija eżempju ħaj tal-mara fi żmien u wara l-gwerra. "Fil-gwerra l-gvern kien ħareġ il-lieva għall-irġiel u ħareġ applikazzjonijiet biex nisa jaħdmu mal-gvern, applikajt u intgħażilt. Però billi kont mingħajr papà, għax il-papà kien miet, jien kont il-breadwinner tal-familja". Għandha 96 sena. B'memorja ċar kristall. Bagħtiet il-kruha tal-gwerra iżda mingħajr risentiment. Il-kbira fost tmien aħwa u ta' disa' snin tilfet lil missierha. Doris Zammit imwielda Vella iltqajt magħha fil-War Rooms ta' Lascaris. Kienet plotter hekk kif intemmet il-gwerra, u kif għamlet tul ħajjitha kollha kompliet ixxammar il-kmiem u ħadmet hemm ukoll."Kont nispiċċa minn NAAFI fil-ħamsa u niġi hawn, post interessanti ħafna." Għexet fi żmien meta l-mara Maltija kienet taħdem id-dar. Meta ftit kienu n-nisa jaħdmu. Imma Rita sfidat iż-żmenijiet. Forsi wkoll għax bħala l-kbira fost l-aħwa riedet tgħin lill-familja timxi 'l quddiem. Kienet taħdem man-NAAFI u fl-1952 ingħaqdet mar-Royal Air Force bhala plotter fejn baqgħet sal-1956 u ftit wara żżewwġet. U llum wara das-snin kollha tibqa' tiftakar eżatt x'kien xogħolha u bħal qisha marret lura fiż-żmien u reġgħet daħlet ġurnata xogħol. "Pereżempju jgħidlu 3 to 7. Jien impoġġi equipment jgħidulu l-ħalba, impoġġih fejn jgħidli u kont nistennieh jgħidli l-movments li qed jara fuq ir-radar u l-movimenti kienu jkunu 'l fuq jew 'l isfel. 'Il fuq jista' jkun ajruplan, jew anke għasfur li mbagħad jgħib 'il fuq, imma 'l isfel kien jista' jkun submarine jew torpedo." Il-war rooms fi żmien ta' wara l-gwerra kienu kruċjali għaż-żmien li daħlet fih id-dinja wara t-Tieni Gwerra Dinjija – il-perjodu tal-gwerra l-bierda. It-taħriġ li ngħataw grupp ta' nisa Maltin, fosthom Rita biex jaħdmu bħala plotters, kien daqstant kruċjali biex ikun magħruf kull ma jgħaddi mill-ispazju ta' Malta. Ma' żewġha għexet u rabbiet il-familja Birkirkara, imma kburija li hija Beltija. Illum il-ġurnata s-sinjura Zammit għadha tgħix wahidha, u tkompli bil-passatemp tal-bolol li bdiet bis-saħħa ta' wieħed minn ħutha. L-eqdem bolla tmur lura għall-1939. | [
1
] |
L-Assoċjazzjoni tal-lukandi u Ristoranti Maltin, l-MHRA iddikjarat li huwa ngann u ħażin li xi ħadd jipprova jwaħħal fl-Assoċjazzjoni jew fil-President tagħha għal dak li qed jiġri fil-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MHRA qalet li l-kunsill hu magħmul minn 15-il membru li jirrapreżentaw il-lukandi u r-ristoranti u ddiskutew kull deċiżjoni bejniethom li mbagħad tiġi kkomunikata mill-President Tony Zahra u mill-istqarrijiet uffiċjali. L-MHRA qalet li s-Sur Zahra għandu l-appoġġ tal-kunsill kollu tal-Assoċjazzjoni u fakkret li m'għandu l-ebda dħul mill-industrija tal-ospitalità għax m'għandu l-ebda investiment dirett f'xi lukanda jew restorant u għalhekk kull kumment li jsir fil-konfront tiegħu huwa żbaljat u jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tiegħu. Qalet li l-industrija tat-turiżmu timpjega aktar minn 10,000 ruħ b'mod dirett u mal-10,000 oħra b'mod indirett kif ukoll tiġġenera maż-€2.1 biljun fis-sena fl-ekonomija Maltija. Saħqet li meta l-MHRA tiġġieled għat-turiżmu tagħmel dan biex tassigura li jinżammu l-impjiegi fit-turiżmu u biex l-ekonomija tkompli tikber għall-benefiċċju ta' kulħadd. Fl-istqarrija l-MHRA qalet li kienet appoġġjat lill-Gvern meta ħa d-deċiżjoni li jimponi lockdown fil-pajjiż minħabba l-inċertezza dwar il-periklu tal-Covid-19 fuq is-saħħa tan-nies. Qalet li meta kien hemm aktar informazzjoni mill-esperti inkluż mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u mill-Unjoni Ewropea inkluż biex jerġgħu jiftħu l-ajruporti, l-MHRA saħqet li dan għandu jseħħ malajr għax b'hekk il-membri tagħha jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw u jissalvagwardjaw l-impjiegi. L-MHRA qalet ukoll li f'kull ħin saħqet dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-protokolli mill-ajruport sal-istabbilimenti u fl-ebda ħin ma' mbuttat favur li jsiru l-attivitajiet tal-massa. Innotat ukoll li ħafna mill-gruppi li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 f'Malta, huma ta' avvenimenti lokali u mhux każijiet relatati mat-turisti u dan juri li iż-żidiet fil-każijiet fl-aħħar jiem, mhumiex riżultat tal-ftuħ tal-ajruport jew ta' numru żgħir ta' turisti li żaru l-pajjiż. Temmet tgħid li l-MHRA mhix il-Gvern iżda grupp li jressaq suġġerimenti lill-Gvern li jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-industrija turistika li minnha jibbenefika l-pajjiż kollu. Qalet ukoll li hi dejjem saħqet fuq iż-żamma tad-distanza soċjali biex il-Covid-19 ma jinxteridx reġgħet appellat biex kulħadd josserva l-protokolli tad-distanza soċjali biex titrażżan l-imxija u l-ekonomija tal-pajjiż tkun tista' tiffunzjona. L-MHRA irringrazzjat lill-frontliners kollha speċjalment lill-ħaddiema tas-saħħa għax-xogħol kbir li jagħmlu ħafna drabi b'sagrifiċċji personali kbar. | [
1
] |
Il-mexxej tal-Oppożizzjoni fir-Russja, Alexei Navalny jinsab mitluf minn sensih fl-isptar wara li allegatament ġie ivvelenat. Il-kelliema għall-Oppożizzjoni, Kira Yarmysh qalet fuq Twitter li Navalny li jikkampanja kontra l-korruzzjoni, ħassu ma jiflaħx waqt titjira u l-ajruplan għamel inżul ta' emerġenza f'Omsk. Żiedet tgħid li jissuspettaw li Navalny li għandu 44 sena, ġie ivvelenat b'xi sustanza li tħaltet mat-tè. Alexei Navalny jikkritika ħafna lill-President Russu Vladimir Putin. F'Ġunju huwa ddeskriva l-vot fuq ir-riformi kostituzzjonali bħal kolp u ksur tal-kostituzzjoni. Ir-riformi jippermettu lil Putin biex iservi żewġ mandati oħra fil-kariga ta' President. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 10:53am Dik li kienet meqjusa bħala l-Qorti għall-każi ċivili fi żmien l-Inkwiżizzjoni se terġa' tingħata l-ħajja bi proġett ta' rikostruzzjoni li qed isir minn Heritage Malta. Id-dekorazzjoni u d-dehra ta' dan il-post qed isiru abbażi tal-pjanta tal-1700 li l-Professur William Zammit ippubblika 5 snin ilu. Din il-Qorti, jew aħjar il-Kanċellerija, li tinsab fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu, kienet ta' importanza kbira għax fost l-oħrajn kienet tiġbor ukoll flus li kienu jintbagħtu Ruma. Il-kanċellerija fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu kienet qorti – distinta minn dik spiritwali – li kienet tisma' każijiet ċivili ta' dawk li kienu impjegati tal-Inkwiżitur innifsu. Il-kuratur anzjan tal-Palazz tal-Inkwiżitur, Kenneth Cassar spjega li f'din il-Qorti kienu jinstemgħu każi oħra relatati mar-Reverenda Fabbrica di San Pietro, li kienet tamministra l-bini tal-Bażilika ta' San Pietru fil-belt tal-Vatikan. "Li kienet tara li l-flus li jitħallew mill-Knisja, il-Knisja kienet tara li dawn imorru Ruma biex jinbena l-Vatikan. Allura l-inwkiżitur kellu bżonn dan l-ispazju fejn jisma' dawn il-każijiet li kienu differenti mill-każijiet spiritwali u fejn importanti jerfa' l-arkivji relatati ma' dawn il-każijiet," Kenneth Cassar, Kuratur Anzjan tal-Palazz tal-Inkwiżitur. Imnebbħa minn pjanti li l-Professur William Zammit sab ta' kif kienet il-Kanċellerija fis-sena 1,700, Heritage Malta għaddejja b'ħidma biex twettaq rikostruzzjoni dettaljata ta' kif kienet il-Kanċellerija fl-ewwel snin tas-seklu tmintax. Ir-rikostruzzjoni tinkludi wkoll id-dekorazzjoni. Tliet ħitan tal-Kanċellerija kienu miksija b'armarji fejn kienu jinżammu l-arkivji, u tliet pjattaformi għall-uffiċjali tal-inkwiżizzjoni li kienu jassistu waqt is-seduti. Il-Konservatur Anzjan ta' Heritage Malta, Anthony Spagnol spjega kif mas-snin saru diversi bidliet fil-Palazz tal-Inkwiżitur li fi żmien il-gwerra inbidel f'kunvent għad-Dumnikani u s-sala tal-Kanċellerija serviet ta' Knisja. Żied jgħid li maż-żmien id-dekorazzjonijiet ġarrbu diversi ħsarat. "Fi stat li ħafna minnhom insejħulhom bħala framment. Aħna qatt ma nistgħu nerġgħu nakkwistaw l-potenzjal sħiħ ta' dawn id-dekorazzjonijiet fuq il-ħajt," Anthony Spagnol, Kuratur Anzjan ta' Heritage Malta. Is-Sur Spagnol qal li qabel u wara l-gwerra kienu saru żewġ interventi li ddesrkiva bħala amatorjali li ma kinux jirriflettu d-dekorazzjonijiet oriġinali. "Aħna dehrilna li kellna nimxu mal-linja koratorjali – li ma mmorrux għall-istat ta' framment imma li nikkoreġu dawk l-affarijiet li xi darba dawn l-elementi pittoriċi kienu f'perspettiva barrokka għax hekk saru u bl-interventi li saru din intilfet, allura erġajna aħna nagħtu lura lil dawn id-dekorazzjonijiet – din il-perspettiva ta' żmienhom." Il-mastrudaxxi fi ħdan Haritage Malta qed jerġgħu jaħdmu l-armarji sabiex is-sala terġa' tingħata d-dehra li kellha fil-bidu tas-seklu tmintax. | [
0,
2,
8
] |
Tissokta il-konvenzjoni tad-demokratiċi fl-Istati Uniti, bil-kandidata għall-Viċi President Kamala Harris taċċetta uffiċjalment in-nomina tagħha biex tkun l-id il-leminija tal-kandidat għall-President Joe Biden. Is-senatur tal-istat ta' Kalifornja, li hija ukoll l-ewwel mara sewda li qed tikkontesta għall-viċi president ma' wieħed mill-partiti ewlenin, ikkritikat il-falliment fit-tmexxija tal-President Donald Trump. Qalet li huwa idawwar traġedji f'armi politiċi. L-elezzjoni għall-President Amerikan issir fit-3 ta' Novembru 2020. | [
1,
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.