text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Diversi pajjiżi fl-Ewropa qed jirrapportaw żieda fil-każijiet ġodda ta' coronavirus. Uħud minnhom fl-aħħar 24 siegħa irreġistraw l-ogħla ċifri ta' każijiet ġodda fl-aħħar xhur. Spanja rreġistrat 3,715 każ ġdid ta' Covid-19 – l-ogħla ammont minn meta l-pajjiż ħareġ minn lockdown strett lejn l-aħħar ta' Ġunju. L-Italja rreġistrat 642 każ ġdid ta' coronavirus – l-ogħla ammont minn l-aħħar ta' Mejju. Il-Ġermanja ukoll irreġistrat 1,707 każ ġdid ta' Covid-19 li huwa l-ogħla ammont għall-pajjiż minn April. Diversi pajjiżi Ewropej introduċew restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar minbarra l-miżuri biex tinżamm id-distanza soċjali u jintlibsu l-maskri fi sforz biex jikkontrollaw l-imxija. Skont is-sit Johns Hopkins l-infezzjonijiet bil-coronavirus fid-dinja qabżu it-22,423,000.
[ 1, 4, 10 ]
Ritratti: Arkivji Minn tal-anqas 45 immigrant fosthom ħamest itfal, mietu mgħarrqa 'l barra mil-Libja. L-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-UNHCR qalet li dawn kienu fost aktar minn 80 persuna abbord dgħajsa li l-magna tagħha splodiet 'il barra mill-kosta ta' Zwara. L-imwiet ġew irrapportati minn madwar 37 immigrant li ġew salvati minn sajjieda lokali. Kemm il-UNHCR kif ukoll l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-immigrazzjoni, sejjħu biex jiżdiedu l-isfozi ta' salvataġġ tal-immigranti. Huma qalu li mingħajr mekkaniżmu ta' tfittxija u salvataġġ dedikat, fil-Mediterran se jintilfu aktar ħajjiet. Huwa stmat li din is-sena biss, mat-300 immigrant miet waqt il-vjaġġi mil-Libja għall-Ewropa għalkemm iċ-ċifri veri jaf ikunu ħafna akbar minn hekk.
[ 1, 9, 10 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 1:16pm Għadd ta' servizzi ta' Google, fosthom Gmail, Drive u Docs qed jesperjenzaw problemi tekniċi, li jidher li bdew mis-6.30 ta' dalgħodu. Fi stqarrija, il-kumpanija Google qalet li qed tinvestiga l-problemi, u li se tkun qed tagħti aġġornament dwar meta għandhom ikunu solvuti. Qalet li l-kwistjonijiet jinkludu; problemi biex jiġu mibgħuta l-emails fil-Gmail, problemi tar-recording fil-Meet, il-ħolqien ta' files fid-Drive, problemi bl-uploads fl-Admin Console u problema biex jiġu mibgħuta messaġġi fil-Google Chat. Mhux l-utenti kollha qed jesperjenzaw l-istess problemi, u xi utenti qed jgħidu li ma ġewx affettwati.
[ 1, 6, 7, 10 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 5:34pm L-anzjan Salvu Dalli, mixli bil-qtil ta' ibnu Antoine Dalli fis-7 ta' Awwissu li għadda fid-dar tiegħu f'Ħal Għaxaq, allega mal-Pulizija li d-diżgwit bejnu u ibnu kienet ilu ġej tant li fl-aħħar xahrejn ir-relazzjoni tagħhom iggravat. Meta dalgħodu kien qed jixhed fil-Qorti, Dalli qal li x-xahar li għadda kien irrapporta lill-Pulizija li ibnu allegatament ħebb għalih u darbu ħafif. Dwar dan il-każ, il-vittma kien se jaffaċċja akkużi fil-Qorti. Il-Qorti ħatret psikjatra biex jeżamina s-saħħa mentali tal-akkużat biex jistabilixxi jistax jgħaddi ġuri. Fil-kumpilazzjoni ta' Salvu Dalli mixli bil-qtil ta' ibnu ġimgħa u nofs ilu, l-Ispettur Keith Arnaud qal li l-imputat qalilhom li għaxar minuti qabel l-isparatura fatali, ibnu ta' 37 sena allegatament mar bir-rota quddiem id-dar ta' missieru fi Triq il-Gudja, Ħal Għaxaq, beda joffendih mit-triq u f'waqt minnhom sgassa l-bieb ta' barra u allegatament mar fl-ewwel sular fil-kamra tas-sodda fejn kien missieru. Quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, l-Ispettur qal li minn filmati tal-kameras tas-sigurtà li ġabru miż-żona nstab li Antoine Dalli deher jasal bir-rota u disa' minuti wara, deher il-missier ħiereġ mid-dar u jimxi lejn wieħed mill-ġirien. Dan il-ġar tkellem mal-Pulizija u qalilhom li Salvu kien talbu juża t-telefon tad-dar biex iċempel lill-Pulizija u jgħarrafhom li kien għadu kif spara lil ibnu. Fix-xhieda, l-Ispettur Arnaud qal li l-akkużat ta' 68 sena qalilhom li kif ibnu sgassa l-bieb, qabad is-senter li qatt ma kien uża qabel, tefa' skartoċċ fih u kkargah. Il-missier allega li kif ibnu daħal fil-kamra tas-sodda, imbuttah u pprova jħebb għalih. L-anzjan qal lill-Pulizija li kien hawn li qabad is-senter u sparalu tir f'żaqqu. L-Ispettur Arnaud spjega li Antoine Dalli nstab mejjet fix-shower b'ferita gravi f'żaqqu waqt li l-vit tas-sink kien għadu għaddej bl-ilma. L-Ispettur qal li s-sieħba tal-vittma li ilha tafu sitt snin u hi omm iż-żewġt itfal tagħhom ta' tlieta u erba' snin qalet lill-Pulizija li huma dejjem għexu fid-dar ta' Salvu Dalli li wara li mietet martu 10 snin ilu mar joqgħod f'dura fiż-Żurrieq. Qalet li fl-aħħar xahrejn inqala' ħafna tilwim bejn il-missier u l-iben tant li xi tliet ġimgħat ilu, l-akkużat keċċa lil ibnu mid-dar u ħalla lis-sieħba u wliedhom joqogħdu hemm. L-anzjan mar jgħix magħhom fl-istess dar sakemm ġimgħa qabel id-delitt keċċihom mid-dar u l-omm flimkien maż-żewġt itfal marru jgħixu ma' Antoine Dalli f'razzett taz-zijiet tiegħu f'Ħal Għaxaq stess. L-Ispettur Arnaud qal li fis-6 ta' Lulju li għadda Salvu Dalli irrapporta lill-Pulizija li ibnu Antoine reġa' qabad sew il-vizzju tad-droga. Allega li ibnu kien mar id-dar tiegħu u ħebb għalih b'daqqa ta' ponn. Dwar dan il-każ, il-Pulizija ħarġu akkużi kontra Antoine Dalli u kellu jaffaċċja proċeduri fil-Qorti. Fil-Qorti ntqal ukoll li lejlet id-delitt, Salvu Dalli għamel rapport ieħor lill-Pulizija li ibnu kien reġa' ħebb għalih għax beda jwaħħal fih li l-aġenzija Appoġġ kienet se tieħu lil uliedu. Dakinhar stess tal-qtil, il-Pulizija rċevew rapport minn Silvan Dalli, wieħed miż-żewġt aħwa ta' Antoine Dalli jallega li ħuħ kien qed jheddu. Fuq talba tad-difiża, il-Maġistrat Marsanne Farrugia ħatret lil Dr George Debono biex jeżamina s-saħħa mentali ta' Salvu Dalli u biex jistabilixxi jekk jistax jaffaċċja ġuri.
[ 0, 8 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 3:42pm Vetturi ħadu n-nar fl-Iklin. Kelliema għall-Pulizija qalet ma' TVM li s'issa għadu mhux magħruf x'wassal biex vettura ħadet in-nar. Kawża t'hekk għadd ta' vetturi oħra ħadu n-nar. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2pm. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 0, 8 ]
Dħulija u qalbha tad-deheb. It-tbissima fuq fommha tisraqlek qalbek minnufih. Xempju, ta' karriera liema bħalha fix-xandir u mhux biss. Fl-aħħar jiem, Anna Bonett irtirat mill-Arkivji tal-PBS. Fl-1976, ta' 17-il sena, is-Sinjura Bonett middet riġlejha fix-xandir nazzjonali. Fil-fjur ta' żgħożitha bdiet b"Teledisco'. Ftit ftit, spiċċat taqra l-aħbarijiet u ħadet ir-riedni ta' għadd ta' programmi oħra fosthom 'Senuri' u 'Standbaj'. Għal madwar 13-il sena, is-Sinjura Bonett kompliet tkattar il-karriera tagħha bil-kontribut tagħha f"Channel 10′, gwida tal-programmi li kienu se jixxandru matul il-ġimgħa. Xammret il-kmiem ukoll, fl-istudios tar-radju. Ir-radju, kien il-mimmi t'għajnejha. F'kummenti lil tvm.com.mt is-Sinjura Bonett stqarret li issa li se toħroġ bil-pensjoni bi ħsiebha qabelxejn torganizza ftit id-dar kif ukoll ħajjitha. Fost l-oħrajn, peress li l-hena tagħha timxi qalet li ġaladarba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom jippermettu bi ħsiebha terġa' tittanta xortiha fil-Camino de Santiago. Liema mixja, qaltilna li diġà għamlitha tliet snin ilu. Is-Sinjura Bonett żiedet tgħid li l-Arkivji kienet għal qalbha mmens hekk kif fost l-oħrajn hi u taħdem ġiet wiċċ imb wiċċ ma' bosta materjal dwar diversi persuni li b'xi mod taw sehemhom fix-xandir. Ix-xoqqa f'moxtha, biex iġġedded il-memorji b'min ismu baqa' mnaqqax fl-istorja tax-xandir nazzjonali. Anna Bonett – tirtira mill-Arkivji tal-PBS "Ħafna nies qed jgħiduli x'se toqgħod tagħmel?! 😅 Xi ħaġa nsib! 🤪"Fl-aħħar jiem, Anna Bonett irtirat mill-Arkivji tal-PBS. Fost l-oħrajn, kienet taqra l-aħbarijiet u kisbet suċċess liema bħalu bil-programmi 📺 'Senuri' u 'Standbaj'.Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/anna-bonett-tirtira-mill-arkivji-tal-pbs/Malta Audio Visual Memories
[ 6, 7, 10 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 8:26pm F'dawn il-ħinijiet mistenni jkun ippublikat l-avviż legali li jimponi restrizzjonijiet fuq diversi stabbilimenti, fosthom l-għeluq ta' diskoteki u nightclubs. Television Malta żar diversi stabbilimenti sigħat qabel ikollhom jagħlqu l-bibien għat-tieni darba dis-sena minħabba il-pandemija. Mit-8.00 tal-Erbgħa filgħodu, diskoteki u nightclubs jagħlqu l-bibien. Television Malta jinsab infurmat li l-avviż legali b'rabta ma' din il-miżura jgħid li kull darba li persuna tinstab ħatja li kisret dawn ir-regolamenti tal-postijiet tad-divertiment teħel multa ta' €3,000. L-avviż legali se jorbot ukoll li bars u każini għandhom iservu biss ikel, u xorb ma' ikel biss, lill-klijenti bilqiegħda mal-imwejjed. Ġurnata qabel ħafna mill-istabbilimenti fiż-żona jerġgħu jagħlqu il-bibien għat-tieni darba, din is-sena b'mod indefinit minħabba il-pandemija, żorna Paceville. Sidien tal-istabbilimenti qalu li qed iħossu din id-daqqa iktar minn dik li ħassew meta għalqu fit-18 ta' Marzu. Philip Fenech, li jirrapreżenta l-istabbilimenti f'Paceville, qal li minkejja li l-kummerċ ma kienx fl-aqwa tiegħu, kemm minħabba n-nuqqas ta' turisti kif ukoll minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuq l-istabbilimenti tad-divertiment, il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fiż-żmien li fih l-industrija bdiet tara ftit id-dawl. "Ir-realtà hija li dal-aħħar kienu qed jingranaw. Ironikament se nagħlqu fi żmien fejn bdejna nolqtu l-quċċata fl-industrija. Din hi l-frustrazzjoni. Ir-realtà imma hi li m'hemmx mod ieħor," qal Philip Fenech, rappreżentant tal-istabbilimenti f'Paceville. Ir-ristoranti iridu jsegwu r-regoli mid-dipartiment tas-saħħa – b'mejda trid tinżamm żewġ metri 'l bogħod minn oħra waqt li ma jistgħux joqgħodu aktar minn 8 persuni madwar l-istess mejda. Is-Sur Fenech qal li n-natura tal-industrija tad-divertiment ma tantx tgħin lin-nies iżommu d-distanza soċjali, u bħal donnu indika li sidien tal-istabbilimenti kienu qed jantiċipaw li ladarba jiżdiedu n-numri ta' każi pożittivi, kienu se jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda. Philip Fenech, li huwa ukoll il-Viċi President tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, qal li sezzjoni tal-industrija rreġistrat riżultati tajbin fl-aħħar xhur, partikolarment minħabba l-vouchers li ngħataw mill-Gvern. "Filfatt hemm min staqsiena jekk il-vouchers jistgħux jiġu estiżi wara Settembru għax issa kif ġiet il-vouchers jistgħu jintużaw biss fl-akkomodazzjoni u f'postijiet fejn hemm l-ikel," qal is-Sur Fenech. Mill-banda l-oħra stqarr li kien hemm negozji li jiddependu ħafna mit-turiżmu li ma marrux tajjeb wara li reġgħu tħallew jiftħu fl-aħħar xhur, b'uħud se jkollhom jissospendu l-operat tagħhom. Is-Sur Fenech appella lill-Gvern hu biex jibqa' jagħti għajnuna finanzjarja lill-industrija tad-divertiment. "Waħda mill-appelli tagħna se tkun għal wage supplement. Importanti li l-Gvern jibqa' jagħtiha. Biex insaħħuha, inżommu l-istabbilimenti tagħna, biex iżommu l-pozizzjoni tagħhom fis-suq." Infatti, wara l-laqgħa tal-Kabinett ftit tal-jiem ilu mal-Kamra tal-Kummerċ, f'kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Robert Abela m'eskludiex li s-suppliment tal-paga tal-ħaddiema jiġi estiż. Dwar is-suppliment tal-paga, biex jiġi estiż wara d-data li ġie mħabbra wieħed irid jevalwa s-sitwazzjoni. Sodisfatt għaliex l-ekonomija qed tirpilja b'mod b'saħħtu ma jfissirx li ma jkunx hemm lok fejn wieħed jaġġusta dak il-wage suppliment hija sitwazzjoni fluwida żgur li mhux se nħallu impjiegi jintilefu u negozji jmorru lura.
[ 0, 4, 8 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 8:25pm Persuna li kmieni waranofsinhar illum kienet fuq vapur tal-Gozo Channel qalet li kien hemm ħafna nies mingħajr maskra, anki jekk l-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet għadhom għaddejjin b'mod regolari. Filmat li ġibdet l-istess persuna juri li minn dawk li kienu madwarha, ħafna minnhom neżgħu l-maskra, hekk kif din tidher imdendla m'għonqhom, f'idejhom, jew biswithom fuq il-bank. Persuni oħra li tkellmu ma' TVM ukoll qalu li fl-aħħar jiem osservaw xi persuni mingħajr maskra fuq il-vapur, u li fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn kienu turisti. TVM infurmat li fl-aħħar jiem is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika u l-Awtortità għat-Turiżmu, assistiti mill-Pulizija, kienu qed iwettqu spezzjonijiet regolari fuq il-Gozo Channel. Dan kien ikkonfermat minn passiġġiera li nzertaw lill-pulizija jagħmlu rondi fuq il-vapur. Mill-banda l-oħra, il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel, Joe Cordina, iċċara li l-infurzar u l-multi mhumiex kompetenza tal-kumpanija. Qal li l-ħaddiema tal-vapur jiġbdu l-attenzjoni tal-passiġġiera huma u telgħin fuq il-vapur, iżda l-irwol tagħhom jieqaf hawn. Kull min jinqabad mingħajr maskra fuq il-vapur jista' jeħel €50.
[ 0, 1, 8 ]
Minn Ottubru li ġej l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jkun qed joffri firxa wiesgħa ta' programmi ta' studju, minn korsijiet ta' Foundation level sa Master's Degree. Liema Istitut, se jkun qed joffri kemm programmi ta' studju full-time kif ukoll part-time, b'uħud mill-korsijiet mistennija jkollhom għadd ta' lezzjonijiet fi ħdan il-campus tal-ITS kif ukoll onlajn. L-ITS ħabbar li min hu mħajjar japplika jista' jagħmel dan sal-aħħar ta' Awwissu. Ħabbar ukoll, li min jonqsu jagħmel l-O level's jew l-A level's jista' japplika anki minn issa stess. Għal aktar tagħrif tista' żżur dan is-sit .
[ 5, 6, 7, 10 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 10:08am Flixkun inbid tixtrih f'radda ta' salib. Madanakollu, biex il-konsumatur ipaxxi 'l-palat b'belgħa nbid tajba teħtieġ produzzjoni ta' stoffa qabel ma l-prodott joħroġ fis-suq. Fost l-oħrajn, b'mod ġenerali, l-għeneb għall-għasir jinqata' bejn Awwissu u Settembru. Fost l-imħuħ wara l-produzzjoni tal-għeneb fi xtutna, Alan Azzopardi ta' 26 sena u missieru Simon. Minkejja l-għadd ta' impennji li għandhom, Alan u Simon jiġbdu ħabel wieħed bla heda s-sena kollha fir-raba' tal-familja bil-għan li jwittu t-triq għall-produzzjoni tal-inbid. Tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill-Wied tal-Ħżejjen fil-Bidnija, minkejja li għadu jistudja, fl-aħħar jiem Alan ta daqqa t'id lill-papà tiegħu fil-qtugħ tal-għeneb. Ir-raba' tal-familja, tgħodd mat-3,000 dielja. F'kummenti lil tvm.com.mt Alan spjega li hu u missieru għadhom kemm qatgħu b'paċenzja liema bħalha s-Sauvignon blanc għall-abjad u s-Syrah għall-aħmar. Fl-isfond ta' xi ħalbiet tax-xita 'l hemm u 'l hawn li għamlu dan l-aħħar fi xtutna, Simon qal li l-għenba bajda batiet kemm kemm b'mod speċjali meta ma kienx riħ fuq. Spjega, li meta jkun riħ isfel l-ilma joqgħod mal-għenba u l-ħmira li għandu miegħu l-għeneb timmoffa bil-konsegwenza li l-għeneb jispiċċa jintrema. Lil hinn mill-qtugħ tal-għeneb f'dan iż-żmien tas-sena, Alan spjega li l-ħidma fir-raba' ma tonqos qatt hekk kif biex is-siġra tagħmel għeneb ta' kwalità dak li jkun irid jaħrat, ibexx kontra l-moffa, jiżbor u jsaqqi ta' spiss, fost l-oħrajn. F'dan l-isfond, Simon saħaq li l-prodott tal-bidwi għandu jiġi vvalutat b'mod aktar xieraq. Qal, li sikwit il-bidwi jaqla' l-anqas minkejja l-ħidma sfieqa li jagħmel lejl u nhar. Ir-raħħala u l-bdiewa żgħażagħ fil-filmat qed jiġu miġjuba lilkom b'kollaborazzjoni mal- Malta Youth in Agriculture Foundation . Alan Azzopardi – qtugħ tal-għeneb għall-għasir "Għall-kwiet 🤫, ma tismax tgergir 😅!"Alan Azzopardi għadu kif ta daqqa t'id lil missieru Simon fil-qtugħ tal-għeneb 🍇 għall-għasir 🍷. B'kollox, għandhom mat-3,000 dielja 😮.Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/jistudja-u-jghin-lil-missieru-fir-raba-ghadhom-kif-qatghu-l-gheneb-ghall-ghasir/Malta Youth in Agriculture
[ 6, 7, 10 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 7:24pm L-Assoċjazzjoni Medika Maltija ħabbret li rtirat id-direttivi tagħha hekk kif laqgħet il-miżuri l-ġodda ta' mitigazzjoni mħabbra dalgħodu. L-Assoċjazzjoni qalet li l-miżuri huma simili ħafna għal dak li talbet hi u li għalhekk ma tħossx li d-direttivi għandhom jissuktaw. Il-MAM ħeġġet lill-poplu Malti u Għawdxi biex isegwi d-direttivi bil-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus filwaqt li qalet li se tkun qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-miżuri l-ġodda u l-infurzar li hemm bżonn. Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija laqgħet ukoll il-miżuri mħabbra mill-Gvern. Sostniet li hi stess kienet talbet linji gwida iżjed ċari għan-negozji biex tassigura s-sigurtà fis-saħħa pubblika ta' kulħadd. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tifhem ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-bars fid-dawl ta' nuqqas ta' dixxiplina u infurzar f'ċertu setturi tal-ekonomija. Ikkundannat il-fatt li minħabba nuqqas ta' responsabbilita' kollettiva u infurzar adegwat, il-pajjiż mar pass lura fil-kontinwità.
[ 0, 8 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 6:01pm B'referenza għal stqarrijiet skorretti li qed isiru dwar il-każ ta' allegat ħasil ta' flus li ttella l-Qorti lbieraħ, il-Gvern fi stqarrija kkjarifika li: Is-Sur Aldo Cutajar, daħal fis-servizz pubbliku għall-ewwel darba fl-1989; Fl-2004, meta dak iż-żmien kien Prinċipal Anzjan fil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, is-Sur Aldo Cutajar tressaq il-Qorti fuq akkużi ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi, fost oħrajn; Fit-2 ta' Frar 2005, is-Sur Aldo Cutajar wieġeb ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta' sentjen ħabs sospiżi għal erba' snin, b'interdizzjoni perpetwa; Fit-22 ta' April 2005, il-Qorti tal-Maġistrati ddeċidiet li tneħħi l-interdizzjoni perpetwa li kienet tat hi stess fit-2 ta' Frar 2005; Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku investigat il-każ skont ir-regoli fis-servizz pubbliku u fis-16 ta' Ġunju 2005 irrakkomandat li l-interdizzjoni imposta fil-konfront tas-Sur Aldo Cutajar titneħħa skont kif iddikjarat il-Qorti. Il-Kummissjoni qalet li l-persuna in kwistjoni għandha titlef il-paga miżmuma matul is-sospesjoni u tingħata twissija; Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qabel ma' din ir-rakkomandazzjoni u ffirmaha fl-1 ta' Lulju 2005; Sussegwentament, is-Sur Aldo Cutajar ħadem f'diversi dipartimenti taħt diversi Ministeri; Dan ifisser li mhux minnu li s-Sur Aldo Cutajar xi darba tkeċċa minn mal-Gvern. Għalhekk, mhux minnu lanqas li s-Sur Aldo Cutajar qatt ġie "reinstated" mal-Gvern, u wisq iktar mhux minnu li ddaħħal lura mal-Gvern wara l-2013; Fis-17 ta' Awwissu 2016, iġifieri 11-il sena wara li l-Qorti tal-Maġistrati neħħiet l-interdizzjoni perpetwa, is-Sur Aldo Cutajar intbagħat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, fejn kien jaħdem dak iż-żmien, fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing. Dan il-pass sar wara li l-Ministeru rispettiv talab u ngħata l-clearances kollha meħtieġa mis-Servizz tas-Sigurta; Fl-1 ta' Marzu 2018, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bagħat lis-Sur Aldo Cutajar fil-Konsulat Malti f'Shanghai. Din il-kariga intemmet fis-7 ta' Settembru 2019. L-istqarrija kompliet tgħid li s-Segretarju Permanenti Ewlieni ma kellu l-ebda konnessjoni mal-ebda ċirkostanza hawn fuq imsemmija. Il-Gvern irrefera wkoll għall-istqarrijiet tas-Segretarju Permanenti Ewlieni lbieraħ fejn iddikjara li ma kellu l-ebda rabta mal-operat ta' ħuħ. Il-Kap taċ-Ċivil kiteb ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn wera ruħu dispost li jagħti aċċess għal dwar kull materja finanzjarja li tikkonċerna lilu llum jew fl-imgħoddi. Bħala Kap taċ-Ċivil ordna wkoll li jibdew passi dixxiplinarji fil-konfront ta' ħuħ, mingħajr ma jkun involut hu. Il-Gvern qal li huwa konvint li l-istituzzjonijiet indipendenti se jwettqu x-xogħol tagħhom biex issir ġustizzja ma' min żbalja f'dan il-każ, bħal f'kull każ ieħor.
[ 0, 4, 8 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 1:07pm Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) qed jappella biex dawk li jaraw koppja żagħżugħa tal-istess sess fit-triq, ma jmorrux jgħidu lill-ġenituri tagħhom mingħajr il-kunsens taż-żgħazagħ. Fuq il-midja soċjali l-MGRM qal li din tiġri kemm-il darba u minħabba f'hekk qed jinħolqu problemi serji lil persuni LGBT+. Qal li dawn il-problemi jinkludu vjolenza psikoloġika u/jew fiżika mill-ġenituri fuq uliedhom, fost affarijiet oħra. Il-moviment sostna li huma l-persuni LGBT+ biss li jridu jiddeċiedu meta u kif jgħidu lill-ġenituri tagħhom, u ħadd m'għandu jindaħal x'jagħmel ħaddieħor f'ħajtu.
[ 0, 8 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 3:42pm Il-Gvern Malti llum ippubblika l-pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo, li jfisser li dawk li jaslu f'Malta minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentaw ċertifikat ta' riżultat negattiv ta' COVID-19. Din id-deċiżjoni ssegwi dak li tħabbar ilbieraħ waqt konferenza stampa indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci. Fi stqarrija maħruġa llum mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa, u mill-Ministeru tat-Turiżmu, intqal li l-pajjiżi fil-lista oranġjo huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u Spanja; applikabbli għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellona, Girona u Madrid. It-turija taċ-ċertifikat se tibda tiġi infurzata minn nhar il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu f'nofsillejl, meta jidħol fis-seħħ l-avviż legali. It-test għall-COVID-19 irid ikun Polymerase Chain Reaction (PCR) test u jrid ikun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira. Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina. Il-Gvern qal li l-lista ta' pajjiżi se tkun aġġornata minn żmien għal żmien.
[ 0, 1, 8 ]
Il-UĦM Voice of the Workers qalet li wara ġimgħa ta' azzjonijiet u nuqqas ta' rieda tajba min-naħa tal-Gvern jidher biċ-ċar li l-Gvern ma għandux intenzjoni li jagħti żieda xierqa lill-professjonisti. Għalhekk, qalet li minn nofsillejl tal-lum se tkun qed teskala d-direttivi tal-Allied Health Professionals. Dawn il-grupp ta' professjonijiet speċjalizzati f'setturi differenti fil-qasam tas-saħħa huma l-Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists, Radiographers u Speech Language Pathologists. Fi stqarrija, il-UĦM qalet li hi ta' sfortuna li minkejja li hemm ftehim sakdut bi tliet snin, il-Gvern għadu qed isabbat saqajh ma' dawn il-front liners u mhux lest jagħti żidiet fil-pagi u kundizzjonijiet li jirriflettu l-irwolijiet ta' dawn il-professjonisti. Qalet li minkejja li l-Gvern wiegħed li ser jagħti s-sostenn u remunerazzjonijiet xierqa lil dawn il-frontliners jidher biċ-ċar li dak li qed jintqal mhux qed jitwettaq fil-konkret. Għalhekk minn għada, il-UĦM qalet li • Operazzjonijiet mhux urġenti ser ikunu posposti; • Radiographers fl-emerġenza ser ikunu fuq go slow; • CTs, MRI u Theatres ser jiefqu sakemm mhux emerġenza; • Testijiet tad-demm mhux ser jiġu proċessati jekk mhux emerġenza jew swabs tal-COVID-19; • Servizzi tal-Podjatrija ser jitnaqqas għajr għal servizzi urġenti kemm fl-isptarijiet u l-kura primarja waqt li servizzi fil-komunità mhux se jiġu offruti; • L-Occupational Therapists mhux ser jaraw pazjenti ġodda u mhux se joffru servizzi ta' home visits; • Każijiet ta' nies li għandhom diffikultajiet biex jibilgħu l-ikel u x-xorb (dysphagia) fil-komunità ser jiġu referuti għall-Casualty filwaqt li servizzi fil-komunità ta' Speech Language Pathology se jkunu mwaqqfa apparti każijiet ġodda li se jingħataw vista waħda; • Testijiet tas-Smigħ se jiefqu kollha; • Il-Fiżjoterapisti ser ikunu qed jaraw każijiet respiratorji biss. Temmet tgħid li filwaqt li dawn l-azzjonijiet mhux qed jolqtu l-imxija tal-COVID-19, il-Union mhi teskludi xejn jekk il-gvern jibqa' jsabbat saqajh u jibqa' jirrifjuta li jagħti rrikonoxximent neċessarju lil dawn il-professjonisti.
[ 0, 4, 8, 12 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 12:43pm L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 48 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta. Fl-istess waqt, kienu ddikjarati 7 oħra mfejqa. Dawn irriżultaw minn 2,124 swab test fl-aħħar 24 siegħa. B'kollox issa saru 161,057 test kemm ilu li feġġ il-virus. Każijiet attivi hemm 648 mit-total globali ta' 1,423 ta' każijiet ta' coronavirus reġistrati f'Malta. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Sadanittant, b'rabta mal-każi mħabbra lbieraħ, apparti d-dettalji li diġà ngħataw, fl-aħħar sigħat ħareġ li 5 każi kienu membri tal-famija relatati ma' każi diġà magħrufa, 4 kienu kuntatti diretti ma' każi magħrufa, 3 kienu kollegi ta' persuni pożittivi, 2 kienu mill-grupp ta' Monte Carmeli, 2 mill-grupp tal-iskejjel tal-Ingliż, u 9 minn djar tal-anzjani.
[ 0, 1, 4, 12 ]
Fil-11am, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci se jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet. Il-konferenza se tixxandar fuq TVM, tvm.com.mt u Facebook ta' TVM. Għada mistennija jitħabbru miżuri ġodda b'rabta mal-Covid-19
[ 0, 4, 8 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 6:07pm Min-nhar l-Erbgħa clubs u discos, bars u każini se jgħalqu iżda jistgħu jiftħu biss dawk il-bars li joffru l-ikel. Persuni li jmorru f'dawn il-bars iridu jidħlu bil-maskra u jneħħuha ladarba jpoġġu bilqiegħda. Xorb waħdu ma jistax jiġi ordnat, wieħed irid jordna l-ikel miegħu u jibqa' bilqiegħda. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f'konferenza tal-aħbarijiet illum fejn qal li mill-Erbgħa li ġej, se jieqfu wkoll il-boat parties. Trasport bil-baħar se jibqa' jsir bl-użu tal-maskri u ż-żamma tad-distanza soċjali. Qal ukoll li ġemgħat ta' persuni t'aktar minn 15-il ruħ f'post pubbliku mhux permess. Din il-miżura mhux se tapplika għall-knejjes, postijiet sagri u funerali, fid-dawl li dawn huma diġà regolati bi protokol ta' distanza soċjali stretta. Jiżdiedu mal-miżuri li diġà hemm fis-seħħ, mal-lista l-ħamra u l-ħadra ta' vjaġġar, lista oranġjo. Il-lista l-oranġjo se tkun riveduta kontinwament bil-lista kollha ta' pajjiżi mistennija titħabbar illejla. Din se tidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa wara nofsillejl. Fl-ajruport ta' Malta se jibda jsir ukoll random testing, filwaqt li r-restrizzjonijiet l-oħra fuq is-safar se jibqgħu japplikaw. Min jivvjaġġa lejn Malta, mill-pajjiżi fuq il-lista l-ħamra u l-oranġjo jrid jipproduċi ċertifikat negattiv ta' swab test mhux aktar antik minn 72 siegħa. F'każ li dan iċ-ċertifikat ma jiġix ippreżentat, il-persuna tista' tinżamm taħt kwarantina obbligatorja ta' 14-il jum jew ikunu sottomessi għall-ittestjar f'Malta. Tiġijiet, mit-28 t'Awwissu, jistgħu jsiru biss jekk il-mistednin ikunu bilqegħda f'ambjent bħallikieku ta' ristorant. Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar l-eżamijiet kif għandhom isiru. Sewwieqa li jwasslu lil persuni li mhux membri tal-familja tagħhom stess iridu jilbsu maskra. L-użu tal-maskra huwa obbligatorju f'postijiet pubbliċi magħluqa bl-infurzar tal-miżuri se jsir mill-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika, il-Pulizija, Transport Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turizmu (MTA) u l-uffiċjali tal-LESA. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-miżuri ġodda ma ddaħħlux fuq ristoranti jew ħwienet tax-xagħar u s-sbuħija għax is-sitwazzjoni baqgħet taħt kontroll, iżda ddaħħlu miżuri minn fejn kien hemm problema ta' tixrid tal-virus. "Aħna l-ikbar clusters li kellna kienu fejn kien hemm clubs, nies jitħalltu ma' xulxin, konsum tal-alkoħol, fejn perusna ikun qed jikkonsma iktar alkoħol u għalih diffiċli li jsegwi l-miżuri li rrakomandajna." Prof Gauci qalet li saru 'l fuq minn 21,600 spezzjoni fi stabbilimenti u nħarġu 36 multa; saru 'l fuq minn għaxart elef spezzjoni ta' mitigazzjoni fejn inħarġu disa' multi. Dwar użu obbligatorju tal-maskri saru kważi 1,500 spezzjoni u nħarġu 118 ċitazzjoni. Qalet ukoll li mill-bidu tal-pandemija kien hemm kważi ħamsin elf spezzjoni fuq persuni fi kwarantina, li minnhom inħarġu 177 ċitazzjoni fuq nies li kienu f'kuntatt ma' persuni bil-virus u 16-il ċitazzjoni lil persuni li kienu huma stess pożittivi.
[ 0, 1, 8 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 6:09pm Il-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza stampa tal-lum qalet li fl-aħħar 24 sieagħa ħarġu 69 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta u fiequ 10 persuni. Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati mentri mill-każijiet tal-bieraħ, 17-il każ huma membri tal-familja ta' każijiet li diġà kienu magħrufin, 12 minnhom kienu f'kuntatt diretti ma' każijiet magħrufa. 7 oħra ħarġu li kienu kollegi tax-xogħol ta' każijiet pożittivi, 5 huma minn cluster ta' Mount Carmel, 2 oħra mill-cluster ta' Paceville u 2 oħra huma każijiet impurtati. 2 persuni infettati huma marbutin ma' timijiet ta' football u waterpolo. B'kollox saru 2,269 swab test fl-aħħar 24 siegħa u 158,933 test kemm ilu li feġġ il-virus. Każijiet attivi hemm 607 mit-total globali ta' 1,375 ta' każijiet ta' coronavirus reġistrati f'Malta. Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne qal ukoll li s'issa qatt ma kellna każ ta' persuna li ttestjat darbetjn pożittiva għall-Covid-19.
[ 0, 1, 4, 12 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 4:39pm L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ppubblika l-ittra ta' riżenja li Dr Peter Grech bagħat lill-President George Vella. Dr Grech qal li wara li laħaq l-età ta' rtirar f'Marzu li għadda, iddeċieda li jirriżenja mill-kariga b'effett mid-9 ta' Settembru li ġej. L-Avukat Ġenerali qal li sentejn ilu kellu problema serja ta' saħħa li setgħet kienet marbuta max-xogħol stressanti tiegħu u wara li qies is-sitwazzjoni kollha, iż-żmien twil li ilu fil-kariga, il-fehmiet ta' familtu u l-ħsara li ġarrab f'saħħtu, wasal għad-deċiżjoni li jirreżenja mill-kariga wara 10 snin. Dr Grech qal li minkejja rwoli diffiċli u ċirkostanzi kultant mingħajr preċedent, dejjem wettaq dmiru skont il-Kostituzzjoni u fuq kollox skont il-kuxjenza u l-ġurament li ħa bħala avukat. Huwa wera dispjaċir għall-mod li bih qal li ġie stmat fid-dibattitu pubbliku u sostna li kultant dan kien inġust, tant li minkejja d-diversi attakki li sarulu ma waqqfuhx milli jkompli jaqdi dmiru fedelment bħala Avukat Ġenerali. ARA: L-ittra tal-Avukat Ġenerali lill-President ta' Malta
[ 0, 4, 12 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 3:26pm Il-kumitat parlamentari għall-istandards fil-Ħajja Pubblika għalaq il-każ dwar ir-rigal ta' 3 ifliexken inbid lussużi li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat irċieva mingħand in-negozjant Yorgen Fenech, suspettat mandant fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-kumitat parlamentari aċċetta t-tieni ittra li Dr Muscat bagħat lill-Kumitat nhar il-Ġimgħa li għadda fejn innota li waqt li Dr Muscat għandu dritt iżomm il-pożizzjoni tiegħu kien qed jifhem li l-ittra kienet tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi, fost affarijiet oħra bil-kliem, fejn Dr Muscat tenna li refa' r-responsabbiltà tiegħu. B'hekk il-kumitat parlamentari għalaq il-każ wara dibattitu fejn kien hemm nuqqas ta' qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni dwar sanzjoni li kellha tittieħed fil-konfront tal-eks Prim Ministru Muscat. Il-kelliema tal-Gvern, il-Ministri Edward Zammit Lewis u Byron Camilleri sostnew li l-każ kellu jingħalaq ladarba l-Kumitat kien addotta r-rapport tal-Kummissarju Ġorġ Hyzler li m'għamilx rakkomandazzjoni għax il-ksur kien ġie rimedjat u ma kienx hemm riżorsi li ntużaw ħażin. Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina u Carm Mifsud Bonnici qalu li jekk mhux se tintalab apoloġija formali kien se jingħata l-messaġġ li qisu ma ġara xejn u li ma kien hemm l-ebda sanzjoni.
[ 0, 4, 12 ]
In-Nazzjon jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li żbilanċ politiku waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Gvern m'għandu qatt jiġi indirizzat billi jiġu ċċensurati l-ġurnalisti jew titpoġġa xi sarima ma' ħalqhom. Il-ġurnal jgħid ukoll li sa issa ma kien arrestat ħadd b'rabta ma' l-omiċidju li seħħ f'Tas-Sliema, b'sorsi mid-depot jindikaw li "ma kinitx sempliċi serqa." Il-vittmi huma t-Tabib-Bankier Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski, Russu li jinnegozja fl-arti, li ilhom diversi snin f'relazzjoni. Jingħad li l-Pulizija qed janalizzaw filmati li juru lil tliet persuni jaħarbu mix-xena tad-delitt, b'karrozza bajda, u iżid li tal-anqas kienu sparati sitt tiri. Times of Malta b'ritratt ta' Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski li inqatlu f'darhom f'Tigne, Tas-Sliema fil-lejl ta' bejn it-Tlieta u l-Erbgha, jirraporta li l-pulizija għaddejjin bi tfittxija għal tliet persuni li huma suspettati li kienu involuti fil-qtil. Il-ġurnal iżid li dawn it-tliet persuni kienu fid-dar tal-mejta għal erba' minuti u ħarbu b'karozza bajda. F'rapport iehor jingħad li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li erba' festivals internazzjonali li kellhom isiru f'Malta, kien ikklassifikati bħala ta' riskju żgħir għall-COVID19 skond sistema stabbilità mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa. L-Orizzont ukoll jirraporta dwar il-qtil doppju li seħħ f'Tas-Sliema, b'ritratt tad-dar fejn seħħ id-delitt. Il-ġurnal jgħid li l-qattiela daħlu u ħarġu f'erba' minuti, u jżid li dan aktarx kien hold-up li mar ħażin jew qtil ippjanat. Fi storja oħra mill-qorti dwar delitt ieħor li seħħ f'Ħal Għaxaq aktar kmieni dan ix-xahar, jingħad li waqt li nsista mal-Pulizija li fl-ebda ħin ma ried joqtol lil ibnu, Salvu Dalli qal li kien sparalu biex jiddefendi lilu nnifsu minnu wara li allegatament kien daħal fid-dar tiegħu u ħebb għalih. Jirraporta ukoll li l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti, Tony Zahra, qal li l-iskema tal-vouchers mill-Gvern biex tkun riġenerata l-ekonomija kienet suċċess billi wasslet għal aktar negozju minn dak li kien oriġinarjament mistenni. Qal li l-Assoċjazzjoni tittama li l-Gvern jerġa' jirrepetiha f'Diċembru. The Malta Independent ukoll jirraporta bi prominenza il-qtil doppju li seħħ f'Tas-Sliema, u jgħid li l-Pulizija qed tappella għall-informazzjoni li jista' jgħinhom jaslu għat-tliet suspettati li huma maħsuba li kienu wara dan id-delitt. B'ritratt imdaqqas tar-residenza tal-vittmi fi Triq Locker ftit wara li seħħ id-delitt, il-ġurnal jirraporta kif il-Pulizija sabu wieħed mill-vittmi fis-sular t'isfel u ieħor fis-sular ta' fuq, it-tnejn mixħuta mal-art mejta. Fi storja oħra, rrapurtat li l-organizzaturi tat-tiġijiet huma mħassba minħabba iż-żieda fir-restrizzjonijiet fuq in-negozju tagħhom minħabba ż-żieda fil-każi tal-COVID19. Wieħed mill-organizzaturi qal li ħafna mill-għarajjes qed jagħżlu li jħassru it-tieġ tagħhom.
[ 4, 9, 12 ]
Il-Pulizija ressqet b'arrest fil-Qorti t'Għawdex Amerikan ta' 51 sena, residenti Għajnsielem akkużat li nhar it-Tnejn li għadda waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu, ikkawża ġrieħi gravi permezz ta' arma li taqta u bil-ponta fuq tfajla Rumena ta' 26 sena. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
[ 0, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 6:50pm B'rekord ta' konvenji ffirmati x-xahar li għadda, li kienu jammontaw għal 1,600, ix-xejra fil-bejgħ tal-propjetà donnha qed tinbidel. Dan ħareġ minn statistika miġbura mill-Assoċjazzjoni tal-Iżvilupatturi, l-MDA, li qalet li l-kwantità ta' proprjetà mibjugħa f'Lulju f'Malta u Għawdex kienet l-ogħla waħda fl-aħħar snin. Jidher li din iż-żieda sostanzjali fil-bejgħ tal-propjetà rriżultat bit-tnaqqis tat-taxxa tal-boll għall-1.5% mħabbra fil-mini budget tal-Gvern, ftit wara li feġġ il-Covid f'Malta. TVM tkellem ma' l-iktar żewġ kumpaniji tal-bejgħ tal-propjetà li stqarrew kif ix-xerrejja jafu iktar xi jridu jixtru u qed jieħdu l-opportunità biex ikabbru d-dar jew jixtru t-tieni propjetà f'Għawdex. B'valur ta' aktar minn €330 miljunf'konvenji ffirmati, ix-xahar ta' Lulju kien l-aqwa wieħed għall-iżviluppaturi, l-aġenti tal-propjetà u kull min għandu x'jaqsam ma' din l-industrija. Dan ix-xenarju li ilu ma jseħħ mill-2017. L-aġenti tal-proprjetà li tkellmu ma' Television Malta, qalulna li ż-żieda fil-bejgħ li kellhom f'Lulju, għada għaddejja anki f'Awwissu, kemm fil-bejgħ kif ukoll fil-persuni li qegħdin iduru biex jaraw il-proprjetà. Bħalissa hemm nies serji li qegħdin jixtru Is-Sur Peter Sullivan, li jmexxi aġenzija tal-proprjetà, qal li ż-żieda sostanzjali għenet lil aġenti tal-proprjetà jirkupraw mit-telf li għamlu f'Marzu u April, meta l-industrija tal-bejgħ kważi waqfet kompletament. Żied jgħid li l-miżura tal-Gvern tat-tnaqqis fuq it-taxxa tal-boll għal minn jixtri u jbigħ xprunat is-suq, fejn kull min hu verament interessat, qiegħed jaqbad u jixtri. "Dawn huma nies serji li qegħdin jixtru, m'hemmx dak in-nies li jgħidu u iva ħa naraw. Min irid ibigħ, ħa jirriskja COVID jew mhux COVID, juri d-dar, għax irid ibigħ, għax inkella jekk ma jurix id-dar mhux ħa jbigħha. Min irid jixtri l-istess, jekk irid jixtri qabel Marzu irid jara x'ħa jagħmel, għax konvenju jdum 6 xhur, il-bank loan idum, in-nutar irid jagħmel ir-riċerki, u Marzu malajr ikun magħna." In-nies qed ifittxu post ikbar – qed japprezzaw iktar id-dar Is-Sur Douglas Salt, li wkoll huwa sid ta' aġenzija tal-propjetà, kif ukoll imexxi s-sezzjoni tal-aġenti tal-proprjetà tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi l-MDA, qal li waqt li s-suq tal-kera għadu qiegħed isib saqajh minħabba n-nuqqas ta' persuni barranin f'Malta, l-imxija tal-COVID, flimkien mal-inċentivi tal-Gvern, inkoraġġew lil uħud biex jixtru residenza ikbar u anki t-tieni d-dar. "Trend ġdida ta' nies li wara li għamlu erba' xhur magħluqin id-dar ġewwa, qishom qed japprezzaw iktar id-dar tagħhom, u jippruvaw jagħmlu qabża għal postijiet bi ġnien, bi swimming pool, b'terrazzin, u Għawdex ra influss ta' talbiet għal villeġjatura f'Għawdex." L-MDA qed taħdem fuq proposti għas-suq tal-propjetà Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti, qal li waqt li ż-żieda hija riżultat tal-proposti li l-Assoċjazzjoni għamlet lill-Gvern biex jinżamm ir-ritmu ekonomiku, appella lill-Gvern biex jkompli jimplimenta l-miżuri neċessarji biex titħares is-saħħa, u fl-istess waqt tirkupra l-ekonomija. "Irridu nkunu attenti ħafna illi l-'leaders', min hu espert, f'kull qasam, fl-industriji kollha, irridu nagħtu pariri tajbin lill-Gvern mhux ħafna fixfixe, imma pariri konkreti, biex il-Gvern nikkonvinċuh li jimxi fid-direzzjoni fejn mill-iktar fis possibli, biex meta noħorġu min din il-pandemija, l-ekonomija ma ddumx biex terġa' tqum fuq saqajha." Is-Sur Chetucti qal li l-MDA diġà qiegħda taħdem fuq numru ta' proposti ġodda dwar is-suq tal-proprjetà biex jinżamm ir-ritmu f'din l-inustrija kruċjali għall-ekonomija Maltija. Għal din l-aħbar irreaġixxa wkoll il-Partit Nazzjonalista: Il-PN jilqa' r-riżultati tajbin fil-bejgħ tal-propjetà f'Lulju
[ 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 8:14pm Il-Forzi Armati ta' Malta ħatret inkjesta interna dwar l-allegazzjoni li sar party fil-barracks ġewwa Ħal Far. Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta' Malta qalet li t-tmexxija tal-Forzi Armati ta' Malta ħadet azzjoni immedjata sabiex jiġu vverifikati l-allegazzjonijiet u l-fatti. Il-Forzi Armati ta' Malta qalet li s-suldati li kienu xogħol dakinhar intalbu jagħmlu test tal-awrina sabiex jiġi stabbilit għamlux użu minn sustanzi illegali. Intqal li s-suldati kollha aċċettaw bl-eċċezzjoni ta' wieħed. Ir-riżultati ta' min għamel it-test kollha ħarġu negattivi filwaqt li l-persuna li rrifjuta tkeċċa immedjatament fl-interess tas-servizz. Ġie spjegat li dan sar in linea mal-politika interna li tħaddan l-Armata ossia ta' zero tolerance fejn jidħol użu ta' sustanzi illegali. Il-Forzi Armati ta' Malta tenniet li qed tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta interna u timxi u tieħu passi skont l-istess konklużjonijiet. Intant il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li quddiem dawn l-allegazzjonijiet il-gvern għandu jispjega għaliex dan l-inċident inżamm mistur ġimagħtejn u jekk il-Pulizija gietx infurmata u hix qed tinvestiga. Fl-istqarrija tal-kelliem Beppe Fenech Adami illi kieku ma kienx għal min żvela din l-istorja, dak li seħħ kien jibqa' mistur mill-pubbliku. Il-Partit Nazzjonalista qal ukoll li għandha tingħata spjegazzjoni jekk il-persuna involuta fl-allegat konsum ta' kokaina, kellux passat kriminali u minkejja dan baqa' fl-armata.
[ 8, 9, 16 ]
Fid-dawl tal-aħħar miżuri mħabbra dalgħodu mill-Gvern għall-kontroll tal-imxija tal-Covid19, id-Djoċesi ta' Għawdex tħabbar dawn il-bidliet fil-Programm tal-Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Ministeru Episkopali ta' Dun Anton Teuma bħala d-Disa' Isqof ta' Għawdex. Il-KONSAGRAZZJONI EPISKOPALI tmexxiet għal nhar il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu, fil-5.30pm, fir-Rotunda Arċipretali ta' San Ġwann Battista, ix-Xewkija. Iċ-ĊELEBRAZZJONI TA' TALB bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali sa tinżamm nhar il-Ħamis 20 ta' Awwissu, fit-8pm, fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria, u sa ssir bil-magħluq.
[ 8, 9, 13, 16 ]
TVM infurmat li nstab raġel mejjet f'xaft f'San Pawl il-Baħar. Is-sejba saret ftit tal-ħin ilu u għad mhux magħruf kemm ilu hemm il-kadavru. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 8:52pm Raġel ta' 34 sena li jgħix Għajnsielem tilef ħajtu, wara li xahrejn sofra ġrieħi serji f'inċident fl-Imġarr. Ir-raġel kien rikoverat flimkien ma' raġel ieħor ta' 29 sena, wara li dawn inqabdu fid-dħaħen u n-nirien li ħakmu għadd ta' dgħajjes fil-Port tal-Imġarr fis-26 ta' Ġunju. BIL-FILMAT: Raġel fil-periklu tal-mewt u ieħor l-isptar wara li jottijiet inbelgħu min-nirien fl-Imġarr, Għawdex
[ 4, 8, 9, 16 ]
Wieħed mill-erbat irġiel li huwa akkużat bil-qtil tal-ex prim ministru Lebaniż ta' Rafik al-Hariri f'Bejrut kien ikkundannat f'sentenza li ngħatat minn tribunal speċjali li huwa approvat min-Nazzjonjiet Maqgħuda. It-tribunal qed jisma' l-każ kontra erba' membri tal-Hezbollah li huma akkużati b'kumplott biex iwettqu l-attakk permezz ta' splużjoni bomba li qatlet lil Hariri u 21 persuna oħra fl-2005. Salim Ayyash instab ħati li kkumplotta biex iwettaq l-att terroristiku li qatel 22 persuna u darab 226 ruħ fl-attakk li twettaq fl-erbatax ta' Frar ta' dik is-sena. L-imħallef li qed jippresiedi l-każ qal li ma teżisti l-ebda evidenza li hemm xi ħadd mit-tmexxija tal-Hezbollah jew mis-Sirja li huma implikati fl-attakk. Hariri, li huwa ex biljunarju Musulman Sunni, kellu rabtiet mill-qrib mal-Istati Uniti u l-alleati tal-punent u pajjiżi tal-Golf Għarbi u kien jitqies bħala theddida għal dawk li jmexxu interessi Iranjani u Sirjani fil-Libanu. Huwa kien mexxa wkoll kampanja nazzjonali biex terġa' tinbena Bejrut wara l-gwerra ċivili ta' bejn l-1975 u l-1990. Il-verdett fil-Libanu wasal hekk kif il-poplu qed jirkupra minn wieħed mill-agħar diżastri meta splużjoni kbira fil-port qatlet 178 ruħ u wasslet għal kriżi ekonomika.
[ 1, 10 ]
Tlestiet fażi oħra mill-mina li mir-reverse osmosis ta' Pembroke se twassal sal-ġibjuni ta' Ta' Qali. Din il-mina se tkun twila disa' kilometri u nofs u għandha l-għan li twassal kwalità ta' ilma aħjar lir-residenti fiċ-ċentru ta' Malta. Il-mina mistennija titlesta kollha fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla. Miexi ġmielu x-xogħol fuq il-mina li qed titħaffer mir-reverse osmosis ta' Pembroke sal-ġibjuni f'Ta' Qali u li se tkun twila disa' kilometri u nofs. Din il-mina, li qed issir b'investiment ta' 30 miljun ewro, parti minnhom iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, se twassal l-ilma mill-Grigal lejn iċ-ċentru ta' Malta biex din iż-żona jkollha kwalita' ta' ilma aħjar. Il-Perit Mario Balzan mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qal "minn Pembroke l-ilma li huwa tajjeb ħafna se jiġi mħallat Ta' Qali u jiġi distributed fl-areas ta' Ta' Qali. Minn Ta' Qali jmur San Ġwann u jiġi distributed kwalità tajba tal-ilma ħafna iktar milli għandna s'issa. Minn 9.5 km li ħaffirna s'issa għandna bejn wieħed u ieħor 5 km." Fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Ivan Falzon, it-Tnejn filgħodu tlestiet fażi oħra tal-proġett ta' din il-mina hekk kif tniffdet it-tieni minn 3 partijiet tal-mina. Kif spjega l-Perit Balzan, għall-mina qed isir tħaffir minn erba' postijiet differenti. "llum hija t-tieni connection minn 3. Fil-mina se niltaqgħu 3 darbiet għax qed inħaffru minn 4 naħat differenti. Pembroke diġa tħaffret…. mill-Iklin ltqajna mas-sistema li ġejja mill-Ibraġġ, issa baqgħalna r-road header se tkompli sejra minn dik in-naħa u tiltaqa' ma' road header li qed tqatta' minn Ta' Qali." Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma, Michael Farrugia, qal li l-għan ta' dan il-proġett hu li jsir titjib fil-kwalità tal-ilma li jasal fid-djar. "L-iskop huwa li nużaw inqas klorin fl-ilma anke fil-mod li se nassiguraw it-titijib fil-kwalita' tal-ilma kemm bħala kimika li minkejja li nilħqu d-direttivi tal-UE u qegħdin ħafna baxxi ikkomparati mal-ogħla livelli, irridu nkomplu nbaxxuhom u nkomplu nbaxxuhom biex il-poplu Malti Għawdxi nkomplu ntuh kwalita' ta' ilma aħjar." Dan hu proġett li jifforma parti min-Net Zero Impact Utility tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. B'kollox qed jintużaw 3,000 tunnellata ta' pajpijiet. Il-mina mistennija titlesta fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla.
[ 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 5:18pm Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jgħin lis-self employed u ma jħallihomx waħedhom quddiem id-diffikultajiet ġodda li qed jiffaċċjaw. Fi stqarrija, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Self Employed Edwin Vassallo qal li dawk li jaħdmu għal rashom jew self-employed li jimpjegaw lill-ħaddiema qed jaraw li d-dħul tagħhom qed jonqos. Għalhekk il-kelliem Nazzjonalista qed jgħid li l-Gvern huwa fid-dmir li jgħinhom sabiex wara din l-imxija s-self employed jibqgħu jaħdmu u joħolqu x-xogħol.
[ 8, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 8:51pm L-Air Malta qalet li l-Assoċjazzjoni tal-Bdoti – l-ALPA – irrifjutat l-offerta tagħha li kienet se tassigura l-impjieg tal-bdoti kollha, saħansitra anke dawk li spiċċaw bla xogħol. Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li rċeviet formalment id-deċiżjoni meħuda mill-ALPA, f'vot li ħadu t-53 bdot membru tagħha. Skont il-linja nazzjonali tal-ajru, din l-offerta kienet tassigura l-impjieg għall-uffiċjali kollha responsabbli mit-titjira, inkluż għad-69 bdot li ġew issensjati f'Ġunju li għadda. L-Air Malta spjegat li ħafna mill-bdoti li għadhom fl-impjieg ma aċċettawx li titnaqqsilhom il-paga bażika b' 20%, waqt li d-69 bdot li ġew issensjati jerġgħu jiġu impjegati b' 50% tal-paga bażika li kellhom. Spjegat li offriet li l-paga bażika tal-bdoti kollha tiżdiet b'90% f'April tal-2022 u terġa' tiġi sħiħa għal li kienet f'April ta' sena wara bl-allowances fissi kollha jitħallsu matul dan il-perjodu. L-Air Malta qalet li hija diżappuntata b'dan il-vot, wara l-isforzi biex il-bdoti kollha jibqgħu fl-impjieg fi żmien meta aktar minn 90,000 bdot madwar id-dinja tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-pandemija.
[ 8, 9, 16 ]
Il-kumpanija Ċiniża li tispeċjalizza fil-farmaċewtika CanSino Biologics kisbet l-approvazzjoni mill-gvern Ċiniż biex tibda timmanifattura l-vaċċin kontra l-Covid-19. Din hija l-ewwel liċenzja li se joħroġ il-gvern Ċiniż għall-vaċċin kontra l-Covid-19. Il-kumpanija CanSino Biologics bdiet il-provi tagħha barra ċ-Ċina, b'rapporti qalu li l-provi saru fir-Russja. Il-gvern Ċiniż diġà ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-vaċċin jibda jintuża mill-armata filwaqt li l-aħħar provi bdew isiru wkoll fl-Arabja Sawdija u l-Messiku. L-elezzjoni ġenerali fi New Zealand ġiet posposta b'4 ġimgħat minħabba l-imxija tal-COVID-19 u se ssir fis-17 t'Ottubru minflok fid-19 tax-xahar id-dieħel. Il-Prim Ministru Jacinda Ardern kienet taħt pressjoni biex tipposponi l-elezzjoni minħabba l-firxa tal-virus fl-ikbar belt tal-pajjiż Auckland fejn reġgħu qabżu l-mija l-każijiet ta' Covid-19. Il-pandemija laqtet ukoll appuntamenti elettorali oħra fosthom il-konvenzjoni tal-Partit Demokratiku li parti kbira minnha issa se ssir online. U fil-Ġappun, it-tielet l-ikbar ekonomija fid-dinja sofriet l-ikbar daqqa ta' ħarta fiż-żminijiet moderni b'waqa' ta' kważi 28 fil-mija fi żmien meta t-tkabbir ekonomiku kien diġà beda juri sinjali li se jnaqqas ir-ritmu tiegħu. U fir-Renju Unit, il-gvern qed jikkunsidra jpoġġix miżuri ta' kwarantina fuq passiġġieri li jaslu mill-Kroazja u l-Greċja wara rapporti ta' żieda sinifikattiva fir-rati ta' infezzjonijiet. Madwar id-dinja s'issa mietu 775 elf ruħ bil-COVID-19, filwaqt li l-każi pożittivi rreġistrati laħqu kważi t-22 miljun.
[ 1, 10 ]
Imtella' Awwissu 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Awwissu, 2020 7:15pm Infrastructure Malta kompliet bix-xogħlijiet anke fil-ġimgħa ta' Santa Marija, biex tkompli għaddejja bit-twettiq ta' proġetti ewlenin li jeħtieġ jitlestew mill-iktar fis. Fost oħrajn Infrastructure Malta daqt tiftaħ iktar flyovers u toroq ġodda tal-proġett tal-Marsa Junction u biex tlesti kemm jista' jkun malajr il-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija. Huma ġimgħat impenjattivi dawk li għaddejja minnhom Infrastruce Malta biex fl-eqqel tas-sajf tkompli x-xogħlijiet fuq proġetti ewlenin biex jitlestew mill-iktar fis. Biex tagħmel dan, Infrastructure Malta laħqet ftehim ma' diversi kuntratturi tagħha bit-tir li x-xogħol jitlesta qabel Ottubru, meta n-numru ta' persuni jivvjaġġaw fit-toroq jiżdied hekk kif jerġgħu jiftħu l-iskejjel u ħafna ħaddiema jirritornaw mill-btajjel tas-sajf. Il-Kap Eżekuttiv, Fredrick Azzopardi qal li dalwaqt jinfetħu iktar flyovers u toroq ġodda tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Infrastructure Malta qed tippjana wkoll li tlesti kemm jista' jkun malajr il-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, li se jgħaqqdu fi triq waħda t-Telgħa tal-Addolorata u Triq tal-Barrani, fir-rotta ewlenija għan-nofsinhar ta' Malta. Sal-aħħar tas-sajf ukoll, Infrastructure Malta se tiftaħ ukoll l-ewwel korsiji ġodda tal-Proġett Central Link, bejn l-Imrieħel, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, ħalli tibda ttaffi d-diffikultajiet tat-traffiku kbar li hemm f'dawn l-inħawi. Minbarra proġetti ewlenin tal-Junction tal-Marsa, is-Central Link u l-mini ta' Santa Luċija, din il-ġimgħa baqgħu għaddejjin ukoll ix-xogħlijiet fuq bini mill-ġdid t'iktar minn sittin triq residenzjali f'lokalitajiet differenti fosthom fl-Imġarr u Ħal Qormi. Dan waqt li kuntratturi oħra għaddejin bil-bini mill-ġdid ta' Triq Abate Rigord, arterja ewlenija f'Ta' Xbiex u l-ħitan tal-ġnub tal-flyover tal-Bypass bejn il-Marsa u l-Ħamrun.
[ 8, 9, 16 ]
L-Orizzont jirraporta kif ġew introdotti aktar miżuri restrittivi minħabba il-pandemija. Dawn jinkludu l-għeluq minn għada ta' clubs, nightclubs u discos; bars u każini se jkunu magħluqin ħlief dawk li għandhom ristoranti magħhom; ġemgħat ta' nies ta' aktar minn 15 il-ruħ fuq barra mhux permessi, waqt li ġie estiż l-użu obbligatorju tal-maskri għal kull post pubbliku magħluq. Il-Ministru tas-Saħħa qal li Malta se timxi mal-UE għat-tilqima kontra l-Covid-19. Jingħad ukoll li l-GWU kisbet ir-rikonoxximent fl-Aġenzija għar-Reġistru tal-Artijiet. The Malta Independent ukoll jagħti prominenza lir-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija fejn fost oħrajn isemmi li passiġġieri li jiġu minn lista ta' l-pajjiżi jridu jġibu riżultat negattiv tal-iswab test, li jkun ħareġ 72 siegħa qabel il-wasla f'Malta. Din il-lista, imsejħa oranġjo, se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa f'nofs il-lejl. Intant, il-ġurnal jirraporta li l-għadd ta' każi attivi qabeż is-600 hekk kif ilbieraħ ġie rreġistrat 69 każ ġdid. Dawn instasbu minn fost 2269 test li saru il-Ħadd. In-Nazzjon jikkwota lill-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li qal li għall-PN is-saħħa tan-nies tibqa' prijorità, hekk kif qal li l-Maltin jinsabu imħassbin dwar iż-żieda fil-każi. Il-ġurnal jirraporta ukoll li ilbieraħ instabu 69 każ ġdid ta' COVID19 f'Malta. Fi storja separata bit-titlu 'Burdell ta' Kokaina fil-Barracks tal-AFM', jingħad li sitt suldati qed jiġu investigati u wieħed tkeċċa għax irrifjuta li jagħmel it-test. Times of Malta jirraporta r-restrizzjonijiet ġodda li tħabbru ilbieraħ fosthom il-limitazzjonijiet fuq il-bars u fuq ġemgħat ta' nies fuq barra hekk kif mhux permess li jkun hemm aktar minn 15-il ruħ f'daqqa. Fi storja oħra, jingħad li għasafar tal-għana jaf ikunu jistgħu jerġgħu jinqabdu fix-xbieki tan-nassaba hekk kif il-Gvern qed jippjana studju li għandu l-għan li jdur mar-regoli ewropej li jipprojbixxu dan. Il-ġurnal jirraporta ukoll li suldat tkeċċa minħabba li rrifjuta li jagħmel test għad-droga wara investigazzjoni dwar allegat party ta' kokaina li sar minn suldati. Ritratt juri grupp ta' kokijiet li ħallew Malta fuq missjoni biex isajru għall-vittmi li salvaw l-isplużjoni li seħħet f'Bejrut, il-Libanu.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 5:40pm L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkritika ċ-ċensura li qal ġiet imposta fuq l-istazzjon nazzjonali, li ma setax ixandar il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt il-konferenza tal-bieraħ mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci. F'Ġunju li għadda l-Awtorità tax-Xandir iddeċidiet li l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kellhom jiġu ċċensurati, wara li sar ilment mill-Partit Nazzjonalista fuq konferenza simili, fejn intqal li xi mistoqsijiet tal-ġurnalisti kienu partiġġjani u qanqlu tweġibiet ta' natura politika. L-IĠM qal li fl-ebda stat demokratiku ma hija aċċettabbli din it-tip ta' ċensura, li ġabet lill-PBS qisu stazzjon statali simili għal dak f'reġimi totalitarji, u għalhekk qed titlob laqgħa biex is-sitwazzjoni tiġi ratifika. Intant fi stqarrijiet separati, il-kandidat għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech u l-għaqda Repubblika ukoll talbu għar-revoka ta-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir.
[ 6, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 10:26am Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela għamel żjara għall-għarrieda fl-isptar Mater Dei, fejn iltaqa' ma' wħud mill-ħaddiema. Il-Prim Ministru żar diversi taqsimiet tal-isptar fejn qal li rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol importanti li qed iwettqu. "Apprezzajt id-dedikazzjoni li qed juru," qal Dr Abela. Żied li f'din iż-żjara wassal il-messaġġ li se jkompli jassigura lill-poplu li l-prijorità ewlenija tiegħu u tal-Gvern se tibqa' dik li tiġi salvagwardjata saħħet in-nies.
[ 1, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 7:31pm Rapport: Glen Falzon Ritratti: Arkivji Dalgħodu kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech, akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-bidu tas-seduta l-Qorti ħarġet digriet fejn laqgħet it-talba tad-difiża biex jinħatar psikjatra sabiex jevalwa l-istat mentali tax-xhud Melvin Theuma. Dr Joe Cassar inħatar bħala espert tal-Qorti. Sadanittant, Alvin Cardona kien appuntat bħala espert tal-Qorti biex jidentifika recordings mill-hard drive. Cardona qal li se jesebixxi 5 pendrives lill-Qorti li fihom hemm sensiela ta' recordings, apparti recordings li ssemmew fl-aħħar seduta . It-Tabib Vella jixhed dwar l-ittri li ngħata minn Keith Schembri Tela' wkoll fuq il-pedana tax-xhieda t-tabib tal-familja Fenech – Dr Adrian Vella. L-Ispettur Keith Arnaud ikkonferma li l-investigazzjoni dwar dan ix-xhud għadha għaddejja. L-Ispettur Arnaud qal li s'issa ma jidhirx li hemm responsabbiltà kriminali minn Dr Vella. Adrian Vella qal li ilu 32 sena jipprattika l-professjoni ta' tabib u lil Yorgen Fenech ilu jafu 30 sena. Qal li kien tabib ta' nannuh, missieru, tiegħu u ta' wlied Yorgen Fenech. Ir-rabta li għandu mal-Grupp Tumas hi li kien it-tabib tal-kumpanija. It-Tabib Vella qal li eżamina lil Fenech fil-lock up tal-Pulizija, minn fejn ċemplulu għax Fenech kellu wġigħ f'sidru. Dr Vella qal li ċert li dakinhar hu u Fenech tkellmu biss fuq affarijiet mediċi. Dr Vella qal li rrefera lil Fenech għal Mater Dei u hu ma marx miegħu. Dr Vella qal li Fenech ċempillu minn numru differenti wara li għamel angiogram. It-telefonata kienet fl-10.30pm tal-Ħadd. F'din it-telefonata, Fenech qallu biex imorru l-Mellieħa s'għand Keith Schembri biex jieħdu xi ħaġa. Keith Schembri kien ċempel ukoll lit-Tabib Vella u qallu biex jgħaddi s'għandu xħin ikun lejn il-Mellieħa. It-Tabib Vella qal li sar jaf lil Keith Schembri 4 snin ilu. X'ħin mar għand Schembri, qallu li bagħtu Fenech. Schembri tah xi karti u qallu biex itihom lil Fenech. Qal li ma kienx hemm iktar minn 6 karti u poġġiehom fil-but tal-ġlekk. Dr Vella qal li qatt ma fetaħ il-karti u Schembri ma qallux x'fihom. Dr Vella ħalef li ma rahomx. It-Tabib Vella qal li wara mar Portomaso għand Fenech u sab ħafna Pulizija f'kamra. Vella qal li ħareġ il-karti li tah Schembri biex itihom lill-avukat ta' Fenech, u Fenech ħadhomlu minn idejh. Waqt il-kontroeżami, Vella qal li dak il-ħin lil Fenech semgħu jgħid: "Ninżel jien, jinżel kulħadd." Vella qal li Fenech beda jara l-karti u beda jħażżeż fuq il-karti, u li hu ma setax jara x'kien fihom il-karti. Qal li Fenech kien aġitat dak il-ħin. Vella qal li sema' l-frażi "dan ma jistax ikun". Vella qal li Fenech sabbat kollox. Jgħid li ħassar il-Whatsapp għax beda jibża' li jinġabar mill-Pulizija Vella qal li dakinhar arrestawh il-Pulizija u ma tkellimx iktar ma' Fenech. Hu ġie arrestat it-Tnejn fis-1.00am mill-Qawra. Hawn it-Tabib Vella nfaqa' jibki fl-awla. Vella qal li ma jiftakarx li kien hemm drabi oħra li għadda xi karti oħrajn lil Fenech minn Schembri. Vella qal li tkellem ma' Schembri filgħaxija meta marru jħabbtulu l-Pulizija. Vella qal li ċempel lil Schembri mill-mobile tat-tifla biex jieħu parir mingħandu x'għandu jagħmel. Vella qal li tefa' l-mobile tiegħu meta ċempel numru li sejjaħlu stramb. Hu assuma li kien mid-Depot u tefa' l-mobile. Il-Pulizija damu jħabbtu kwarta. Ġiet bintu għax il-Pulizija ċemplu lilha biex jiftaħ il-bieb lill-Pulizija. Vella qal li qabel tefa' l-mobile tiegħu, ħassar il-Whatsapp u li għamel hekk għax kellu biża' kbir li jiġbruh dwar dak li seta' kien hemm miktub fil-karti.
[ 0, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 11:51am Il-bank Amerikan Citigroup fetaħ kawża kontra kumpanija li rrifjutat li tagħtih lura $176 miljun li bagħtlilha bi żball. L-ammont mibgħut lil Brigade Capital jifforma parti minn total ta' $900 miljun li ntbagħtu bi żball lil diversi kredituri oħra tal-kumpanija tal-kożmetika Revlon, li għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji. Citibank qal li l-intenzjoni tiegħu kien li jibgħat $1.5 miljun f'interessi fuq loan ta' $174.6 miljun miżmum mill-hedgefund, iżda minflok bagħat mitt darba dan l-ammont. Citibank qal li kumpaniji oħra li rċevew dan il-pagament bi żball irritornawh, iżda Brigade Capital żammet dawn il-flus.
[ 1, 10 ]
Imtella' Awwissu 18, 2020 - Aġġornata 18 Ta' Awwissu, 2020 7:36pm Żewġ ġuvintur twaqqfu mill-Pulizija wara li daħlu fil- bejta tal-fkieren fl-Għadira . Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-3.30pm. Fuq il-post marru l-Pulizija mit-taqsima tal-RIU, li ħarġu liż-żgħażagħ minn ħdejn il-bejta. Il-Pulizija qed tkellem liż-żgħażagħ, u mhux eskluż li jiġu akkużati quddiem il-Qorti. Xhieda fuq il-post qalu lil TVM li ż-żgħażagħ x'aktarx li kienu fis-sakra. Sadanittant, kelliem għall-għaqda Nature Trust qal li b'xorti tajba l-bejta ma ġietx mittiefsa, għaliex iż-żgħażagħ qabżu l-ewwel ilqugħ, u mhux it-tieni wieħed. Qal madanakollu li kienu osservati jwaddbu xi oġġetti lejn il-bejta. Fekruna oħra titla' tbid fl-Għadira
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 6:26pm Il-Partit Nazzjonalista laqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA, li aċċennat għar-riżultati tajbin miksuba mill-bejgħ ta' propjetà f'Lulju. Fi stqarrija l-kelliema tal-Oppożizzjoni Kevin Cutajar u Toni Bezzina qalu li l-Partit Nazzjonalista qed jingħaqad mal-appell li għamlet l-MDA, biex il-Gvern jagħmel konsultazzjoni serja ma' dawk kollha involuti, kemm dawk fis-settur mediku u dawk fil-qasam ekonomiku, biex pajjiżna jkun jista' joħroġ mill-pandemija fl-iqsar żmien possibbli u l-industriji varji jerġgħu jiġu fuq saqajhom u l-impjiegi jkunu salvagwardjati.
[ 8, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 7:39am L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM u l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti tas-Saħħa Pubblika, il-MAPHM qalu li l-kummenti li għamel Direttur tal-Awtorità tat-Turiżmu li biha ta struzzjonijiet lill-istabbilimenti biex iduru mal-avviż legali li għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa pubblika, huwa wieħed mill-eżempji kif ċerti gruppi jagħmlu pressjoni biex jippruvaw jimminaw l-isforzi tal-professjonisti tas-saħħa biex jikkontrollaw il-pandemija. Fi stqarrija konġunta, l-assoċjazzjonijiet qalu li dawn huma attakki kontinwi kontra l-professjoni tas-saħħa pubbliku li l-uniku interess tagħha huwa s-saħħa tal-pubbliku. Qalu li ma jistgħux jaħdmu aktar f'ambjent fejn il-ħidma tagħha hija kontinwament imminata u qalu li huma ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-falliment tal-Gvern li jagħti prijorità lill-interessi ekonomiċi tal-ftit fuq is-saħħa tal-popolazzjoni. Qalu li wara l-ħidma li saret biex il-pandemija tinżamm taħt kontrol, ittieħdu deċiżjonijiet li wasslu biex issa hemm żieda qawwija fil-każijiet. Saħqu li l-coronavirus huwa theddida reali kontra l-mod kif ngħixu u jekk ma nikkontrollawx, se nibqgħu nitilfu l-kontroll u nispiċċaw f'sitwazzjoni agħar minn dik li ninsabu fiha bħalissa. Qalu li huwa għalhekk li t-tobba, għajr dawk li jaħdmu fiċ-ċentri tal-iswabbings, se jkunu qed jipprotestaw kontra l-mod kif il-Gvern qed jimmaniġja l-imxija billi jistrajkaw bejn it-8 a.m. u d-9 a.m. il-Ħamis 20 ta' Awwissu 2020. Temmew jgħidu li jekk l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika ma jitħallewx jaħdmu mingħajr influwenzi u pressjoni, se jkun hemm konsegwenzi fuq is-saħħa tal-popolazzjoni. It-tobba fis-saħħa pubblika bi strajk ta' siegħa għada
[ 1, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 3:26pm Il-Pulizija wissiet lill-pubbliku biex joqgħod attent jekk jirċievi xi telefonati, fejn dak li jċempel jgħid li huwa minn xi dipartiment tal-gvern, partikolarment mid-dipartiment tal-Inland Revenue. Il-Pulizija qalet li t-telefonati qed isiru minn numri lokali, u l-persuni jġibu l-iskuża li qed iċemplu minħabba li d-dipartiment qed jagħti rifużjonijiet tat-taxxa relatati mal-Covid-19. Hawnhekk min jirċievi t-telefonata jintalab jagħti d-dettalji bankarji tiegħu, biex taparsi d-dipartiment ikun jista' jibgħat ir-rifużjoni.
[ 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 4:55pm Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD) qalet li tinsab imħassba bid-direttivi tal-UĦM – Voice of the Workers, li għal darb' oħra waqqfu t-terapija għal tfal b'diżabbiltà. Il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li l-kummissjoni qalet li tifhem il-bżonn tal-ħaddoema li jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, iżda d-direttivi ngħataw fi żmien ħażin, wara xhur li t-tfal kienu ilhom mingħajrterapija minħabba l-Covid-19. Il-kwistojoni tal-Allied Health Professionals ilha dwar ftehim kollettiv li skada fl-2017. Id-direttivi jordnaw lill-ħaddiema biex jagħmlu biss xogħol t'emerġenza, bl-eċċezzjoni tal-fiżjoterapisti fis-CDAU. Is-Sur Scicluna qal li f'din is-sitwazzjoni l-ġenituri qed ikollhom iħallsu għas-servizzi ta' terapija privat, kultant għand l-istess professjonisti. Għal dawk li ma jifilħux iħallsu, uliedhom qed jibqgħu mingħajr terapija, li jfisser li jistgħu jitilfu l-progress li jkunu għamlu fuq snin sħaħ, u jaf anki jmorru għall-agħar. Il-kummissjoni ħeġġet lill-Gvern biex jipprovdi soluzzjoni lill-ħaddiema, filwaqt li appellat għall-umanità ta' dawk involuti. "Ibni ilu jistenna għal siġġu tar-roti minn Marzu"
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 5:09pm Raġel ta' 56 sena mill-Mellieħa, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex għal ġrieħi gravi li sofra f'argument. Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument fuq il-vapur ta' Għawdex. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn ir-raġel ta' 56 sena u ieħor ta' 33 sena mill-Olanda, residenti Ħal Luqa. Minħabba li r-raġel ta' 56 sena sofra xi ġrieħi, tim mediku ġie msejjaħ fil-port tal-Imġarr u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Ir-raġel ta' 33 sena tressaq quddiem il-Qorti t'Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana. Ir-raġel ġie akkużat talli kkaġuna ġrieħi gravi fuq ir-raġel ta' 56 sena, fost oħrajn. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
[ 4, 9, 12, 16 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija l-MAM sejħet strike ta' siegħa għal għada filgħodu bejn it-tmienja u d-disgħa għat-tobba kollha li jaħdmu fis-settur pubbliku tas-saħħa. Fi stqarrija, il-MAM qalet li huma eżentati biss it-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-swabbing. Il-MAM qalet li l-istrike ta' siegħa ġie ordnat bi protesta għal dik li sejħet bħala interferenza minn Ministeri differenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, bir-riżultat li jittieħdu deċiżjonijiet żbaljati li qed jikkompromettu s-saħħa tal-pubbliku inġenerali. Il-MAM sejħet l-istrike ta' siegħa bħala wieħed simboliku bil-kumplament tad-direttivi tagħha għalissa jibqgħu sospiżi, imma qalet li jistgħu jiġu riattivati jekk il-miżuri mħabbra t-Tnejn u l-infurzar tagħhom ma jkunux sodisfaċenti.
[ 8, 9, 16 ]
Fil-Korea t'Isfel, mużewijiet, nightclubs u bars ingħalqu hekk kif cluster ġdid ta' nies bil-coronavirus komplew iżidu l-kriżi li qed iġib miegħu dan il-virus. Il-Korea t'Isfel kien qed ikun meqjus bħala pajjiż bi storja ta' suċċess għall-mod kif ikkontrolla l-coronavirus, iżda żieda sostanzjali fil-każijiet relatati ma' nies li nġabru għal quddiesa reġgħat waslet għall-allarm fil-pajjiż. Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 246 każ ġdid tal-coronavirus fil-Korea t'Isfel.
[ 1, 10 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 10:36am B'referenza għall-avviż legali pubblikat ilbieraħ b'rabta mar-regolamenti ġodda li jirregolaw il-ftuħ tal-bars u każini, il-liġi taqra li bars u każini jistgħu jservu xorb u ikel, iżda biss lill-klijenti bil-qiegħda mal-imwejjed. Dan qalitu l-Awtorità għat-Turiżmu fi stqarrija fejn kompliet tispjega li l-enfasi ewlenija tibqa' fuq il-kunċett ta' klijent bilqiegħda ma' mejda u mhux idur bil-wieqfa, bid-distanza soċjali relattiva applikabbli. Id-definizzjoni ta' ikel servut minn bar jew każin, qalet l-MTA, sekondarja għall-prinċipju ewlieni msemmi qabel, għandha tiġi interpretata bħala snacks u platters, bi spirtu ta' raġjonevolezza u sens komun. Li wieħed idur mal-ispirtu tal-liġi u jipprova jgħawweġ regolament u jnaqqas minn dan ir-rekwiżit a skapitu tas-saħħa tan-nies, qalet l-MTA, mhux aċċettabbli. L-Awtorità qalet li se tibqa' tenfasizza r-responsabbiltà u d-dixxiplina.
[ 1, 4, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 4:22pm Żewġ aħwa Bormiliżi ta' 31 u 34 sena li qed jaffaċċjaw akkużi ta' pussess u t-traffikar tad-droga kokaina u kannabis u ta' ħasil ta' flus ingħataw il-ħelsien mill-arrest. Joseph Brignone ta' 31 sena u oħtu Annalise ta' 34 sena kienu arrestati fi Triq il-Kottonera f'Bormal, f'April li għadda wara ġimgħat ta' osservazzjoni mill-Pulizija tal-Iskwadra tad-Droga. Minn tfittxija li kienet saret fuq Joseph Brignone nstabu madwar €2,600 fi flus kontanti, arma tan-nar semi-awtomatika u li kien fiha żewġ balal, u żewġ qratas suspettati droga ta' lewn aħdar u abjad rispettivament. Mir-residenza ta' oħtu Analise il-pulizija kienet sabet diversi sustanzi suspettati drogi, pistola, xfafar, affarijiet relatati ma' droga, droga moħbija fis-saqajn tas-sodda u aktar minn €11,000 f'safe wara mera. Filwaqt li kompla għaddej il-każ kontra ż-żewġ aħwa, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, laqgħet talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €30,000 kull wieħed. L-aħwa kienu ordnati wkoll biex jiffirmaw l-għassa kuljum. Joseph Brignone ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €7,000, filwaqt li oħtu Annalise, ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €5,000. Il-Pulizija sabu droga moħbija fis-saqajn tas-sodda u aktar minn €11,000 f'safe wara l-mera ARA: Il-Pulizija tinvestiga sparatura b'pistola minn karozza Żewġ aħwa jinżammu taħt arrest akkużati bi traffikar ta' droga u ħasil ta' flus
[ 0, 4, 9, 12, 16 ]
Skont l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, ix-xahar ta' Lulju kien rekord ta' ffirmar ta' konvenji għal xiri ta' propjetajiet. Fi stqarrija, l-MDA qalet li f'Lulju biss ġew iffirmati 1,600 konvenju, b'valur totali li jaqbeż it-€330 miljun. Dan jagħmel lil Lulju 2020 wieħed mill-aħjar xhur mill-2017. Intant hija qalet sabiex wieħed jibqa' viġilanti fit-trażżin tal-COVID-19 u jinħoloq bilanċ fil-miżuri li jittieħdu. Sostniet li s-saħħa għandha tibqa' ssalvagwardjata u tkun ħolqa importanti fil-pjan ta' rkupru ekonomiku tal-pajjiż wara l-imxija li laqtet lid-dinja kollha.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 3:36pm Il-qtil tat-tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski ħalla lil bosta bla kliem bl-aħbar traġika ħalliet biss diqa kbira fost il-ħbieb u l-qraba. Dawk li kienu qrib tagħhom qalu li se jibqgħu jiftakruhom għall-ġenerożità u qalb kbira li kellhom hekk kif dejjem kienu jaraw kif jistgħu jgħinu lil min hu fil-bżonn. Kienu jgħixu wkoll għan-neputijiet tagħhom li kienu d-dawl t'għajnejhom. Il-koppja kellhom komuni bejniethom id-delizzju għall-arti hekk kif kienu kollezzjonisti ta' opri tal-arti kbar, magħrufin mad-dinja kollha. It-tabib Chris Pandolfino kien ukoll midħla fis-settur tal-investimenti finanzjarji mentri Ivor Maciejowski kien kollezzjonist u espert tal-arti. It-tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski huma l-vittmi tad-delitt doppju f'Tas-Sliema AĠĠORNAT (2): Żewġt irġiel mejta fi sparaturi f'Tas-Sliema
[ 8, 9, 16 ]
Għall-ħabta tas-2:30pm, il-Korp tal-Pulizija se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-omiċidju doppju li seħħ ilbieraħ filgħaxija f'Tas-Sliema. Il-konferenza se tixxandar fuq tvm.com.mt u Facebook ta' TVM. Bosta mnikkta bit-telfa ta' Chris u Ivor – magħrufa għall-ġenerożità tagħhom It-tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski huma l-vittmi tad-delitt doppju f'Tas-Sliema
[ 8, 9, 16 ]
Il-pubbliku għandu 6 xhur ċans sabiex isemma' leħnu dwar l-immaniġġjar tal-ilma f'pajjiżna. Il-Gvern permezz tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma flimkien mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi nieda proċess ta' konsultazzjoni biex jitħejja t-tielet pjan għall-imminaġġjar tal-ilma li ser jidħol fis-seħħ sentejn oħra. Il-pjan ser jaħseb biex titjieb id-distribuzzjoni, tiżdied il-ħażna u anke jsir trattament aħjar tal-ilma, filwaqt li se jara wkoll kif il-provista tal-ilma tissodisfa d-domanda u anke tinstab soluzzjoni għan-nixfa li qed tiżdied ikkawżata mit-tibdil fil-klima. Bil-għan li l-provista tal-ilma tkun adekwata, ta' kwalità u anke tasal għand il-pubbliku b'effiċjenza, tnieda proċess ta' konsultazzjoni pubblika biex jitħejja pjan għall-immaniġġjar tal-ilma. Dan mistenni jkun it-tielet pjan tax-xorta tiegħu, li mhux biss għandu jaħseb għall-ilma tax-xorb, iżda anke dak salmastru, dak li jispiċċa fid-drenaġġ u anke l-ilma baħar. Manuel Sapiano, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Enerġija u Ilma qal "il-produzzjoni tal-ilma f'Malta irridu narawha mill-att li aħna nipproduċu l-ilma. Malta investiet fid-desalizzazzjoni tal-ilma sa mit-tmenijiet. Illum qed naraw li dan is-settur qed ikun aktar importanti għax id-domanda tiżdied, dak li ttina n-natura huwa limitat allura rridu nipproduċu, hemmhekk qed naraw ħafna investimenti, effiċjenza fl-enerġija bl-użu ta' teknoloġija ġdida u impjant ieħor ġdid Għawdex." Il-pjan ser jaħseb biex titjieb id-distribuzzjoni, tiżdied il-ħażna u anke jsir trattament aħjar tal-ilma fosthom biex jintuża għat-tisqija. Madwar tnax-il entità qed jaħdmu flimkien biex il-pjan imfassal wara li ssir il-konsutazzjoni jissodisfa d-domanda minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni u anke tinstab soluzzjoni għan-nixfa li qed tiżdied ikkawżata mit-tibdil fil-klima. Il-proċess ta' konsultazzjoni huwa mitlub taħt id-Direttiva Ewropea dwar il-Politika tal-Ilma mmexxi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. "Il-pressjoni fuq l-ilma ser tinħass iżjed peress li l-ilma ġieri jinsab f'anqas ammont f'Malta u dawn jinkludu t-tibdil fil-klima li qed timpatta kemm għandna ilmijiet f'Malta, il-kontaminanti, il-kimiċi fl-ilmijiet tagħna u wkoll tal-baħar għax dan huwa parti minn din id-direttiva li qed ninplimentaw jiġifieri l-użu tal-baħar ukoll jista' jkollu impatt fuq il-kwalità tal-ilma tagħna." Il-Ministri Aaron Farrugia u Michael Farrugia sostnew li fl-aħħar snin sar ħafna investiment biex l-immaniġġjar tal-ilma jingħata prijorità għax mingħajru l-bniedem ma jistax jgħix. Sostnew li l-pajjiż għandu provista ta' ilma adekwata iżda qed issir ħidma biex titjiebu d-distribuzzjoni u l-kwalità tal-ilma fosthom anke t-togħma, tiżdied il-ħażna u anke tkun assigurata provista ta' ilma skont kif ikun meħtieġ. Qalu li fil-pjan il-ġdid ser ikun identifikati temi sinifikanti fosthom fejn hemm problemi biex jinstabu s-soluzzjonijiet. Il-proċess ta' konsultazzjoni ser idum miftuħa sitt xhur.
[ 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 5:01pm Żewġt irġiel inqatlu f'delitt doppju li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Locker tas-Sliema. Kollox jindika li l-vittmi huma t-tabib Chris Pandolfino ta' 58 sena u n-negozjant tal-arti Ivor Maciejowski ta' 30 sena. Wieħed mill-vittmi nstab bla ħajja fis-sular t'isfel waqt li l-ieħor instab mejjet fis-sular ta' fuq. Kelliem għall-Pulizija fuq il-post qal li f'dan il-punt xejn m'hu eskluż s'issa għadu ma ġie arrestat ħadd. Fuq il-post waslu diversi uffiċjali tal-pulizija, membri tal-RIU, u tad-distrett li qed jinvestigaw il-każ, u wkoll team mediku u esperti forensiċi. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Ian Farrugia. Hu mistenni li iktar tard illum il-pulizija tagħti konferenza tal-aħbarijiet b'iktar dettalji. Intant il-pubbliku hu mħeġġeġ li jagħti kull informazzjoni li jista' għandu lill-pulizija, anke b'mod anomimu.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 1:17pm Tliet żgħażagħ Spanjoli ta' 23 sena ġew arrestati f'San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta' sustanzi suspettati droga ecstasy, raża tal-cannabis u ħaxixa tal-cannabis. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li dawn ġew arrestati wara li l-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan marru fi blokka ta' appartamenti fi Triq il-Mensija fuq rapporti ta' storbju li daħli għall-ħabta tal-4.15am. X'ħin waslu fuq il-post, il-Pulizija taw struzzjoni lill-persuni li kienu fl-appartament sabiex jinżlu isfel, iżda dawn irriffjutaw. Bl-assistenza ta' xi ġirien, il-Pulizija daħlu fil-binja, u meta telgħu fit-tieni sular, daħlu fl-appartament u sabu lit-tliet żagħżagħ. Minn tfittxija li saret fl-appartament instabu sustanzi suspettati droga. It-tliet Spanjoli kienu arrestati u ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija mid-Distrett ta' San Ġiljan dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
[ 8, 9, 16 ]
Id-dħul tal-familji Maltin żdied fl-2018 hekk kif statistika uffiċjali turi li l-medja tad-dħul kienet tammonta għal €28,505. Dan ifisser żieda ta' €675 fuq is-sena ta' qabel, li hija attribwita għal iktar dħul mill-pagi. L-istħarriġ ta' kull sena dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-familji li jsir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juri li l-persuni li jgħixu f'riskju tal-faqar kien ta' 82,758, żieda marġinali ta' 0.3% fuq is-sena ta' qabel. Is-sena l-oħra, l-ammont ta' persuni b'rata ta' deprivazzjoni materjali severa kien ta' 3.6%, 0,6% iktar minn fuq l-2018. L-iktar fatturi li wasslu għal din iż-żieda marġinali kienu l-ammont ta' familji li ma jaffordjawx ġimgħa vaganza bogħod mid-dar u l-fatt li l-familji ma jifilħux għal spejjeż mhux mistennija. Ir-rata ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali żdiedet b'1.1% għal 20.1% meta mqabbel mas-sena ta' qabel.
[ 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 10:13am Raġel u mara, x'iktarx it-tnejn min-Nepal, ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f'inċident bil-mutur dalgħodu. Il-każ seħħ fi Triq is-Salini n-Naxxar għall-ħabta tas-sitta u nofs ta' dalgħodu meta l-mutur misjuq minn raġel ta' 23 sena min-Nepal, residenti l-Imsida, għal xi raġuni ħabat ma' crash barrier. Passiġġiera miegħu kellu mara li d-dettalji tagħhom għadhom deħlin iżda jidher li hi min-Nepal ukoll. Mal-ħabta biċċiet tal-mutur taru għan-naħa l-oħra tat-triq u laqtu vettura li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta. Iż-żewġ persuni li kienu fuq il-mutur ittieħdu l-isptar fejn aktar tard ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 8:22pm Persuni li lbieraħ filgħodu kienu qed jgħumu fix-Xgħajra nħasdu meta raw xewka ta' ħuta kbira riesqa lejhom. Mad-daqqa t'għajn u mill-bogħod, min mhux midħla tal-ħut jaf jaħsibha xi kelb il-baħar. Hekk ħasbet omm Maltija, li dak il-ħin kellha lil binha fil-baħar. Fuq il-midja soċjali din l-omm irrakkontat kif telgħet fuq il-blat biex tpejjep sigarett, u f'daqqa u l-ħin jgħum taħt binha rat ħuta kbira. "Qalbi waqfet u qas flaħt nitkellem għal ftit sekondi, imbagħad bdejt ngħid lit-tifel jitla' mill-baħar malajr… twerwirt u baħar iktar ma mmurx!" L-għawwiema l-oħra wkoll telgħu jiġru mill-ilma, iżda meta l-ħuta resqet viċin il-blat, setgħu jaraw li kienet tonn. Minkejja d-daqs tiegħu, it-tonn ma jattakkax lill-bniedem. X'aktarx li din l-ispeċi kienet feruta, hekk kif kien osservat xi demm. Mhuwiex ċar jekk din setgħetx ħarbet mill-gaġeġ tat-tonn. Aġġornat : Kelliem għall-industrija tat-tonn qal lil TVM xtaq li dan mhux riżultat ta' hut li jiġi maqtul mill-istabbilimenti tal-akwakultura għaliex il-qtil tal-ħut jibda wara l-1 t' Ottubru, u lanqas ħut maqbud mis-sajjieda, imma sostna li ll-probabblità huwa karkassi ta' ħut minn attività illegali ta' serq mill-gaġeġ tat-tonn inkella sajd illegali.
[ 4, 7, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 12:45pm L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 40 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta. Ir-riżultati pożittivi għall-coronavirus ħarġu minn fost rekord ta' 3,030 swab test. Fl-aħħar 24 siegħa fiequ wkoll 18-il persuna oħra biex issa l-ammont ta' persuni li rkupraw mill-Covid-19 f'Malta huwa ta' 802. Minn Marzu 'l hawn kien hawn total ta' 1,510 persuni li mardu bil-coronavirus u li minnhom 699 għadhom attivi. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu nvestigati filwaqt li taw dettalji dwar il-każijiet tal-bieraħ. Mill-każijiet tal-bieraħ, 5 kienu membri tal-familja ta' każijiet magħrufa li ħarġu pożittivi, 6 kienu kuntatti diretti ta' persuni pożittivi għall-Covid-19, 9 kienu kollegi ta' persuni pożittivi għall-virus, 3 huma mill-grupp ta' Paceville filwaqt li żewġ każijiet huma importati.
[ 1, 4, 9, 12, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 5:46pm L-investigaturi fid-delitt doppju ta' Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski f'Tas-Sliema qed jimxu fuq it-teżi li s-suspettati x'aktarx wettqu l-qtil tat-Tlieta filgħaxija b'vendetta għal xi ħaġa li għad mhix magħrufa, u l-għan ewlieni ma kienx li jisirqu xi affarijiet mid-dar. TVM jinsab infurmat li l-vettura li ħarbu biha l-allegat qattiela nsterqet madwar sentejn ilu, waqt li l-pjanċi ta' reġistrazzjoni nsterqu ftit qabel minn vettura oħra li kienet ipparkjata f'Paceville. Il-mottiv tad-delitt doppju f'Tas-Sliema għad mhux magħruf, iżda sorsi spjegaw li fl-aħħar sigħat il-Pulizija għamlu progress fl-investigazzjonijiet u fl-identifikar tar-rabtiet soċjali u kummerċjali li l-vittmi seta' kellhom ma' ċrieki differenti tas-soċjetà, li jaf riedu jeħilsu minn Chris Pandolfino ta' 58 sena u Ivor Maciejowski ta' 30 sena, Brittaniku ta' nisel Pollakk. Sorsi li tkellmu ma' TVM spjegaw li minn aktar stħarriġ tal-filmati miġbuda mill-kameras tas-sigurtà fiż-żona ta' Triq Locker fejn seħħ id-delitt, irriżulta li t-tliet suspettati ħarbu minn fuq il-post b'vettura tat-tip Volkswagen bajda, li x'aktarx insterqet madwar sentejn ilu. L-investigaturi jidher li stabbilew ukoll li l-SUV kienet qed tinstaq bi pjanċi tar-reġistrazzjoni li nsterqu ftit qabel minn karozza oħra li kienet ipparkjata Paceville. Għalkemm la s-suspettati u lanqas il-vettura li ħarbu biha għadhom ma nstabu, l-investigaturi qed jimxu fuq l-ipoteżi li din ma kinitx serqa li marret ħażin, iżda delitt ikkumissjonat u mwettaq b'vendetta. Sorsi qalu li wara li daħlu fir-residenza f'Tas-Sliema u qatlu liż-żewġt irġiel f'żewġ sulari differenti f'temp ta' erba' minuti, it-tliet suspettati dehru ħerġin b'mod normali ħafna u ma jidhirx li nstabu sinjali ta' sgass. Sorsi qalu li waqt li l-Pulizija mhu teskludi xejn, bħal f'ħafna każi simili għadha fi stadju bikri biex tiddetermina għaliex Pandolfino u Maciejowski nqatlu. It-tnejn iltaqgħu madwar erba' snin ilu u kellhom passjoni kbira għall-arti, speċjalment dik kontemporanja, tant li l-Brittaniku kien negozjant u kollezzjonist tal-arti moderna. Chris Pandolfino hu tabib, li madankollu bosta snin ilu beda jaħdem fil-qasam tal-investimenti u s-servizzi finanzjarji, fosthom f'Londra. Huwa kien issemma fil-Paradise Papers bħala wieħed mis-sidien tal-kumpanija Art Decor Properties and Interiors. Hu magħruf li fir-residenza f'Tas-Sliema, Pandolfino u Maciejowski kienu jżommu ammont konsiderevoli ta' arti ta' preġju u deheb, li t-tnejn kienu jħobbu jilbsu f'għonqhom u li jirriżulta xejn minnhom ma nsteraq. It-tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski huma l-vittmi tad-delitt doppju f'Tas-Sliema
[ 4, 9, 12, 16 ]
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura x-xogħlijiet ta' restawr, b'valur ta' madwar €12,000, li saru matul dawn l-aħħar xhur fuq il-makkinarju tal-arloġġ ta' Ġużeppi Muscat u t-turretta li tilqa' fiha lil dan il-makkinarju. Hu spjega li din l-inawgurazzjoni ma saritx biss biex infakkru x-xogħol ta' restawr fuq l-arloġġ ta' Ġużeppi Muscat, li hu l-uniku wieħed li baqa' ta' dan l-imgħallem fil-gżejjer Maltin, iżda wkoll biex nuru l-apprezzament lejn il-ħaddiema u lejn il-ħidma siekta u d-dedikazzjoni kontinwa tagħhom. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri elenka xi proġetti bħax-xogħlijiet ippjanati fuq ir-Ravelin, ix-xogħlijiet kurrenti fuq il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi, il-ħolqien ta' mudell 3D fil-bronż taċ-Ċittadella, u r-restawr tan-niċeċ fid-daħla tal-Belt il-qadima, filwaqt li stqarr li dawn huma biss ftit eżempji li jixhdu l-impenn li għandu l-Ministeru lejn iċ-Ċittadella kif ukoll lejn il-ħarsien tal-wirt kulturali ta' gżiritna.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 10:54am Mart Jozef Chovanec, li sentejn ilu miet fil-kustodja tal-Pulizija Belġjana, talbet inkjesta ġdida f'mewtu, hekk kif filmati ġodda tefgħu dawl ġdid fuq dak li seħħ fiċ-ċella. Is-Slovakk Jozef Chovanec kien arrestat fl-ajruport ta' Charleroi minħabba li ħoloq kommossjoni fuq it-titjira. Filmat minn kamera tas-sigurtà juri lil Chonavec iħabbat rasu mal-ħadid taċ-ċella u jimtela bid-dmija. Fil-filmati mxandra fost oħrajn mis-sit VRT NWS News , il-Pulizija jidhru jżommu lil Chovanec fuq is-sodda u jidħku. Waħda minnhom tat is-salut Nazista u ieħor baqa' bilqegħda fuq sider Chovanec għal 18-il minuta. Chovanec ititeħed l-isptar, iżda waqa' f'koma u miet l-għada. Mill-awtopsja ħareġ li ma kellux drogi jew alkoħol fis-sistema. Martu Henrieta Chovancova qed titlob li tiġi appuntata inkjesta ġdida, hekk kif l-investigazzjoni tal-Pulizija ilha għaddejja sentejn. Kelliem għall-Pulizija kien irrappurtat jgħid li l-pulizija li tidher tagħti s-salut se titkeċċa. Il-każ qed jiġi mqabbel ma' dak ta' George Floyd fl-Istati Uniti , li wkoll miet waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija.
[ 1, 10 ]
Il-Union tal-bdoti l-ALPA qalet li l-linja nazzjonali tal-ajru l-AirMalta ressqet proposti maħsuba biex jaqsmu u jiddiskriminaw bejn il-bdoti li ngħataw is-sensja u dawk li nżammew mil-linja tal-ajru. Fi stqarrija maħruġa mill-Unjin tal-Bdoti ntqal li l-membri tal-ALPA f'vot sigriet ilbieraħ ma aċċettawx il-pakkett tal-AirMalta. Il-Union qalet li l-vot ittieħed wara konsultazzjoni mal-bdoti li xogħolhom ġie tterminat. Fi stqarrija l-ALPA qalet li ħadd mill-membri tagħha ma vvota favur il-proposti tal-AirMalta. L-ALPA qalet li ppreżentat kontro-proposta li jkun hemm tnaqqis ta' 50% fil-paga tal-piloti kollha, irrispettivament jekk għadhomx impjegati jew le u li kienet fil-parametri tal-estimi finanzjarji tal-kumpanija. L-ALPA qalet li kieku kellha taċċetta l-proposti tal-Air Malta, hija trid tirrinunzja għad-drittijiet miksuba mill-membri tagħha fil-ftehim iffirmat mal-Gvern f'Jannar 2018. Il-Union tal-bdoti temmet tgħid fl-istqarrija li l-Gvern għen diversi industriji u negozji li ntlaqtu ħażin mill-pandemija, iżda ma għamel xejn biex iħares l-impjiegi ta' persuni li ddedikaw il-parti l-kbira ta' ħajjithom f'xogħol mal-linja nazzjonali tal-ajru. L-AirMalta tgħid li l-ALPA rrifjutat offerta li tassigura l-impjieg tal-bdoti kollha
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 3:05pm Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 47 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta mentri 18-il persuna fiequ mill-marda. Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati iżda minn tal-bieraħ 6 każijiet huma membri tal-familja ta' każijiet li kienu diġà magħrufa mal-awtoritajiet. 3 każijiet minn tal-bieraħ kienu persuni f'kuntatt dirett ma' każijiet diġà magħrufa mentri 13 oħra huma każijiet sporadiċi.
[ 1, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 10:01am L-Assoċjazzjoni tat-Tobba, il-MAM qalet li l-membri kollha tagħha li jaħdmu fis-saħħa pubblika mxew mad-direttivi tagħha u għamlu strajk ta' siegħa li ordnat l-assoċjazzjoni għal-lum bejn it-8 a.m. u d-9 a.m. bħala protesta għall-indħil mingħajr bażi xjentifika minn Ministeri oħra. Fi stqarrija l-MAM qalet li xogħol it-tobba tas-saħħa pubblika jinkludi l-kordinazzjoni fil-ħidma dwar il-Covid-19. Normalment jagħmlu xogħol amministrattiv, jorganizzaw u jipparteċipaw fiċ-ċentri tal-iswabbing u jfittxu u jagħmlu contact tracing ta' każijiet attivi. Dawn it-tobba jiġbru u janalizzaw ukoll data oħra dwar il-Covid-19 li jwassal għal pariri xjentifiċi u huma speċjalizzati fl-epidemjoloġija li hija x-xjenza kif tikkontrolla epidemiji. Iwissu b'konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika jekk ma jitħallewx jaħdmu mingħajr pressjoni
[ 4, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Awwissu, 2020 1:30pm Raġel ta' 35 sena sofra ġrieħi gravi meta dalgħodu ttajjar fix-Xewkija. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq l-Imġarr għall-ħabta tal-10.30am. Jirriżulta li r-raġel, li huwa Ungeriż, ittajjar minn karozza tal-għamla Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta' 23 sena minn Ħal Għaxaq. Ir-raġel milqut ittieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex b'ambulanza. L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 4, 9, 12, 16 ]
Il-President ta' Malta George Vella, flimkien ma' martu s-Sinjura Miriam Vella, kellhom l-opportunità li japprezzaw it-teżori artistiċi li bihom huwa mogħni l-Mużew Nazzjonali tal-Arti (il-MUŻA), li jinsab fl-Auberge d'Italie, il-Belt Valletta. Il-President iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed prestiġġjuż li rriżulta f'mużew ta' kalibru li fih ħafna x'tara u li jirrifletti r-rikezzi artistiċi u l-wirt kulturali imprezzabbli ta' pajjiżna. Waqt din iż-żjara, il-President u martu segwew l-erba' narrativi tal-MUŻA, li huma l-Mediterran, l-Ewropa, l-Imperu, u l-Artist. Fost ix-xogħlijiet prinċipali fil-mużew hemm dawk tal-pittur Mattia Preti u l-iskultur Antonio Sciortino. Il-mużew fih madwar 20,000 biċċa xogħol tal-arti. Il-Kap Eżekuttiv tal-Heritage Malta, Noel Zammit, li dawwar lill-President u s-Sinjura Vella madwar l-esibiti, qal li huwa ta' unur għall-aġenzija nazzjonali responsabbli mill-mużewijiet, il-konservazzjoni, u l-wirt kulturali, li turi lill-Kap tal-Istat it-teżori artistiċi ta' pajjiżna. Min-naħa tiegħu, is-Sur Kenneth Cassar, kuratur anzjan tal-Heritage Malta, iddeskriva din l-okkażjoni bħala waħda unika hekk kif dan il-proġett fil-qalba tal-Belt Valletta wassal biex l-istorja tal-arti ta' pajjiżna tkun aċċessibbli għall-poplu kollu.
[ 8, 9, 16 ]
Il-Partit Nazzjonalista talab formalment biex jitlaqqa' malajr kemm jista' jkun il-Kumitat Parlamentari ghal Ghawdex, biex issir diskussjoni dwar kif l-imxija tal-coronavirus qed tolqot lil Għawdex. Fi stqarrija mill-kelliema tal-Oppożizzjoni Chris Said, Fredrick Azzopardi u Kevin Cutajar, intqal li l-Gvern għandu jassigura fost oħrajn kif l-aċċess għal Għawdex qed jiġi kkontrollat, kif l-ekonomija Għawdxija se tintlaqat u kif is-servizzi tas-saħħa f'Għawdex qed jilqgħu għall-effetti tal-virus.
[ 1, 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 19, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 7:14pm L-Awtorità tax-Xandir għamlitha ċara li d-deċiżjoni li ħadet fil-konfront tal-PBS f'Ġunju li għadda rigward ix-xandiriet tal-konferenzi tal-aħbarijiet dwar il-Covid fuq l-istazzjonijiet tal-PBS hija finali. Fi stqarrija, l-Awtorità ppreċiżat li biex ma toħnoqx l-importanza ta' konferenza tal-aħbarijiet dwar suġġett ta' interess nazzjonali, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-funzjonijiet tagħha u dawk li jobbligawha tirregola l-operat tax-xandir pubbliku, il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u r-risposti relattivi ma kellhomx jibqgħu jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali wara x-xandira tal-istess konferenza. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li kellha żewġ ilmenti mill-Partit Nazzjonalista b'rabta ma' żewġ konferenzi tal-aħbarijiet li xxandru fi żmien il-Covid u kienu ndirizzati minn politiċi. Żiedet tgħid li b'din id-deċiżjoni, ifisser li l-mistoqsijiet imressqa ma jinkwadrawx ruħhom f'mistoqsijiet u risposti li x-xandir pubbliku kien obbligat li jitrażmetti taħt direttiva tal-Awtorità tax-Xandir u fakkret li din mhux l-ewwel darba li ma jixxandrux mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet. L-Awtorità qalet li ma ssib ebda diffikultà tiltaqa' ma' dawk konċernati li għandhom interess jiddiskutu kull tħassib li jista' jkollhom. Intant, b'reazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li għalkemm kien il-Partit Nazzjonalista li lmenta mal-Awtorità tax-Xandir biex tiżgura li jkun hemm bilanċ politiku waqt konferenzi tal-aħbarijiet tal-Gvern, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tista' qatt taqbel li biex jiġi ndirizzat dan l-iżbilanċ għandhom jiġu msikkta l-ġurnalisti. Dr Delia qal li l-iżbilanċ politiku ħolqu l-Prim Ministru li ġab lill-PBS pjattaforma għalih biex jindirizza konferenzi tal-aħbarijiet li ġabhom partiġġjani biex jattakka lill-Oppożizzjoni. U l-Partit Laburista qal li għall-konvenjenza politika, il-Kap tal-Oppożizzjoni lest imeri dak li jkun għamel hu stess. Fi stqarrija, il-Partit Laburista żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista ilmenta mill-inqas 10 darbiet mal-istazzjon nazzjonali jew mal-Awtorità tax-Xandir fuq żbilanċ politiku. Kompla jgħid li wara d-dikjarazzjoni tal-lum ta' Dr Delia, il-Partit Laburista qed jifhem li l-Partit Nazzjonalista mhux se jkollu iktar oġġezzjoni li konferenzi tal-aħbarijiet tal-Gvern li jkunu ta' interess nazzjonali jixxandru fl-intier tagħhom fuq l-istazzjon nazzjonali.
[ 8, 9, 16 ]
Infrastructure Malta qed tibni tnejn minn tliet mollijiet fil-Bajja ta' San Tumas, wara li dawn sofrew xi ħsarat minħabba snin ta' kuntatt mal-ilma baħar u maltemp. Iż-żewġ mollijiet huma twal 50 metru. Fi stqarrija ntqal li dan ix-xogħol għandu l-għan li jelimina l-periklu għall-għawwiema, is-sajjieda u d-dilettanti tad-dgħajjes li jagħmlu użu minn din il-bajja popolari, u jifforma parti mill-impenn li Infrastructure Malta qed twettaq għat-titjib tal-infrastruttura marittima f'Malta u Għawdex. Il-Ministru Ian Borg qal li l-Gvern jinsab kommess li jissalvagwardja s-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin, anke permezz ta' infrastruttura adegwata u dan jgħodd ukoll għall-bajjiet u l-portijiet. L-aġenzija qed tagħmel ħilitha biex il-maġġoranza tax-xogħlijiet tar-rikostruzzjoni jitlestew waqt ix-xhur tas-sajf meta l-baħar ikun għadu aktar kalm, kemm minħabba s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu. Ix-xahar li għadda, il-ħaddiema bdew it-twaqqigħ u t-tindif tal-istrutturi b'diversi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent. Bħalissa, l-istrutturi qegħdin jiġu iffurmati. Il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena. Sadanittant, hemm pjanijiet għal proġetti oħrajn f'din il-bajja, filwaqt li qed jinbnew żewġ mollijiet oħra mill-ġdid f'taż-Żonqor b'investiment ta' madwar €840,000.
[ 8, 9, 16 ]
Imtella' Awwissu 22, 2020 - Aġġornata 24 Ta' Awwissu, 2020 8:49am L-Isqof ta' Għawdex, Monsinjur Anton Teuma, qal li l-Knisja ma tistax tibqa' tistenna li n-nies jiġu għandha iżda trid tmur hi fid-djar tan-nies. Intervistat waqt l-aħbarijiet ta' Television Malta l-għada li ġie kkonsagrat bħala Isqof ta' Għawdex, Monsinjur Teuma tenna l-impenn tiegħu li jkompli jgħin l-ifqar fost il-fqar fis-soċjetà. Spjega li l-faqar mhuwiex dak materjali biss imma hemm diversi tipi ta' faqar fosthom minn għaddej minn mard terminali jew mentali jew problemi fil-familja. L-Isqof Teuma qabbel lilu nnifsu ma' tifel żgħir li għad irid jitgħallem jimxi. Irrimarka li għalissa mhux se jieħu deċiżjonijiet kbar iżda se jkompli jikkomunika man-nies. Ara l-intervista sħiħa hawn:
[ 0, 1, 13 ]
Imtella' Awwissu 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Awwissu, 2020 7:21pm Ġimgħa fuq il-15 ta' Awwissu, bħal-lum 3 parroċċi oħra jiċċelebraw il-festa ta' Santa Marija; Ħad Dingli, l-Imġarr u ż-Żebbuġ Għawdex. Krew ta' TVM żar Ħad-Dingli fejn minħabba r-restrizzjonijiet u l-miżuri tal-Coronavirus, il-festa ġiet iċċelebrata b'inizjattivi għall-karità u oħrajn soċjali li ħallew lill-voluntiera żgħażagħ bieżlin xorta waħda biex żammew ħaj l-ispirtu tal-festa ta' Santa Marija fost il-parruċċani. Bħalma ġara dan is-sajf wara li nħarġu d-direttivi tal-awtoritajiet biex jitwaqqfu l-festi esterni, f'Ħad Dingli wkoll il-festa kienet limitata u saret skont il-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa u tal-knisja. Fil-parroċċa ta' Ħad Dingli tinħass sew il-preżenza ta' voluntiera żgħażagħ, b'mod partikolari fl-organizzazioni tal-festa ta' Santa Marija. Tkellimna ma' Joel Attard, żagħżugħ ta' 22 sena li ta' kull sena jgħin fil-festa. Din is-sena żgħażagħ middew idejhom ukoll biex iċ-ċelebrazzjonijiet jixxandru fuq il-media soċjali. "Aħna nagħtu kollox minn qalbna. Voluntiera naħdmu ġimgħat sħaħ biex imbagħad f'dawn il-ġimagħtejn inkunu nistgħu ntellgħu festa sabiħa lid-Dinglin kollha…Biex nobdu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa ddeċidejna li mmorru b'mod virtwali, kemm fuq is-social media ta' Facebook u Instagram biex nilħqu kemm jista' jkun nies. Ovvjament għandna l-limitazzjonijiet ta' kemm jistgħu jidħlu nies fil-Knisja, l-attivitajiet tal-massa ma jistgħux isiru, u bis-social media rnexxielna nilħqu iktar nies." Il-Knisja ta' Ħad-Dingli tesa' 85 persuna u hu għalhekk li l-inizjattiva li ċelebrazzjonijiet jixxandru fuq il-media soċjali niżlet tajjeb ħafna mad-Dinglin li din is-sena wkoll għamlu kif setgħu biex fakkru lil Marija mtellgħa s-sema. "Il-festa totalment kellha tieħu tifsira differenti din is-sena. Din is-sena bħala parroċċa ħdimna iżjed fuq l-aspetti soċjali tal-festa, forsi dawk l-affarijiet li ssoltu ma jkunux jidhru…Ftakarna f'ħutna l-morda, il-preżenza tal-bastun ta' San Ġużepp hawnhekk biex isir talb speċjali għal ħutna l-morda u dawk kollha affettwati minn din il-pandemija." Fl-aħħar jiem, il-parroċċa ta' Ħad Dingli ħadet diversi inizjattivi pastorali u ta' karità. Il-Ħadd li għadda kien hemm inizjattiva ta' għotja demm mill-parruċċani. It-Tnejn wasal f'Ħad Dingli l-bastun devot ta' San Ġużepp mir-Rabat għall-qima tan-nies ta' Ħad Dingli. Din is-sena taħbat il-150 sena ta' San Ġużepp patrun tal-Knisja universali. Il-Ħamis li għadda ġie inawgurat proġett ta' restawr tan-niċċa, l-istatwa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju li hi statwa li saret aktar minn 100 sena ilu mill-iskultur Carlo Darmanin. Dan hu wieħed mill-proġetti li l-parroċċa ta' Ħad Dingli qed twettaq b'ko finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Il-Ġimgħa saret quddiesa għad-Dinglin kollha li matul il-pandemija qed jibqgħu jaħdmu u jagħtu servizz essenzjali. Għaliha attendew tobba, infermiera, professjonisti tas-saħħa, pulizija, suldati u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li bħalissa għandhom stazzjon temporanju fl-iskola ta' Ħad Dingli, u impjegati tal-kunsilli lokali. Huma ngħataw tifkira li ħejjew it-tfal tal-lokalità. Is-Sibt filgħaxija ġie inawgurat salib ġdid tal-frontispizju li ġie skolpit mill-ġebla tal-qawwi minn barriera f'Għawdex. Għal dan il-proġett għen il-Ministeru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Wara li lesta l-quddiesa li ta' kull nhar ta' Ħadd fix-xahar ta' Awwissu qed jiċċelebra mill-kappella ta' Santa Marija Maddalena fuq l-irdum ta' Ħad Dingli, l-Arċisqof Charles J Scicluna mar isellem lill-komunità Dinglija waqt il-quddiesa solenni tal-festa. Awgura liċ-ċelebrant ewlieni – Monsinjur Louis Camilleri li qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu – u lill-komunità għall-festa ta' Santa Marija. L-Arċisof Scicluna ppreżenta wkoll bukkett fjuri lill-istatwa ta' Santa Marija.
[ 0, 1, 2 ]
Żewġ timijiet ta' spetturi tal-infurzar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għaddejjin bi Kontrolli kontinwi fi ħwienet tax-xorb u ristoranti biex jiżguraw li r-regolamenti l-ġodda għall-bars u każini qed jiġu osservati. Dan hekk kif nhar it-Tnejn tħabbru miżuri ġodda għall-postijiet tad-divertiment biex jiġi rispettat il-prinċipju tad-distanza soċjali bejn il-klijenti. TVM segwa mill-qrib waħda mill-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar jiem. Paritarji li fil-lejla tal-ġimgħa kienu b'seba' għajnejn fuq l-andament tal-finali tal-UEFA Europa League spiċċaw f'nofs spezzjoni tal-ispetturi tal-Awtorità tat-Turiżmu. B'rutella l-ispetturi jkejlu d-distanzi bejn l-imwejjed li jridu jkunu 3 metri minn xulxin ġewwa u anke d-distanza ta' żewġ metri bejn dahar u ieħor tas-siġġijiet. Dan waqt li spezzjonijiet oħra jsiru fil-kmamar tal-banju bl-għajnuna ta' aġenti tas-sanita. Erbat'ijiem mindu daħal fis-seħħ l-avviż legali ġdid bi protokolli ġodda għall-bars u każini, l-ispetturi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mmultaw 16-il stabilliment għall-ksur varju tar-regolamenti l-ġodda. Bl-avviż legali l-ġdid, ingħalqu kompletament discos u nightclubs waqt li bars u l-każini jistgħu jifħu ġaladarba jservu ikel u xorb lill-klijenti bilqiegħda mal-imwejjed biss. Apparti minn dan nies bilwieqfa mhux permessiblli fl-istabillimenti. Waqt li segwa spezzjoni f'ħanut tax-xorb Television Malta tkellem ma' David Mifsud li huwa inkarigat mill-infurzar tal-awtorità stqarr li bl-avviż legali l-ġdid ġiet indirizatta l-problema tan-nuqqas ta' distanza soċjali f'Paceville u postijiet simili. "Proprju l-introduzzjoni ta' dawn il-protokolli, l-għeluq tan-nightclubs diskoteki, kien proprju minħabba dan għaliex kienu qed jinġemmu ħafna nies avolja kien hemm appelli diversi drabi biex iżommu social distancing però f'ambjent soċjevoli bħal dan huwa diffiċli li wieħed iżomm is-social distancing. B'dawn il-miżuri l-ġodda kif kont qed ngħid qed jidher qed tikkontrola sitwazzjoni tajba." Is-Sur Mifsud qal li minkejja dawn multi, kważi kulħadd qiegħed isegwi l-protokolli l-ġodda speċjalment mal-element essenzjali tad-distanza soċjali u dan mhux biss bejn persuna u oħra, iżda wkoll bejn mejda u oħra. Omar Calleja huwa sid ta' ħanut tax-xorb fejn twettqet l-ispezzjoni tal-MTA fil-jiem li għaddej u li assista għaliha krew Ta' TVM. Qal li din il-ġimgħa l-pub tiegħu kien ftit aktar kwiet mis-soltu madanakollu stqarr f'din in-normalità l-ġdida s-sidien tal-ħwienet iridu jadattaw sakemm jinstab il-vaċċin. Mistoqsi dwar l-impatt li ħallew ir-regolamenti l-ġodda, is-Sur Calleja qal fil-ħanut tiegħu l-klijenti dejjem kienu jinqdew bilqiegħda iżda issa qed ikollu jirifjuta x-xogħol minħabba limitazzjonijiet ta' spazju. "Ifhem aħna bħala pub popolari l-klijenti tagħna dejjem kienu jħobbu jċemplu għall-booking allura l-grupp jrid jiġi joqgħod bilqegħeda hi xi ħaġa normali għalina. U kien hemm dawk in-nies li kienu jċemplu biex jibbukjaw ħalli joqogħdu mal-bar illum ma jistgħux u kif qed tara joqogħdu bilqegħda." Sostna li l-klijenti kollha tiegħu qed jikooperaw iżda ħafna qed jinsew jilbsu l-maskra sakemm jidħlu u jpoġġu bilqegħda. Qal li għalhekk sabiex jagħmila aktar faċli lil klijenti jadattaw f'dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji qed jipprovdu l-maskri huma stess.
[ 0, 1 ]
Imtella' Awwissu 23, 2020 - Aġġornata 24 Ta' Awwissu, 2020 10:16am Fl-aħħar ħames ġimgħat, petizzjoni mill-grupp Malta tal-Maltin waslet biex sal-lum inġabru iżjed minn 41,000 firma bil-għan li jsir referendum dwar jekk il-Maltin jaqblux li pajjiżna jibqa' jaċċetta l-immigranti illegali u jekk Malta għandhiex iżżomm il-portijiet tagħha magħluqa fi żmien ta' theddid għas-saħħa pubblika. TVM tkellem mal-espert tal-Kostituzzjoni, il-Professur Ian Refalo, li qal li referendum bħal dan jista' jkun biss konsultattiv, u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar hija fid-diskrezzjoni tal-Gvern jekk isejjaħx referendum jew le. Sostna iżda li ammont kbir ta' firem f'petizzjoni għandu effett politiku qawwi għax juri lill-Gvern xi jrid il-poplu. Il-grupp Malta tal-Maltin twaqqaf fis-26 t'April li għadda, filwaqt li l-petizzjoni 'Malta żgħira wisq biex taċċetta iżjed immigranti illegali' tnediet fil-15 ta' Lulju. Fi żmien ħames ġimgħat din il-petizzjoni qabżet il-41,000 firma, li mistennija jiżdiedu sakemm tagħlaq madwar 3 ġimgħat oħra. Il-moħħ wara din il-petizzjoni, is-Sur John Aquilina, qal li l-għan huwa li jsir referendum abrogattiv li jsaqsi lill-Maltin jekk jaqblux li Malta tibqa' taċċetta l-immigranti illegali u jekk għandhiex iżżomm il-portijiet tagħha magħluqin fi żmien ta' theddid għas-saħħa pubblika. "Għalkemm Malta hi marbuta b'obbligi internazzjonali hemm ukoll kemm tiflaħ Malta. Allura aħna qegħdin nitolbu lill-Parlament, mhux lill-Gvern, lill-Parlament Malti, isir ir-referendum biex l-ewwelnett nibdew naraw hux veru l-poplu mweġġa'. Imbagħad skont id-deċiżjoni tal-poplu nippretendi li l-parlament Malti jirrispetta l-poplu Malti, isejjaħ referendum mill-iktar fis possibbli u nibdew minn hemmhekk u hemm x'wieħed jiddiskuti mal-UE fuq il-liġijiet internazzjonali." L-espert tal-Kostituzzjoni, il-Professur Ian Refalo, qal li kulħadd intitolat jagħmel petizzjoni fil-Parlament u iżjed ma jkun hemm nies li jitolbu l-Parlament jieħu xi azzjoni, iżjed din ikun fiha piż. Spjega li petizzjoni ma torbotx lill-Gvern jieħu azzjoni partikolari għax fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jiddeċiedi jagħmilx referendum. Il-Professur Ian Refalo qal li referendum bħalma qed jissejjaħ minn Malta tal-Maltin ma jistax ikun abrogattiv. "Il-liġi jagħmilha l-Parlament u mhux il-poplu għax il-Parlament huwa delegat mill-poplu, rappreżentat mill-poplu biex jagħmel il-liġi. Il-Parlament għamel liġi li jekk liġi li għamel il-Parlament jew regolament li għamel il-Ministru ma jogħġbux jista' jabbrogah permezz ta' referendum. Dak insejjħulu referendum abbrogattiv….Bħalma kien ir-referendum tal-kaċċa li kien abrogattiv biex jabbrogaw ċertu regolamenti." Il-Professur Refalo sostna iżda li l-ammont qawwi ta' firem f'petizzjoni għandu piż politiku qawwi. "Ċertament il-petizzjoni ma titlobx li jsir referendum leġislattiv. Lanqas tista' titlob, anke kieku talbet li jsir referenudm abrogattiv, jibqa' a diskrezzjoni tal-Gvern li jrid iżommu jew le. Mhemm xejn li jżomm lill-Gvern li jagħmel referendum…. Iżjed ma jkollok firem iżjed l-effett politiku jkun kbir għax l-effett ta' petizzjoni hija politika fis-sens li jurik l-poplu xi jrid." Il-Professur Ian Refalo qal li l-idea tal-poplu ma torbotx lill-Gvern, imma hi indikattiva ħafna. Fl-aħħar 62 sena f'Malta saru 5 referenda, 4 konsultattivi u 1 abbrogattiv.
[ 0, 1, 9 ]
Imtella' Awwissu 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Awwissu, 2020 6:24pm Il-President u s-Sinjura Vella għamlu t-tieni żjara uffiċjali tagħhom f'Għawdex fejn fost l-oħrajn żaru Dar Arka f'Għajnsielem u wkoll l-appartamenti għal ħajja indipendenti għal persuni bi bżonnijiet speċjali, Dar il-Ġublew tal-Ħniena u Dar il-Madonna ta' Pinu. L-Assistent Direttur ta' Fondazzjoni Arka, Dun Michael Galea, qal li l-Fondazzjoni Arka teħtieġ €100,000 fix-xahar biex tkompli tgħin lir-residenti u ħafna minnhom normalment jiġu mid-donazzjonijiet. Min-naħa tiegħu l-President George Vella faħħar ix-xogħol li qed isir minn din l entità u appella għall-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin ma' Dar Arka u entitajiet oħrajn li bħall-Malta Community Chest Fund il-ħidma tagħhom tiddependi fuq id-donazzjonijiet. Fit-tieni żjara uffiċjali tagħhom f'Għawdex, il-President ta' Malta u s-sinjura Vella żaru l-Fondazzjoni Arka f'Għajnsielem. Bħalissa f'Dar Arka hemm 15-il persuna b'diżabbilità u fl-aħħar erba' snin infetħet Dar il-Ġublew tal-Ħniena li tospita 5 persuni b'diżabbilita li jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. Il-Fondazzjoni Arka din is-sena qed tiċċelebra l-20 sena mit-twaqqif tagħha u qed tkompli toffri l-għajnuna lil dawk fil-bżonn. L-Assistent Direttur ta' Fondazzjoni Arka, Dun Michael Galea, qal li l-Fondazzjoni qed taħdem biex fil-futur qrib tiftaħ it-tieni appartament tagħha għall-persuni b'diżabbilità, Dar il-Madonna Ta' Pinu, li wkoll se jkollhom carer magħhom 24 siegħa kuljum. Dun Michael Galea qal li bi spiża ta' 100,000 ewro fix-xahar, il-Fondazzjoni Arka tiddependi ħafna mill-ġenerożità tan-nies. "Dan il-proġett ta' independent living qed naħdmuh flimkien mas-segretarjat parlamentari għall-persuni b'diżabbilità u anzjanità attiva, filwaqt li Fondazzjoni Arka ħadet ħsieb li tixtri l-appartament, taġġustah biex ikun aċċessibbli għalihom, u wkoll tmexxi u toffri l-ħaddiema biex dawn iż-żewġ appartamenti jkunu jistgħu jaħdmu…. Huwa veru li l-Gvern jgħinna finazjarjament imma dan mhuwiex biżżejjed. Sabiex inkompli l-ħidma tagħna u nwettqu proġetti ġodda, aħna nistrieħu ħafna fuq id-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Matul dan iż-żmien tal-Covid sfortunatament id-donazzjonijiet naqsu ħafna. Kien hemm xhur fejn id-donazzjonijiet naqsu b'95%." Filwaqt li rrikonoxxa d-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċjaw id-diriġenti ta' din l-entità, il-President George Vella faħħar żewġ aspetti li fuqhom hi msawra l-ħidma li jwettqu l-persuni li jieħu ħsieb lir-residenti f'Dar Arka, l-għożża u l-imħabba. "Jien irrid ngħid li bla esaġerazzjoni impressjonat li fiċ-ċokon tal-gżira t'Għawdex hemm din l-organizzazzjoni li qed tieħu ħsieb b'tant għożża lil dawk li huma inqas ixxurtjati minna…. Huwa fatt li s-sitwazzjoni li qegħdin fiha bħalissa ġabet reazzjoni negattiva ħafna fuq kull min għandu istituzzjoni tal-ġbir, jien nista' nitkellem anke mill-esperjenza tal-Community Chest Fund, li nifhem li dak li qabel kien kapaċi jtik ċertu ammont illum nifhem is-sitwazzjoni tiegħu. Però minn qalbi nħeġġeġ lil min qed jarana biex jagħmel is-sagrifiċċju u jaf li dak kollu li qed jagħti għal organizzazzjonijiet bħal dawn huma flus mogħtija għal kawża ġustissima." Iż-żjara tal-President George Vella f'Għawdex kompliet b'waqfa fil-Fondazzjoni OASI li tiffoka fuq il-prevenzjoni u trattament marbut mal-abbuż tad-droga, u fil-villaġġ tal-agrikoltura fix-Xewkija.
[ 0, 1 ]
Imtella' Awwissu 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Awwissu, 2020 3:29pm Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li matul il-pandemija, il-Gvern mexxa b'għaqal is-sitwazzjoni bla preċedent li żviluppat fl-aħħar xhur, tant li qal li r-riżultati miksuba ma ġewx b'kumbinazzjoni. Intervistat minn LovinMalta, Dr Abela qal li jifhem is-sentiment tal-Maltin dwar l-immigrazzjoni u qal li l-Gvern qed jadotta strateġija li jitrażżan in-numru ta' immigranti li jitilqu mil-Libja u jsalva gruppi li jkunu f'xifer il-mewt. Il-Prim Ministru esprima fiduċja fil-Bord Editorjali tal-PBS u d-deċiżjonijiet li se jittieħdu dwar ir-riforma fix-xandir nazzjonali, filwaqt li qal li fid-deċiżjoni ta' Xarabank ma kien hemm ebda indħil politiku. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-Gvern indirizza tajjeb il-pandemija, anke jekk kien hemm mumenti fejn forsi l-Gvern seta' mexa aħjar. Meta kien qed jiġi ntervistat minn LovinMalta, Dr Abela spjega kif ir-rata ta' mwiet hija baxxa, ir-rata ta' infezzjonijiet qiegħda taħt kontroll u li fl-aħħar jumejn fiequ kważi mitt persuna. Żied jgħid li għalkemm kien hemm żieda fl-infezzjonijiet, is-sintomi qed ikunu ħfief u li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom is-sitwazzjoni taħt kontroll. Spjega li hemm pajjiżi Ewropej fejn is-sitwazzjoni ħarbet mill-kontroll tagħhom. Mistoqsi dwar pajjiżi li qed jagħlqu l-bibien tagħhom għal Malta, Dr Abela qal li l-pajjiżi qed jagħlqu l-bibien għal xulxin u mhux għal Malta biss. Il-Prim Ministru rrefera għall-fatt li r-rata tal-qgħad inżammet taħt kontroll minħabba miżuri ekonomiċi li taw ir-riżultati u li issa qal li l-Gvern irid jara li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin wieħed irid jara li ma jintilfux l-impijiegi u jkompli jintlaħaq il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija. Dr Abela kien mistoqsi dwar il-petizzjoni ta' erbgħin elf ruħ li titlob biex ma jibqgħux jaslu iktar immigranti f'Malta, u wieġeb li hu konxju tas-sentiment tal-poplu, tant li l-Gvern qed jindirizza din il-problema billi ma jithallewx jitilqu immigranti mil-Libja u joħroġ isalva biss immigranti li jkunu se jegħrqu, bħal fil-każ tal-118 immigrant li daħlu f'pajjiżna l-Ħamis. Il-Prim Ministru fakkar li meta l-Gvern waqqaf b'metodi permessibli lill-immigranti Milli jaslu f'pajjiżna, hu nnifsu, il-Brigadier, u numru ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta spiċċaw ġew investigati f'inkjesta maġisterjali li kieku sabithom responsabbli għall-għarqa setgħu jeħlu piena ta' għomor il-ħabs. Il-Prim Ministru qal li se tissaħħah il-preżenza tal-Forzi tal-ordni fit-toroq ta' ċerti lokalitajiet, u min ma josservax il-liġi jkollu konsegwenzi ħorox, għax in-nies ma jistgħux joqgħodu jbatu jew jiddejqu joħorġu for-toroq. Dwar it-tneħħija tal-programm Xarabank mill-iskeda ta' TVM, Dr Abela qal li li kien il-bord tal-PBS li ħa din id-deċiżjoni, mingħajr ebda ndħil politiku. Mistoqsi dwar ir-riforma fil-PBS wieġeb li din se titwettaq u li fil-qasam tax-xandir se ssir riforma wkoll fil-politika tax-xandir. Dr Abela qal li jemmen fil-pluraliżmu tax-xandir u li l-Gvern jiġi skrutinjat mill-ġurnalisti. Qal ukoll li l-kumpaniji tax-xandir tal-partiti politiċi għandhom ikunu kontabbli finanzjarjament u li l-Partit Laburista se jippubblika l-kontijiet awditjati tal-kumpannija One fiż-żmien li ġej. Mistoqsi dwar kif iħossu bħala Prim Ministru li minn Jannar sab ħafna maltemp, qal li kburi li l-poplu Malti tah il-fiduċja li jmexxih u se jkompli jaħdem biex il-pajjiż jibqa' miexi fid-direzzjoni t-tajba.
[ 0, 1 ]
Il-Kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, WHO qal li jittama li l-pandemija tal-coronavirus tintemm sa inqas minn sentejn oħra. Huwa u jitkellem f'Ġinevra, Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li d-dinja kienet damet sentejn biex sabet tarf tal-influwenza Spanjola tal-1918. Il-pandemija tal-influwenza Spanjola kienet qatlet minn tal-anqas 50 miljun persuna. Il-coronavirus s'issa qatel 800,000 persuna u nfetta kważi 23 miljun ruħ. Il-Kap tal-WHO qal li l-avvanzi fit-teknoloġija jistgħu jippermettu lid-dinja sabiex twaqqaf il-virus tal-Covid-19 f'inqas żmien filwaqt li saħaq fuq l-importanza tal-għaqda nazzjonali u solidarjetà globali. Mistoqsi dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fir-rigward ta' ilbies protettiv waqt il-pandemija fl-Afrika t'Isfel u f'pajjiżi oħra, huwa wieġeb li dan huwa kriminali u li kull forma ta' korruzzjoni hija inaċċettabbli. Żied li l-korruzzjoni fl-ilbies protettiv għalih huwa qtil għaliex jekk il-ħaddiema tas-saħħa jaħdmu mingħajr ilbies protettiv id-dinja tkun qed tpoġġi ħajjithom kif ukoll ħajjet in-nies li qed jikkuraw f'riskju.
[ 1, 10 ]
Il-kritiku tal-Kremlin Russu Alexei Navalny li kien ivvelenat u jinsab f'qagħda kritika, wasal fil-Ġermanja biex jingħata kura medika hekk kif l-alleati tal-politiku tal-oppożizzjoni akkużaw lill-awtoritajiet Russi li imblukkaw l-evakwazzjoni tiegħu. Navalny jinsab f'koma iżda jinsab f'qagħda stabbli u m 'huwiex fil-periklu tal-mewt. Huwa mistenni jkompli jirċievi l-kura fi sptar Ġermaniż. Il-mexxej tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny "ivvelenat"
[ 10 ]
In-Nato xejjnet id-dikjarazzjoni li għamel il-President ta' Belarus Alexander Lukashenko li poteri minn barra l-pajjiż qegħdin jorganizzaw it-truppi tagħhom fil-fruntiera tal-pajjiż. Lukashenko, liebes l-uniformi militari qal li l-armata tal-pajjiż qiegħda fuq stat ta' allert. Dan filwaqt li fit-toroq ta' Minsk baqgħu għaddejjin il-protesti kontra Lukashenko biex jinżel mill-kariga, akkużat li rebaħ l-elezzjoni ta' ħmistax ilu b'qerq. Lukasehenko ilu fit-tmun għal dawn l-aħħar sitta u għoxirn sena, u qed jakkuża lin-Nato li qed tipprova tifred lill-pajjiż biex jinħatar President ġdid floku. Skont Lukashenko dawk li qed jikkooperaw man-Nato biex jiddistabilizzaw lill-pajjiż huma l-Polonja u l-Litwanja.
[ 10 ]
Skont is-sit Johns Hopkins, l-imwiet bil-Covid-19 fid-dinja, qabżu it-800,000. L-infezzjonijiet tal-coronavirus fid-dinja qed joqorbu it-23 miljun filwaqt li minnhom fiequ kważi 15-il miljun. Fl-aħħar 24 siegħa, l-Indja irreġistrat rekord ta' aktar minn 69,000 każ ġdid ta' coronavirus, bl-għadd totali ta' każi issa qed joqrob it-tliet miljuni. Fl-Indja hemm it-tielet l-ogħla numru ta' infezzjonijiet fid-dinja wara l-Istati Uniti u l-Brażil. Il-pajjiż fl-Ażja għandu wkoll ir-raba' l-ogħla numru ta' mwiet. Madankollu, skont il-Ministeru tas-Saħħa Indjan, qed isiru miljun test kuljum u li r-rata ta' fejqan qed togħla wkoll.
[ 1, 10 ]
Imtella' Awwissu 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Awwissu, 2020 7:26pm Xaqq dawl fil-kunflitt li ilu jifni lil-Libja għal diversi snin, hekk kif iż-żewġ partijiet qed jaqblu dwar waqfien mill-ġlied. F'dan l-isfond dalgħodu waslu Malta, id-Deputat Prim Ministru Libjan Ahmed Mateegh u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Mohammed Siyala għal taħditiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej ta' Malta Evarist Bartolo. Fi stqarrija l-Gvern qal li fid-diskussjonijiet, Malta tenniet ukoll l-appoġġ tagħha għal soluzzjoni politika mmexxija mil-Libja. Saga li ilha għaddejja disa' snin. Minn gwerra ċivili saħansitra nbidlet f'kunflitt b'interessi barranin. Iżda din il-ġimgħa, iż-żewġ fazzjonijiet rivali Libjani, il-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali u l-Kamra tad-Deputati f'Tobruk iddikjaraw waqfien mill-ġlied. Fl-istess dikjarazzjoni l-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali sejjaħ għall-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali f'Marzu li ġej u biex jintemm l-imblokk taż-żejt bejn iż-żewġ partijiet rivali. Jumejn biss wara, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo laqqa' f'Malta lid-Deputat Prim Ministru Libjan Ahmed Mateegh u il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Libja Mohamed Taher Siala. Matul il-laqgħa l-Ministru Bartolo esprima l-appoġġ sħiħ ta' Malta għal dawn id-dikjarazzjonijiet. Il-Gvern qal li ż-żewġ naħat iddiskutew fit-tul l-importanza kritika tad-djalogu inter-Libjan u l-inklużjoni tal-atturi kollha, inklużi ż-żgħażagħ u n-nisa. Qal li ġie enfasizzat ukoll l-irwol importanti tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt (NOC) u tal-Bank Ċentrali tal-Libja biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi u l-ħtiġijiet tal-poplu Libjan. Matul id-diskussjonijiet, Malta tenniet ukoll l-appoġġ tagħha għal soluzzjoni politika mmexxija mil-Libja u qalet li toffri d-disponibilità tagħha li sservi bħala mezz ta' komunikazzjoni lejn dan il-għan. Il-Gvern Malti tenna li l-ghaqda tal-Libja tibqa' imperattiva għall-ġid u l-benefiċċju tal-poplu Libjan u f'dan l-ispirtu, it-tkomplija tal-proċess ta' negozjati fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin immexxi min-Nazzjonijiet Maqgħuda tibqa' t-triq il-quddiem. Id-Delegazzjoni Libjana ltaqgħet ukoll mal-President George Vella fil-Palazza il-Palazz ta' Sant'Anton, bid-diskussjonijiet kienu ffukati fuq l-ħtieġa ta' żvilupp ekonomiku u progress soċjali fil-Libja u l-poplu Libjan. F'reazzjoni għal dan il-waqfien mill-ġlied il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Joseph Borell qal li huwa kruċjali li l-partijiet kollha jżommu mad-dikjarazzjonijiet tagħhom. Qal li l-Unjoni Ewropea tappoġġja bi sħiħ dan il-waqfien tal-operazzjonijiet militari fil-Libja nkluż it-tkeċċija tal-merċinarji barranin preżenti fil-pajjiż u t-tkomplija tal-proċess ta' Berlin.
[ 0, 1, 12 ]
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 35 każ ġdid ta' Coronavirus minn fost 2,173 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 33 persuna oħra u b'hekk l-ammont ta' persuni f'Malta li rkupraw mill-Covid-19 tela' għal 934. Minn Marzu 'l hawn l-ammont ta' persuni li mardu bil-Covid-19 tela' għal 1,612 każ li minnhom hemm 668 attivi. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati. Qalu li mill-każijiet tal-bieraħ 9 kienu membri tal-familja ta' każijiet diġà magħrufa li pożittivi. Ieħor kien f'kuntatt diretti ma' persuna pożittiva. 3 każijiet kienu kollegi ta' post tax-xogħol filwaqt li każ ieħor huwa mill-grupp ta' Paceville. Gepostet von saħħa am Sonntag, 23. August 2020
[ 0, 1 ]
Imtella' Awwissu 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Awwissu, 2020 7:31pm Żewġ ommijiet addottivi qed jistennew li minn jum għall-ieħor jitħallew imorru l-Indja biex iġibu Malta lil uliedhom li minħabba l-pandemija, il-proċess tal-addozzjoni waqaf ħesrem. Ma' Television Malta, iż-żewġ ommijiet stqarrew li ilhom xhur jgħixu kalvarju minħabba l-ħsieb li wliedhom jistgħu jimirdu . . . jew saħansitra jmutu . . . għax ilaqqtu l-virus li ġab lill-Indja għarkupptejha. Anamika Farrugia għandha 5 snin. Ġiet addottata mill-Indja tliet snin ilu minn koppja Għawdxija. Iċ-ċkejkna għandha seba' mitt sena sakemm tiltaqa' ma' oħtha addottiva mill-Indja wkoll. "Se ngħid jew se titkellem inti? Inti. Anamika dalgħodu qaltli mummy, se nixtrilek xi ħaġa. Qaltli imma mhux se nagħtihielek issa u x'ħin tiġi Sathvika, ntihuhielek ma' xulxin." Fl-innoċenza tagħha, it-tifla taħseb li oħtha trid tibqa' l-Indja. "Tgħidli Mummy, Sathvika reġa' bdielha. Mhux ġejja. Ma tridx tiġi magħna. Għidli inti x'ferita tħoss dak il-ħin," qalet l-omm addottiva Angie Farrugia. Anamika u l-ġenituri tagħha ilhom fuq xwiek minn Marzu. F'dak ix-xahar, il-Gvern Indjan għalaq il-fruntieri għax faqqgħet l-imxija tal-Covid-19. "Issaqsini fuqha kull siegħa sirna. Fi x'ħin ġejja s-sister tiegħi? Is-sitwazzjoni ma kissritx lili u lir-raġel tiegħi, imma lilha wkoll," kompliet is-Sinjura Farrugia. Fl-aħħar 24 siegħa fl-Indja nstabu rekord ta' 69,000 persuna infettati bil-virus. B'kollox, hemm 3 miljun persuna infettati bil-Covid-19 fl-Indja. Dawn l-aħbarijiet iqanqlu biża' kbir f'ġenituri bħal Angie tant li billejl mhux jagħlqu għajn m'għajn għax uliedhom jinsabu mwaħħlin fl-orfanotrofji fl-Indja. "Jekk torqod. Jekk torqod. Lanqas naf emminni. Nitlob. Il-ħin kollu nitlob sirt," kompliet Angie Farrugia. "Hemm dik il-biża' li huma jlaqqtuha u allaħares qatt – il-Bambin inixxifli lsieni – nispiċċaw mingħajrha din it-tifla," qalet l-omm addottiva Svetlana Camilleri. Svetlana Camilleri bdiet il-proċess tal-addozzjoni sentejn ilu biex issir omm għall-ewwel darba. Ippruvat l-IVF darbtejn iżda ma rnexxilhiex tinqabad tqila. Jistqarru li l-firda minn ma' wliedhom kiefra wisq. "It-tama tagħna hi li t-tfal tagħna jkunu hawn magħna llum qabel għada," qalu ż-żewġ ommijiet. Sadanittant, iż-żewġ ommijiet u l-familji tagħhom qed jistennew bil-ħerqa li jingħataw permess biex imorru l-Indja, ħalli fl-aħħar iġibu lil uliedhom Malta. Huma raddew ħajr lill-Aġenzija Tama li qed tagħmel minn kollox biex tgħin koppji oħrajn li nqabdu f'din is-sitwazzjoni.
[ 0, 6 ]
Omm ta' tifel bl-awtiżmu u li ma jitkellimx irrakkuntat ma' TVM l-isfidi li għandha biex tikkomunika ma' binha, u kif permezz tat-teknoloġija binha jgħidilha kif qed iħossu u dak li għandu bżonn. Permezz tal-Malta Trust Foundation 24 familja bi tfal bl-awtiżmu ngħataw apparat li permezz tiegħu t-tfal jkunu jistgħu jesprimu dak li għandhom bżonn, u anki jitgħallmu. Omm ta' tifel bl-awtiżmu, Rita Cauchi qalet li binha Isaac ta' disa' snin, ma jitkellimx, u minħabba din l-isfida, għafsa ta' qalb kbira għaliha u għal familtha għaliex mhux dejjem faċli li tkun taf x'ikollu bżonn. "Tinkwieta hafna, tkun trid tara x'se taghmel biex ittih l-għajnuna u ma tkunx taf, trid ħafna flus għat-terapiji". Rita hija waħda mill-familji benefiċjarji tal-Malta Trust Foundation li qassmet 24 apparat teknoloġiku għal tfal bl-awtiżmu b'investiment ta' €150,000. Rita qalet lil TVM li dan l-apparat qed jgħinha tifhem eżatt x'għandu bżonn binha, u li qed jgħin ukoll fl-edukazzjoni tiegħu, u l-komunikazzjoni mal-edukaturi. "Dan l-oġġett itaffilek mit-tbatija tiegħek u tiegħu, biex tmexxih 'il quddiem fis-soċjeta' ikun aħjar u tgħinu, biex għallinqas biex dak li jieħu dak li għandu bżonn". Il-President emeritu Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Malta Trust Foundation qed tagħmel l-għalmu tagħha biex tagħti sostenn lil familji bi tfal vulnerabbli. "It-tfal għandhom l-abbilta' li jekk ikunu mgħejjuna ikunu jistgħu jikkomunikaw, b'differenza fil-kwalita' tal-hajja taghhom u tal-familji". Il-Malta Trust Foundation qed tassisti lil dawn it-tfal l-awtiżmu permezz tal-aġenzija nazzjonali tal-litteriżmu, il-Fita, il-Kummissjoni għad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-komunità tan-negozju.
[ 6 ]
Imtella' Settembru 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Settembru, 2020 11:07am Iktar minn 30 persuna mietu fin-nirien li qed jaħkmu stati tal-Punent fl-Amerka, fejn huwa kkalkulat li s'issa nħarqet art ekwivalenti għad-daqs ta' New Jersey. F'Oregon, li huwa fost l-iktar stati affettwati, għexieren qed ikunu rrappurtati nieqsa, b'uffiċjal tas-servizzi tal-emerġenza kien ikkwotat jgħid li l-istat għandu jipprepara ruħu għal inċident fatali tal-massa. Mijiet ta' eluf ta' persuni kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom hekk kif in-nirien f'Oregon, Kalifornja u Washington ilhom li bdew tliet ġimgħat.
[ 10 ]
Il-multikulturaliżmu fl-Ewropa se jintwera f'1,000 ritratt ta' ċittadini mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea li fotografu Ġermaniż se jkun ħa fi tliet xhur. Bħalissa qed jieħu ritratti f'Malta. Il-fotografu Ġermaniż, Carsten Sander, qed idur il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għall-proġett "Faces of Europe". Bir-ritratti ta' 1,000 ċittadin Ewropew se juri diversità etnika u ta' twemmin fil-kontinent, u kuntesti soċjali varji ta' temi magħżula minnu meħuda minn angolatura waħda. Fil-Kavallier ta' San Ġakbu, fejn Carsten Sander kien qed jieħu ritratti ta' uċuħ minn Malta, qal li ġibed ritratti ta' ċelebritajiet, atleti, politiċi u ċittadini normali li jiltaqa' magħhom fit-triq. Jiddeskrivi l-proġett li kien mniedi mill-programm kulturali tal-presidenza Ġermaniża bħala turija konkreta ta' appoġġ lejn is-sentimenti Ewropej, b'omaġġ li ried jagħti lejn l-idea ta' għaqda fid-diversità li qal kkontribwiet lejn il-koesistenza paċifika tal-ġnus ewropej, it-tolleranza u l-valuri komuni sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Jispjega li l-kunċett għall-proġett nibet b'ħolma li bdiet għaxar snin ilu fil-Ġermanja. Jgħid li fl-Ewropa iltaqa' ma' diversi karattri uniċi u jfittex li jgħaqqad l-identitajiet multi-kulturali permezz tar-ritratti. Uħud mill-1,000 ritratt li qed jieħu minn madwar l-Ewropa se jkunu esebiti f'Lulju li ġej fil-Parlament Ewropew fi Brussell u wara tissokta f'postijiet oħra.
[ 3 ]
Imtella' Settembru 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Settembru, 2020 7:30pm Il-Life Network Foundation irrappurat li l-għeluq tal-ajruport fl-ewwel xhur tal-pandemija salva diversi ħajjiet, b'għadd ta' nisa li kien beħsiebhom imorru barra minn Malta biex jagħmnlu abort fittxew l-għajnuna tal-fondazzjoni u komplew bit-tqala. Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-Life Network Foundation irċeviet 79 telefonata fuq il-helpline tagħha. Iċ-Chairperson tal-Life Network Foundation, Miriam Sciberras, qalet li l-maġġoranza kienu mingħand nisa jew tfajliet li xtaqu jtemmu t-tqala u sabu ruħhom f'diffikultà minħabba li l-ajruport u l-portijiet kienu magħluqa kawża tal-pandemija. "Fejn salvajna ħafna trabi, ħafna ħajjiet. Trabi li issa ħa jitwieldu u li kieku ġew maħsuda. Il-counsellors, l-iskilled listeners u anke l-voluntiera tagħna jagħmlu minn kollox biex jgħinuhom lil dawn it-tfajliet, u kif għedt aħna ma niqfux meta titwieled it-tarbija. Aħna nibqgħu ngħinu lill-omm sakemm hi ddum titlob l-għajnuna tagħna," qalet Dr Miriam Sciberras. Dr Sciberras qalet li l-fondazzjoni tgħin ukoll nisa li jkunu għaddejjin minn kriżi fit-tqala b'servizzi ta' appoġġ. "Jekk inhuwa biex inqabbduha ma' servizzi soċjali, hekk inhuwa biex ngħinuha, jekk ma jkolliex fejn toqgħod għandna xelter ukoll, jiġifieri nagħmlu minn kollox biex it-tfajla jew il-mara ma tħosshiex waħedha u ma tħosshiex abbandunata." Fix-xelter bħalissa hemm ħames ommijiet – tlieta li welldu u tnejn tqal – u qed tingħata għajnuna lil disa' nisa oħra fuq barra, li qed jistennew it-tarbija tagħhom. Bejn Jannar u Ġunju, il-fondazzjoni kienet ta' spalla wkoll għal 38 familja fi ħtiġijiet relatati mat-tqala – mill-basket li l-omm trid tieħu l-isptar meta tasal biex twelled, sa ħwejjeġ u pushchairs. F'quddiesa b'tifkira għall-vittmi tal-abort, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li m'hemm xejn aktar progressiv u liberali mill-ħarsien tal-ħajja umana. Qal li min irid iwaqqaf ħajja umana li bdiet, mhuwiex progressiv imma rigressiv. Żied li s-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta' dawk l-aktar dgħajfa. L-Isqof Galea Curmi qal li kif fil-passat diversi soċjetajiet għarfu li l-iskjavitù imur kontra d-dinjità tal-bniedem, hekk ukoll jiġri fejn tidħol il-ħajja umana, u għandhom jaħdmu bis-sħiħ biex qatt aktar ma jkun hemm min itemm il-ħajja ta' ħaddieħor. Il-Life Network Foundation fakkret lit-trabi li baqgħu qatt ma twieldu għax ġew abortiti. F'din l-okkażjoni, il-Fondazzjoni ħejjiet 12-il borża b'affarijiet kollha meħtieġa għat-trabi tat-twelid li ngħataw lis-sala tal-maternità fl-isptar Mater Dei.
[ 13 ]
Fl-aħħar sena, l-uċuħ ta' erba' Pulizija saru familjari man-nies tal-Mellieħa tant li ma' Television Malta bosta qalu li jqisuhom "ta' ġewwa" u li l-preżenza tagħhom hi ta' serħan il-moħħ għalihom. Surġent u tliet kuntistabbli jiffurmaw l-ewwel tim ta' Pulizija tal-Komunità. Minn proġett pilota, dan sar proġett li se jibqa' għaddej mhux biss fil-Mellieħa, billi l-Korp tal-Pulizija ddeċieda li jifirxu fi 11-il lokalità oħra. Fil-Mellieħa, it-tim tal-Pulizija tal-Komunita' jitmexxa mis-Surġent Gabria Gatt li għandha tliet kuntistabbli; kull wieħed responsabbli minn żona differenti fil-lokalità, inkluż il-Manikata, l-Għadira, l-Armier u ċ-Ċirkewwa. "Jien nagħti importanza lil kull min joqgħod, għandu business jew jidħol il-Mellieħa għal xi servizz, jew biex jiġi jgawdi l-ġurnata mal-familja," qalet is-Surġent Gabria Gatt. Fl-ewwel sena, l-erba' uffiċċjali għamlu 'l fuq minn 2,500 siegħa ta' rondi bil-mixi li jkunu pjanati: jitkellmu man-nies fit-triq, iħabbtu fi djar, jidħlu fi ħwienet waqt li jindirizzaw problemi u jagħtu pariri kif jiġu evitati reati. L-istess Pulizija assistew fuq aktar minn 900 rapport bejn aċċidenti jew affarijiet li ġibdulhom l-attenzjoni għalihom in-nies, bl-impenn tagħhom hu li jżommu kuntatt mal-pubbliku dwar x'ikun sar fuq dak li kellmuhom dwaru. B'esperjenza ta' 12-il sena xogħol fl-għassa tal-Qawra, staqsejna lis-Surġent Gatt x'jagħmel differenti x-xogħol ta' Pulizija tal-Komunità minn dawk tad-distrett. "Aħna l-istess uniformi nilbsu pero naħdmu ħarira differenti. Huma reattivi, jiġifieri r-reactive policing xorta ħa jibqa' mid-distrett, u aħna naħdmu proattiv," spjegat is-Surġent. Spjegat li huma jsegwu r-rapporti li jkunu daħlu dwar il-Mellieħa fid-distrett, joffru appoġġ lill-vittmi u jaħdmu biex bil-preżenza tagħhom jiġu evitati reati tax-xorta. "Hawnhekk differenti għax fil-komunità qegħdin close ħafna tal-komunità. L-apprezzament li juru lejn il-Pulizija, lejn it-tim tagħna specjalment, hi xi ħaġa li ma nistax inqabbilha ma' tal-għassa," kompliet is-Surgent Gatt. Għalkemm huma bbażati f'uffiċċju li jinsab ħdejn l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, ftit li xejn iqattgħu ħin wara l-iskrivanija għax l-għan tagħhom hu li jkunu preżenti mal-komunità. Il-korp provda lil kull membru tat-tim b'mobile phone li r-residenti u l-komunità kummerċjali Melleħija jafu n-numru u jistgħu jikkuntattjawhom fuqu waqt li jkunu xogħol. Bl-istess mod in-nies jistgħu iżommu kuntatt magħhom b'mezzi elettroniċi bħall-e-mail jew fuq il-paġna fuq facebook li għandhom il-Pulizija tal-Komunita' fil-Mellieħa. Is-Surġent Gabria Gatt semmiet b'mod speċjali bħala sodisfazzjon għaliha, każi fejn waslet bil-kelma t-tajba barra l-awli tal-Qorti, bħal dak ta' mara li kien ilha tagħti fastidju lill-ġirien seba' snin. "Illum il-ġurnata, kull darba li jarawni jirringrazzjawni għax wara seba' snin qed jgħixu f'ġenna u llum il-ġurnata saru ħbieb flok dejjem bil-kwistjonijiet," qalet is-Surġent Gatt. Intant, l-uniformi li qed jilbsu bħalissa l-Pulizija tal-Komunità fil-Mellieħa hi bi prova fejn il-korp qed jiġbor reazzjonijiet għal dan id-disinn u l-kwalità tal-materjal użat, bit-tir li fi ftit tax-xhur oħra jintroduċi uniformi ġdida għal aktar minn 2,000 membru.
[ 0 ]
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, Matthew Vella qal l-anzjani li jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 jiġu iżolati mmedjatament biex l-imxija ma tkomplix tinfirex. Huwa kien intervistat live waqt il-bulettin tal-aħbarjiet tat-8 p.m. ta' Television Malta fejn qal li wara l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-COVID-19 u skont diskussjonijiet u direzzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkulari li tgħid li kull kap ta' dar tal-anzjani għandu jiżgura li r-residenti joħorġu mid-dar biss għal appuntamenti mediċi jew meta jkollhom bżonn kura medika. Huwa kkwota anki minn stqarrija li ntbagħatet aktar kmieni l-Ħadd u semma kif minn Ġunju tal-2020, l-awtoritajiet introduċew l-eżerċizzju ta' ttestjar regolari fid-djar residenzjali tal-anzjani. L-azzjonijiet li ttieħdu jinkludu, protokolli bbażati fuq evidenza u residenti ġodda jew li kienu fil-komunità, jinżammu għal perjodu ta' kwarantina qabel jidħlu f'residenza. Żdiedu sodod ta' kontinġenza biex issir l-iżolazzjoni għar-residenti li jinsabu pożittivi u ssaħħew il-mezzi ta' infection control fid-djar residenzjali. Qed isir ittestjar regolari ta' residenti u tal-istaff – sal-lum, saru aktar minn 10,000 swab kemm fost ir-residenti u anke lill-istaff li jaħdmu fid-djar residenzjali. Azzjonijiet oħra huma li l-viżitaturi ma jkollhomx kuntatt dirett mal-anzjani imma l-viżti jsiru minn wara l-perspex bil-qraba jistgħu jikkomunikaw ukoll mar-residenti permezz tat-teknoloġija u tnaqqsu n-nies li jidħlu fid-djar għal dawk biss ta' ħidma essenzjali. Ingħata aktar taħriġ lill-istaff u li l-istaff kemm jista' jkun, ikun limitat għad-dar li jaħdmu fiha. Intqal li meta l-COVID-19 infirxet fil-komunità, din laqtet ukoll lid-djar tal-anzjani. Permezz ta' ttestjar regolari, ġew identifikati l-każi fid-djar tal-anzjani mal-ewwel u komplew jittieħdu aktar miżuri għall-ġid tal-anzjani u tal-istaff. Bħalissa hemm erbat idjar tal-anzjani, li huma s-Simblija, Casa Antonia, Casa San Paolo u Residenza San Ġużepp, li għandhom każi pożittivi tal-COVID-19 u b'total ta' 57 każi attivi ta' residenti. F'kull dar residenzjali tal-anzjani li ġiet milquta mill-COVID-19, ġew ittestjati kemm residenti kif ukoll l-istaff. Barra minn hekk, id-djar qed japplikaw il-proċess ta' staff-to-patient allocation, safe bubbles f'kull sular kif ukoll miżuri għolja ta' infection control. Dan kollu qed isir sabiex jonqos ir-riskju li jinfirex il-virus. F'dawn id-djar, ir-residenti kollha li ġew negattivi qed jerġgħu jiġu ttestjati wara tlett ijiem sabiex ikun hemm monitoraġġ għoli ta' din is-sitwazzjoni. Il-qraba tar-residenti kollha li qegħdin fid-djar residenzjali li għandhom każijiet pożittivi u negattivi qed jiġu infurmati bl-iżviluppi u bil-kundizzjoni tar-residenti. L-awtoritajiet jinsabu kommessi li jkomplu jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti kollha fid-djar residenzjali tal-anzjani u se jkomplu dejjem iżidu n-numru ta' testijiet li jsiru kuljum kif ukoll il-monitoraġġ permezz ta' spezzjonijiet minn esperti fl-infection control f'dawn id-djar u kura għal dawk affettwati. Ara l-intervista sħiħa hawn. Iserraħ moħħ il-qraba li l-ħaddiema ta' Dar San Ġużepp fil-Fgura qed jieħdu ħsiebhom
[ 1 ]
Il-pulizija Taljana arrestat erba' rġiel li għandhom bejn 19 u 23 sena fin-naħa t'isfel tal-Italja, b'rabta ma' stupru ta' żewġ tfajliet Ingliżi. Il-pulizija qalet li t-tfajliet ċemplulhom għall-ħabta tat-3.30 a.m. nhar it-8 ta' Settembru u qalulhom li ftit wara nofsilejl ġew attakkati minn grupp ta' rġiel. L-allegat stupru seħħ f'Marconia di Pisticci waqt festin f'villa. It-tfajliet marru l-isptar. Il-pulizija qalet li l-attakk kien wieħed brutali u kattiv. Erba' rġiel oħra ukoll qed jiġu nvestigati mill-pulizija dwar il-każ. Il-pulizija qalet li t-tfajliet qalu li l-ewwel kienu avviċinati minn tnejn mill-irġiel li qed jiġu nvestigati, u li ma kinux jafuhom. Wara kienu avviċinati minn rġiel oħra waqt il-festin u approfittaw mill-fatt li t-tfajliet kienu qed jixorbu.
[ 10 ]
Meqjus bħala preludju għall-OSCARS, l-eqdem festival tal-films fid-dinja – dak ta' Venezja – sar anke jekk b'ħafna restrizzjonijiet. Tħabbru r-rebbieħa tas-77 edizzjoni tal-Festival tal-Films ta' Venezja li kien l-ewwel avveniment ewlieni fl-industrija taċ-ċinema li sar quddiem l-udjenza mindu faqqgħet il-pandemija. Atturi, diretturi u producers iċċelebraw il-prestazzjoni tagħhom waqt iċ-ċerimonja li saret fil-Lido ta' Venezja. L-iżjed unur prestiġjuż, l-Golden Lion ingħata lil film Nomadland, produzzjoni dwar komunità ta' Nomadi li jivvjaġġaw bil-vannijiet. Il-film tad-direttriċi Ċiniża Chloé Zhao, jiffoka fuq l-istorja tal-armla interpretata minn Frances McDormand stars Frances McDormand li tgħix bħala nomada wara l-kriżi finanzjarja tal-2008. Din kienet l-ewwel darba li l-ogħla unur tal-festival intrebaħ minn mara f'għaxar snin, L-attriċi Brittanika, Vanessa Kirby li kienet qed tieħu sehem fil-festival b'żewġ films rebħet l-unuri għall-aqwa attriċi għall-parti li interpretat f'Pieces of A Woman, l-istorja ta' omm li titlef lill-bintha tarbija. L-unur għall-aqwa attur mar għat-Taljan, Pierfrancesco Favino. Iż-żewġ Silver Lions li jingħataw mill-ġurija mmexxija mill-attriċi Cate Blanchett, marru għand direttur Ġappuniż u direttur Messikan. L-aqwa direttur ingħata lid-direttur Ġappuniż, Kiyoshi Kurosawa, għall-film Wife of a Spy filwaqt li d-direttur Messikan Michel Franco kien onorat bil-premju tal-ġurija għall-aqwa film, it-thriller New Order, film li jantiċipa dinja fejn id-diskrepanzi soċjali u ekonomiċi iwasslu għal soċjeta' li ma tibqax sostennibbli. Id-direttur veteran Russu, Andrei Konchalovsky rebaħ l-premju speċjali tal-ġurija għall-film "Dear Comrades!", dwar massakru tal-1962 kontra ħaddiema li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jistrajkaw f' Novocherkassk, fl-ex Unjoni Sovjetika. Minkejja l-isfidi partikulari ta' din l-edizzjoni, id-direttur tal-festival Alberto Barbera qal li kien kuntent bl-andament tas-serata. Hu qal li minkejja r-restrizzjonijiet, l-avveniment attira mal-ħamsin fil-mija tal-udjenzi li s-soltu jattendu għall-festival.
[ 10 ]
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, iddikjarat li lbieraħ rrapurtaw żieda qawwija fl-infezzjonijiet tal-Covid-19, fejn fl-aħħar 24 siegħa madwar id-dinja, il-każijiet telgħu għal kważi 308,000, jiġifieri li meta mqabbel mal-jum ta' qabel il-każijiet raw żieda ta' aktar minn ħamest elef u ħames mija, biex b'hekk issa l-għadd ta' nies infettati madwar id-dinja qabżu d-917,000. L-ikbar żieda fl-infezzjonijiet ġew irrapurtati fl-Indja, l-Istati Uniti, u l-Brażil. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li madwar id-dinja ġew ikkonfermati 28 miljun każ, nofshom fil-kontinent Amerikan.
[ 10 ]
Imtella' Settembru 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Settembru, 2020 5:04pm Fl-aħħar sigħat il-vlogger Christabelle Zammit, magħrufa bħala Belle qalet permezz ta' xandira diretta fuq il-paġna ta' Facebook tagħha li l-kantant żagħżugħ Kurt Anthony infurmaha li f'dawn il-jiem lest li jagħti ċ-ċwievet ta' għadd ta' appartamenti bla ħlas lill-infermiera, lit-tobba u 'l kull min ixammar il-kmiem l-isptar u li jgħix ma' persuna jew persuni vulnerabbli. Il-vlogger spjegat li s-Sur Anthony qed joffri saqaf fuq ras dawn il-persuni bil-għan li l-għeżież vulnerabbli ta' min jaħdem l-isptar ma jkunux kemm jista' jkun esposti għall-Covid-19 bħat-tali ħaddiema li ta' kuljum bejn l-erba' ħitan tal-isptar iħabbtu wiċċhom ma' bosta pazjenti. Belle stiednet lil min hu interessat sabiex jagħmel kuntatt magħha jew ma' Kurt Anthony. Żagħżugħ, xempju ta' kif minkejja l-għawġ li qeleb lid-dinja ta' taħt fuq fl-aħħar ġimgħat ftit solidarjetà ġenwina mal-proxxmu taf tnissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Kull qalb trid oħra.
[ 1 ]
Is-servizz Telemedicine, li qed jagħti pariri mediċi 24 siegħa kuljum b'mod virtwali, qed jirċievi mal-5,000 telefonata fix-xahar mill-pubbliku. Biex is-servizz jibqa' effiċjenti u jlaħħaq mad-domanda tal-pubbliku matul ix-xahar li għadda nfetaħ it-tieni ċentru ta' sapport fil-Gżira. F'qasir żmien il-pandemija sfurzat bidla fis-servizzi li nutilizzaw fil-ħajja ta' kuljum. Fis-servizz tas-saħħa primarja, dan wassal ukoll biex jinħolqu aktar sistemi innovativi fosthom is-servizz ta' Telemedicine li permezz ta' Skype jew Zoom pazjenti jistgħu jkollhom kuntatt mat-tobba mingħajr ma' jiltaqgħu fiżikament. Fi ftit xhur dan is-servizz intlaqa' tajjeb tant li saru 'l fuq minn 37,000 telefonata. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja Roseanne Camilleri qalet li apparti ċ-ċentru tal-Mellieħa li fetaħ f'April matul ix-xahar li għadda twaqqaf it-tieni ċentru din id-darba fil-Gżira. Qalet li t-tobba li jaħdmu f'dan iċ-ċentru jistgħu saħansitra jibagħtu fid-dar tal-pazjent tobba miċ-Ċentri tas-Saħħa. "Sal-lum il-ġurnata rċivejna il-fuq 37,000 telefonata. Kemm nirċievu u kemm nagħmlu. Biss biss wkoll 22,000 telefonata ġew mill-pazjent. Jiġifieri dan is-servizz intlaqa' tajjeb u l-pazjenti drawh u qed jużawh ħafna." Barra minn hekk, is-Sinjura Camilleri spjegat li dan is-servizz kien ċentrali fil-kura għall-persuni pożittivi bil-COVID-19 li ma kellhomx bżonn ikunu l-isptar. "Kuljum konna nċemplulhom on a daily basis u apparti minn hekk fiċ-ċentru l-kbir tal-Mellieħa issa għandha servizz ta' nurses li wkoll qed jagħtu dan is-servizz u barra li jċempel it-tabib jibqgħu jiffolowjahom għal 14-il ġurnata." Il-Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja kompliet tgħid li kulħadd huwa eliġġibli għal dan is-servizzz waqt li ħeġġet lil dawk kollha li jixtiequ parir mediku b'mod virtwali biex jċemplu lit-Telemedicine Centre, li huwa mħaddem 24 siegħa kuljum minn grupp ta' tobba tal-familja.
[ 8 ]
Imtella' Settembru 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Settembru, 2020 6:25pm Persuni li llum kienu qed jgħumu fir-Ramla l-Ħamra bilkemm setgħu jemmnu lil għajnejhom meta ħdejhom raw jaqdfu fkieren ċkejkna. Il-persuna li tellgħet il-filmat ta' dawn il-fkieren fuq il-midja soċjali qalet li lanqas għandha idea minn fejn ġew. F'kummenti li ta lill-TVM, il-President ta' Nature Trust – FEE Malta, Vincent Attard, qal li preċiżament 55 jum ilu raw fekruna titla' l-art u terġa' tinżel lura fil-baħar f'inqas minn nofsiegħa. Qal li minkejja li l-volontarji tal-għaqda fittxew bejta, din ma setgħetx tinstab, u allura assumew li l-fekruna ma kinitx biedet. Issa jidher iżda li l-bejta kienet saret ta' malajr, x'aktarx fuq in-naħa ġewwa tal-bajja. Is-Sur Attard qal li f'dan l-istadju mhumiex ċerti kemm seta' kien hemm bajd jew kemm faqqsu minnhom, speċjalment minħabba l-preżenza tal-granċijiet tropikali, magħrufa bħala 'ghost crabs', li jinsabu f'din il-bajja. Żied li se jagħtu ċans jumejn oħra bit-tama li jilħqu jfaqqsu xi fkieren oħra, imbagħad nhar l-Erbgħa li ġej jeżaminaw il-bejta. Huwa esprima sodisfazzjon għall-fatt li din is-sena kellna sitt bejtiet tal-fkieren, kif ukoll tama li l-maltemp li qed jagħmel ma jwassalx biex it-temperatura taħt ir-ramel tiksaħ malajr, b'konsegwenza li tolqot ħażin il-bajd tal-fkieren. Sfortunatament, sejba oħra l-ġimgħa li għaddiet ma qanqlitx l-istess ferħ bħal dik tal-lum, hekk kif dakinhar il-frieken instabu mejta taħt ir-ramel fil-bajja ta' San Tumas f'Wied il-Għajn, fejn x'aktarx ma rnexxilhomx joħorġu minħabba li r-ramel ikkompatta ruħu ħafna fuq il-bejta.
[ 7 ]
Imtella' Settembru 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Settembru, 2020 5:43pm Anzjan li qal li huwa resident ta' Dar San Ġużepp fil-Fgura, fejn instabu għexieren ta' każijiet ta' Covid-19, wassal messaġġ fuq il-midja soċjali dwar is-sitwazzjoni fir-residenza. Huwa qal li l-familjari tal-anzjani residenti f'din id-dar m'għandomx għalfejn jinkwetaw għax l-istaff u l-management qegħdin jieħdu ħsiebhom b'mod professjonali u jieħdu ħafna paċenzja bihom. "Għaldaqstant nitlob lill-familji tagħna biex ma jippanikjawx għax din il-ġimgħa ħadulna xi tliet darbiet swab test, u barra minn hekk mhux qed ikun hemm kuntatt bejnietna," qal l-anzjan, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tar-residenza u sejħilhom 'eroj'. Care Malta ssaħħaħ il-miżuri ta' prevenzjoni biex tipproteġi lir-residenti anzjani Rekord ta' 78 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta – ifiqu 22 persuna
[ 1 ]
Żewġ Sudaniżi ta' 16 u ta' 25 sena, li jgħixu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Safi ġew ikkundannati għal sitt xhur ħabs. Huma tressqu l-Qorti akkużati li ħarbu miċ-ċentru fejn kienu qed jgħixu. TVM jinsab infurmat li flimkien ma' dawn iż-żewġ Sudaniżi, ħarab immigrant ieħor li iżda għadu maħrub. Huma qattgħu partijiet mill-ilqugħ taċ-ċentru ta' detenzjoni u qabżu xibka oħra biex ħarbu. Iż-żewġ Sudaniżi nqabdu dalgħodu fiż-Żurrieq. Fil-Qorti huma ammettew l-akkużi kontrihom u kienu kkundannati għal sitt xhur ħabs. Sadattant, ilbieraħ waranofsinhar, miċ-ċentru tal-Marsa ħarbu żewġ immigranti oħra li kienu fi kwarantina. Żewġ immigranti li kienu fi kwarantina jaħarbu miċ-ċentru tal-Marsa
[ 0 ]
Imtella' Settembru 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Settembru, 2020 8:38am Il-programm 'Ċappas' se jirritorna fuq TVM b'aktar ilwien, kreattività u divertiment bil-għan li jżomm kumpanija mill-aqwa lil kulħadd. Fost l-oħrajn, l-artisti Xandru Mallia u Mario Cassar, li minn ħin għall-ieħor jinvadu l-garaxx tagħhom matul is-sensiela se jkunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-karattri favoriti ta' tfulitna mid-dinja tal- cartoons permezz ta' għadd ta' tekniki tal-arti fosthom l-hekk imsejjaħ airbrush painting .
[ 6 ]
Imtella' Settembru 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Settembru, 2020 2:37pm Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li matul din il-ġimgħa biss, kien hemm 33 anzjan li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Hija u twieġeb għall-mistoqsija ta' Television Malta waqt il-bulettin mediku tal-Ġimgħa, hija qalet li l-virus feġġ fi tliet djar tal-anzjani fejn b'kollox 47 ruħ irriżultaw pożittivi. Il-Professur Gauci qalet li 13-il każ instabu f'Casa Antonia f'Ħal Balzan – 11 minnhom residenti u żewġ carers u nstabu wkoll żewġ residenti fir-residenza għall-anzjani San Paolo f'San Pawl il-Baħar. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li fir-residenza għall-anzjani San Ġużepp fil-Fgura nstabu 32 każ pożittiv, seba' minnhom carers u lbqija, 25 każ ta' residenti. Persuna li rkuprat mill-coronavirus terġa' tirriżulta pożittiva wara 4 xhur 43 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta u jfiqu 30
[ 1 ]
Imtella' Settembru 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Settembru, 2020 5:50pm F'iktar minn 6 xhur kemm ilu l-Covid f'Malta, kienet biss persuna waħda li kellha l-virus u reġgħet irkadiet. Dan kien wieħed mit-43 każi pożittivi li ħarġu fl-aħħar siegħat. Fir-rendikont tal-każi, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw pożittivi 14-il anzjan minn dar waħda tal-anzjani – fir-residenza ta' San Ġużepp, bil-Professur Charmaine Gauci tgħid li fl-aħħar jiem żdied in-numru ta' anzjani nfettati bil-virus. Intant, bejn ilbieraħ u llum fiequ 30 persuna oħra, biex issa l-ammont ta' persuni li rkupraw mill-coronavirus issa tela' għal 1,833. Minn meta faqqgħet il-pandemija sal-lum, l-ammont ta' każijiet f'Malta tela' għal 2,247 li minnhom 399 għadhom attivi. Ħafna mill-pazjenti qegħdin jirkupraw fi djarhom. Hemm tmien pazjenti qegħdin fit-Taqsima tal-Mard Infettiv – tlieta minnhom għandhom 'il fuq minn 80 sena u ma jinsabux f'qagħda stabbli. Persuna tinsab f'qagħda stabbli fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, erba' persuni qed jingħataw kura fi swali oħra tal-isptar Mater Dei li huma attrezzati għall-Covid-19. Tmien persuni oħra qed jirkupraw fl-isptar Boffa u 15 oħra fl-isptar St Thomas. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet fost oħrajn li l-età medja tal-persuni bil-COVID telgħet għal 47. Il-Professur Gauci qalet li din il-ġimgħa komplew jiżdiedu l-każi fost il-familji – hekk kif instabu 51 persuna oħra infettati f'dan il-grupp. Il-grupp ta' persuni infettati fuq il-post tax-xogħol din il-ġimgħa żdied bi 22 persuna oħra u kien hemm ukoll grupp ta' 21 ħaddiem fuq il-proġett tal-Junction tal-Marsa li ġew infettati. Qalet li din il-ġimgħa kien hemm 16-il każ li ħarġu minn avvenimenti privati u għaxar persuni li nstabu pożittivi wara kompetizzjoni sportiva. Fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-immigranti din il-ġimgħa ħarġu 31 każ ieħor u f'Għawdex hemm erbatax-il każ ta' coronavirus. Tista' tara l-aġġornament dwar l-aħħar żviluppi b'rabta mal-imxija f'pajjiżna hawn:
[ 1 ]