text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Heritage Malta żiedet ġawhra oħra fil-kollezzjoni nazzjonali tagħha. Dan bl-akkwist tal-ittra bl-ordnijiet li Napuljun Bonaparti ta biex jibda jippjana l-invażjoni ta' Malta fl-1798. L-ittra ta' Bonaparti nxtrat minn Heritage Malta b'€60,000. L-ittra li biha Napuljun Bonaparti ta l-kmand lill-Ġeneral Desaix biex jibda jippjana l-invażjoni ta' Malta fl-1798 issa tista' titgawda mill-pubbliku. L-akkwist ta' dan l-artifatt uniku seħħ f'Lulju li għadda hekk kif Heritage Malta ipparteċipat f'irkant organzizat minn Sotheby's. L-ittra nxtrat minn Heritage Malta b'€60,000. Din l-ittra se tkun qed tiġi esebita fil-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku iktar tard dan ix-xahar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Il-kuratur ewlieni tal-Mużew Marittimu, Liam Gauci, qal li din l-ittra hi importanti għax titfa' dawl fuq il-moħħ strateġiku ta' Napuljun hekk kif ta struzzjonijiet dettaljati lill-Ġeneral tiegħu biex jaħtaf lill-gżejjer Maltin. "L-ikbar flotta li qatt kien hawn fil-Mediterran magħquda wara l-battalja ta' Lepanto kienet se tasal lejn Malta, kien hemm foresta ta' xwieni biex tibda din l-invażjoni ta' Malta u din l-ittra tispjega dawn l-affarijiet. Hemm id-dettalji fiha imma wkoll hemm id-dettalji tal-moħħ ta' Bonaparti ta' kemm kien intelliġenti, kemm kien bniedem ta' importanza għall-istorja dinjija u din hi l-ittra l-importanza tagħha. Importanti għal Malta, importanti għall-istorja tal-Mediterran, kif ukoll dik dinjija. Allura aħna qegħdin nitfgħu lil Malta f'dan il-kuntest fejn bdiet ir-rivoluzzjoni u r-rivoluzzjoni kienet se tbiddel id-dinja fl-epoka moderna." Id-Direttur Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Mario Cutajar, qal li din l-ittra ta' Napuljun hi waħda mill-ħidmiet li qed tagħmel Heritage Malta biex tiġbor l-artifatti storiċi tal-pajjiż. Qal li Heritage Malta mhijiex biss aġenzija li turi l-mużewijiet, imma tfitex hi stess kif ittejjeb l-għarfien tal-istorja ta' Malta. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Jose' Herrera, qal li b'din l-ittra Napuljun biddel għal dejjem it-triq ta' poplu sħiħ. Sostna li dawn l-akkwisti fil-kollezzjoni nazzjonali ta' Heritage Malta jistimulaw ir-riċerka u d-dibattitu. | [
2
] |
Imtella' Settembru 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Settembru, 2020 7:04pm Il-Prim Ministru Robert Abela qal li talab lill-aġenziji kollha, inkluż lill-Malta Enterprise, lill-Awtorità tat-Turiżmu u lill-Bank Malti għall-Iżvilupp biex joħolqu strateġija għal Għawdex. F'diskors fil-ftuħ tal-laqgħa tal-kabinett f'Għawdex li qed titlaqqa' fiċ-ċentru tal-innovazzjoni tax-Xewkija, il-Prim Ministru tkellem dwar l-ambizzjoni tiegħu għal Għawdex. Qal li il-prijorità tal-Gvern hi li l-ekonomija Għawdxija tkompli tiddiversifika u mhux tiddependi fuq is-settur pubbliku, kif kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Dr Abela qal li l-viżjoni tal-Gvern hu li Għawdex ikun mutur ekonomiku ewlieni tal-pajjiż, waqt li ma jitlifx il-karatteristiċi uniċi tiegħu. Semma kif l-ekonomija għandha tkun ibbażata fuq aspetti diġitali u u ambjentalment sostenibbli. Qal li dan għandu jsir b'investiment fl-infrastuttura, fosthom bi proġetti bħat-tieni fibre optic cable li qal hu kruċjali biex Għawdex isir ċentru diġitali. Dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, qal li jara quddiemu eluf ta' ġenituri Għawdxin li jridu li uliedhom ikollhom futur aħjar minn tagħhom. Kompla li Għawdex jagħti opportunità kif l-ekonomija u l-ambjent jikkumplimentaw lil xulxin, fosthom billi tkun fuq ta' quddiem fejn tidħol enerġija rinovabbli. Dwar it-turiżmu, il-Prim Ministru tkellem dwar kif jeħtieġ dan jinbidel biex ikun wieħed ta' kwalità u mhux jibqa' ffukat fuq turisti li jqattgħu ġurnata f'Għawdex. Qal li l-oqsma tradizzjonali jridu jitħalltu ma' opportunitajiet fit-turiżmu biex it-turist igawdi esperjenza ġenwina tal-karatteristiċi ta' pajjiżna. Dr Abela qal li l-ambizzjoni tal-Gvern hi li tkun 'showcase' tal-mudell ekonomiku ġdid ta' pajjiżna. Huwa ta rendikont ta' kisbiet ekonomiċi f'Għawdex mill-2013 'il quddiem, fosthom li t-tkabbir ekonomiku li kiber bi 12% waqt li l-ġid ta' Għawdex kiber minn 12 għal 17-il miljun ewro. Qal li fl-aħħar sitt snin kien hemm żieda ta' 13-il persuna fil-ġimgħa li sabu xogħol, il-maġġor parti tagħhom; 61%, fil-privat. It-tender tal-ferry bejn Malta u Għawdex għadu jiġi evalwat minħabba l-oġġezzjonijiet | [
12
] |
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 5:53pm Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, xehed il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, li stqarr li l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, kellu wisq poter fuq il-gvern. Waqt seduta li damet sagħtejn, l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro qalu li jkun tajjeb li l-membri kollha li kienu fil-kabinett meta seħħ id-delitt jissejjħu quddiem l-inkjesta pubblika biex ikunu jistgħu jistabilixxu stampa ċara tal-operat tal-gvern iż-żmien u jekk setgħax ikkontribwixxa għal qtil tal-ġurnalista. Quddiem l-inkjesta pubblika biex tistabilixxi jekk il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia setax ġie evitat, xehed il-Ministru Evarist Bartolo li fost oħrajn ġie mistoqsi mill-bord tal-inkjesta dwar kitbiet tiegħu fuq facebook dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż. Dwar post fejn kiteb li jekk ma jittieħdux il-passi kollha meħtieġa biex l-istituzzjonijiet iżommu skrutinju sħiħ ta' kif jittieħdu d-decizjonijiet, il-pajjiż kien ser jispiċċa fil-periklu ta' żewġ gvernijiet paralleli: bi gvern li jidher fuq il-palk u gvern ta' wara l-kwinti, il-bord staqsa jekk kienx qed jiġri hekk. Il-Ministru Bartolo wiegeb li iva u għalhekk kien tkellem b'dak il-mod. Mistoqsi mill-Avukat Therese Commodini Cachia jekk il-Gvern ta' wara l-kwinti kienx immexxi minn Keith Schembri, il-Ministru Bartolo ikkonferma. Il-Ministru Bartolo qal li l-influwenza li kellu Keith Schembri fuq il-Gvern kienet esaġerata u li kellu wisq poter, ħaġa li qal kienet qed tagħmel ħsara lil pajjiż. Qal li fil-kabinett ma ġewx diskussi l-kuntratti dwar l-għoti ta' konċessjoni ghat-tlett sptarijiet lil Vitals Global Healthcare, u dak dwar il-powerstation tal-Electrogas. Tenna li għalih il-ftuħ ta' kontijiet f'pajjiżi fejn jaħbu minn fejn ikunu ġejjin il-flus mhux moralment aċċettabbli. Qal li wara li ħarġu l-Panama Papers kien tkellem dwarhom mal-Prim Ministru Joseph Muscat, ma' Keith Schembri u ma' Konrad Mizzi, iżda ma kienu għamlu xejn. Mistoqsi mill-Imħallef Abigail Lofaro għaliex ivvota favur Joseph Muscat f'żewġ voti ta' fiduċja, il-Ministru Bartolo qal li għażel it-triq li jkompli jibdel minn ġewwa, minflok li jinħaraq. Waqt is-seduta, il-Ministru Bartolo qal li jkun inutli li jsiru r-riformi jekk in-nies li jinħatru fil-karigi jkunu mnawrin. Qal li r-raġuni għalfejn daħal fil-politika kienet biex ikun hawn sistema li ma tħallix kollox jgħaddi. Qal li f'pajjiż żgħir bħal Malta ir-riskju ta' kollużżjoni huwa kbir, u semma kif wara li laħaq Ministru fl-1996 ġie mistieden għal fenkata f'razzett, fejn fost oħrajn kien hemm ukoll avukat, ġudikant u kuntrattur. Qal li kien sab diskors dwar negozju u kuntratti u minn dakinhar ħalef li ma jaċċettax stedina oħra ta' dan it-tip. Il-Ministru qal li s-soċjeta ċivili għamlet tajjeb li ħarġet tipprotesta fl-aħħar tal-2019, għax kompliet isaħħaħ l-argument ta' membri tal-kabinett li kienu qegħdin jimbutaw għall-bidla, li stqarr seħħet bil-ħatra ta' Prim Minsitru ġdid. Mistqosi dwar l-irwol ta' Neville Gafa, il-Ministru qal li ma għandu l-ebda rwol fil-Ministeru tiegħu u ser jivverifika x'kien l-irwol tiegħu qabel l-2020, u jekk għandux passaport diplomatiku. Qal li jekk għandu, se jitneħħielu. | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 5:16pm Minn Ottubru li ġej, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se joffri kors ta' taħriġ għas-sensara u l-aġenti tal-proprjetà li għandu jwassal biex jiksbu liċenzja valida ħalli jkunu jistgħu jaħdmu fis-settur. Il-kors li tfassal b'kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi jinkludi fost oħrajn lezzjonijiet dwar l-aspetti legali, finanzjarji u soċjali tas-settur. Bil-liġi l-ġdida, l-aġenti tal-proprjetà huma obbligati li sal-aħħar tas-sena d-dieħla jkunu liċenzjati. Min jinqabad jaħdem mingħajr liċenzja jista' jeħel multa sa €20,000. Il-liġi ma tapplikax biss għal min ma jagħmilx iktar minn żewġ tranżazzjonijiet fis-sena. Il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius qalu li l-kors se jagħti l-ħiliet neċessarji lill-aġenti tal-proprjetà biex jagħtu pariri professjonali lill-konsumaturi. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li b'dan il-kors, l-ITS se jgħin biex il-qasam tal-proprjetà jkompli jikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku. | [
0,
5,
16
] |
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed twissi li ż-żgħażagħ li qed iwasslu għal żidiet fil-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa. Għadd ta' pajjiżi qed josservaw rati ogħla ta' infezzjonijiet fost iż-żgħażagħ. L-Italja: Stat ta' emerġenza sal-15 ta' Ottubru Fl-Italja, l-istat ta' emerġenza ġġedded sal-15 ta' Ottubru bil-għan li l-Gvern jkollu aktar setgħat jindirizza l-isfidi tas-saħħa minħabba l-pandemija. Il-partiti fl-Oppożizzjoni oġġezzjonaw u qed jakkużaw lil Prim Ministru Giuseppe Conte li qed jipprova jżomm ħafna poteri minkejja t-tnaqqis drammatiku fl-għadd ta' infezzjonijiet. Bl-istat ta' emerġenza li daħal fis-seħħ fl-aħħar ta' Jannar, l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali għandhom aktar setgħat biex il-Ministri jiddikjaraw dawk li qed jissejħu 'żoni ħomor' f'każ li jerġa jkun hemm żidiet fl-infezzjonijiet u jkunu jistgħu jsaħħu r-riżorsi fl-isptarijiet. Spanja: Intilfu mal-miljun post tax-xogħol fi 3 xhur Fi Spanja, ir-restrizzjonijiet stretti ħafna minħabba l-pandemija tal-COVID waslu biex f'temp ta' tliet xhur intilfu mal-miljun post tax-xogħol. Skont ċifri uffiċċjali, bejn April u Ġunju ntilfu ftit inqas minn miljun u mitt elf impjieg għal total ta' tliet miljuni u seba' mitt elf persuna qegħda, bir-rata tal-qgħad issa fil-livell ta' 15.3%. Franza: Il-mejta bil-covid-19 jirduppjaw Fi Franza, ilbieraħ mietu 14-il persuna bil-COVID, id-doppju tal-medja tal-vittmi rrappurtata fl-aħħar ġimgħa. Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż ħeġġeġ lil kulħadd biex ma jillaxkawx għaliex fi kliemu din se tkun battalja twila. Fi Franza, sa issa mietu aktar minn 30,200 bil-COVID-19. Il-Ġermanja: Tilqima għal kulħadd mhux mistennija qabel nofs l-2021 Waqt li reġa' hemm tħassib li jista' jkun hemm it-tieni mewġa tal-virus, il-Ministru tar-Riċerka qalet li mhux mistenni jkun hemm tilqima għal coronavirus li tkun disponibbli għal kulħadd qabel nofs is-sena d-dieħla. Anja Karliczek qalet li kulħadd irid jassumi li t-tilqima se tkun għad-diżpozizzjoni tal-popolazzjoni b'mod ġenerali mhux aktar kmieni minn hawn u sena oħra. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamlet lista ta' 11-il tilqima esperimentali kontra l-virus li jikkawża l-COVID-19 li bħalissa qed jiġu ttestjati fuq il-bnedmin. | [
1,
10
] |
Fis-7pm mistenni jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Il-konferenza se tixxandar live fuq FB ta' TVM u tvm.com.mt. | [
0,
16
] |
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, ippubblika żewġ kodiċi ta' etika riveduti, wieħed għall-membri parlamentari u ieħor għall-ministri u s-segretarji parlamentari. Fost affarijiet oħra, dawn il-kodiċi jinkludu prinċipji ġodda li jitolbu li d-deputati ma jesponux lilhom infushom għal riskju li jitqegħdu taħt pressjoni fil-qadi ta' dmirijiethom. Id-dokument imniedi mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jipproponi żewġ kodiċi ta' etika riveduti – wieħed għall-membri parlamentari u l-ieħor għall-ministri u s-segretarji parlamentari. L-għan hu li dawn jieħdu post dawk eżistenti u jsaħħu l-istandards ta' etika li japplikaw għad-deputati u l-ministri. Ma' TVM, Dr George Hyzler qal li dawn il-kodiċi riveduti jindirizzaw ukoll ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-grupp ta' stati kontra l-korruzzjoni, GRECO. "L-iskop huwa li jkun hemm iżjed trasparenza u iżjed accountability. Għax aħna ma ninsewx, biex inti tikkunsidra mġieba hix tajba jew le, għax tinsiex parti mill-funzjoni tagħna hija li nieħdu inkunsiderazzjoni l-ilmenti dwar imħġieba ħażina, biex nasal għall-konklużjoni rrid ikolli r-regola, mhux biżżejjed li jien sempliċiment ngħid l-imġiba mhux tajba jekk m'hemmx regola biex issostni dik id-deċiżjoni." Il-kodiċi rivedut għall-membri parlamentari jinkludi fih prinċipji ġodda li jitolbu li d-deputati parlamentari ma jesponux lilhom infushom għal riskju li jitqegħdu taħt pressjoni fil-qadi ta' dmirjiethom, għandu jkun hemm reġistru tar-rigali li fih id-deputati jniżżlu mhux biss ir-rigali, il-benefiċċji u l-ospitalita' li jirċievu huma imma wkoll dawk li jagħtu lil ħaddieħor. Hemm ukoll propost reġistru tal-interessi biex jiġu reġistrati interessi finanzjarji u dawk li mhumiex. Il-kodiċi ta' etika rivedut għall-ministri u s-segretarji parlamentari jinkludi tibdiliet importanti, fosthom li l-ministri għandhom joqogħdu għal restrizzjonijiet fl-impjieg għal perjodu ta' tliet snin wara li jispiċċaw mill-kariga tagħhom; il-ministri huma obbligati jirrekordjaw l-assi, l-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji f'reġistru tal-interessi. Dr Hyzler qal ukoll li l-Ministri ma jistgħux jaċċettaw rigali għalihom jew għall-membri tal-familja tagħhom ħlief kif ikun permess minn linji gwida maħruġa mill-Kummissarju nnifsu. "Daħħalna thresholds jiġifieri rigali taħt ċertu valur, kemm-il darba jistgħu jiġu aċċettati għax għandek rigali li qatt ma jistgħu jiġu aċċettati, pero hemm ċertu tip ta' rigali li jistgħu jiġu aċċettati jekk huma ta' valur baxx. Din issibha f'pajjiżi oħra jiifieri mhux xi ħaġa li qed nivvintawha aħna, pereżempju f'Malta ma kellniex, qatt ma kellna thresholds qabel. Punt ieħor fil-kodiċi hu li l-ministri m'għandhomx jużaw indirizzi ta' email mhux uffiċjali għal xogħol uffiċjali. Dr Hyzler spjega li fil-kodiċi ta' etika hemm ukoll rakkomondazzjoni li tgħid li l-ministri m'għandhomx jidħlu f'sitwazzjonijiet fil-ħajja privata tagħhom li jesponuhom għal pressjoni mhix xierqa. Il-Kummissarju Hyzler issottmetta dan id-dokument lill-Kumitat Permanenti tal-Parlament dwar l-Istandards taħt l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. | [
0,
12
] |
Il-kumpanija Maltco tat €50,000 lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo, qal li l-gvern irid isib bilanċ bejn it-tkattir tal-industrija tal-logħob fl-istess waqt li jindirizza l-eċċessivita' fil-logħob tal-azzard. Qal li huwa kruċjali li tkun l-industrija stess li tirrregola lilha nnifisha. Żied li l-gvern se jkompli jsaħħaħ il-leġislazzjoni b'ġurisdizzjoni kredibbli u tenna li l-ħarsien tal-aħjar ġid taċ-ċittadini ma jistax ikun kkwantifikat f'termini monetarji. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Lotteries, Vasileios Kasiotakis, qal li apparti din l-għotja l-kumpanija tagħti mas-€600,000 lill-Fond għall-Kawżi Ġusti amministrat mill-Ministeru għall-Finanzi. Dawn il-flus jirrappreżentaw premijiet li ma jinġabrux u li mbagħad jitqassmu bejn individwi u għaqdiet mhux governattivi għal diversi proġetti fil-komunità. Fost l-inizjattivi tal-Fondazzjoni Logħob Responsabbli, hemm il-helpline 1777 li toffri għajnuna u appoġġ lil dawk li għandhom problemi biex irażżnu l-vizzju tal-logħob. Ara l-intervisti sħaħ mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo u mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Lotteries, Vasileios Kasiotakis hawn. | [
0,
15,
16
] |
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 7:51pm Il-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Limited approva unanimament il-ħatra tas-Sinjura Norma Saliba bħala l-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet u Editur Reġistrat tal-mezzi tax-Xandir Pubbliku. Norma Saliba hija ggradwata b'Baċellerat fl-Istudji Kontemporanji Mediterranji u b'Masters fl-Istudji Ewropej. Għandha aktar minn 20 sena esperjenza fil-ġurnaliżmu, kemm mal-istazzjoni nazzjonali u anki ma' stazzjonjiet privati. Bdiet il-karriera bħala ġurnalista sportiva meta kellha 16-il sena u fl-2004 ingħaqdet mal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS bħala ġurnalista u newscaster. Il-karriera ġurnalistika esponietha għal diversi opportunitajiet, ewlenin fosthom kienet il-ġurnalista li rrappurtat b'mod estensiv l-avvenimenti li seħħew Malta u barra għall-istazzjon nazzjonali fi żmien il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE fl-2017; ippreżentat u pproduċiet diversi programmi ta' ġrajjiet kurrenti fosthom TVAM għal tliet snin wara xulxin u rebħet diversi unuri fl-IGM Awards. Fl-2017 kienet l-ewwel mara li mexxiet l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) u meta kienet studenti universitarja nħatret bħala l-ewwel Chairperson tal-għaqda tal-media Insite. Matul il-karriera ħadmet ukoll fil-qasam tal-fondi Ewropej (2008) u mal-MEUSAC (2011-2013). Riċentament hija kienet qed tokkupa l-kariga ta' Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President. Filwaqt li jawgura kull suċċess lis-Sinjura Saliba fil-kariga l-ġdida tagħha, il-Bord sellem u rringrazzja lis-Sur Reno Bugeja għall-ħidma tiegħu fix-Xandir Nazzjonali tul diversi snin, kif ukoll għat-tmexxija tal-Kamra tal-Aħbarijiet fl-aħħar snin. Fi stqarrija, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru responsabbli mix-Xandir Pubbliku Carmelo Abela, feraħ l il Norma Saliba għall-ħatra tagħha bħala l-Kap il-ġdid tal-Aħbarijiet mill-Public Broadcasting Services Ltd. Il-Ministru Abela qal li bla dubju, l-esperjenza vasta tagħha bħala ġurnalista u xandara tagħmilha persuna ideali biex tmexxi 'l quddiem ir-riformi li hemm bżonn biex is-servizz nazzjonali tax-xandir jibqa' l-aktar wieħed imparzjali, fdat, u segwit fil-pajjiż. | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Lulju, 2020 8:00pm Il-Gvern u l-Oppożizzjoni laħqu ftehim dwar emendi kostituzzjonali u emendi għal diversi ligijiet li għandhom l-għan li jimplimentaw il-proposti magħmula mill-Kummissjoni Venezja u jsaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza. L-abbozzi rilevanti kienu approvati fit-tielet qari bi qbil unanimu mill-membri kollha: 63 vot favur u xejn kontra. L-abbozzi kollha tressqu ghall-vot mill-Ministru tal-Gustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Edward Zammit Lewis; bil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jissekonda il-mozzjonijiet. Fl-aħħar seduta qabel ma' aġġorna għall-btajjel tas-Sajf, il-Ministru tal-Gustizzja Edward Zammit Lewis ippreżenta diversi emendi fosthom dwar il-ħatra tal-President tar-Malta, tal-membri tal-ġudikatura; tal-Ombudsman u tal-President tal-Kummissjoni kontra l-korruzzjoni li ġew approvati b'maġġoranza ta' żewġ terzi. L- emenda dwar il-ħatra tal-President tiddikjara li l-persuna jkun jokkupa l-kariga ta' President ta' Malta jibqa' fil-kariga sakemm il-Kamra tad-Deputati tasal li taqbel dwar nomina b'żewġ terzi tal-voti u mhux b'maġġoranza sempliċi. Emenda simili kienet approvata dwar il-ħatra tal-karigi l-oħrajn. Il-Ministru Zammit Lewis qal li din l-emenda kienet tkompli mar-riformi kbar kostituzzjonali li kienu saru fl-1974 u fl-1987. Qal li l-emenda tressqet wara żblokk fit-taħditiet mal-Oppożizzjoni. Huwa radd ħajr lill-Prim Ministru Robert Abela għar-rieda tiegħu li jmexxi dawn l-emendi. Radd ħajr ukoll lill-Kummissjoni Venezja, lill-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia li qal fehem il-mument storiku kif ukoll lid-deputat Chris Said ghal koperazzjoni murija. Huwa qal li b'dawn l-emendi intlaħaq tragward importanti fis-saltna tad-dritt u l-governanza. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-riformi kostituzzjonali Chris Said qal li l-emenda tirrifletti l-pożizzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-ħatra tal-Ombudsman. Qal li fejn il-Gvern ma jagħtix rimedju għal deċiżjoni meħuda mill-Ombudsman, din għandha tkun diskussa minn kumitat parlamentari. Fi tmiem is-seduta parlamentari il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari ta' dawn l-abbozzi ta' liġi. Il-voti intlaqgħu b'ċapċip mill-membri kollha. Il-Kamra approvat l-abbozz ta' liġi dwar stħarriġ ġudizzjarju għal deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni u deċiżjonijiet oħra mill-Avukat Ġenerali li se jkun il-Prosekutur Pubbliku Ewlieni bl-investigazzjoni tibqa' ssir mill-Pulizija. Se jsir tibdil fil-ħatra tal-membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u tal-Kummissjoni ta' Mħallfin u Maġistrati. Il-Kamra tad-Deputati se terġa' tiltaqa fil-5 ta' Ottubru. L-Uffiċċju tal-President innota b'sodisfazzjon l-aħħar żviluppi fil-Parlament b'rabta mat-tibdil kostituzzjonali li jgawdi l-appoġġ tal-gvern u l-oppożizzjoni. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President radd ħajr lil kull min kien involut biex jintlaħaq ftehim u awgura li dan is-sens ta' koperazzjoni jkompli f'diskussjonijiet futuri li huma meħtieġa biex iseħħu riformi oħra li hemm bżonn fil-Kostituzzjoni. F'messaġġ fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, qal li l-Oppożizzjoni kienet strumentali għal istituzzjonijiet b'saħħithom li jħarsu l-interessi taċ-ċittadini u mhux iservu ta' paraventu għall-Gvern. Dr Delia qal li fl-aħħar snin minħabba dak li sejjaħ il-mod abbużiv kif il-Gvern uża l-istituzzjonijiet, l-Oppożizzjoni ħarġet b'għadd ta' proposti biex jissaħħu. Il-Kap Nazzjonalista sejjaħ dawn l-iżviluppi bħala rebħa għall-poplu għax qal li issa l-pajjiż għandu istituzzjonijiet iktar b'saħħithom. | [
0,
12,
16
] |
Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ħarġa tal-ġurnali tal-lum: Il-faċċata ta' The Times of Malta ddominata mir-rapurtaġġ dwar l-omiċidju li seħħ tard l-erbgħa filgħaxija fiż-Żurrieq li ħalla lil Saviour Gaffarena mejjet. Il-ġurnal jirraporta li żewġ persuni suspettati b'dan id-delitt jinsabu f'idejn il-pulizija u li allegatament il-każ kien motivat minn traffikar tad-drogi. Il-ġurnal jirraporta li l-kuġin ta'vittma li għandu 17 il sena Vince Gaffarena qed isoffru minn 'ġrieħi serji iżda iżda jinsab f'qagħda stabli. Fil-ġenb artiklu ieħor li jitratta l-regolamenti li tħabbru mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Il-ġurnal jgħid li l-miżuri li tħabbru fosthom li avvenimenti li jitellgħu f'postijiet li jifilħu aktar minn mitt ruħ l-organizzaturi jridu jipprovdu risk assesment. Il-ġurnal jgħid li dawn ir-regolamenti qed jiddaħlu bl-għan li tinżamm id-distanza soċjali f'postijiet tal-massa. L-Orizzont L-Orizzont fl-ewwel paġna, jirrapporta li żewġ żgħażagħ huma suspettati li wettqu d-delitt fl-Imqabba Saviour Gaffarena li nqatel b'tir f'rasu waqt li kuġinuh Vince Gaffarena jisfa ferut b'tiri f'sidru u f'wiċċu. Il-ġurnal jirraporta l-arrest ta' dawn il-persuni seħħ f'inqas minn tliet sigħat li seħħ il-każ wara ħidma kordinata bejn diversi sezzjonijiet fi ħdan il-Korp. Fl-istess paġna l-Orizzont jirrapporta li ġew mħabbru standards ġodda għall-attivitajiet tal-massa. Il-ġurnal jgħid li l-kapaċità ta' persuni li jiflaħ l-ispazju ta' post titkejjel fuq persuna kull erba' metri kwadri waqt li postijiet li jistgħu jieħdu aktar minn 100 ruħ irid ikollhom risk-assessment u mhux se joħorġu permessi għall-marċi tal-festi. Fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Malta Independent insibu artiklu dwar ir-regolamenti li tħabbru l-bieraħ f'konferenza tal-aħbarijiet, mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci li fost l-oħrajn se jkunu qed jilimitaw in-numri ta' persuni f'avvenimenti tal-massa u l-projibzzjoni tal-marc tal-festi. Fl-istess faċċata artiklu ieħor dwar l-omiċidju ta' Saviour Gaffarena bil-ġurnal jirrapporta li l-Pulizija qed iżomm żewġ persuni meqjusa bħala s-suspettati ewlenin fid-delitt. In-Nazzjon Il-faċċata tan-Nazzjon dedikata għad-diskors li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ fuq il-midja tal-partit li fih kritika l-Gvern dwar l-iskiet tiegħu fuq il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare. Ir-rapport jgħid li Dr Delia saħaq li l-Prim Ministru għadu sieket quddiem rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali li fi kliemu jikkundanna din il-ħniżrija dwar is-saħħa tal-poplu, minflok jwaqqaf minnufih dan il-kuntratt skandaluż. Ir-rapport jikkwota lil Dr Delia jgħid li l-andemija għadha magħna u li s-saħħa tal-poplu tibqa' prijorita' għax inkella ma jkunx hawn ekonomija b'saħħitha. | [
0,
12,
15
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 8:40am Mil-lum f'ċertu żoni fit-tramuntana tal-Ingilterra persuni li ma jgħixux fl-istess dar, anki jekk huma familji, mhux se jkunu permessi li jżuru lil xulxin. Dan wara żieda fil-każijiet irrappurtati fl-aħħar jiem. Is-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock qal li dawn il-miżuri ristrettivi lokali japplikaw għal partijiet ta' Greater Manchester, partijiet ta' East Lancashire u West Yorkshire. F'dawn il-postijiet, persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux lanqas imorru flimkien ġo pub jew restorant, filwaqt li f'Leicester u fi Blackburn, gyms, pixxini u leisure centres mhux permessi jiftħu. Il-Partit Laburista minn naħa l-oħra kritika l-Gvern ta' Boris Johnson għal nuqqas ta' kjarezza f'miżuri li tħabbru fit-tard tal-bieraħ. | [
1,
10
] |
Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Robert Abela, l-ex Prim Ministru Joseph Muscat u Konrad Mizzi għadhom siekta dwar ir-rapport tal-Vitals. F'indirizz fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li s-skiet tagħhom ifisser li qed jagħżlu li flok jipproteġu lill-Maltin, jaraw li l-poplu ikompli jinsteraq. Qal li jibqa' determinat li jkompli l-kawża fil-Qorti biex it-tlett sptarijiet jaslu għand il-Maltin u li wasal iż-żmien li l-poplu jingħaqad kontra l-pandemija, u titwarrab il-politika li tifridna. Dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 il-Kap Nazzjonalista qal li filwaqt li l-Gvern ħa dawk li sejjaħ deċiżjonijiet mgħaġġla, it-tobba u l-professjonisti qed jappellaw biex kulħadd josserva r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Qal ukoll li sal-lum il-proposta li kien għamel xahar ilu biex il-frontliners jingħataw tlett ijiem leave għadha ma twettqitx. | [
0,
12,
16
] |
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa' qal li fil-korp għaddej taħriġ biex is-servizz ta' pulizija fil-komunità minbarra fil-Mellieħa jiddaħħal f'madwar disa' lokalitajiet oħra sakemm ikun servizz offrut fil-pajjiż kollu. Waqt konsultazzjoni mal-kunsilli lokali dwar is-servizz ta' 'community policing' il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li l-mira hi li flok iktar pulizija fl-għases, ikun hawn preżenza qawwija ta' pulizija fit-toroq biex jipprevjenu u jipproteġu lir-residenti mill-kriminalità. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa' qal li bil-mira li ċ-ċittadini jħossu servizz peronsalizzat tal-pulizija, għaddej taħriġ fil-korp u anki saret sejħa nterna għall-pulizija għaliex il-pjan hu li flok il-pulizija jkunu fl-għases jistennew ir-rapporti tal-kriminalità, ikunu barra fit-toroq biex iħarsu lir-residenti. Is-sur Gafa' qal li wara li sena ilu s-servizz ta' community policing nbeda fil-Mellieħa b'suċċess, il-pjan hu li dan jibda jiddaħħal f'lokalitajiet oħra jiġifieri fil-Belt u l-Floriana, fiz-zona ta' Rabat, Dingli, Mtarfa, Mdina, M'Xlokk, u fi Swieqi u Pembroke. TVM tkellem mas-surġent Gabria Gatt li għal din l-aħħar sena mexxiet is-servizz ta' community policing fil-Mellieħa. "Il-pulizija jkollhom l-area tagħhom li jieħdu ħsieb biex jibnu relazzjoni, fiduċja lejna u jsibuna għal kull issue li ddejjaqhom". Dr Gordon Sammut mid-dipartiment tal-kriminoloġija fl-Università ta' Malta spjega li minn stħarriġ li għamel fuq il-community policing fil-Mellieħa ħareġ li r-residenti Melliħin kienu sodisfatti ħafna li kellhom servizz personalizzat ta' pulizija, u li dan wassal biex ir-rata ta' fiduċja fil-pulizija minn 72% telgħet għal 85%."L-iktar sinifikanti li kien hemm titjib minn vulnerabbli, l-anzjani, housewives, nisa li jaħdmu mid-dar sodisfatti bl-intervent tal-pulizija" Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li l-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali hija essenzjali għaliex il-pjan hu li kull ċittadin Malti u Għawdxi jgawdi minn servizz personalizzat tal-pulizija fil-komunità, biex iħossu iktar sigur u li jkollu pulizija lil min jafda. | [
0,
16
] |
Wara l-ftehim meqjus storiku bejn Gvern u Oppożizzjoni fuq emendi Kostituzzjonali, il-Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Edward Zammit Lewis qal ma' TVM li l-ftehim tal-bieraħ juri li l-pajjiż jista' jingħaqad flimkien għall-ġid kolletiv. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-riformi kostituzzjonali Chris Said qal li l-emendi fil-ħatra tal-ġudikatura huma kruċjali biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt f'Malta. L-għada li ż-żewġ naħat tal-kamra qablu dwar emendi kostituzzjonali storiċi proposti mill-Kummissjoni Venezja, il-Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Edward Zammit Lewis wiegħed li l-Gvern se jkompli jixxpruna aktar riformi fix-xhur li ġejjin bl-għan li jissaħħu l-istitutizzjonijiet tal-pajjiż. Ma' Television Malta Dr Zammit Lewis qal li l-vot tal-bieraħ kien wirja li l-forzi politiċi f'Malta jistgħu jaħdmu għal għan wieħed. "Se jibqa' jagħmel riformi, għaxar abozzi nitilqu vvutajna 6 fadal 4 oħra ma jfissirx li mhux se jsiru aktar riformi għall-bon goverenzanza, għat-tisħiħ tad-demokrazija għar-rispett tal-bon governanza u biex ikun hemm tisħiħ tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna. Din hija riforma sħiħa li saret fil-ġudikatura li hi groundbreaking u kien hemm bżonna bl-għajnuna ta' kulħadd u tajna wirja li flimkien nistgħu naħdmu u nagħmlu l-affarijiet sew." L-abbozzi approvati mill-Kamra tad-Deputati jinkludu bidliet fil-ħatra tal-President ta' Malta li minn sempliċiment maġġoranza, l-ismijiet imressqa iridu jiksbu żewġ terzi tal-voti tal-kamra. Dan waqt li emendi simili ġew approvati dwar il-ħatra tal-karigi l-oħrajn. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-riformi kostituzzjonali Chris Said qal ma' Television Malta li b'dawn l-emendi nbeda proċess sabiex il-poter ikun aktar mifrgħux u mhux kkonċentrat fl-eżekuttiv. Żied li t-tibdiliet fil-ħatra tal-ġudikatura huma fost l-aktar emendi importanti għall-governanza tajba. "B'dawn l-emendi qed niżguraw li l-Gvern mhu se jkollu xejn x'jaqsam mal-ħatra u li kumitat tal-għażla mbagħad ikun il-President tar-Repubblika li jaħtar dawn il-membri. Kienu emendi oħra importanti bħal dik li l-President li jinħatar b'żewġ terżi tal-kamra u b'hekk il-President ikun jista jingħata aktar poteri." Dr Said qal li l-Oppożizzjoni se tkompli tinsisiti għall-aktar riformi , fost l-oħrajn semma l-ħatra tal-Avukat Ġenerali u ċ-chairpersons tal-Kummissjoni Elettorali u tal-Awtorità tax-Xandir u l-introduzzjoni tal-kunċett kostituzzjonali ta' caretaker government. Fi stqarrija b'reazzjoni ta' dan il-vot, il-Partit Laburista qal li dan il-Gvern wera li mhux biss joffri l-aqwa tmexxija ekonomika u soċjali, mhux biss huwa garanzija ta' iktar drittijiet ċivili, imma huwa l-iktar forza politika kredibbli għal governanza tajba. Qal li kellu jkun Gvern Laburista li jagħmel din ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja, wara li dawn il-liġijiet kienu ilhom fuq l-ixkaffa diversi snin waqt li jħares 'il quddiem biex minn ghal aktar riformi kostituzzjonali. | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 9:57am Mara kienet fil-periklu tal-mewt wara li nħarqet f'residenza f'Raħal Ġdid dal-lejl. Il-Pulizija qalet l ikeinet infurmata bil-każ fi Triq Ninu Cremona għall-ħabta tat-3.10am. Meta marru fuq il-post il-Pulizija sabu li kien hemm nar f'residenza u li mara ta' 63 senali tgħix f'Raħal Ġdid stess kienet sofriet xi ħruq. Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nar, filwaqt li ambulanza ħadet lil mara l-isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji. Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia li ħatret diversi esperti biex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. Kont fuq il-post fil-ħin tal-inċident? Jekk ħadt xi ritratti jew filmati ibgħatomlna fuq [email protected] | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 10:35am L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM laqgħet il-fatt li l-Gvern irrikonoxxa li hemm problema bl-avvenimenti tal-massa iżda qalet li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżżejjed. Filwaqt li rringrazzjat lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci għall-isforzi tagħhom, il-MAM qalet li l-organizzaturi tal-parties għaddiet tagħhom mal-politiċi għaliex il-pubbliku Malti mhux se jkun protett. Fi stqarrija l-assoċjazzjoni tat-tobba qalet li speċjalisti fis-saħħa pubblika ma kinux ikkonsultati u ġew ippreżentati b'miżuri li kienu diġà deċiżi mingħajr il-pariri tagħhom. Il-MAM filwaqt li rringranzjat lill-Arċisqof għall-pożizzjoni li ħa favur is-saħħa pubblika, esprimiet ukoll diżappunt għall-fatt li l-Gvern ma ħassarx l-avvenimenti tal-massa li għalihom mistennija jattendu eluf ta' nies. Saħqet li l-fatt li mhux se jiġu ppubblikati regolamenti ġodda u ma tħabbrux lanqas multi, u l-organizzaturi qed jiġu mħeġġa jirregolaw ruħhom minn jeddhom, mhux se taħdem fil-prattika u dak li ġara fil-party fil-lukanda Radisson, se jirrepeti ruħu. It-tobba nnotaw li l-ammont ta' każijiet attivi bħalissa huwa l-istess għal li kienu f'April u staqsew għalxiex il-pajjiż għandu jaġixxi b'mod oppost għal dak iż-żmien. Staqsew ukoll għaliex ma ġietx iddikjarata emerġenza medika. Il-MAM qalet li s-sitwazzjoni mhix normali għax ninsabu f'nofs pandemija globali u l-poplu Malti jixraqlu jkun protett. Il-kunsill tal-MAM qed jiltaqa' dalgħodu sabiex jiffinalizza d-direttivi biex jipproċedi b'azzjoni industrijali. L-Assoċjazzjoni Medika twissi b'azzjoni industrijali minħabba l-attivitajiet tal-massa | [
0,
4,
16
] |
Ikompli tiela' n-numru ta' każi ta' Coronavirus madwar id-dinja. Ilbieraħ l-Istati Uniti rrappurtaw iżjed minn 61,400 każ ġdid biex b'hekk fl-Amerka issa hemm 4.4 miljun każ attiv tal-Covid-19. Ilbieraħ ukoll fl-Istati Uniti mietu 1,074 persuna biex b'hekk mietu iżjed minn 150,000 persuna bil-Covid-19 fl-Istati Uniti. Intant, fl-istat ta' Victoria fl-Awstralja fl-aħħar sigħat mietu 13-il persuna u l-każi attivi żdiedu b'723, li hu l-ikbar numru s'issa. Dan minkejja li f'Melbourne ġie impost lockdown ta' sitt ġimgħat li issa mistenni li jkun estiż. | [
1,
10
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 8:22am Residenti ta' Triq Bourlemaque fil-Qajjenza, f'Birżebbuġa, kmieni dalgħodu qamu maħsuda bi ħsejjes ta' splużjonijiet u ħorn li baqa' jdoqq. Irriżulta li karozza li kienet ipparkjata f'għalqa ħadet in-nar għall-ħabta tat-3.00am. Biswit il-karozza kien hemm karozzi oħra, b'waħda minnhom li wkoll spiċċat ħadet in-nar. Il-Pulizija kkonfermat li ħadd ma weġġa'. | [
0,
12,
15
] |
Sewwieq ta' karozza jista' jgħoddha b'waħda, meta l-karozza li kien qed isuq ħadet in-nar li nfirex f'ħakka t'għajn fuq il-parti ta' quddiem tal-karozza. Minnufih, ċempel lill-uffiċjali tat-tifi tan-nar li waslu malajr fuq il-post bil-pumpiera jitfu il-ħuġġieġa qabel ma saret iżjed ħsara. Il-karozza ġarrbet ħsarat estensivi iżda fortunatament ma weġġa' ħadd fl-inċident. | [
0,
16
] |
Ma jaqtgħu xejn l-attivitajiet fil-Belt. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Jason Micallef, qal li l-programm ta' attivitajiet mħejji mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt jiċċelebra l-kreattività u l-espressjoni kulturali fl-iżjed forom possibli; fl-istess waqt li qed tingħata prijorità assoluta' lill-ħarsien tas-saħħa pubblika. L-attività ekonomika u soċjali fil-Belt Valletta qed tirkupra bil-mod mid-daqqa' tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Is-sinjali ta' moviment jidhru fil-kapitali, b'kuntrast mal-vojt fit-toroq sa ftit tal-ġimgħat ilu. Iċ-chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Jason Micallef, wera l-fehma li l-programm ta' attivitajiet mfassal għat-tliet xhur tas-Sajf qed jgħin. "Kull weekend, in-nies ġejjin lura, in-nies jieħdu gost waqt l-attivitajiet kulturali li norganizzaw aħna b'responsabbilta' sħiħa, bl-aspett ukoll u f'direzzjoni sħiħa mas-saħħa pubblika u mad-dipartimenti tas-saħħa pubblika," qal iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef. Qal li minn Marzu sa Ġunju kien hemm attivitajiet li kellhom jiġu posposti b'rispett lejn il-miżuri li ddaħħlu mill-awtoritajiet biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid iżda b'mod spontanju tħejjew għadd ta' attivitajiet bħat-teatru mill-gallariji, ċinema u kunċerti mużikali. L-attivitajiet mhux qed jiġu organizzati biss fil-pjazez u l-ispazji ewlenin. "Li qed nagħmlu tlieta/erba' attivitajiet kull ġimgħa fil-Belt Valletta li jvarjaw minn arti performattiva. eżempju għandna arti gallarija fejn inti ma tkunx taf din l-attività imma waqt li għaddej minn pjazez differenti inti tara grupp ta nies ta' drama li janimaw sett ta' drama jew sett tat-teatru tat-triq jew mill-gallariji u allura għalhekk jgħidu teatru gallarija," kompla s-Sur Micallef. L-avvenimenti ewlenin skedati għall-Awwissu, huma il-gran finale tal-festival tal-logħob tan-nar bi spettaklu pirotekniku fil-Port il-Kbir fis-7 ta' Awwissu u l-Paegent of the Seas, l-għada ta' Santa Marija. "Dan kien se jkun f'xandira diretta fuq TVM imma issa ukoll se jkun miftuħ għall-pubbliku bis-sanzjonijiet kollha u restrizzjonijiet kollha li qed ituna id-dipartiment tas-saħħa," kompla iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency. Għal tmiem is-Sajf, hemm skedat il-ftuħ uffiċjali tal-Valletta Design Cluster, proġett b'investiment ta' 'il fuq minn 10 miljun Ewro l-Berġa tal-Baviera, li se jkompli jkattar u jsaħħaħ l-espressjoni artistika. | [
0,
2,
16
] |
Ritratti: Arkivji 19 mit-33 immigrant li ddaħħlu Malta lbieraħ ittestjaw pożittiv għall-COVID-19. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ġie spjegat li l-immigranti ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid-19. Intqal li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati. L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f'iżolament f'Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti. Il-Forzi Armati jsalvaw grupp ieħor ta' 33 immigrant | [
0,
1,
12,
15
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 2:30pm Is-Supritendenza tas-Saħħa Pubblika qalet ma' TVM li ma kien hemm ebda każ ta' COVID-19 fi Skolasajf f'Tal-Pietà fost it-tfal u l-għalliema. Il-każ li qed jissemma' fil-mezzi soċjali huwa ta' fattiga li jaħdem fl-iskola iżda ma kellu ebda kuntatt ma' tfal, għalliema u ħaddiema oħra, hekk kif imur inaddaf wara l-ħinijiet tal-iskola. Il-każ tal-fattiga huwa parti mill-grupp ta' persuni morda bil-COVID-19 marbuta mal-festa ta' Santa Venera. Ftit tal-ħin ilu, il-Ministeru għas-Saħħa ppubblika l-aħħar informazzjoni marbuta mal-COVID-19 f'Malta. Flimkien mad-19-il immigrant kien hemm 9 każijiet ġodda. 9 każijiet ġodda tal-COVID-19 f'Malta | [
0,
1,
16
] |
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum. IN-NAZZJON b'ritratt fil-paġna tal-quddiem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li fisser il-ġurnata ta' lbieraħ bħala storika għal Malta hekk kif fil-Parlament, l-Oppożizzjoni kompliet tagħti s-sehem kollu tagħha biex jiġi assigurat li istituzzjonijiet importanti f'Malta jissaħħu u jkunu qegħdin hemm biex iservu liċ-ċittadini u mhux ta' paraventu għall-Gvern tal-ġurnata. Ritratt meħud waqt il-proċess li beda lbieraħ fejn 1,630 kunsillier tal-Partit Nazzjonalista qed jivvutaw fil-kunsill ġenerali straordinarju biex jagħżlu jekk it-tesserati tal-partit Nazzjonalista fil-konvenzjoni ġenerali għandhomx jikkonfermaw il-Kap jew jeleġġu Kap ġdid tal-Partit. THE TIMES b'ritratt meħud waqt il-marċ ta' San Gejtanu s-sena l-oħra u li lbieraħ tħabbar li minħabba l-każi tal-coronavirus se jitħassar din is-sena. Il-ġurnal jgħid li anke parties u festi oħra tħassru hekk kif l-assoċjazzjoni tat-tobba wissiet li jekk sa nhar it-Tnejn ma jitħassrux l-avvenimenti kollha, se tittieħed azzjoni industrijali. Il-ġurnal b'aħbarijiet mill-qorti fejn ilbieraħ xehed il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo waqt l-inkjesta pubblika u qal li r-rwol tal-ex chief of staff Keith Schembri fuq il-kabinett ta' Joseph Muscat kien sproporzjonat u ħażin. L-ORIZZONT L-ORIZZONT b'ritratti meħudin waqt il-marċ ta' San Gejtanu s-sena l-oħra bil-ġurnal jgħid li dan tħassar minħabba l-każi ta' Covid 19. Il-ġurnal jikkwota lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jgħid li l-parir tal-awtoirtajiet tas-saħħa hu li wieħed għandu jevita sitwazzjonijiet fejn mhux possibbli tinżamm id-distanza soċjali. Il-każi attivi f'Malta issa telgħu għal 112. Rapport ieħor tal-Orizzont jgħid li wara diversi jiem bl-Oppożizzjoni thedded li kienet se tivvota kontra l-abbozzi ta' liġijiet marbutin mar-riforma tas-saltna tad-dritt, ilbieraħ il-Gvern ingħata raġun mill-istess Oppożizzjoni wara li tressqu diversi emendi li kienu diskussi bejn iż-żewġ naħat. THE MALTA INDEPENDENT b'ritratt meħud minn Għawdex ftit ħin qabel tlugħ ix-xemx bil-ġunral ifakkar fl-avviż tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa li minħabba t-temperaturi għoljin wieħed għandu jixrob l-ilma b'mod regolari. Rapport tal-ġurnal mill-qorti jikkwota lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo li matul l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia lbieraħ qal li jemmn li l-ex chief of staff Keith Schembri kien qed imexxi shadow government. The Malta Independent tikkwota lill-Ministru għat-Turiżma Julia Farrugia Portelli li dwar l-attivitajiet tal-massa sostniet li hemm bżonn li jkun hemm bilanċ. Il-ġurnal jgħid li dawn il-kummenti ġew fid-dawl tal-appelli ta' ħafna għaqdiet, inkluż tat-tobba, biex dawn l-avvenimenti jitħassru. | [
0,
16
] |
L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għall-pitch tal-waterpolo ġdida ta' Marsascala Sports Club. L-applikazzjoni għall-pitch li ser tkun faċċata tal-pitch eżistenti fi Triq is-Salina saret mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Ministeru għall-Infratruttura flimkien ma' SportMalta. Il-pixxina l-ġdida ser tkun qiegħda tinbena minħabba li l-pixxina fiż-Żonqor ma tistax tintuża minħabba li kienet pjanat biex tintuża għal proġett tal-American University of Malta fiż-Żonqor. Il-faċilitajiet ser jinkludu pixxina msaħħna, restorant u changing rooms. | [
0,
12
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 3:04pm B'investiment ta' €17-il miljun kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, tnieda l-proċess biex jiġu żviluppati l-Masterplans għall-immaniġġjar tal-widien fil-pajjiż. Parks Malta li qed taħdem flimkien mal-aġenzija għall-enerġija u l-ilma diġà ġabret informazzjoni fuq tmenin kilometru tal-widien, u se tibda konsultazzjoni mal-pubbliku bil-mira li l-widien jitgawdew aħjar mill-pubbliku u anki mill-bdiewa. Varat il-proċess mill-proġett Life tal-Unjoni Ewropea biex jiġu mmanniġġjati l-widien tal-pajjiż, proġett mmexxi minn Parks Malta u l-aġenzija għall-enerġija u l-ilma, biex jiġu ndirizzati l-isfidi varji fis-settur tal-ilma. L-ewwel parti mill-proġett se jkun fuq il-widien f'sittax -il lokalità f'Malta u Għawdex, b'kollox mat-tmenin kilometru ta' widien, jiġifieri n-nofs tal-widien li għandna fil-gżejjer Maltin. Parks Malta diġa' ġabret tagħrif fuq il-widien fosthom fuq l-ilma tal-pjan, in-naħal u l-prodotti li jitkabbru mill-bdiewa. Alex Borg Galea minn Parks Malta qal li b'investiment ta' miljun u tmien mitt elf ewro inġabret mhux biss l-informazzjoni iżda se jsir xogħol ta' restawr tal-kanali fil-widien u anki tneħħija ta' rimi llegali. Parks Malta se tkun qed tikkonsulta wkoll mal-pubbliku biex jaraw kif l-aħjar jipproteġu l-widien. "Ħa nibdew nitkellmu man-nies, kunsulli lokali, u ngo's u se nitkellmu magħhom bid-diversi media." Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li fl-ewwel fażi ta' dan il-pjan se ssir konsultazzjoni pubblika bil-għan li l-widien ikomplu jservu ta' attrazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll viżitaturi f'pajjiżna. Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Michael Farrugia qal li dan il-progett se jtejjeb ukoll il-kwalita' tal-ilma li jasal għand in-nies fid-djar. "Irridu naraw li l-ilma kemm dak li nipproducu, dak ta' taħt l-art, u ilma tax-xita u widien nippreservawh kemm nistgħu" Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-fondi Ewropej allokati għal din l-inizjattiva joħorġu mill-Water Framework Directive, fosthom għal tnaqqis fil-konsum tal-ilma, sistemi ta' riġenerazzjoni tal-ilma, u mmaniġġjar tal-widien. Il-Proġett kollu għandu jitlesta sas-sena 2025. | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 10:33am Konferenza tal-aħbarijiet mill-Pulizija dwar il-qtil li seħħ dal-lejl Konferenza tal-aħbarijiet mill-Pulizija dwar il-qtil li seħħ dal-lejl Fl-10.30, il-Pulizija se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-każ li seħħ matul il-lejl. TVM jinsab infurmat li l-vittma tal-isparatura huwa Saviour Gaffarena ta' 27 sena mill-Imqabba. Saviour kien ma' kuġinuh fil-karozza ta' 17-il sena lejn tal-Maqluba, li wara l-isparatura saq il-karozza lejn l-Imqabba. Kuġinuh jinsab l-isptar fejn qed jiġi rikoverat. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ. TVM se jxandar il-konferenza tal-aħbarijiet fuq il-website u FB ta' TVM. Aktar dettalji fil-ħin li ġej. Saviour Gaffarena jinqatel b'tiri t'arma tan-nar fl-Imqabba, kuġinuh ferut | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 10:31am 91 żagħżugħ u żagħżugħa, ħadu sehem fil-programm tal-Youth.inc fi tliet livelli differenti. Il-programm joffri esperjenza edukattiva liż-żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 16 u 21 sena li jixtiequ jkomplu jibnu fuq l-esperjenza edukattiva tagħhom u jwessgħu l-għarfien tagħhom, il-valuri u l-ħiliet biex jew jidħlu fil-qasam tax-xogħol jew biex jiggwadanjaw kwalifiki biex ikomplu t-taħriġ tagħhom. Li jagħmel dan il-programm differenti minn oħrajn hu li joffri sistema unika ta' tagħlim mhux formali minn youth workers billi japplikaw il-filosofija ta' 'learning by doing'. Youth.inc huwa mmexxi minn Aġenzija Żgħażagħ, li bil-ħidma tagħha mfassla madwar il-bzonnijiet taż-żgħażagħ, tkompli ssaħħaħ l-irwol kumplimentari tat-tagħlim formali u mhux formali. Youth.inc għandu żewġ livelli ta' dħul skont il-Qafas Malti għall-Kwalifiki u huwa mmirat biex joffri għajnuna liż-żgħażagħ biex jiksbu kompetenzi ewlenin, ħiliet settorjali u tisħiħ fl-għarfien f'livelli differenti. Jiġi offrut bħala programm full-time f'Livell 1, Livell 2 u Livell 3 fil-kumpless ta' Aġenzija Żgħażagħ f'Santa Venera. Waqt ċeremonja fil-bini tal-Aġenzija Żgħażagħ, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, qassmu ċ-ċertifikati lil dawk l-istudenti li temmew id-diversi stadji tal-programm Youth.inc. | [
0,
5,
12
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 11:42am Il-Grupp JB, li jħaddem madwar 250 ruħ, fiż-żmien li ġej mistenni jimpjega aktar ħaddiema hekk kif ilbieraħ ġie inawgurat l-ewwel ħanut tal-linja internazzjonali Miniso f'Malta. Id-ditta Ġappuniża Miniso tispeċjalizza fis-settur tal-wholesale u retail modern, u għandha madwar 3,900 stabbiliment imferrxin mad-dinja kollha. Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri, inawguraw uffiċjalment dan l-investiment tal-Grupp JB f'Tas-Sliema. Il-Prim Ministru qal li huwa kruċjali li f'dan is-settur tar-retail dejjem ikun hemm ħwienet li joffru prodotti ta' kwalità. Innota li s-sena li għaddiet il-konsum f'Malta laħaq iċ-ċifra rekord ta' €8 biljun u żied jgħid li mill-2013 'l hawn kull jumejn kellna żieda ta' tliet kumpaniji fil-qasam tal-wholesale u retail, jiġifieri kuljum inkluż il-Ħdud u festi fetaħ aktar minn ħanut wieħed bħala medja. Id-Direttur Maniġerjali tal-Grupp JB Chris Sant qal li l-grupp qiegħed jinvesti madwar €5 miljun fi proġetti li hemm ippjanati għaż-żmien li ġej; partikolarment bil-ftuħ ta' iżjed stabbilimenti madwar il-pajjiż kollu. Qal li dan l-investiment se jsarraf b'mod dirett fir-riżors uman, hekk kif fl-aħħar erba' snin il-kumpanija żiedet it-total tal-impjegati tagħha b'70 ruħ u se żżid 20 persuna oħra b'effett immedjat. | [
0,
4,
12,
15
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 1:17pm Mara ta' 19-il sena li tgħix Ħal Qormi weġġgħet gravi f'ħabta f'Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sir Anthony Mamo għall-ħabta tas-6.15am. Il-Pulizija mid-Distrett ta' Birkirkara marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq min raġel ta' 44 sena li jgħix San Ġwann u mutur tal-għamla Benelli li kien qed jinstaq mit-tfajla. It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. | [
0,
16
] |
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera nieda skema b'investiment ta' €90,000 għal xogħolijiet ta' restawr u konservazzjoni fi knejjes. L-iskema għandha l-għan li tipprovdi appoġġ finanzjarju sabiex jitwettaq xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuq artali, aperturi, dekorazzjoni arkitettonika, induratura u affreski tal-knejjes parrokkjali tal-Arċidjoċesi ta' Malta u d-Djoċesi ta' Għawdex. Il-Ministru Herrera qal li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali qiegħed juri impenn sħiħ sabiex jgħin fil-preservazzjoni u r-restawr tal-knejjes tagħna. Il-Ministru Herrera saħaq li dan il-fond jikkumplimenta numru ta' xogħolijiet li sar mid-Direttorat tar-Restawr fuq diversi siti, fejn propju ftit tal-ġranet ilu tlestiet medda ta' 850m ta' restawr fis-swar tal-proġett tal-MICAS, kif ukoll ġie varat programm ta' restawr b'valur ta' €7.6 miljun fil-Kottonera. Iċ-ċermen tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li, permezz ta' din l-iskema, il-Kunsill Malti għall-Arti għall-ewwel darba qiegħed jikkollabora mad-Direttorat tar-Restawr sabiex jiġu amministrati dawn il-fondi, li huma intiżi sabiex ikompli jissaħħaħ il-wirt kulturali ta' pajjiżna. Id-Direttur tar-Restawr il-Perit Norbert Gatt spjega li din l-iskema tista' tkopri sa 100% jew massimu ta' €15,000 tal-ispejjeż totali tal-proġetti. Għal aktar informazzjoni, wieħed għandu jidħol fis-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti www.artscouncilmalta.org . L-applikazzjonijiet huma miftuħa sa 12pm, is-16 ta' Settembru 2020. | [
0,
16
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 3:41pm Vince Muscat, wieħed mill-akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ressaq protest ġudizzjarju biex jingħata l-maħfra, u tenna li għandu informazzjoni x'jiżvela dwar il-qtil. Is-Sur Muscat, li flimkien ma' George Degiorgio u Alfred Degiorgio huwa akkużat li sploda l-bomba mal-karozza tas-Sinjura Caruana Galizia, qal li għandu ismijiet ġodda marbuta mal-każ, u qal ukoll li lest jiżvela informazzjoni dwar delitti oħra li seħħew fl-aħħar snin u li ma ssolvewx. Permezz tal-avukat tiegħu Dr Marc Sant, is-Sur Muscat qal li talab formalment maħfra presidenzjali fit-30 ta' Novembru 2019 u ma rċieva l-ebda risposta. Qal li imbagħad bagħat ittra oħra ta' kjarifika fis-17 ta' Diċembru 2019, li dwarha rċieva tweġiba mis-segretarja tal-President li t-talba tiegħu kienet intbagħtet lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jipprovdi parir. Qal li minn dak iż-żmien ma sema' xejn iżjed. Żied li fix-xahar ta' wara ġie msejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fejn saru diversi laqgħat mal-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, u fejn ġew irrekordjati dettalji dwar reati varji, inkluż il-qtil Caruana Galizia. Fil-protest is-Sur Muscat qal li l-Ispetturi qalulu li kellhom jagħmlu laqgħa tal-aħħar, iżda din il-laqgħa baqgħet ma saritx. Qal li fit-22 ta' Ġunju li għadda reġgħet intbagħtet tfakkira lill-President ta' Malta, u għal darb' oħra ngħatat it-tweġiba li t-talba se tgħaddi għand il-Ministu tal-Ġustizzja għal parir. Is-Sur Muscat sostna li kien għamel il-parti tiegħu u ta lill-Pulizija dak li jaf, u allega li dawn qed jinżammu milli jagħmlu xogħlhom għax hemm indħil minn terzi. Qal li anki l-mod differenti li bih ġie trattat Melvin Theuma jqajjem dubji serji. | [
0,
12,
15
] |
Ritratti: Arkivji Il-Gvern se joħroġ sejħa ta' espressjoni ta' interess għal bastiment, bil-għan li fuqu jinżammu immigranti fi kwarantina. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Intern, ingħad li l-gvern qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex inaqqas il-wasliet lejn Malta, tant li fl-aħħar ġimgħat eluf ta' immigranti li bdew il-vjaġġ mil-Libja kienu salvati fl-ibħra Libjani u ttieħdu lura minn fejn bdew il-vjaġġ. Baqgħet għaddejja wkoll il-ħidma għal rikolazzjonijiet u ritorn ta' persuni li ma jkunux eleġibbli għall-protezzjoni. Qal li minkejja dan, jibqgħu jinqalgħu każi fejn fl-ibħra Maltin l-għażla tkun bejn jekk jissalvawx persuni li jkunu qegħdin jegħrqu jew jekk jitħallewx imutu. Intqal li f'dawn il-każi, Malta ma jkollhiex għażla ħlief li ssalva skont l-obbligi legali u internazzjonali tagħha li bihom hi marbuta. Intqal li sal-lum, diġà ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fil-każi fejn instabu immigranti pożittivi u dawn dejjem inżammu iżolati. Saħansitra, il-gvern fetaħ klinika f'Ħal Far operata mir-Red Cross. Ġie spjegat li f'dan l-istadju, il-gvern Malti ħass li għandu jkun hemm ukoll l-għażla li jintuża dan il-bastiment biex is-sitwazzjoni tkun ikkontrollata u mmaniġġjata b'mod aħjar. Dan il-bastiment irid jikkumplimenta l-ħidma tal-gvern Malti, li hija qabelxejn iffukata fuq il-prevenzjoni tal-wasliet, u l-użu tiegħu huwa maħsub għal meta l-Forzi Armati ta' Malta ma jkollhomx għażla ħlief li jsalvaw persuni li jkunu qed jegħrqu. | [
0,
9,
16
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 3:38pm Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti Jose Herrera qal li se jippubblika linji gwida għall-attivitajiet artistiċi biex fl-isfond tal-pandemija jintlaħaq bilanċ bejn l-organizazzjoni tal-attivitajiet u l-miżuri ta' mitigazzjoni maqbula mal-awtoritajiet tas-saħħa. Dr Herrera qal li flok attivitajiet tal-massa, jistgħu xorta jsiru attivitajiet pubbliċi imma b'kawtela. Waħda mill-attivitajiet se tkun Pageant of the Seas li minħabba l-pandemija ġiet posposta għas-sittax t'Awissu, fejn se jiġu osservati miżuri ta' mitigazzjoni, bl-ispettaklu wkoll jixxandar dirett fuq TVM biex jitgawda b'mod sigur minn kulħadd. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti, Jose Herrera qal li dil-ġimgħa kellu laqgħa mal-assoċjazzjoni l-ġdida għall-artisti li twaqqfet riċentament fejn ħabbar linji gwida għal avvenimenti pubbliċi fl-isfond tal-pandemija. Mistoqsi l-attivitajiet tal-massa għandhomx jitwaqqfu l-Ministru Herrera qal li flok attivitajiet tal-massa, jippreferi jsejjħilhom attivitajiet pubbliċi. "Ma nħobbx nuża l-kelma massa imma attivitajiet pubbliċi se jkomplu jsiru, attivitajiet pubbliċi b'mod ristrett u kawtela, impressjoant b'certu każini tal-baned li avvenimenti diffiċli tikkontrolla, ħassruhom". Waħda mill-attivitajiet li skont iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef se ssegwi miżuri stretti ta' mitigazzjoni hija Pageant of the Seas li oriġinarjament kient skedata għas-seba' ta' Lulju li għadda u ġiet posposta għas-sittax t'Awissu. L-ispettaklu b'mhux inqas minn sittin opra tal-bahar se jixxandar dirett fuq TVM. "Spettaklu tal-komunità regatta tan-nisa, tellieqa telliqun, ċattra li jkunu hadmu huma u joqsmu bejn il-Kottonera u l-Belt." Id-Direttur Artistiku ta' Pageant of the Seas, Chris Baldwin qal li l-ispettaklu bl-użu ta' mużika, dwal u vuċijiet se jirrakkonta l-istorja tal-Belt Valletta b'mod mill-iktar affaxxinanti, u se jagħlaq bi spettaklu tal-logħob tan-nar. | [
0,
16
] |
Ritratti: Arkivji Ġuvni ta' 19-il sena minn Santa Venera, ammetta li fl-20 ta' Ġunju seraq mutur minn Triq Qasam San Ġorġ, f'Kerċem f'Għawdex. Huwa tressaq il-Qorti ta' Għawdex fejn ammetta l-akkużi kontrih. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri qalu li l-investigazzjonijiet tal-pulizija bdew malli ġew infurmati bis-serqa tal-mutur u li mill-istħarriġ li sar, identifikaw lill-allegat ħalliel u arrestawh. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech tat lill-akkużat il-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin. | [
0,
12,
15
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Awwissu, 2020 11:01am Fl-aħħar jiem Klabb Kotba Maltin ħarġet il-ktieb 'Mid-Dinja Ċkejkna Tiegħi: Il-Kitbiet ta' Pawlu Mizzi.' Liema pubblikazzjoni, ħarġet f'għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta' Pawlu Mizzi, il-fundatur ta' Klabb Kotba Maltin. Il-ktieb imsejjes fuq stil sempliċi, id-djalett li jagħti identità, u l-kwalitajiet morali u spiritwali li jagħmlu 'l kull Għawdxi uman. Fi ħdan il-pubblikazzjoni, għadd ta' profili mill-pinna ta' Pawlu Mizzi li fost l-oħrajn ilaqqgħu lill-qarrejja ma' għadd ta' Għawdxin li jagħmlu isem fil-ħajja pubblika lokali kif ukoll ma' xi figuri oħrajn li kienu qrib l-awtur matul ħajtu. Skont l-antropologu Mark Anthony Falzon fi ħdan il-ktieb tinħass żiffa ta' realiżmu soċjali hekk kif l-awtur fost l-oħrajn jattakka 'l-istrutturi tal-poter u 'l-elite li jmantnuhom. Fi kliem Prof. Falzon, għal Mizzi l-bidla ma tiġix billi jiġi xkupat kollox 'il barra, imma permezz ta' individwi li jibqgħu parti mis-sistema iżda li jfittxu li jbiddlu minn ġewwa mingħajr ma jkissru l-qafas. Il-ktieb ġie editjat minn Sergio Grech id f'id ma' Francesco Pio Attard. Biex tara siltiet mill-pubblikazzjoni, tista' żżur dan is-sit . Biex tordna l-ktieb aghfas . | [
5,
7,
14
] |
Il-Bord tad-Dħul tal-IskejjeI tal-Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas-subien bi statement ta' sapport fl-Ewwel Sena Primarja. L-iskola ta' St Francis f'Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta' sapport ta' LSE full-time one-to-one. L-iskola ta' St Benild f'Tas-Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta' sapport ta' LSE shared. Għal dan il-post vakanti, l-iskola ta' St Benild lesta tikkunsidra wkoll l-applikazzjoni ta' tifel bi statement ta' sapport ta' LSE fulltime one-to-one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl-iskola ta' St Benild. Sabiex jimtlew dawn il-postijiet, u oħrajn simili li jista' jkun hemm, se jintlaqgħu applikazzjonijiet online biss mis-sit knisja.mt/applications min-nhar it-Tnejn 10 sal-Ġimgħa 14 ta' Awwissu 2020. Il-konferma tal-applikazzjoni se tintbagħat sat-Tnejn 31 ta' Awwissu 2020. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn hawn. | [
0,
5,
12,
15
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 12:34pm Il-gvern għalaq l-ewwel nofs tas-sena b'defiċit ta' €895.6 miljun fil-fond konsolidat, żieda sinifikanti li kważi tlaħħaq is-€740 miljun fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rrimarka li dawn iċ-ċifri jridu jittieħdu fil-kuntest tas-sitwazzjoni tal-COVID-19. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-ewwel sitt xhur tas-sena juru li d-dħul rikurrenti kien ta' €1,819-il miljun Ewro li jfisser tnaqqis ta' €345 miljun jew kważi 16% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. L-NSO spjega li l-akbar tnaqqis kien ġej mit-taxxa tad-dħul. It-tnaqqis kien mifrux minn sorsi oħra bħat-taxxa tal-VAT, is-sigurtà soċjali, liċenzji u multi, u mid-Dwana. Fl-istess waqt, bejn Jannar u Ġunju kien hemm żieda ta' 17% fin-nefqa tal-gvern li laħħqet l-€2,715-il miljun. L-ispiża għal mediċini u tagħmir mediku weħidha żdiedet bi kważi €44 miljun. Fl-istess ilma wkoll iż-żieda fi ħlasijiet ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali li €13-il miljun minnhom kienu għal benefiċċji mħallsa minħabba l-COVID. Is-suppliment tal-pagi waħdu, li ngħata mill-gvern bħala għajnuna lill-ħaddiema milquta mill-pandemija, sal-aħħar ta' Ġunju fisser ħruġ ta' €154 miljun f'fondi pubbliċi. L-effett ta' dan kollu nħass ukoll fuq id-dejn tal-gvern li laħaq is-€6,376 miljun; żieda ta' kważi €900 miljun fuq l-istess sitt xhur tas-sena l-oħra. | [
0,
4,
16
] |
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ippospona l-pjani li jtaffi r-restrizzjonijiet kontra l-COVID-19 b' tal-inqas ħmistax – bil-pulizija se jinfurzaw liġijiet aktar stretti għall-ilbies tal-maskri. Il-maskri huma obbligatorji f'ħafna mill-postijiet pubbliċi fuq ġewwa bħal mużewijiet, iċ-ċinema u postijiet ta' qima. Fost il-postijiet li se jkollhom jistennew sal-15 ta' Awwissu biex jerġgħu jiftħu b'miżuri ta' prekawzjoni hemm it-teatri ġewwa u postijiet tad-divertiment. Anki numru żgħir ta' partitarji ta' avvenimenti sportivi se jkollhom jistennew sa nofs Awwissu biex isegwu l-logħob. Sadattant, il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja Nicola Sturgeon wissiet kontra vvjaġġar mhux essenzjali lejn in-naħa ta' fuq tal-Ingilterra fejn qed jerġgħu jiżdiedu l-każijiet ta' coronavirus. Hija qalet li kull min jirritorna l-Iskozja min-naħa ta' fuq tal-Ingilterra għandu jimminmalizza l-kuntatt ma' persuni barra l-familja tiegħu għal 14-il ġurnata. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 1, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Awwissu, 2020 6:02pm Kawża tar-restrizzjonijiet u anke tal-biża' li ħoloq il-Coronavirus, l-ekonomija fiż-żona ewro kompliet tiċkin. Spanja tinsab fl-aktar riċessjoni iebsa fi żminijiet moderni tant li l-ekonomija ċkienet bi 18.5% bejn April u Ġunju wara li fi tliet xhur ta' qabel kienet diġà ċkienet b'5.2%. Spanja hija l-aktar pajjiż li qala' daqqa kbira ekonomika minħbba l-pandemija. Franza wkoll ħadet daqqa b'dak li jipproduċi l-pajjiż naqas bi 13.8% bejn April u Ġunju. April kien l-agħar xahar għall-Franċiżi għax f'Mejju u Ġunju l-ekonomija rkuprat xi ftit minħabba li bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet implimentati minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Anke l-Italja qalet daqqa kbira bl-ekonomija tonqos bi 12.4%. L-ekonomisti kienu ħasbu lid-daqs ekonomika għat-Taljani kienet ser tkun ferm akbar. Huwa stmat li l-ekonomija Ewropea ċkienet bi kważi 12%. | [
1,
10
] |
Żagħżugħ ta' 22 sena minn Ħal Balzan ingħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li kien involut f'serqa ta' mutur f'Kerċem Għawdex. Fil-Qorti t'Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, huwa ġie akkużat li fl-20 ta' Ġunju li għadda seraq mutur ta' tip Honda u oġġetti oħra fosthom ċwievet, pjanċi tar-reġistrazzjoni, karti tal-krediti tal-banek u għodda. Huwa ġie akkużat ukoll li laqa' għandu għandu jew xtara ħwejjeġ misruqa jew akkwistati b'reat u li ndaħal biex ibigħhom jew imexxihom. L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin. Il-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett t'Għawdex ilbieraħ arrestaw ġuvni ta' 19-il sena b'rabta ma' din is-serqa. Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri. Jammetti li seraq mutur f'Għawdex | [
0,
1,
16
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 8:10pm Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li minn għada se jiddaħħlu miżuri ġodda għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies. F'konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata minn Dr Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, intqal li huwa importanti li tkompli tinżamm id-distanza soċjali dan hekk kif la l-COVID-19 għadu jdur fid-dinja, għadu wkoll f'pajjiżna. Dr Fearne innota li kienu jafu li ladarba tinfetaħ l-ekonomija, il-ħajja soċjali u l-portijiet kien se jkun hemm każijiet ġodda. Għalhekk saħaq fuq l-importanza li jibqgħu jsiru t-testijiet u tinżamm id-distanza soċjali. Il-Ministru Fearne ħabbar li minn għada kull avveniment li se jsir se jkollu limitazzjoni ta' kemm jilqa' nies. Dan hekk kif hu x'inhu l-kobor tal-post tal-avveniment wieħed jista' jilqa' persuna għal kull erba' metri kwadri. Miżura oħra hija li fil-post fejn isir l-avveniment ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni f'kuntatt ma' xulxin u mhux maqtugħin minn grupp ieħor. Dawk li jattendu l-avvenimenti jridu iħallu numru tat-telefon mal-organizzaturi biex jekk ikun hemm bżonn ta' contact tracing, dan isir b'mod faċli. L-organizzaturi se jkollhom aktar responsabbiltà li jaraw li dawn ir-regoli jiġu osservati. Postijiet li jistgħu jieħdu aktar minn mitt ruħ, iridu jkollhom ir-risk assessment li jgħaddi għand l-awtoritajiet konċernati biex jiddeċiedu huma jekk l-attività tistax issir jew le. Intant, Dr Fearne qal li bi qbil mal-Kurja, mhux se joħorġu permessi għall-marċi tal-festa. Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Ministeru tas-Saħħa Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne jindirizza konferenza tal-aħbarijiet Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li l-każijiet fl-aħħar ġimgħat kienu sporadiċi, oħrajn li kienu kuntatt dirett ma' xulxin, u immigranti li tpoġġew fi kwarantina malli daħlu f'Malta. Qalet li kemm ilu li fetaħ l-ajruport, kien hemm biss erba' każijiet mill-pajjiżi meqjusa bħala kurituri siguri, u ħamsa oħra minn pajjiżi oħra li mhumiex f'din il-lista. Spjegat li ħafna mill-każijiet riċenti huma nies ta' età żgħira u li huma f'saħħithom. | [
1,
16
] |
Imtella' Lulju 31, 2020 - Aġġornata 31 Ta' Lulju, 2020 5:22pm L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM ħabbret li tat direttivi lit-tobba fis-servizz pubbliku biex mit-Tnejn 3 ta' Awwissu, ma jattendux għall-appuntamenti tal-outpatients fl-isptar Mater Dei u lanqas dawk fl-isptar ġenerali ta' Għawdex. Fi stqarrija l-MAM qalet li din id-direttiva se tibqa' fis-seħħ għal ġimgħa sħiħa. Mit-Tnejn 3 ta' Awwissu wkoll għal ġimgħa sħiħa, se jiġu posposti wkoll l-ultrasounds mhux urġenti. Mill-Erbgħa 5 ta' Awwissu sat-Tlieta 11 ta' Awwissu, l-MAM ordnat li jiġu posposti l-operazzjonijiet mhux urġenti. Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tat-tobba qalet li t-tobba li jaħdmu fid-dipartiment tal-emerġenza ta' Mater Dei, inkluż id-dipartiment tal-emerġenza tat-tfal, huma eżenti minn dawn id-direttivi. Fejn jidħlu ċentri tas-Saħħa it-tobba se jaraw biss każijiet urġenti, bil-pazjenti li mhumiex urġenti huma imħeġġa biex jipposponu l-appuntamenti tagħhom jew iċemplu ċ-ċentru tat-telemediċina. Qabel jattendu f'dawn iċ-ċentri, pazjenti bis-sintomi tal-COVID huma mitluba jċemplu 111 għal swab test, u t-tobba kollha għandhom jilbsu ilbies protettiv f'kull żona tal-klinika. Fil-bereġ fil-komunità għal ġimgħa sħiħa mhux se jkun hemm il-presenza ta' tabib. It-tobba li jaħdmu fiċ-ċentru tal-Onkoloġija, it-tobba fl-isptar Karen Grech, fl-isptar Monte Carmeli u fiċ-ċentri fejn isir swabbing għall-Covid-19 huma eżenti minn dawn id-direttivi. Eżenti wkoll it-tobba tat-tfal f'Għawdex. Il-MAM qed tħeġġeġ lit-tobba interessati biex japplikaw biex jagħmlu sessjonijiet ta' swabbing u contact tracing bil-għan li s-servizzi jlaħħqu mad-domanda. L-Assoċjazzjoni tħeġġeġ lill-gvern isegwi l-pariri mediċi dwar il-pandemija biex ma jpoġġix l-ħajja tan-nies f'periklu bla bżonn. Il-MAM qed toħroġ dawn id-direttivi għaliex qalet li l-Gvern ma ħax biżżejjed miżuri fejn jidħlu l-attivitajiet tal-massa biex irażżan l-imxija tal-coronavirus u jipproteġi s-saħħa tal-pubbliku Malti u Għawdxi. It-tobba jgħidu li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżżejjed: se jipproċedu b'azzjoni industrijali | [
1,
4,
16
] |
Imtella' Lulju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Lulju, 2020 4:49pm Raġel ta' 27 sena Saviour Gaffarena nqatel b'tir ta' arma tan-nar f'rasu tard l-Erbgħa bil-lejl fl-inħawi ta' Ħal Milieri, fil-Qrendi. Miegħu kien hemm kuġinuh ta' Vince Gaffarena ta' 17-il sena li ntlaqat minn żewġ tiri u wara saq sal-Imqabba, bil-katavru ta' Saviour Gaffarena fis-sit tal-passiġġier. Il-Pulizija qed iżżomm erba' żgħażagħ li huma suspettati li kellhom x'jaqsmu mad-delitt. Konferenza tal-aħbarijiet mill-Pulizija dwar il-qtil li seħħ dal-lejl Konferenza tal-aħbarijiet mill-Pulizija dwar il-qtil li seħħ dal-lejl F'konferenza tal-aħbarijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' Saviour Gaffarena ta' 27 sena u l-feriment ta' Vincent Gaffarena ta' 17-il sena qegħdin jindikaw li għandu x'jaqsam mad-droga. Tlett sigħat wara li ġiet infurmata bil-każ il-Pulizija arrestat żewġ żgħażagħ ta' 19 u 18-il sena, li qegħdin jitqiesu bħala s-suspettati ewlenin fil-każ. Il-Pulizija qalet li qiegħda żżomm ukoll żagħżugħ ta' 17-il sena u mara ta' 21 sena. L-inkjesta qiegħda titmexxa mill-Maġistrat tal-għassa Dr Victor Axiaq stabilixxit li l-vittma Saviour Gaffarena ntlaqat minn tir f'rasu filwaqt li Vincent Gaffarena ntlaqat minn tir f'wiccu u spaltu. Skond il-Pulizija, huwa mifhum li l-isparatura seħħet fi sqaq fl-inħawi ta' Ħal Millieri fil-Qrendi, fejn instabu l-iskratac li ġew elevati mill-esperti tal-Qorti. Minn hemm iż-żagħżugħ ferut ta' sbatax il-sena saq sat-Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba bil-katavru ta' kuġinuh fis-sit tal-passiġġier. Il-Pulizija u tim mediku li nzertaw kienu fuq il-post minħabba l-Festival Internazzjonali tan-Nar li kien qed isir fl-Imqabba, marru jagħtu l-ewwel għajnuna fejn sabu karozza tat-tip Renault li bdiet tpaqpaq il-ħorn fejn ħareġ ix-xufier u beda jgħajjat li sparawlu. Saviour Gaffarena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, filwaqt li ż-żagħżugħ ta' 17-il sena ttieħed l-isptar fejn ġie operat u jinsab f'qagħda stabbli. L-investigazzjoni konġunta mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, tal-Ispecial Intervention Unit, tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett tinsab għadejja bl-investigazzjonijiet. Il-mottiv għad irid jiġi stabbilit, u l-Pulizija qed tistenna li ż-żagħżugħ Vince Gaffarena li jinsab l-isptar ikun f'pożizzjoni li tista tkellmu l-pulizija. Il-vittma Saviour Gaffarena huwa magħruf mal-Pulizija u mhux l-ewwel darba li ġie investigat fil-passat dwar reati varji. | [
1,
12
] |
Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika qablu formalment li ż-żewġ partiti jingħaqdu flimkien, bil-Partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD. Fi stqarrija, iż-żewġ partiti qalu li dan il-ftehim intlaħaq wara xhur ta' diskussjoni u azzjoni politika konġunta bejn iż-żewġ partiti. Qalu li fil-klima nazzjonali ta' diviżjoni u firda, kemm l-Alternattiva Demokratika kif ukoll il-Partit Demokratiku jirrikonoxxu l-bżonn ta' politika li taħdem favur il-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu. Il-Partiti qalu li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jaħdmu flimkien, bis-saħħa ta' Eżekuttiv magħqud magħmul minn tim tranżitorju. Spjegaw li l-għan huwa li ma jdumx ma jkun iffinalizzat il-proċess biex il-partiti, uffiċjalment, jingħaqdu f'partit wieħed immexxi minn Eżekuttiv ġdid li se jkun elett wara l-ewwel Laqgħa Ġenerali li se tissejjaħ mill-partit magħqud. L-għan huwa li dan il-proċess ikun konkluż sal-aħħar ta' Settembru 2020. | [
1,
12,
16
] |
Imtella' Awwissu 1, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Awwissu, 2020 6:56pm Għalqet il-votazzjoni waqt il-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista, bil-kunsilliera vvutaw biex jiddeċiedu jekk it-tesserati tal-Partit għandhomx jivvutaw biex juru il-fiduċja tagħhom fil-Kap tal-Partit Adrian Delia jew jekk ikunx hemm elezzjoni għall-kap ġdid. B'kollox ivvotaw 1,509 kunsillier minn 1,630 minn kunsillieri eliġibbli. Dan ifisser li vvutaw 92.5% tal-kunsilliera. Aktar dettalji fil-ħin li ġej. | [
1,
12,
16
] |
Imtella' Awwissu 1, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Awwissu, 2020 6:01pm L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li tilqa' l-istqarrija tas-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci li hi kontra l-attivitajiet tal-massa. Fi stqarrija, il-MAM, waqt li kwotat stqarrija tas-Supretendent tas-Saħħa, qalet li Prof Gauci hija kompletament kontra l-attivitajiet tal-massa. Qalet li tinsab iddiżappuntata li l-Ministru tat-Turiżmu injorat dan l-avviż u awtorizzat l-attivitajiet tal-massa. Qalet li minn attività ta' 700 individwu, marċ f'Santa Venera wassal biex jerġgħu jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19. Il-MAM qalet li qed tistenna risposta mingħand il-Gvern biex il-Kunsill jiddeċiedi jekk jissospendix id-direttivi ppjanati għal nhar it-Tnejn. Min-naħa tagħha l-MEA appellat lill-unions tal-qasam tas-saħħa biex jissospendu l-azzjonijiet industrijali. L-MHRA qalet li pożizzjonijiet estremi jwasslu għar-riżultat diżastruż u appellat lill-Gvern biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji li jirriflettu bilanċ bejn il-benefiċċju tal-pubbliku, tal-ħaddiema u ta' min iħaddem. Saħaq li jekk ibati s-settur tat-turiżmu l-ekonomija kollha tbati. Mit-Tnejn posposti l-appuntamenti kollha tal-outpatients f'Mater Dei u f'Għawdex | [
1,
16
] |
Imtella' Awwissu 1, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Awwissu, 2020 6:57pm Komplew jiżdiedu l-każi attivi tal-Covid-19. Fil-bulettin mediku għall-erbgħa u għoxrin siegħa sa nofsinhar tas-Sibt, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li saru record ta' swab testa, 1,748, li minnhom instabu 21 każ pożittiv.Il-maġġoranza tal-każi huma marbuta ma' każi rrapportati fl-aħħar jiem filwaqt li żewġ każi huma impurtati. Tliet każi ġodda huma ta' immigranti li diġà kienu fi kwarantina.Intqal li l-maġġoranza tal-każi l-ġodda huma ta' persuni li għandhom inqas minn 35 sena. Każ minnhom hu ta' anzjana ta' 80 sena.F'dawn l-erbgħa u għoxrin siegħa ma kienx hemm persuni li fiequ mill-virus. Gepostet von saħħa am Samstag, 1. August 2020 Fl-isfond ta' dawn in-numri, il-Knisja f'Malta ddeċidiet li din is-sena ma jsirux iktar pellegrinaġġi. L-isqfijiet fi stqarrija qalu li waslu għal din id-deċiżjoni wara li segwew l-indikazzjonijiet pubbliċi li qed jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa. Dawn l-iżviluppi seħħew l-għada li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, tenniet li mhijiex favur li jsiru attivitajiet tal-massa. Tal-istess fehma l-Assoċjazzjoni Medika li appellat biex mit-Tnejn jiġu kkanċellati l-attivitajiet tal-massa għax jekk ma jsirx hekk, il-MAM qalet li l-pajjiż jirriskja li jitpoġġa fuq il-lista s-sewda tat-turiżmu tal-bqija tal-pajjiżi Ewropej b'konsegwenzi fuq l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż. Il-MAM esprimiet diżappunt li l-Ministeru għat-Turiżmu bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li għażlu li jinjoraw il-parir tas-Sovrintendenza dwar l-attivitajiet tal-massa li fi kliemhom kienu ta' riskju għoli ħafn. L-Assoċjazzjoni wriet il-fehma li l-ilbies tal-maskri fuq ġewwa għandu jkun infurzat b'multi kif qalet qed isir fil-pajjiżi Ewropej. Il-MAM qalet li qed tistenna r-reazzjoni tal-Gvern biex tiddeċiedi jekk jissospendix id-direttivi fil-qasam tas-saħħa ppjanati għat-Tnejn. Intant, il-MAM qalet li wara laqgħa mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, intlaħaq qbil fil-prinċipju fuq abbozz ta' dokument dwar kif fost oħrajn għandhom jiġu indirizzati l-perikli li jġibu magħhom l-attivitajiet tal-massa. Il-MAM qalet bħala sinjal ta' rieda tajba ssospendiet id-direttivi fil-qasam tas-saħħa għall-Erbgħa. Irrimarkat iżda li ġiet skedata laqgħa oħra għat-Tlieta li fi kliemha se tħoll u torbot kollox. L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti mill-banda l-oħra qalet li l-bilanċ bejn il-miżuri kontra l-imxija u l-ftuħ tal-ekonomija jassigura l-aħjar riżultati fil-ġlieda kontra l-pandemija. L-MHRA qalet li l-miżuri li tal-Gvern fosthom bil-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport u bil-vouchers li tqassmu lin-nies, l-ekonomija bdiet tirkupra bil-mod il-mod u ġew salvati eluf ta' impjiegi fosthom fis-settur turistiku. L-Assoċjazzjoni wissiet iżda kontra pożizzjonijiet li sejħet estremi għax qalet li dawn jiggarantixxu riżultati li ddeskrivithom bħala diżastrużi għall-pajjiż. L-MHRA qalet li l-virus għadu jdur mas-saqajn u l-pajjiż jeħtieġ li jibqa' japplika protokolli biex filwaqt li tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika, il-ħajja tibqa' għaddejja. | [
1,
16
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 6:13pm Qabel ma jibdew jinġabru n-nies fuq il-bajjiet, ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif ikunu diġà hemm biex jiġbru l-iskart li jkun tħalla lejliet, inaddfu, u din is-sena jiddiżinfettaw ukoll. Sa Ottubru, it-tindif isir kull filgħodu – f'ċerti bajjiet isir darbtejn u anke tliet darbiet kuljum. Id-Direttur tad-Diviżjoni, Ramon Deguara, qal li mis-sena li għaddiet sal-lum inġabru 'l fuq minn 535 tunnellata ta' skart mill-bajjiet kollha. Inġabret ukoll mal-2,840 tunnellata ta' alka. "Għandek tbattil tal-kontenituri tal-iskart, għandek it-tindif fuq ir-ramel ovvjament u ma nitkellmux biss fuq il-bajjiet ramlin – nitkellmu wkoll fuq il-bajjiet kollha madwar il-kosta li għandna madwar 52 bajja madwar il-pajjiż,' spjega s-Sur Deguara. Is-Sur Deguara nnota li din is-sena kien hemm żieda fil-kwantità ta' skart li qed jinġabar mill-mija u għaxar ħaddiem responsabbli mit-tindif tal-bajjiet. "Għandna dawn il-kumpaniji li jqassmu, jagħmlu deliveries tat-take away , u ovvjament qed naraw trend ġdida li fuq il-bajjiet tagħna qed naraw żieda drastika fl-iskart li jikkonċerna kontenituri tat-take away u affarijiet hekk." Żied jgħid li jekk din it-tendenza tippersisti, id-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif se tikkunsidra li sena oħra żżid il-kontenituri tal-iskart fuq il-bajjiet. Spjega li minħabba l-pandemija tal-coronavirus qed isir diżinfettazzjoni fuq il-bajjiet. "Għandna l-ħaddiema tagħna li jkunu qed jagħmlu diżinfettar ta' kontenituri tal-iskart fuq bajja bir-ramel, kif ukoll bajjiet fejn għandna l-blat, fejn għandna handrails, fejn għandna slielem – fejn għandna equipment ieħor prattikament kollha jiġu sanitized darbtejn – tlieta kuljum." Intant, din id-Diviżjoni hija responsabbli wkoll għal madwar 300 sellum li jitwaħħlu f'diversi nħawi mal-kosta biex jitjieb l-aċċess għall-baħar fejn hemm il-blat. Tieħu ħsieb ukoll tagħmir ieħor fuq il-bajjiet. Il-ħaddiema jiġbru wkoll ħut u annimali mejta li jinġarru bil-kurrenti għal fuq l-art. | [
4,
7
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 8:06pm Riċerkatriċi li wettqet studju estensiv dwar l-użu tal-karozzi tal-linja f'Malta sabet li minkejja li l-patrunaġġ żdied fl-aħħar snin, iż-żieda fil-passiġġieri kienet attribwita l-aktar għall-barranin li jgħixu Malta u turisti. Qalet li l-Maltin għadhom ikkakmati wisq mal-karozza u mhux faċli tipperswadihom jużaw il-karozzi tal-linja. Tliet snin ilu, Therese Bajada, lecturer u riċerkatriċi fl-Università ta' Malta ikkonkludiet studju f'livell ta' dottorat li evalwa l-impatt tar-riforma li saret fis-sajf tal-2011 fis-sistema tat-trasport pubbliku. Dr Bajada intervistat Maltin, barranin li jgħixu Malta, u turisti, biex tifhem kif jaħsbuha dwar is-servizz tal-karozzi tal-linja. "Flimkien mal-ħin kien hemm ukoll il-kwistjoni ta' nuqqas ta' informazzjoni tajba u f'waqtha u dik hija importanti ħafna jekk qed nitkellmu fuq l-użu ta' servizz," qalet ir-riċerkatriċi u lettur Therese Bajada. Mir-riċerka, Dr Bajada ikkonkludiet li ż-żieda fl-għadd ta' persuni li bdew jagħmlu użu mill-karozzi tal-linja kienet attribwita għaż-żieda fil-barranin li bdew jgħixu Malta, li qalet ħafna minnhom huma dipendenti fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. "Ma żdiedx minħabba li kien hemm xi modal shift minn Maltin li bdew jużaw il-karozzi tal-linja u waqfu jużaw karozza privata tagħom imma żieda fil-popolazzjoni u ż-żieda kienet għax kien hawn iżjed nies jaħdmu Malta minn barrra u m'għandhomx karozza u l-ammont ta' turisti li żdiedu matul is-snin," qalet Dr Bajada. Dr Bajada osservat li hemm rivalità bejn is-sewwieqa tal-karozzi privati u dawk li jsuqu l-karozzi tal-linja għall-ispazju fit-toroq. "Rivalità biex jużaw l-ispazju fit-triq, u l-użu tal-ispazju fit-triq għandu jkun hemm għal kulħadd, kemm dawk vulnerabbli, hemm minn jimxi u hemm min juża ir-rota u dawn qed jagħmlu kontribut għall-ambjent, u imbagħad fil-piramida, hemm il-karozza tal-linja u fl-aħħar il-karozza," qalet ir-riċerkatriċi u lettur Therese Bajada. Qalet li hemm bżonn kampanji edukattivi biex jipperswadu iżjed persuni jużaw il-mezzi tat-trasport pubbliku. Dr Bajada qalet li huwa kruċjali li l-ippjanar fis-sistemi ta' trasport pubbliku jsir fuq medda twila ta' snin u jkun hemm iżjed konsultazzjoni ma' dawk kollha involuti f'dan il-qasam u ma' min jagħmel użu mill-karozzi tal-linja. | [
4,
16
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 8:38am L-Istati Uniti rrapportaw kważi 60,000 każ ġdid ta' coronavirus il-bieraħ biex issa skont Johns Hopkins University hemm 4,620,444 każ tal-virus f'dan il-pajjiż. Minnhom irkupraw 1,461,885 u mietu 154,447. L-agħar sitwazzjoni tinsab fl-istat ta' California. Il-gvern tal-Istati Uniti qed jiffaċċja pressjoni kbira biex jikkonkludu ftehim ġdid li jsalva l-ekonomija mill-effetti tal-covid iżda hu rappurtat li għad hemm differenzi kbar bejn il-pożizzjoni tar-Repubblikani u d-Demokratiċi. S'issa madwar id-dinja ġew irreġistrati 17,851,975 każ ta' Covid-19. Skont is-sit Johns Hopkins, minnhom s'issa rkupraw 10,558,380 u mietu 685,071. Wara l-Istati Uniti li għandhom l-ogħla ammont ta' każi ta' coronavirus hemm il-Brażil b'total ta' 2,707,877. Minnhom s'issa rkupraw 2,037,982 u mietu 93,563. Fit-tielet post hemm l-Indja fejn il-każi ta' coronavirus laħqu 1,750,723. Minnhom s'issa rkupraw 1,145,629 u mietu 37,364. Ir-Russja hija r-raba' pajjiż fid-dinja li l-aktar għandu każijiet ta' Covid-19 b'total ta' 843,890 li minnhom irkupraw 645,316 u mietu 14,034. L-Afrika t'Isfel spiċċat il-ħames l-aktar pajjiż b'każijiet ta' coronavirus hekk kif inqabżu n-nofs miljun ruħ li ġew infettati għal total ta' 503,290 li minnhom irkupraw 342,461 u mietu 8,153. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 1:57pm L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar 'il barra mill-kosta ta' Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b'wiċċ il-ġid ikun ifisser li l-Istati Uniti għal darb' oħra għandhom mezz kif itellgħu n-nies fl-ispazju u jerġgħu jniżżluhom, wara li fl-2011 il-pajjiż kien irtira dawn ix-shuttles. Hurley u Behnken telqu lejn l-istazzjon spazjali fl-aħħar ta' Mejju permezz ta' Falcon-9 rocket, fuq missjoni kordinata min-NASA u mill-kumpanija SpaceX. In-NASA mhux se tibqa' tuża t-trasport tagħha għal mawriet fl-orbita terrestri baxxa, iżda minflok se tibda tixtri dan is-servizz minn terzi, bi SpaceX tkun l-ewwel kumpanija li offriet dan is-servizz. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 5:34pm Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f'Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar. Aktar minn 1,000 uffiċjal kienu qed jissorveljaw il-protesta li għaliha uffiċjali Ġermaniżi qalu li attendew mal-20,000 persuna. L-organizaturi ddikjaraw il-ġurnata tas-Sibt bħala jum il-ħelsien minn xhur ta' restrizzjonijiet kontra l-coronavirus – b'dimostranti jġorru kartelluni b'kitbiet kontra l-virus – li qalu huwa "false alarm". | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 5:25pm Rapport: Nigel Mifsud Ritratti: Kurja Inawgurat xogħol ġdid fl-irħam fuq il-presbiterju tal-knisja parrokkjali ta' Birżebbuġa, fosthom artal mejda li ġiet konsagrata mill-Arċisqof Charles Scicluna li qal li dan ir-rit mhux talba għal din il-parroċċa biss imma għall-pajjiż kollu biex nirritornaw lejn il-mejda fejn il-Mulej ibiddel il-frott tal-art u x-xogħol tal-bniedem fil-ġisem u d-demm ta' ibnu. L-Arċisqof Scicluna sellem b'mod speċjali lil nies vulnerabbli li issa ilhom xhur imċaħħda mill-Ewkaristija jew mill-fatt li jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa, sakemm mhux bil-mezzi tal-media. Għall-marmista Ronnie Pisani, il-pandemija COVID-19 fissret li ssakkar fil-ħanut tax-xogħol biex beda u lesta proġett li biddel il-presbiterju tal-parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen f'Birżebbuga. Fuq disinn tal-Perit Michael Sciberras, hu naqqax fl-irħam artal mejda, l-ambone minn fejn tixxandar il-kelma ta' Alla, u s-sedja fejn ipoġġi ċ-ċelebrant. "Tip ta' materjal – bianco di carrara u bianco di arrabescato. Sar fuq stil neo klassiku li jaqbel ħafna mal-istil tal-knisja," qal il-marmista Ronnie Pisani. Is-Sur Pisani qal li x-xogħol kollu sar bl-idejn, b'xebħ qawwi mal-artal maġġur li sar madwar 50 sena ilu. L-artal waħdu jiżen maż-żewġ tunnellati. Iben il-marmista, Aaron, li jgħin lill-missieru fix-xogħol tal-irħam, qal li dan il-proġett ippreżenta sfidi partikolari, mhux biss għax qajla seta joqgħod ħdejn missieru! "Ma stajtx insib għodda, ma stajtx insib ħwienet miftuħin," qal iben il-marmista Aaron Pisani. Il-Kappillan Dun Anton Galea Scannura qal li dan il-proġett kienu ilu fil-ħsieb tal-parroċċa li jsir. "Dan l-artal jgħinna niċċelebraw l-Ewkaristija b'mod iżjed dinjituż, aħjar u isbaħ," qal il-kappillan Dun Anton Galea Scannura. L-artal il-ġdid ġie konsagrat mill-Arċisqof Charles Scicluna lejlet il-festa ta' San Pietru fil-ktajjen. Skont ir-rit, l-artal ġie midluk biż-żejt u fih tqiegħdu relikwi ta' San Ġorġ Preca u l-Beati Nazju Falzon u Maria Adeodata Pisani. | [
4,
13
] |
Rapport: Andrea Rossitto Ritratti: Jonathan Bonnici, Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Illum, il-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen. Il-mimmi t'għajnejn bosta dilettanti tal-festa Birżebbuġin li x'aktarx li ma kellhomx sabar sakemm taslilhom il-ġimgħa tal-festa. Ħerqa, li sfaxxat għalkollox ġaladarba l-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa fl-aħħar jiem ħassar l-attivitajiet kollha tal-festa fl-isfond taż-żieda ta' każi ta' Covid-19. Aħjar uff milli aħħ. Lil hinn mill-briju u t-tiżjin li jagħti l-ħajja lit-toroq Birżebbuġin miżgħuda sa ruħ ommhom bin-nies għall-okkażjoni, il-festa ta' San Pietru f'Birżebbuġa tħaddan tradizzjoni mhux tas-soltu. Matul il-ġimgħa tal-festa, fil-fatt, l-istatwa titulari ta' San Pietru ssirilha demostrazzjoni bil-baħar unika fil-gżejjer Maltin. Mistoqsi kif nibtet din it-tradizzjoni, f'kummenti lil tvm.com.mt il-President tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, Alexander Caruana qal li meta l-istatwa ġiet indurata fl-1974 kienet twasslet Birżebbuġa fuq lanċa. Is-Sur Caruana spjega li dan il-ġest dakinhar donnu saħħar l-għajnejn ta' bosta Birżebbuġin tant li għaxar snin wara, qabel il-marċ tal-Ġimgħa, l-istatwa bdiet titniżżel il-bajja ta' San Ġorġ bil-għan li titwassal sal-Bajja s-Sabiħa fuq lanċa. Din is-sena, l-istatwa kellha titlaq mill-Port il-Kbir. Vjaġġ, li baqa' jsir kull sena u li jiġbed lejh bosta Birżebbuġin li matulu joħonqu t-traġitt tal-lanċa b'San Pietru fuqha bil-bċejjeċ tal-baħar tagħhom. Il-Ġimgħa li għadda, San Pietru u l-Birżebbuġin kellhom jibqgħu l-art, bit-tama li minn hawn u sena oħra jkunu jistgħu jgawdu mill-ġdid dawra lanċa fl-ibħra Maltin kif tmiss il-liġi. | [
2,
10,
14
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 7:52pm Jekk illum ħassejt ħafna sħana, normali għall-aħħar!. L-Uffiċċju Meteoroloġiku qal li l-ogħla temperatura kienet 37 grad celcius, u kienet tinħass daqs 40 grad. Iżda mhix f'Malta biss! Il-Malti jgħid li "Awwissu qatt ma ħamel lilu nnifsu", għax dan ix-xahar magħruf għas-sħana qawwija, umdità u xi kultant saħansitra xi maltempata tajba għall-għarrieda. S'issa ebda sinjali minn tal-aħħar, u t-temperaturi għoljin tal-aħħar jiem wasslu biex id-Direttorat għas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard iwissi lill-pubbliku jieħu ħsieb saħħtu. Id-direttorat qal li t-temperaturi għoljin jikkawżaw telf ta' ilma mill-ġisem b'rata mgħaġġla li jista' jwassal għal nixfa. Dan jista' jikkawża eżawriment jew strokes. Ħadd mhu eżenti minn dawn l-effetti iżda r-riskju hu ogħla fl-anzjani, trabi, tfal żgħar, nies b'kundizzjonijiet kroniċi u nies attivi fiżikament. Id-direttorat għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jirrakkomanda li wieħed ma jesponix ruħu għax-xemx bejn il-ħdax ta' filgħodu u l-erba' ta' waranofsinhar u jekk meħtieġ hu suġġerit li wieħed jimxi fid-dell, jagħmel krema protettiva u jilbes kappell. Ġie suġġerit li toqgħod fil-partijiet friski tad-dar jew il-post tax-xogħol, u tagħlaq il-purtieri tal-kmamar li jiffaċċjaw ix-xemx. Pariri oħra huma biex tixrob l-ilma regolarment, tevita likwidi li jwasslu għal nixfa u tilbes ħwejjeġ ħfief. Is-sħana qawwija mhix taffettwa biss lill-gżejjer Maltin. Diversi pajjiżi Ewropej bħal Ġermanja, Spanja, Italja u Franza għaddejjin minn dik li qed tissejjaħ bħala mini-heatwave bil-kundizzjonijiet iggravati minħabba l-ilbies tal-maskri biex jipprevjenu l-firxa tal-Covid-19. Fl-Italja, it-temperaturi għolja f'Sardinja u fir-reġjun ta' Abbruzzo wasslu biex nirien jinfirxu b'rata mgħaġġla hekk kif il-mewġa ta' sħana wasslet biex it-temperaturi jitilgħu għall-kważi erbgħin grad celsuis. Il-Ġermanja wkoll qed tifaċċja temperaturi għolja qrib l-erbgħin grad celsuis filwaqt li bħall-pajjiżi l-oħra qed tissielet wkoll żieda fil-każi ta' infezzjonijiet tal-Covid. Esperti metereoloġiċi qalu li l-mewġa tas-sħana kienet ikkaġunata minn arja sħuna mill-Afrika u mistennija tbatti ftit mill-bidu ta' din il-ġimgħa. | [
4,
16
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 4:01pm Il-koppja Abela rrakkontaw ma' TVM kif dal-lejl qamu maħsuda meta ċeda parti mis-saqaf fid-dar fejn jgħixu fl-Isla, bil-kamra tas-sodda tispiċċa mimlija tifrik. Is-saqaf tad-dar, li jikru mingħand l-Awtorità tad-Djar, ċeda għall-ħabta tal-10.00pm meta Martin Abela u martu Carmen Abela kienu daħlu jorqdu. Carmen Abela qalet kif spiċċat b'madwar 20 punt f'rasha u b'uġigħ kbir, waqt li Martin ukoll għandu l-punti fi driegħu u weġġa' wkoll spalltu wara widintu. Il-koppja Abela jgħidu li xi żmien ilu beda dieħel l-ilma u rrovinalhom l-għamara, u wara li għamlu rapport kien intbagħat perit fuq il-post, iżda minn dak iż-żmien jgħidu li ma semgħu xejn iktar. Stephen Bonello, li huwa l-kuġin ta' Carmen u jgħix fis-sular ta' fuqha, jgħid li dak il-ħin kien fil-veranda u semgħu ħoss kbir. Huwa wkoll għandu problema għax ma jistax jidħol fil-kamra tal-banju, li tinsab fuq in-naħa ta' wara tal-binja. Sadanittant, is-Sur Bonello faħħar l-intervent immedjat tat-tim mediku minn Mater Dei u l-Pulizija li qal waslu fuq il-post mill-ewwel u ħadmu ħafna. Koppja tweġġa' gravi wara li ċeda parti mis-saqaf tad-dar fl-Isla | [
4
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 9:04am L-istat ta' Victoria fl-Awstralja ddikjara stat ta' diżastru u mpona miżuri ġodda ta' lockdown wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda ta' coronavirus. Il-Premier ta' Victoria, Daniel Andrews qal li r-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-Ħadd fis-6 p.m. Bil-miżuri l-ġodda, ir-residenti tal-kapitali ta' Victoria, Melbourne mhux se jkunu jistgħu joħorġu minn djarhom bilejl u se jingħataw inqas raġunijiet biex joħroġu minn djarhom matul il-ġurnata. Ir-residenti mhux se jitħallew jivjaġġaw aktar minn 5 kilometri minn djarhom, jistgħu jagħmlu eżerċizzju fiżiku darba biss f'ġurnata u persuna waħedha se titħalla tmur tixtri affarijiet essenzjali. Sa ftit ġimgħat ilu, l-Awstralja kien qed jirnexxielha tikkontrolla l-imxija u kienet irreġistrat mas-17,000 każ u 200 mewt. Iżda l-każijiet ġodda fl-istat ta' Victoria, l-aktar stat popolat fl-Awstralja, qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla u kien għalhekk li reġġgħu ġew imposti miżuri ta' lockdown. Il-Ħadd kienu rrapportati 671 każ ġdid u seba' mwiet mill-Covid-19 f'Victoria. Dan żied it-total ta' infezzjonijiet f'dan l-istat għal 11,557 u 123 mewt. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 4:04pm Żewġ irġiel ammettew fil-Qorti li żammew arma bla liċenzja u li kkomplottaw bil-ħsieb li jwettqu delitt. TVM infurmat li l-każ huwa marbut mal- qtil ta' nhar l-Erbgħa fil-limiti taż-Żurrieq. Erbat ijiem ilu Saviour Gaffarena ta' 27 sena nqatel b'tiri t'arma tan-nar, waqt li kuġinuh ta' 17-il sena safa ferut gravi. Żewġ żgħażagħ oħra; Leon Debono u Owen Schembri ta' 18-il sena, jinsabu akkużati bil-qtil. L-irġiel, Miguel Gaffarena ta' 30 sena mill-Imqabba, li huwa ħu l-vittma, u Joseph Polidano ta' 63 sena minn Ħal Kirkop, tard ilbieraħ ġew akkużati li waqt li kienu fl-Imqabba jew fi bnadi oħra f'Malta, nhar l-1 t'Awwissu u fil-ġranet ta' qabel, żammew f'xi fond jew kellhom fil-pussess tagħhom arma tan-nar mingħajr liċenzja. Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras huma ġew akkużati wkoll b'assoċjazzjoni bil-għan li jagħmlu delitt f'Malta li għalih hemm il-piena ta' priġunerija. TVM infurmat li Gaffarena tressaq b'arrest minħabba l-istat psikoloġiku li kien fih wara l-qtil ta' ħuh, fejn kienu membri tal-familja stess li rrapputaw mal-pulizija li huma mħassba dwar l-intenzjonijiet tiegħu. Iż-żewġ irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi, b' Gaffarena jiġi kkundannat disa' xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xhar u jitqiegħed taħt ordni ta' probation għal sena, filwaqt li Polidano kien ikkundannat iħallas multa ta' €800. Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Anzjan Melvyn Camilleri. AĠĠORNAT: Saviour Gaffarena jinqatel b'tiri t'arma tan-nar, kuġinuh ferut – 4 persuni arrestati AĠĠORNAT: Is-suspettati fil-qtil taż-Żurrieq jinżammu arrestati | [
0,
4
] |
Imtella' Awwissu 2, 2020 - Aġġornata 2 Ta' Awwissu, 2020 1:14pm Żewġ żgħażagħ Tuneżini ta' 15 u 17-il sena ammettew li ppruvaw jaħarbu lejn l-Italja b'passporti foloz. L-ispettur Hubert Gerada spjega lill-Maġistrat Charmaine Galea li dalgħodu ż-żgħażagħ pruvaw jaqbdu l-katamaran għal Sqallija b'passaporti Taljani foloz. Wieħed minnhom qal lill-pulizija li ried imur l-Italja biex imur it-Tuneżija. Iż-żgħażagħ huma immigranti li waslu Malta f'Awwissu li għadda u li kienu qed jgħixu f'Dar il-Liedna, il-Fgura. L-Ispettur qal li huma qalu lill-pulizija jaħdmu ma' Sudaniż li ilhom ma jaraw u taw informazzjoni fqira lill-pulizija. Skont huma ħallsu bejn €500 u €600 lil dan is-Sudaniż għall-passaport. Assistiti mill-avukat tal-għajnuna legali – Dr Simon Micallef Stafrace, iż-żgħażagħ ammettew l-akkużi kontrihom. Fid-dawl li huma taħt l-età huma weħlu 30 ġurnata ħabs kull wieħed. | [
0,
4
] |
F'postijiet bħal ħwienet u fuq tal-linja għandna l-obbligu nilbsu l-maskri biex nipproteġġu lil ħaddieħor mill-COVID-19. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, missirijietna wkoll kellhom jilbsu l-maskri, dakinhar kontra l-biża' ta' xi attakk bl-użu ta' gass. U jekk il-maskri tal-lum huma magħmula minn materjal ħafif – dari kienet storja oħra. Fid-daħla tal-Mużew ta' Malta fil-Gwerra fil-Birgu, infetħet tieqa fuq l-istorja – bl-ewwel wirja hija dwar il-maskri tal-gass fi żmien il-gwerra. Iċ-chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia qal li 75 sena ilu, missirijietna kienu mitluba li jġorru dawn il-maskri magħhom u li kien hemm multi għal min ma jilbishomx. "Dawn huma maskri tal-gass, ħafna minnhom ċivili, tista' tgħid 95% huma ċivili jiġifieri kienu jilbsuhom in-nies komuni mhux in-nies militari u ġejjin minn ħafna pajjiżi differenti. Hawnhekk għandek xi 25 pajjiż differenti," qal iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia. Għall-wiri wkoll maskri li kienu jintlibsu f'Malta, magħmula l-Ingilterra. Is-Sur Farrugia qal li minkejja li Malta qatt ma ġiet attakkata bil-gass, il-Maltin kienu fost tal-ewwel fl-Imperu Ingliż li kienu ħarġulhom il-maskri tal-gass fl-1935 meta kien hemm il-Gwerra tal-Abbissinja. "Kien hemm biża' li t-Taljani se jużaw il-gass kontra Malta anke jekk ma kienx hemm dikjarazzjoni ta' gwerra, jiġiferi l-Maltin kienu fuq quddiem nett nett li esperjenzaw l-antipatija biex ngħid hekk li inti tilbes maskra tal-gass għax il-maskra tal-gass ma kienetx xi ħaġa pjaċevoli ħafna li tilbisha," is-Sur Farrugia. Il-maskri tal-gass kienu magħmula mil-lastiku u kienu jissiġġillaw mal-wiċċ kontra dħul ta' gass mill-imnifsejn jew il-ħalq. "Għandna materjal li huwa rari pereżempju hawnhekk għandna maskra ta' trabi Amerikana li hija rarissima li fil-fatt talbuhielna miżew Amerikan meta sau jafu li għandna waħda minnhom," kompla ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Is-Sur Farrugia qal li "Tieqa fuq l-Istorja" hu kunċett ġdid ispirat mis-sitwazzjoni li qed ngħixuha fiha fejn trid tinżamm id-distanza soċjali. Qal li l-pubbliku xorta waħda jista' jitgħallem dwar l-istorja mingħajr ma jkollu għal xiex jidħol fil-mużew. Dan il-proġett sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Fondazzjoni Kottonera. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Glenn Bedingfield qal li minn hawn u ftit ġimgħat oħra, il-Fondazzjoni Kottonera se toħroġ sejħa għall-għaqdiet mhux governattivi mill-Kottonera biex tgħinhom fil-proġetti u inizjattivi tagħhom. Din il-wirja tagħlaq fl-aħħar t'Ottubru li ġej meta t-tieqa tinfetaħ fuq aspett ieħor tal-istorja. | [
2,
12
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 8:13pm Il-Prim Ministru Robert Abela appella għal kompromess u biex jiġu evitati l-estremitajiet ħalli la l-ekonomija u lanqas is-saħħa ma jispiċċaw għarkupptejhom. F'laqgħa mal-imsieħba soċjali, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Dr Abela rrikonoxxa li fl-aħħar jiem il-pajjiż irreġistra għadd ta' każijiet ġodda ta' coronavirus iżda qal li wieħed irid iżomm f'moħħu li nfetaħ l-ajruport u li r-rata ta' każi b'sintomi gravi hija waħda baxxa ħafna. Dr Abela qal li l-Gvern sema t-tħassib tal-Assoċjazzjoni Medika dwar l-attivitajiet tal-massa. Qal li l-erba' parties internazzjonali li kienu se jsiru f'Malta dawn ix-xahrejn u li tħassru, kienu se jiġġeneraw €25 miljun fl-ekonomija. Il-Prim Ministru qal li l-attivitajiet il-kbar tal-massa mhux se jsiru u fakkar li ġew ippubblikati r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa inkluż il-multi sa €3,000 li wieħed jista' jeħel jekk jinqabad jikser ir-regolamenti. Dr Abela semma s-saltna tad-dritt fost id-diversi sfidi li kellu quddiemu l-pajjiż u qal li wasalna għal soluzzjonijiet fosthom bi ftehim mal-Oppożizzjoni. Esprima x-xewqa li jkun hemm ftehim mal-imsieħba soċjali dwar kif il-pajjiż se jimxi 'l quddiem abbażi ta' żewġ prinċipji: li nipproteġu l-ħajjiet u l-għajxien tan-nies. Dr Abela rringrazzja lit-tobba u lill-infermiera li qal bis-sehem tagħhom il-pajjiż irreġistra suċċess fl-isfida tal-imxija tal-Covid-19. Saħaq li l-prijorità tibqa' s-saħħa u l-ekonomija li qal għandhom jikkumplimentaw lil xulxin. Segwi hawn l-aġġornament minn Kastilja fit-8.00pm: | [
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 4:08pm L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta' sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew iffalsifikat. Il-produzzjoni tal-karta tal-identità l-ġdida waslet fl-aħħar fażi. Waqt żjara fl-impjant fejn qed issir il-produzzjoni tal-karta tal-identità l-ġdida, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Alex Muscat, qal din il-ħidma hi turija li Identity Malta tieħu bis-serjetà s-sigurtà tal-identità tal-individwu. Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija, Anton Sevasta, qal li l-karta tal-identità l-ġdida mhux se titqassam f'daqqa mal-pajjiż kollu iżda se tinħareġ għall-persuni li japplikaw għal karta ġdida tal-identità jew biex ibiddlu dan id-dokument uffiċjali. | [
1,
5,
8
] |
Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta' tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja 'The Meeting Place' fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post fejn jimirħu mingħajr perikli. Is-Sinjura Muscat qalet li l-ispazju se jkun limitat għal 3 familji biex jiġu osservati r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-Covid-19. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tat-Tfal bl-Awtiżmu, Omar Farrugia, qal li din l-inizjattiva se tinżel għasel mal-ġenituri li m'għandhomx spazji miftuħin f'darhom għal uliedhom bl-awtiżmu. L-ispazju se jinfetaħ għal dawn il-familji 3 darbiet fil-ġimgħa. | [
1,
5,
8,
16
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 8:33pm Tarbija f'Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta' jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat waqt li martu ddaħħlet fis-sala biex tibda l-ħlas. Il-professjonisti tas-saħħa komplew jaħdmu fuq il-ħlas fil-kaos li nqala' wara, fejn fost oħrajn kellhom iwelldu lit-tarbija mingħajr dawl. Il-missier qal li ibnu George twieled qawwi u sħiħ, u li ma jafx kif qatt jista' jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa. Qal li ma jistax jemmen li hu u familtu għadhom ħajjin. ARA: Il-President ta' Franza l-ewwel kap ta' stat li żar il-Libanu wara l-isplużjoni | [
10
] |
F'Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira min-naħa tal-Gvern u b'kawża t'hekk mietu 137 persuna u 5,000 oħra ndarbu. Għexieren ta' nies għadhom rappurtati nieqsa. Matul il-protesta, il-forzi tas-sigurta' tal-Libanu użaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu l-folla. | [
10
] |
Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta' coronavirus u nisslu biża' li din tista' tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F'24 siegħa, Franza rreġistrat 1,695 każ ġdid – l-ogħla ammont f'aktar minn xahrejn u b'hekk l-ammont totali ta' każijiet f'dan il-pajjiż tela' għal 228,576. Spanja rreġistrat 1,772 infezzjoni ġdida f'perjodu ta' 24 siegħa u dan għolla l-ammont ta' każijiet għal 305,767. Sadattant fil-Greċja ġew irreġistrati 124 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa u dan għolla l-ammont totali ta' każijiet f'dan il-pajjiż għal 4,973. Il-każijiet ġodda ta' Covid-19 f'diversi pajjiżi reġgħu bdew jiżdiedu wara li l-pajjiżi bdew jillaxkaw ir-restrizzjonijiet li kienu għarrqu l-ekonomija globali. Iżda hekk kif il-gvernijiet qed jippruvaw idawwru r-rota ekonomika wara l-istaġnar li ġabet magħha l-pandemija, il-miżuri ta' prekawzjoni bħaż-żamma tad-distanza soċjali, qed ikunu aktar diffiċli biex jiġu nfurzati. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 8:40pm Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b'xogħlijiet ta' arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f'din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta' restawr fuq il-pitturi tal-Calì fil-koppla ta' din il-knisja, li partijiet kbar minnha kienu f'riskju li jintilfu darba għal dejjem minħabba ħsara li ġarrbet mal-medda taż-żmien. Issa l-koppla tal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt reġgħet inkixfet hekk kif tlesta x-xogħol. Ir-restawratriċi Agatha Grima, li kienet responsabbli mir-restawr qalet li l-ilma tax-xita, li kien jidħol mill-koppla, għamel ħafna ħsara fil-pittura, li kienet ġiet inawgurata f'Jannar tal-1898. Spjegat kif maż-żmien iż-żebgħa bdiet tinqala' minn mal-ġebla. "Dawn huma kollha problemi ta' melħ li jikkristalizza kemm bejn is-sapport u ż-żebgħa u anke fil-wiċċ taż-żebgħa litteralment tbajja' sħaħ bojod ta' melħ." Kien hemm ukoll ammont ta' nugrufun li weħel mal-pittura. Ir-restawratriċi Grima rrimarkat li xi ħsara kienet ikkawżata wkoll mill-uniku rtokk li qatt sar fuq il-pittura – fis-snin tletin minn iben Calì nnifsu – Ramiro Raffaele. "Il-problema f'dan il-fażi kienet li Ramiro being an artist hu ma kienx restawratur u għaldaqstant ir-restawr dak iż-żmien ma kienx xjentifiku kif nagħmlu aħna llum." Ix-xogħol ta' restawr fl-aħħar sena u nofs kien wieħed metikoluż u involva fażi twila ta' konsolidament, li matulha r-restawraturi waħħlu l-partijiet kollha li kienu bdew jinqalgħu. Wara tneħħew legi ta' ħmieġ, verniċ antik u tneħħiet ukoll iż-żebgħa żejda li kienet qed taħbi dik oriġinali ta' Calì. "Kien hemm partijiet fejn litteralment l-oriġinal kienu mitlufa u kellna biss id-disinn ta' Ramiro għaldaqstant kellna nżommuhom għal referenza. Kulma għamilna biss tellajna t-tonalitajiet biex jaqblu ma' dak li kien ikun dak ippreżenta l-materjal oriġinali nnifsu. L-integrazzjoni dejjem saret b'rispett kbir lejn l-oriġinali." Il-Kappillan Patri Michael Camilleri rrimarka li l-artist Giuseppe Calì għandu rabta mal-parroċċa ta' Sidtna Marija ta' Porto Salvo u San Duminku billi hu tgħammed, iżewweġ u għammed lil uliedu hemmhekk. Fi kliemu x-xogħol fuq il-koppla jinkuruna x-xogħol ta' restawr li qed isir fil-Knisja. "Fiċ-ċentru għandha tmien flieli – fiċ-ċentru hemm l-ispirtu s-santu fil-forma ta' ħamiema kif jgħidilna l-Evanġelju u s-seba' doni tal-ispirtu s-santu – wieħed wieħed." Il-Kappillan qal li fil-parti fejn hemm id-don tal-għerf hemm ktieb bl-iskrizzjoni li tfakkar is-sittin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali ta' Papa Ljun tlettax li kien jagħmel insistenza fuq l-Ispirtu s-Santu li fuqu kiteb żewġ enċikliċi. | [
1,
2,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 8:27pm L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta' din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta' bram jidħol qabel beda l-istagun tal-għawm fil-gżejjer Maltin. Il-Professur Alan Deidun li jmexxi l-kampanja "Spot The Jellyfish" qal li bis-saħħa ta' iżjed minn 3,000 rapport li saru mill-pubbliku, setgħet tinbena stampa aħjar tal-bram li hawn fil-gżejjer Maltin. Dawk li jħobbu l-għawm setgħu josservaw li l-kwantitajiet ta' bram din is-sena huma iżgħar mqabbla mas-snin imgħoddija, l-iżjed ma' sentejn ilu. Il-Professur fl-Università ta' Malta li jmexxi l-kampanja "Spot the Jellyfish" qal li r-raġuni għal dan il-fenomenu hi li Jannar u Frar kienu kkarratterizzati minn temp sajfi u dan wassal biex il-qatgħat ta' bram daħlu iżjed kmieni fl-ibħra Maltin. "Għax il baħar saħan ħafna din is-sena, il-qassata dik li ngħidulha il-fried egg jellyfish jew tal-lampuki għax tidher fi żmien il-lampuki li se jibda l-ġimgħġa d-dieħla, dehret ġimagħtejn jiġifieri fl-aħħar ta' Lulju tliet ġimgħat qabel, dehret fil-fliegu," qal il-Professur Deidun. Il-Professur Deidun qal li hemm madwar 12-il speċi ta' bram li huma iżjed komuni fil-gżejjer Maltin. Spjega li l-bram għandhom it-terrirtorju tagħhom, b'kull speċi ta' brama jkollha l-post preferut tagħha fejn issorġi u tirriproduċi. "Is-cigar jellyfish, tidher biss f żewġ postijiet kull sena l-Għadira u San Tumas u hemm raġuni, għax din għandha bżonn l-algae. Il-box jelly fish fil-yacht marina, għax jirriproduċu fil- konkos, jetties u wharfs.Is-cigar jelly fish luckily ma tantx tniggeż, din tkun l-Għadira u hija trasparenti u tagħrafha mis-salib l-aħmar. Hemm il-jellyfish, l-qlugh ġejja mill-atlantiku, tidher fil-bajjiet kollha fil-punent ta' Malta allura narawha Fomm ir-Riħ, il-Ġnejna, ix-Xlendi, id-Dwejra, Popeye Village u anki l-qassata, ġejja mill-Punent u allura l-ewwel li dehret fil-fliegu u ftit ftit taqleb fuq in-naħa tal-Lvant u Grigal ta' Malta," spjega l-biologu marittimu l-Professur Alan Deidun. Il-Professur Deidun qal li l-brama hija speċi antika ħafna parti mill-familja li tagħmel parti minnha wkoll il-qroll li saħansitra toriġina minn qabel id-dinosawri, minn 700 miljun sena ilu u l-użu tagħha qed ikun riċerkat minħabba l-versatilità tagħha, mill-użu ta' bram bħala ikel għal raġunijiet kożmetiċi. "Jintużaw għal pilloli kontra l-infjamazzjoni u collagen, anki fil-kożmetika jintuża l-collagen, u dawn qed inġibuh mill-iskart u l-jellyfish li hija 96 ilma u li jifdal huwa pure protein," spjega l-Professur Deidun. Il-Professur Deidun qal li fl-għaxar snin li ilha varata il-kampanja "Spot the Jellyfish" saru eluf ta' rapporti dwar il-bram fil-gżejjer Maltin min-nies li jkunu qed jgħumu, jistadu, jgħoddsu jew waqt li jkunu fuq id-dgħajjes tagħhom. Qal li iżjed minn tliet elef rapport kienu verifikati u bis-saħħa tagħhom setgħat tinbena stampa tal-bram li hawn fil-gżejjer Maltin. Il-professur Deidun qal li l-Università qed tiżviluppa app li b'sempliċi ritratt għandha l-kapaċita li tidentifika l-ispeċi ta' brama b'rata ta' 95 fil-mija korrettezza. | [
1,
5,
7,
8
] |
Raġel ta' 24 sena mill-Għarb u Maċedonjan ta' 31 sena tressqu quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana mixlijin li kkaġunaw ġrieħi gravi lil raġel ta' 49 sena mix-Xagħra. Il-każ imur lura għat-2 t' Awwissu 2020, għall-ħabta tas-sagħtejn ta' filgħodu, fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq numru ta' garanziji u huma marbuta li jiffirmaw fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 3:00pm Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa' tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta' Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq TVM, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta' Facebook Television Malta . Fil-bidu tal-pandemija l-aġġornament minn Prof Gauci kien isir kuljum, iżda meta l-każijiet bdew jonqsu sostanzjalment dan tnaqqas għal tliet darbiet f'ġimgħa, sakemm twaqqaf għal kollox fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju. Matul l-aħħar xahrejn id-dettalji ta' każijiet ġodda baqgħu jingħataw xorta waħda kuljum permezz ta' figuri ppubblikati fuq il-midja soċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa. | [
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 7:52pm Il-Knisja f'Malta qed tistma li minħabba l-pandemija tal-Covid-19, jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma mistennija tagħlaq din is-sena finanzjarja b'telf li jista' jlaħħq it-€8 miljun. L-istima ngħatat mis-Segretarju Amminsitrattiv tal-Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, meta ppreżenta r-rendikont finanzjarju għas-sena l-oħra li fih il-knisja rreġistrat surplus ta'€3,500,000. Qal li s-surplus tas-sena l-oħra diġà mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-isfidi finanzjarji li ġabet il-pandemija u l-knisja kellha tirrikorri għal flus imġemmgħin fil-passat. Il-Knisja f'Malta ppubblikat ir-rendikont finanzjarju għas-sena li għaddiet. L-Arċidjoċesi li tiġbor fiha aktar minn 100 entità u timpjega aktar minn 1,300 persuna rreġistrat bilanċ ta' €3.5 miljun, imqabbel ma' żbilanċ ta' €137,000 is-sena ta' qabel. Ir-rendikont juri li dan ir-riżultat hu dovut l-aktar għal dħul ta' darba ta' €2.4 miljun f'ishma li rċevew b'donazzjoni d-Dar tal-Providenza u l-Caritas. Ir-riżultati finanzjarji għas-sena li għaddiet juru li l-Arċidjoċesi kellha żieda fid-dħul ta' kważi €6 miljuni dovuti l-aktar għal żieda fil-qligħ kapitali fuq l-investimenti u żieda fid-dividend mill-Bank APS. Ġew reġistrati wkoll żidiet fid-dħul minn wirjiet u minn fondi pubbliċi fosthom fondi għal proġetti b'ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Mill-banda l-oħra, in-nefqa żdiedet b'€4.8 miljuni fosthom f'pagi u spejjeż tal-operat. Ir-rendikont juri wkoll li n-nefqa f'xogħol ta' manutenzjoni, restawr u konservazzjoni żdiedet b'47%. L-Arċidjoċesi ħallset miljun u kważi 400,000 f'taxxa. Din l-istampa pożittiva iżda mhix mistennija tirrepeti ruħha din is-sena, bis-Segretarju Amministrattiv tal-Knisja f'Malta, Michael Pace Ross, jgħid li kawża tal-pandemija tal-Covid-19 hemm pressjonijet kbar fuq il-finanzi tal-Knisja u appella għad-donazzjonijiet mingħand il-pubbliku biex il-knisja tkun tista' ssostni l-ħidma li twettaq b'mod partikulari fil-pastorali u oqsma soċjali. "Id-dħul kollu li kien hemm mill-Arċidjoċesi s-sena l-oħra ġie kollu wiped out mill-COVID-19 u pjuttost kellna nirrikorru għal surpluses tal-passat. Li qegħdin naħsbu li din is-sena xorta waħda m'aħniex se nnaqqsu mis-servizz pastorali tagħna u mill-missjoni tagħna anzi pjuttost qegħdin inżidu, l-infieq se jibqa' għaddej, pero naturalment qegħdin nipproġettaw li jkollna dħul sostanzjali anqas minħabba l-pandemija," qal is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi, Michael Pace Ross. Semma bħala eżempji tnaqqis mid-dividend tal-bank APS minħabba rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tnaqqis fil-ġbir billi kien hemm tliet xhur mingħajr quddies fil-knejjes u l-attendenza issa għadha baxxa, u anqas donazzjonijiet lil entitajiet bħad-Dar tal-Providenza u s-Seminarju. Spjega li fl-istess waqt il-knisja kellha żżid is-sussidju lill-entitajiet tagħha u żiedet l-għajnuna lil individwi u familji fil-bżonn. Is-Sur Pace Ross għaraf għajnuna li ngħatat mill-gvern u faħħar lill-ħaddiema tal-Kurja u tat-tribunal li fiċ-ċirkustanzi qablu li jipposponu d-dħul fis-seħħ ta' ftehim kollettiv ġdid. Mistoqsi minn Television Malta għandux stima dwar din is-sena finanzjarja, Michael Pace Ross qal li bix-xejriet ta' bħalissa jistma li t-telf sal-aħħar tas-sena se jkun fil-livell ta' bejn €6m u €8m. Donazzjonijiet b'risq il-ħidma tal-Arcidjocesi ta' Malta jistgħu jsiru hawn: knisja.mt/donazzjonijiet | [
1,
5,
8,
13
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 8:07pm Fil-Qorti bdiet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta' Leon Debono u Owen Schembri, it-tnejn ta' 18-il sena minn Ħal Kirkop mixlija bil-qtil ta' Saviour Gaffarena u l-attentat ta' qtil ta' kuġinuh Vincent Gaffarena fid-29 ta' Lulju 2020. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. Il-kumpilazzjoni damet kważi siegħa ma bdiet minħabba li d-difiża lmentat li l-awla (25) fejn kienet se tinstema kienet żgħira wisq għan-numru ta' persuni preżenti. Il-Maġistrat Nadine Lia talbet lid-difiża tagħmel talba formali lill-amministrazzjoni tal-Qorti u wara sospensjoni ta' ftit minuti, ġie deċiż li l-kumpilazzjoni tinstema' ferm ikbar fis-sular t'isfel (Awla 9). Jixhed l-Ispettur Kurt Zahra L-Ispettur Kurt Zahra xehed li dak inhar għal ħabta ta' 23.45 irċieva telefonata mill-Ispettur Keith Arnaud li x'aktarx x'imkien fl-Imqabba kienet ghadha kif seħħet sparatura u kien hemm xi ħadd mejjet. Qal li għaddewh ma' pulizija li kienet xogħol hemmhekk u ġie nfurmat li kienet għaddejja attività tal-logħob tan-nar. Qalulu wkoll li waqqfet karozza mal-barrikati u fiha kien hemm persuna mimlija demm bi ġrieħi kompatibbli ma' sparatura. Żied li hu wasal fuq il-post fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija f'temp ta' kwarta. Qal li l-Imqabba kienet magħluq u kien hemm ambulanza. Il-karozza kienet Renalut Megane griża u fuq in-naħa tal-mudguard tax-xellug kien hemm fanal imkisser. Fuq in-naħa tax-xufier kien hemm persuna midruba li beda jitkellem mat-tim mediku. Żied li meta dar mal-karozza, fuq in-naħa tax-xufier kien hemm persuna mal-art bid-demm li kien qed jiġi assistit iżda ma kienx qed jirrispondi. Qal li għamlulu CPR iżda t-Tabib Michael Spiteri infurmah ftit wara li kien mejjet. L-Ispettur Zahra qal li beda jiġbor l-ewwel informazzjoni fosthom mingħand pulizija li għaddhielu karta li fuqha kien hemm l-ismijiet ta' Owen Schembri u Leon Debono kif ukoll ta' Carmel ta' Susella li jiġi missier Leon Debono. Żied li identifikaw iż-żewġ vittimi u ġie nfurmat li l-ferut informa lill-pulizija li l-isparatura kienet seħħet f'Ħal Millieri u hu kien saq lejn l-Imqabba għall-għajnuna. Xehed li ta struzzjonijiet għal rondi f'Ħal Millieri u meta marru lura lejn l-Imqabba bdew jippjanaw biex jarrestaw liż-żewġ persuni. Qal li waqt ronda f'Ħal Kirkop għall-ħabta tal-3 a.m. qrib l-iskola innotaw minuri liebes kollox iswed jiġri. Kompla jixhed li meta kellmuh, irriżulta li kien jaf b'li ġara u li kellu kuntatt ma' Owen Schembri. Qal li għalhekk żammewh għal aktar stħarriġ. Kompla jgħid li wara marru jarrestaw lil Owen Schembri fir-residenza tiegħu u minn hemm ġabru xi ħwejjeġ li setgħu ntużaw fl-isparatura. Żied li l-għada żaru x-xeni tar-reat għal xi filmati tas-sigurtà. Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Zahra qal li Vince Gafferena kien ġie f'tiegħu u setgħu ikellmuh. Qallhom li hu kien għadda għal Owen u Leon u kuġinuh u marru dawra bil-karozza. Spjegalhom li hu kien qed isuq u ħdejh quddiem kien Leon filwaqt li fuq is-seat ta' wara kien hemm Saviour u Owen. Qalilhom li meta marru dawra Ħal Millieri, Owen beda juri arma lil Saviour u lil Vince u nqala argument bejniethom li ma jiftakarx fuq xiex. Qal li Vince allega li waqt li l-erbgħa li huma kienu flimkien, iż-żewġ akkużati għal xi raġuni fixkluh u mbagħad kien Leon li b'din l-arma spara tir f'wiċċ Vince u ieħor f'sidru. Qalilhom ukoll li dak il-ħin Vince ħarab jiġri u meta mar lura fil-karozza ra lil Saviour mixħut fis-seat ta' wara mimli demm. Fil-Qorti ntqal ukoll li kien Vince Gaffarena li ċempel lill-akkużati biex imorru dawra miegħu bil-karozza u f'waqt minnhom hu u kuġinuh waqfu biex x'aktarx jieħdu d-droga. Intqal li Vince Gaffarena kellu mus waqt li fil-basket ta' kuġinuh Saviour Gaffarena nstabet pistola mhux ikkargata. Fil-karozza taħt is-seat tax-xufier, Il-Pulizija sabet ukoll lembuba. Jixhed iż-żagħżugħ ta' 17-il sena Xhud ta' 17-il sena li fl-aħħar ġimgħat kien ikun ma' Vince Gaffarena u ż-żewġ akkużati, irrakkonta li fil-lejl tad-delitt mar jiġri miż-Żurrieq sad-dar ta' Owen Schembri f'Ħal Kirkop u hemm ra lil Owen u Leon mifxulin iħarsu mit-twieqi. Xehed li mar għand Owen wara li ra live feed fuq Facebook u għaraf il-karozza ta' sieħbu u ċempillu. Spjega li l-ewwel ra l-arma fuq is-sodda ta' Owen u wara mar ineħħiha minn parapett ta' dar privata ftit metri bogħod. Qal li huwa żarma l-arma fi tliet partijiet u tefgħahom f'għalqa fil-qrib fosthom f'tank tal-ilma u fil-bajtar tax-xewk. Mistoqsi kif kien tgħallem iżarma l-pistola, ix-xhud wieġeb li mill-logħob tal-playstation. It-tliet partijiet tal-arma instabu mill-Pulizija. L-istess xhud qal li ġimgħatejn qabel l-isparatura huwa kien mar ma' Leon Debono u Owen Schembri f'għalqa abbandunata u hemmhekk beda jarahom jippruvaw l-arma billi sparaw fuq il-ġebel. Stqarr li ż-żewġ akkużati qatt ma qalulu jekk kienux huma li sparaw lill-kuġini Gaffarena. Tixhed il-kunstistabbli li Vince Gaffarena talabha karta u biro Il-kuntistabbli Sherona Buhagiar xehdet li fid-29 ta' Lulju 2020 hija kienet extra duty għall-featival tan-nar fl-Imqabba. Xehdet li għal ħabta tal-23.25 innutaw Pulizija ftit metri bogħod li kienet waqfet vettura ħdejh b'xufier mimli demm. Qalet li meta ressqet lejn il-vettura lemħet raġel fuq wara mitluf minn sensih b'rasu sserraħ mat-tieqa mimli demm. Qalet li x-xufier kien midrub u talabha karta u biro. Xehdet li fuq din il-karta kiteb l-ewwel Owen Schembri, Leon Debono Hal Kirkop u lissen Carmel Susella. Żiedet tgħid li din il-karta ġiet fotografata u ġiet mgħoddija lill-Maġistrat Viktor Axiaq biex tiġi esebita fl-inkjesta. Xehdet li l-paramedici ħarġu lix-xufier u lill-passiġġier fuq wara. Żiedet li nġabru fuq il-post il-qraba tal-vittma u waqt rondi li saru matul il-lejl stess f'Ħal Kirkop ġie arrestat Owen Schembri. Issir talba biex l-akkużati jiġu lliberati Il-kumpilazzjoni ntemmet bid-difiża titlob lill-Qorti sabiex iż-żewġ akkużati jiġu lliberati mill-akkużi għax il-provi mressqa mill-prosekuzzjoni mhumiex skont il-liġi. Il-Maġistrat Nadine Lia mistennija tagħti digriet dwar dan waqt li Leon Debono u Owen Schembri għadhom qed jinżammu arrestati. | [
0,
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 12:16pm Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta' Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta' kontroversja minħabba aspetti ta' sigurtà u l-ilma tax-xita li jinġabar fih, tista' tgħid li fis-sajf dan il-post ikun mimli kuljum bid-dilettanti li qed jibdew jipprattikaw dan l-isport jew qed itejbu l-ħiliet tagħhom. Fost dawn hemm Dailin Zammit, li rnexxielu jagħmel l-ewwel kutrumbajsa b'lura (back flip) f'dan l-iskatepark. Din hija ħila li jiksbu atleti professjonali wara żmien twil ta' taħriġ u ħafna waqgħat! Iżda Dailin ma jżommx dawn il-ħiliet għalih biss, u spiss issibu jgħallem dak li jaf lit-tfal, li huwa ta' ispirazzjoni għalihom. | [
1,
5,
8,
15
] |
Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett kien li l-Ġappun ċeda iżda dan l-att ħalla bosta effetti oħra fuq l-umanità, xejn anqas mit-telf ta' 200,000 ħajja f'daqqa. Dawn kienu l-uniċi drabi li armi nukleari ntużaw matul kunflitt armat. Is-saħħa tal-bomba atomika 75 sena ilu qerdet il-belt ta' Hiroshima fil-Ġappun. Il-Gvern Amerikan uża l-bomba atomika għall-ewwel darba fis-6 ta' Awwissu 1945 biex iġib fi tmiem it-Tieni Gwerra dinjija fi żmien qasir. Il-bomba li kien jisimha "Little boy" kien fiha 64 kilo ta' uranju u kellha impatt daqs 15,000 tunnellata ta' splussiv. Terumi Tanaka li kien jgħix fil-belt meta intefgħet il-bomba, irrakkonta li fi ftit sekondi li ntefgħet il-bomba, ntilef minn sensih: "F'daqqa waħda, smajt ħoss kbir. Ma kontx naf x'inhu imma, kif smajtu kollox sar abjad. In-nies jgħidu li kienet berqa, imma jien kollox sar abjad. Ħassejt li din kienet xi ħaġa kerha, ġrejt isfel u tbaxxejt, għalaqt widnejja u għajnejja u ntilft minn sensija." Terumi Tanaka qal li l-effett tal-bomba, kien li nħarqu ħafna nies u dawk li weġgħu ma setgħux jingħataw l-għajnuna għax l-ħaddiema tas-salvataġġ damu tlett ijiem biex waslu. Qal li r-riħa ta' ħruq kienet qawwija u l-effetti tal-bomba baqgħu jinħassu ġimgħat wara. Il-mejta f'Hiroshima telgħu għal 140,000 ruħ. Fid-9 ta' Awwissu ntefgħet it-tieni bomba atomika, fuq Nagasaki. Qatlet 75,000 persuna. 75 sena wara, is-Sur Tanaka qal li l-biża' tiegħu hi li l-effetti ta' dawn il-ġrajjiet jintesew u l-użu tal-bomba atomika jibda jiġi kkunsidrat. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li f'dan l-anniversarju għandha tissaħħaħ ir-riżoluzzjoni li biha jiġi żgurat li traġedja bħal din ma tirrepatix ruħha. F'dan l-isfond tenna l-pożizzjoni ta' Malta li d-dinja tkun ħielsa mill-armi nukleari. | [
2,
10
] |
Diversi uffiċjali responsabbli mill-port ta' Beirut fil-Libanu jinsabu arrestati f'darhom hekk kif għaddejja investigazzjoni dwar l-isplużjoni kbira li seħħet jumejn ilu. L-għadd tal-mejta kawża tal-isplużjoni tela' għal 135 persuna waqt li aktar minn 4,000 indarbu. Il-pajjiż jinsab fi stat ta' emerġenza li mistenni jtul ġimgħatejn. Il-President Michel Aoun qal li l-isplużjoni kienet ikkawżata minn 2,750 tunnellata ta' kimika li kienet maħżuna b'mod li ma kienx sikur. Il-kap tad-dwana qal li l-aġenzija immexxija minnu kienet talbet biex din il-kimika titneħħa iżda din waqgħet fuq widnejn torox. | [
10
] |
Imtella' Awwissu 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Awwissu, 2020 8:33am Ilbieraħ filgħaxija, Infrastructure Malta poġġiet f'postu l-pont ġdid għall-mixi u r-roti f'Kordin. Dan il-pont ta' 25 metru jaqsam minn fuq Triq Dom Mintoff, magħrufa wkoll bħala t-Telgħa ta' Kordin, sabiex joħloq aċċess aktar sigur bejn l-inħawi residenzjali u dawk industrijali kif ukoll il-Kampus tal-MCAST fuq in-naħa ta' Kordin u l-qalba ta' Raħal Ġdid fuq ix-xaqliba l-oħra. Bħalissa, biex jilħqu dawn iż-żoni, dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, bil-karozza tal-linja jew bir-rota jkollhom jaqsmu diversi toroq arterjali u jimxu fuq bankini dojoq b'aċċess limitat u b'ħafna karozzi għaddejjin magħhom. Fi stqarrija, Infrastructure Malta qalet li aktar kmieni din is-sena l-kuntratturi tal-proġett bdew jibnu l-istrutturi tal-pont u r-rampi li jwasslu għalih fuq il-ħitan għoljin li hemm mal-ġnub tat-triq. Tim ta' ħaddieda ħadmu l-istruttura tal-azzar f'fabbrika l-Italja. Din inġiebet Malta bil-baħar ftit tal-ġimgħat ilu f'partijiet u mbagħad ġiet immuntata f'post viċin. Il-Ħamis filgħaxija, il-ħaddiema ġarrew din l-istruttura ta' 16-il tunnellata lejn Triq Dom Mintoff, fejn użaw krejn kbir biex tellgħuha u poġġewha fuq l-istrutturi li nbnew apposta biex isserraħ fuqhom. L-aħħar xogħlijiet biex jitlestew il-pont u l-infrastruttura kollha ġdida madwaru jissoktaw fix-xhur li ġejjin. Infrastructure Malta qed tippjana li tlesti dan il-proġett ta' €1.6 miljun sal-aħħar tas-sena. Dan se jkun it-tielet pont li Infrastructure Malta se tkun għamlet fl-2020 għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, bil-karozza tal-linja jew bir-rota. F'Ġunju fetħet struttura simili fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa u x-xahar li għadda lestiet ieħor fi Triq San Ġorġ Preca, Blata l-Bajda. Ir-rampa li twassal għall-pont fuq in-naħa ta' Kordin saret fuq art mittiefsa li ma kinitx tintuża, u li tinsab bejn Triq Dom Mintoff u Triq Kordin, quddiem il-Kampus tal-MCAST. Il-pont jaqsam minn fuq it-triq għal ġo Ġnien il-Mediterran li qiegħed elevat diversi metri 'l fuq fl-istess inħawi. Il-gverta tal-pont wiesgħa 3.5 metri u r-rampi li jwasslu għaliha ġew iddisinjati b'mod li joffru aċċess komdu lil kulħadd. Fuq in-naħa ta' Kordin se jkun hemm ukoll lift. Bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta qed tibni passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti fl-inħawi ta' Ġnien il-Mediterran. Dan il-passaġġ se jgħaqqad il-pont mal-waqfiet eżistenti għall-karozzi tal-linja fit-Telgħa ta' Raħal Ġdid, it-triq li twassal għaċ-ċentru ta' din il-lokalità. Kemm il-pont kif ukoll il-passaġġ ġdid se jkunu attrezzati b'sistema ta' CCTV cameras u bid-dwal għal aktar sigurtà u sigurezza fl-ivvjaġġar. | [
1,
5,
8,
16
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar kmieni li l-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN issosspendiet l-azzjonijiet industrijali. Il-Ministru Fearne laqa' bi pjaċir din id-deċiżjoni u appella sabiex f'dan il-mument niġbdu ħabel wieħed. Nilqa' bi pjaċir id-deċiżjoni tal-MUMN li jissospendu l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess fi spirtu ta' maturità u kollaborazzjoni. F'dan il-mument diffiċli ejja nkomplu niġbdu ħabel wieħed. | [
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Awwissu, 2020 2:55pm L-Air Malta se tiftaħ sejħa pubblika biex timtela' l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-linja nazzjonali tal-ajru. Dan hekk kif żvela aktar kmieni, TVM, il-Kaptan Clifford Chetcuti ressaq ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru AirMalta fuq raġunijiet personali. Il-Kaptan Chetcuti beda l-karriera tiegħu bħala kadet mal-Airmalta fl-1987. Huwa laħaq kaptan mal-linja tal-ajru mal-Emirates u serva f'karigi maniġerjali kemm ma' din il-linja tal-ajru u aktar tard mill-Qatar Airways. Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri rringrazzja lil Clifford Chetcuti għax-xogħol tajjeb li wettaq sabiex isaħħaħ il-linja tal-ajru matul dawn l-aħħar sentejn. Huwa faħħar lill-Kaptan Chetcuti għar-reżiljenza tiegħu u l-impenn personali sabiex imexxi lkumpanija fi żminijiet ta' sfida. Qal li anke jekk il-Gvern Malti għandu fiduċja sħiħa fil-Kaptan Chetcuti, id-deċiżjoni tiegħu qiegħda tkun rispettata. Il-Kaptan Chetcuti se jkompli jkun ta' appoġġ għall-kumpanija sakemm l-Air Malta tappunta Kap Eżekuttiv ġdid. Huwa offra l-appoġġ inkondizzjonat lejn il-linja nazzjonali abbażi ta' ebda remunerazzjoni. | [
1,
5,
8,
16
] |
Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta' ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta' kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex b'mod regolari tinżamm kull xorta ta' informazzjoni, fosthom data personali u dettalji tal-kont tal-bank għal meta tiġi bżonn biex tagħmel xi xirja tajba onlajn. Spiss, tisma' li password tajba tmur fin-nofs u barra bid-daqq. Iżda, dan kemm hu minnu? F'filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat li kultant passwords siguri mhumiex biżżejjed. Intqal, li prattiċi ta' sigurtà bħat-two-factor authentication joffru aktar sigurtà u serħan il-moħħ. Fi ftit kliem, lil hinn mill-password, bit-two-factor authentication biex wieħed jaċċessa l-informazzjoni jkollu bżonn idaħħal kodiċi li jasallu jew li jkun iġġenerat fuq apps apposta minnufih. Kodiċi t'aċċess, li b'mod ġenerali jiskadi wara ftit tal-ħin. Cyber Security Malta saħqet li l-kodiċi t'aċċess m'għandu jingħata lil ħadd fl-ebda ċirkostanza. Tat parir, biex f'każ li wieħed jirċievi notifika biex jiddaħħal dan il-kodiċi bla wieħed ikun saqsa għalih dak li jkun għandu jbiddel il-password tiegħu mill-aktar fis peress li l-password tkun ġiet żvelta u xi ħadd b'intenzjoni qarrieqa jista' jipprova jaċċessa l-informazzjoni mistura. | [
2,
7,
15
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 3:02pm Il-Membru Parlamentari Ewropew, Roberta Metsola, ħabbret li mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Metsola kienet fost l-ismijiet ta' kandidati potenzjali li kienu qed jissemmew li jistgħu possibilment jieħdu post Adrian Delia bħala Kap tal-partit. Fi stqarrija twila fuq il-midja soċjali, Metsola qalet li tappoġġja l-aġenda għal bidla fil-Partit Nazzjonalista. Saħqet iżda li wara diskussjonijiet li kellha u riflessjoni li għamlet, waslet għall-konklużjoni li l-Partit Nazzjonalista ma jiflaħx għal elezzjoni oħra ta' kap, u hemm bżonn li jistressaq kandidat wieħed biss għal din il-kariga. Qalet li fit-tmexxija trid tagħmel l-għażla t-tajba, anki meta din tkun diffiċli, u għalhekk hi għamlet l-għażla diffiċli li ma tikkontestax. | [
1,
5,
8,
12
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 5:35pm Koppja minn Ħal Qormi nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata b'ħasil ta' flus. Amanda Farrugia ta' 33 sena u Terence Cini ta' 34 sena ċaħdu l-akkużi kontrihom, b'Cini akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor. L-investigazzjoni bdiet wara li sar rapport anonimu, bl-investigazzjoni tirriżulta fis-sejba ta' iktar €1 miljun fil-kont tal-bank ta' Farrugia. Intqal li Cini għandu assi friżati b'rabta ma' każi oħra, bil-Pulizija tinnota negozji fuq propjetà u trasferimenti tal-flus li tissuspetta li kienu qed jgħaddu permezz tas-sieħba tiegħu. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lianne Bonello, waqt li għall-akkużati dehru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia. | [
0,
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 5, 2020 - Aġġornata 5 Ta' Awwissu, 2020 6:08pm Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ħabbar għajnuna ta' €300,000 li se jitqassmu bejn 130 għaqda sportiva bħala sussidju fuq il-kirjiet tal-artijiet. "Din qed issa sabiex nassiguraw li l-clubs jibqgħu bil-kotba kif suppost imma anke naraw li l-clubs ma jitqegħdux f'sitwazzjoni diffiċli fejn ikollhom riskju għall-eżistenza tagħhom, kulħadd jaf ir-realtà tagħna u llum nedejna dan il-fond ta' €310,000 li minnu se jibbenefikaw 130 għaqda" Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi kellhom nuqqas ta' dħul matul il-pandemija tal-Covid-19 li kellha riperkussjonijiet fuq dawn l-għaqdiet. Għalhekk SportMalta qiegħda tgħin lil 130 għaqda sportiva sabiex dawn ikunu jistgħu jkopru l-kirjiet tal-art u jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Is-Segretarju Parlamentari qal li SportMalta mill-bidu nett tal-pandemija kienet minn ta quddiem sabiex tagħti l-għajnuna meħtieġa lil dawn l-għaqdiet. Fost dawn kien hemm l-iskema tal-Covid Wage Supplement, l-Online Helpdesk u wkoll ikkummisjonat protokolli mediċi. Iċ-chairperson ta' SportMalta, Luciano Busuttil qal li l-imxija tal-COVID-19 laqtet ħażin ħafna wkoll lill-klabbs u għaqdiet sportivi li kellhom jagħlqu l-impjanti u faċilitajiet tagħhom b'konsegwenza li sofrew daqqa finanzjarja. Huwa qal li l-maġġoranza tal-klabbs u għaqdiet sportivi jistrieħu fuq il-ftit introjtu li kapaċi jagħmlu mill-faċilitajiet tagħhom u mill-assistenzi ta' SportMalta. | [
1,
5,
8,
15
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 9:12am Minn diversi spezzjonijiet li għamlet it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana f'diversi ħwienet tal-merċa u supermarkets, bars u ristoranti, lukandi, wine bars u kafeteriji madwar Malta, sabet 25 każ fejn kienu qed jinbiegħu prodotti tal-kuntrabandu jew projbiti. F'dawn il-25 każ, id-Dwana qabdet u kkonfiskat: 16,026 sigarett tal-kuntrabandu; 530 flixkun xorb alkoħoliku (spirti); Fi stqarrija d-Dwana qalet li l-ispezzjonijiet saru wkoll fi ħwienet tas- souvenirs, ħwienet tal-ispirti u l-inbejjed, barbiera, pet shops u bejjiegħa tal-ħaxix matul dawn l-aħħar erba' ġimgħat, fil-Mellieħa, fix-Xemxija, f'San Pawl il-Baħar, f'Buġibba, fil-Qawra, f'Paceville, f'Marsascala, f'Birżebbuġa, fil-Belt Valletta, fl-Imsida, f'Tal-Pietà, fir-Rabat, f'Birkirkara, fil-Marsa, fi Fleur de Lys u f'Ħal Far. Qalet li dawn il-każi qed jiġu evalwati mill-Uffiċċju Legali tad-Dipartiment biex jittieħdu l-passi kollha neċessarji skont il-liġi. | [
1,
5,
8
] |
In-Nazzjon jirraporta li hekk kif il-każi attivi ta' COVID19 f'Malta telgħu għall-250, mil-lum se jibdew azzjonijiet industrijali, bit-tobba u l-infermiera jgħidu li mhux sodisfatti bil-miżuri tal-Gvern biex jitqiegħdu restrizzjonijiet fuq l-avvenimenti il-kbar, waqt li l-MUT qed tappella lil kulħadd biex josserva l-prudenza kontra l-imxija bit-tama li l-iskejjel jiftħu mill-ġdid. F'rapport ieħor, il-ġurnal jitkellem maċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech li qal li l-partit għaddej bi proċess trasparenti ta' parteċipazzjoni b'regoli ċari biex isaħħaħ id-demokrazija fil-pajjiż. Times of Malta fi storja ewlenija jgħid li x-xhud ewlieni tal-istat fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, jistà jerġa jitkellem u jżomm konverżazzjoni mingħajr il-bżonn ta' għajnuna. Il-ġurnal jitratta ukoll il-multa ta' tliet elef ewro li daħlet fis-seħħ b'avviż legali, għal organizzaturi ta' attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli ta' distanza soċjali, skond ir-regoli li ħarġu nhar il-Ġimgħa, fosthom li jkun hemm persuna għal kull erba' metri kwadri. F'ritratt separat jidher ajruplan ta' żmien it-Tieni Gwerra dinija, li flimkien ma żewġ ajruplani oħra spiċċaw attrazzjoni f'qiegħ il-baħar. L-Orizzont jikkwota lis-segretarju ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, jgħid li jeħtieġ jinsab bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija, hekk kif illum mistennija ssir il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali mal-Prim Ministru Robert Abela. Fi storja separata, jingħad li studju xjentifiku li wettaq il-President tal-Assoċazzjoni Medika Maltija Martin Balzan f'ġurnal akkademiku dwar is-sitwazzjoni tal-COVID19 f'Malta, jikkuntrasta bil-kbir mad-dikjarazzjonijiet li għamel fl-aħħar jiem fejn fost oħrajn beda jsejjaħ lill-Gvern biex idaħħal restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomiku u soċjali. Intant, il-GWU u l-Union Print jagħtu tislima lill-ġurnalist veteran Sam Sammut li miet ilbieraħ. The Malta Independent b'intervista ma Maltin li jgħixu fil-Libanu, li qalu li semgħu l-isplużjonijiet, ħassew l-art titriegħed u s-sema tinbidel f'lewn ħamrani. Mario Camilleri, li jgħix madwar 20 kilometru 'il bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni, ddeskriva kif il-ħoss tal-isplużjoni tant kienet qawwija li ħaseb li din seħħet ħafna aktar viċin tagħhom. Ir-rapport hu akkumpanjat b'ritratt tal-ħerba li ħalliet warajha l-isplużjoni. Fi storja oħra, l-ġurnal jgħid li l-għadd ta' każi attivi ta' COVID19 f'Malta telgħu għal kważi 250. | [
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 9:34am Raġel ta' 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qed isofri minn ġrieħi serji wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar. Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6 p.m. fi Triq il-Labour x'ħin ir-raġel ittajjar minn karozza li kien qed isuq raġel ieħor ta' 20 sena mir-Rabat. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post u ttieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. | [
1,
5,
8
] |
Ritratti: Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija Matul il-lejl illi għadda, il-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun issoktaw b'aktar rondi u spezzjonijiet, kemm fil-ġonna pubbliċi, kif ukoll madwar it-toroq fil-Marsa u fil-Ħamrun. Fost oħrajn, waqt l-ispezzjonijiet fi Triq Belt il-Ħażna u fl-akwati ta' Triq is-Salib tal-Marsa, il-pulizija waqqfu ħames persuni li allegatament kienu fl-akwati bi skopijiet ta' prostituzzjoni u tlajjar. Assistiti mill-Pulizija tat-Taqsima tal-Klieb (K9), il-Pulizija għamlu spezzjonijiet fi Ġnien Spencer u fi Ġnien Belvedere, fil-Marsa fejn iż-żewġt iklieb tal-Pulizija sabu xi pakketti żgħar, possibbilment bi traċċi ta' sustanzi llegali. Dawn ġew ikkonfiskati mill-Pulizija. Fi stqarrija l-pulizija qalu li waqt ronda fi Triq Belt il-Ħażna, ġew innutati vetturi abbandunati u għalhekk twaħħlitilhom notifika sabiex is-sidien tagħhom ineħħuhom minħabba l-periklu li qegħdin joħolqu u li jistgħu jkunu lok ta' abbużi. Il-Pulizija tkellmu ma' dawn is-sidien fejn spjegawlhom li l-vetturi jridu jitneħħew minnufih. Il-Pulizija għamlu wkoll spezzjonijiet f'diversi ħwienet madwar il-Marsa u fil-Ħamrun, fejn dawk li kienu qegħdin joperaw wara l-ħin stipulat bil-liġi ntalbu sabiex jagħlqu minnufih. Ħwienet oħrajn li nstabu miftuħin u li kienu konformi mal-liġi, tħallew joperaw. L-ispezzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett, kienu assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, fejn fost oħrajn spezzjonaw ukoll Ġnien Oreste Chircop u nħarġu numru ta' kontravenzjonijiet fuq ipparkkjar illegali. L-Ispettur Matthew Galea, responsabbli mid-Distrett tal-Ħamrun qal li waqt dawn ir-rondi, il-Pulizija waqfu jitkellmu mal-membri tal-pubbliku. Huma ħeġġew lin-nies biex jekk ikollhom bżonn xi assistenza, iċemplu l-Għassa tal-Ħamrun. Il-pubbliku wera l-apprezzament tiegħu lejn il-preżenza tal-pulizija fit-toroq u l-pubbliku anke rringrazzjawhom tax-xogħol li qegħdin iwettqu. | [
0,
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 7:32pm Illum grupp ta' residenti mill-Faċilita Korrettiva ta' Kordin għamlu xogħol ta' tindif u tisbiħ f'iktar minn 14-il klassi fil-Kulleġġ St Thomas Moore f'Santa Luċija. Ix-xogħol sar taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali korrettivi, bis-Surmast tal-istess skola kellu kliem ta' tifħir għall-kwalità tax-xogħol li sar li sar, fejn l-istudenti se jgawdu minn ambjent ta' klassi isbaħ. It-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qalet li din hija parti minn sensiela ta' inizjattivi li qed jiġu organizzati biex ir-residenti jagħtu lura xi ħaġa ta' ġid lis-soċjetà. | [
0,
1,
5,
8
] |
Imtella' Awwissu 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Awwissu, 2020 7:31pm Il-proġett tal- parkeġġ pubbliku f'Birżebbuġa , biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f'dan il-proġett, li se jsir b'investiment ta' €3.2 miljun mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, permezz tal-Malta Freeport Corporation. Dan il-proċess mistenni jdum mal-erba' ġimgħat, u wara għandu jsir il-kuntratt biex jibda mill-aktar fis possibbli x-xogħol wara li jintgħażel il-kuntrattur. Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-Gvern determinat li jkompli jinvesti f'soluzzjonijiet varji għas-settur tat-trasport, minn infrastruttura effiċjenti sa trasport aktar sostenibbli sa soluzzjonijiet ta' parkeġġ bħal dan. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li dan l-investiment huwa krucjali għal din iż-żona b'potenzjal turistiku qawwi, u jikkumplimenta proġetti oħra bħal Park tal-familja f'Bengħajsa, ir-Riġenerazzjoni ta' Triq San Patrizju, u l-istudji fil-Port Ħieles biex isir il-proġett tax-shore-to-ship. | [
1,
5,
8,
16
] |
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum. THE TIMES b'ritratt fil-paġna ta' quddiem ta' Dr Bernard Grech bil-ġurnal jgħid li Dr Grech rebaħ l-appoġġ biex jitfa' n-nomina tiegħu għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-ġurnal jgħid li Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia rtiraw milli jitfgħu l-kandidatura tagħhom għal din it-tiġrija. Rapport ieħor tat-Times jgħid li l-pulizija jinsabu qrib li jtemmu l-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-bank Pilatus u mistennija jipproċedu l-qorti. Il-ġurnal jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa' qal li minkejja li l-pubbliku ħaseb li l-pulizija m'huma jagħmlu xejn, il-korp jinsabu qrib li jsolvu l-każ tal-Bank Pilatus. L-ORIZZONT L-ORIZZONT bid-dettalji fil-paġni ta' ġewwa, il-ġurnal isellem il-memorja ta' Sam Sammut li kellu karriera ta' 47 sena fil-ġurnaliżmu u li miet jumejn ilu. Rapport tal-Orizzont jgħid li wara jiem ta' botti, messaġġi pubbliċi u theddid ta' libell bejn il-fazzjonijiet differenti fi ħdan il-PN, ilbieraħ beda jsir l-ewwel ċaqlieċ tanġibbli fit-tiġrija għall-Kap b'Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia jgħidu li mhux se jikkontestaw, u Adrian Delia jitfa' ismu għall-elezzjoni ta' kap tal-Partit. Il-ġurnal b'rapport mill-qorti li jgħid li wieħed miż-żewġ kuġini milquta mill-isparatura li qatlet wieħed minnhom, kiteb fuq karta li tatu pulizija l-imsijiet taż-żewġ akkużati b'dan ir-reat. Dawn huma Leon Debono u Owen Schembri. THE MALTA INDEPENDENT b'ritratt meħud waqt it-tifkira tal-anniversarju mill-bomba atomika ta' Hiroshima 75 sena ilu. Rapport tal-Independent jgħid li Dr Bernard Grech x'iktarx li se jkun l-uniku kandidat li se jikkontesta lil Adrian Delia għat-tiġrija ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-ġurnal b'rapport ieħor li jgħid li fl-2019 il-Knisja rreġistrat surplus ta' 3.5 miljun ewro, iżda mistennija tagħmel telf ta' madwar 8 miljun ewro din is-sena minħabba l-effetti tal-pandemija. IN-NAZZJON b'rapport li jgħid li sa lbieraħ f'nofsinhar kien hemm 20 każ ieħor ta' Covid, għal total ta' 267 każ attiv. Fost il-każi ta' lbieraħ kien hemm erbat itfal. Il-ġurnal jgħid li bħalissa r-rata ta' trasmissjoni minn persuna għall-oħra hi ta' kważi 2. Rapport ieħor tan-Nazzjon jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li biex ikollok ekonomija b'saħħitha jrid ikollok poplu b'saħħtu. Sostna li l-Prim Ministru abdika mir-responsabbilita' tiegħu ta' Prim Ministru. | [
1,
5,
8
] |
Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta' €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Sizzling fastpitch international tournament'; The Scout Association of Xagħra, li ngħataw is-somma ta' €5,000 bit-titlu tal-proġett 'Canoeing through Crystal Cear Water'; Gozo Cycling Club, li se ngħataw is-somma ta' €3,950 bit-titlu tal-proġett 'Gozo Cycling National Race Festival 2020'; Athelitx AC, li ngħataw is-somma ta' €1,800 bit-titlu tal-proġett 'Triangular League Gozo Leg 2020'; SK Victoria Wanderers, li ngħataw is-somma ta' €5,000 għall-proġett 'Next Level Football'. F'ċerimonja organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u li matulha l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta l-grant agreements, qal li l-isport huwa ħolqa importanti fil-kwalità tal-ħajja: "Irridu li kull tifel u tifla f'pajjiżna jkollhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport li jixtiequ. Irridu nrawmu u nsaħħu kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin." Huwa temm jgħid li l-għan ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex huwa li nippromwovu aktar l-isport u nattiraw aktar parteċipazzjoni fl-isport għal ħajja aktar sana. Din hija r-raba' darba li l-Ministeru ħareġ l-isports scheme, li għandha l-iskop li tgħin lill-għaqdiet sportivi Għawdxin fit-twettiq ta' proġetti varji. | [
1,
5,
8,
15
] |
Ċiklist ta' 16-il sena, qiegħed isofri minn ġreħi gravi wara li lbieraħ kien involut f'ħabta ma' karozza f'Ħal Għaxaq. Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 p.m. fi Triq Dawret Ħal Għaxaq Il-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura li kien qed isuq raġel ta' 27 sena residenti Marsaxlokk u rota li kienet qed tinstaq mill-ġuvni ta' 16-il sena. Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. | [
1,
5,
8
] |
Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta' ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa mċajpra dwar il-COVID-19 fil-kontinent Afrikan. Biż-żieda tal-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa, ir-Renju Unit impona ġimagħtejn kwarantina fuq il-passiġġieri kollha li jaslu mill-Belġju, Andorra u l-Bahamas. Il-Ministru tal-Finanzi , Rishi Sunak qal li l-poplu tar-Renju Unit għandu jkun kawt fl-ivvjaġġar tiegħu, filwaqt li qal li l-Gvern ser ikun qiegħed kontinwament jaġġorna l-lista ta' pajjiżi li huma kkunsidrati siguri għall-ivvjaġġar. Sunak qal li huwa stmat li l-industrija tal-avjazzjoni ser tieħu bejn tlieta u erba' snin biex tirkupra mill-effetti ekonomiċi tal-pandemija. Fl-istat ta' Victoria fl-Awstralja qegħdin isiru l-prepamenti biex jingħalqu aktar fruntieri, hekk kif ġie reġistrat rekord ta' każi ġodda tal-COVID-19. Il-kap mediku tal-istat ta' Victoria qal li r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persuni huwa neċessarju biex jitnaqqsu l-każi ġodda. L-istat ta' Victoria għandu 'l fuq minn 8,000 każ attiv ta' COVID-19. Id-direttur Ġenerali tal-għaqda dinjija tas-saħħa appella lill-pajjiżi kollha madwar id-dinja biex jinvestu fis-sistemi tas-saħħa biex titrażżan il-pandemija tal-COVID-19. Żied jgħid li l-pandemija affetwat lil kulħadd mill-fqir sas-sinjur, filwaqt li appella lil kulħadd biex isegwi l-pariri xjentifiki, biex tingħeleb il-pandemija. | [
7,
10
] |
Imtella' Awwissu 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Awwissu, 2020 7:47pm L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne dwar il-miżuri l-ġodda li se jittieħdu biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19. Il-MAM qalet li għalkemm ma taqbilx f'kollox, se tirritorna lura għan-normal il-proċeduri tal-operazzjonijiet b'rispett lejn il-pazjenti. L-Assoċjazzjoni tibqa' tħeġġeġ lill-gvern biex jinforza r-regoli tal-kwarantina filwaqt li jieħu azzjoni fejn dawn ir-regoli ma jiġux imħarsa, filwaqt li jdaħħal fis-seħħ ir-regoli kollha ppubblikati mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika. Qalet ukoll li ma tapprovax mill-indħil li qed isir fix-xogħol li qed isir mis-Supretendent għas-Saħħa hekk kif parties ta' 300 ruħ xorta waħda qed jitħallew isiru. | [
0,
1,
8
] |
Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 6:31pm Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t'isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa' minn fost kullana ta' inizjattivi li ttieħdu meta sentejn ilu l-Belt kienet il-kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-Valletta Design Cluster se jkun spazju kreattiv u artistiku li għandu l-għan li jkattar l-espressjoni kreattiva f'Malta. Fi tmiem is-Sajf se jiġi inawgurat proġett b'investiment ta' €10 miljun, parti minnhom fondi tal-Unjoni Ewropea, fin-nofsinhar tal-Belt, ħdejn il-Berġa tal-Baviera. Il-binja li fi żmien il-Kavallieri kienet biċċerija tal-annimali u dokumenti storiċi juru li fi żmien l-Ingliżi ntużat bħala barracks għas-suldati serviet ukoll bħala post li kien jintuża mill-operaturi fis-settur tal-manifattura, bħal dawk li jaħdmu fil-qoton. Wara li l-bini safa abbandunat għal bosta snin, fl-2016 dik li kienet il-Fondazzjoni Valletta 2018, identifikat l-ispazju bħala sit ideali biex jintuża għat-tkattir tal-karattru kulturali u storiku tal-Belt. "Aħna bħala aġenzija kulturali tal-Belt Valletta qegħdin niffukaw ħafna fuq il-legami li hemm bejn dak li nixtiequ nużaw il-post illum u r-raġunjijet għaliex kien jintuża fil-passat, aħna rajna li dan il-post jista' jintuża bħala spazju li jagħti lok għall-kreattività, mhux biss imma imma kreattività flimkien mal-komunità li tgħix f'dan il-post. Il-gvern tul dawn l-aħħar snin enfassiza ħafna fuq ir-riġenerazzjoni fuq din il-parti tal-belt, u din hija wkoll parti mir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta," qalet il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali Valletta, Catherine Tabone. Il-kunċett beda jingħata l-ħajja bl-ispazju jinbidel f'post fejn il-komunità Beltija u l-artisti se jkunu jistgħu ikomplu jiżviluppaw l-identità kulturali u artistika tagħhom Ix-xogħol ta' restawr u tisbiħ tal-binja waslu fl-aħħar fażi, biex fi ftit ġimgħat se jkun varat il-proġett li hu mqassam fuq tliet livelli, bil-livell mat-triq jipprovdi spazju b' faċilitajiet komuni li jistgħu jintużaw mir-residenti, studenti, individwi li jaħdmu għal rashom, artisti u oħrajn li jaħdmu fil-qasam kulturali u kreattiv. Fil-pjani l-oħra, se jkun hemm ukoll spazji li jservu bħala uffiċini, studios u spazju kulinarju. Il-Manager tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Caldon Mercieca, qal li l-ispazji huma maħsuba li joffru faċilitajiet għal dawk li jixtiequ jiżviluppaw it-talenti tagħhom b'aċċenn fuq l-iżvilupp ta' disinji personalizzati minn perspettivi multidixxiplinarji. "Dawn huma spazji li bħalissa ma jeżistux fuq livell ta' aċċessibiltà fs-settur kulturali u kreattiv u huma intenzjonati li jgħinu u jipprovdu pjattaforma li jixtieq jibda inizjattiva f'dawn l-oqsma tal-ikel, manifattura fis-settur kulturali u kreattivit f'oqsma varji," qal il-Manager tal-Aġenzija Kulturali Valleta, Caldon Mercieca. Il-bejt tal-Valletta Design Cluster se jkollu ġnien b'tema Mediterranja li huwa disinjat minn perit Ġappuniż u se jkun aċċessibbli għall-pubbliku. | [
1,
6,
9,
16
] |
Fl-aħħar jiem, il-vlogger popolari Nas Daily żar wieħed mill-istabbilimenti f'Abu Dhabi li fi ħdanhom bħalissa qed isir għadd ta' ttestjar bit-tama li tinsab it-tilqima kontra l-Covid-19. F'dan l-isfond, il-vlogger spjega li bosta pajjiżi ilhom ixammru l-kmiem u qed jagħmlu l-almu tagħhom bil-għan li jsibu l-kura għall-Covid-19 mill-aktar fis. Qal, li aktar minn 150 vaċċin qed isiru madwar id-dinja, għalkemm mhux kollha jidher li qed jagħtu l-frott mistenni. Fost it-tilqim li qed joffri raġġ ta' tama, vaċċin miċ-Ċina. Liema tilqima, il-vlogger spjega li għaddiet b'suċċess mill-ewwel żewġ fażijiet ta' ttestjar li jfisser li kull min ħadha sa issa qed jilqa' tajjeb għall-virus. Intqal, li dan il-vaċċin jinsab fit-tielet u l-aħħar fażi ta' ttestjar fejn qed jiġi ppruvat fuq 15,000 voluntier li daħlu jagħtu daqqa t'id b'ruħhom u b'ġisimhom mingħajr biżà ta' xejn akkost li negħlbu l-pandemija darba għal dejjem. | [
1,
10
] |
Bħal-lum, is-soltu, il-Ħamrun ikun miżgħud sa ruħ ommu bin-nies għall-festa ta' San Gejtanu. Din is-sena, iżda, it-toroq Ħamruniżi baqgħu mneżża' minn dak kollu li ta' kull sena matul il-ġimgħa tal-festa jagħti l-ħajja lil din il-lokalità. F'liema jiem, fost l-oħrajn, jispikka l-ispirtu festiv liema bħalu li l-partitarji tal-Miskina u dawk tat-Tamal joħolqu f'kemm ili ngħidlek anki taħt il-qilla tax-xemx. Fost dawk li n-namra għall-festa ta' San Gejtanu tbaqbaq f'demmhom bil-bosta, James De Giorgio u Shawn Farrugia, Ħamruniżi minn ġuf ommhom. F'kummenti lil tvm.com.mt Shawn, Tamli li fost l-oħrajn l-hena tiegħu jpaxxi widnejh jisma' l-marċi tal-Banda San Gejtanu u James, partitarju tal-Miskina li għall-festa jtella' għadd ta' bnadar fuq il-bejt fosthom waħda twila sitt metri stqarru li matul il-festa xi botta bejn il-ħbieb 'l hemm u 'l hawn ma tonqosx għalkemm qalu li spiss tara 'l kulħadd jitħallat qisu xejn mhu xejn. Minkejja li qalb James u Shawn tħabbat għal ilwien differenti, iż-żewġ partitarji qalulna li l-festa ta' San Gejtanu dejjem jistennewha b'daqstant ħerqa hekk kif fost l-oħrajn tfakkarhom f'meta l-kummerċ fil-Ħamrun kien fl-aqwa tiegħu meta t-tnejn kienu għadhom ħalib ommhom fi snienhom. Qalu, li fil-festa, bħal dak iż-żmien, il-Ħamrun jieħu l-ħajja peress li jiġbed lejh għexieren ta' eluf ta' persuni minn kull rokna ta' Malta. Din is-sena, bħal bosta dilettanti oħra tal-festi madwar Malta u Għawdex, James u Shawn kellhom jibqgħu bix-xewqa. Qalu, li jittamaw li minn hawn u sen'oħra kollox ikun għadda b'wiċċ il-ġid ħalli lkoll ipattu għal dak li sfaw imċaħħda minnu din is-sena. Sors: Shawn Farrugia Sors: Shawn Farrugia Sors: Shawn Farrugia Sors: Shawn Farrugia | [
1,
2,
7,
15
] |
Imtella' Awwissu 9, 2020 - Aġġornata 9 Ta' Awwissu, 2020 7:33pm Fl-istat ta' Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta' mwiet fejn f'ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f'Victoria l-ammont ta' każi żdiedu b'394 u fl-aħħar ġimgħa kienu rappurtati bejn 400 u 500 każ kuljum. Bl-imwiet tal-Ħadd, l-ammont ta' nies mejta f'Victoria issa huwa ta' 210. Il-Pulizija f'Victoria qalu li sitt persuni ġew arrestati u nħarġet multa għal 27 oħra minħabba li kisru l-liġi tas-saħħa pubblika. Min-naħa l-oħra fi New Zealand għaddew 100 jum mingħajr każ ta' trasmissjoni lokali ta' coronavirus. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa wissew kontra l-illaxkar hekk kif semmew li pajjiżi bħal Vjetnam u l-Awstralja li wkoll xi darba kellhom il-virus taħt kontroll, issa qed jiffaċċjaw żieda qawwija fl-infezzjonijiet. Il-ġlieda ta' New Zealand kontra l-coronavirus tant kienet ta' suċċess, li l-pajjiż li fih 5 miljun persuna sar fost l-iżjed pajjiżi siguri fid-dinja. B'kollox New Zealnad kellu biss 1,219-il każ tal-coronavirus, minnhom għad hemm 23 każ attiv li jinsabu f'iżolament. Ir-residenti ta' New Zealnad reġgħu lura għal ħajja normali imma l-awtoirtajiet jinsabu mħassba minħabba li hemm min qed jirrifjuta li jagħmel it-test u anke nies li qed jillaxkaw milli josservaw ir-regoli basiċi tal-indafa. | [
1,
10
] |
Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 6:24pm Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta' pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma' kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba fl-aħħar jiem wara aktar minn erba xhur maqbudin fit-toroq Ewropej, bil-għan ewlieni li jwasslu l-prodotti essenzjali, anke jekk xogħolhom laqqagħhom ma' sfidi straordinarji. Tliet xufiera tat-trakkijiet Maltin jinsabu Malta wara li inqabdu fil-qalba tal-kontinent Ewropew kawża tal-pandemija. Mario Muscat, li ilu 30 sena jaħdem fil-qasam, qal li malli rifes l-Italja għal sitt ġimgħat ta' xogħol fit-toroq Ewropej, sab ma' wiċċu sitwazzjoni surreali – hekk kif il-każi tal-coronavirus fl-Italja bdew jisparaw 'il fuq. "Meta wasal fil-port ta' Genova ma sibt lil ħadd. Qisu deżert. Containers xejn, kulħadd wieqaf. Bdejt ngħid lili innifsi jien fejn sejjer? Bdiet taħkimini ftit biża," stqarr Mario Muscat. Is-Sur Muscat qal li maż-żmien dara bir-realtà ġdida. Is-sewwieqa ddeskrivew kif il-ħajja ta' sewwieq ta' trakkijiet, li diġà kienet waħda ta' solitudni, kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni. "Saret rutina. Motorways, truckers biss. Stations ma jaċċetawniex, ituk tazza kafe minn ġol-bieb. Toilets magħluqin," irrakonta Mario Muscat. "Affetwatna f'diversi affarjiet, bħal tieqaf fi station, shower ma ssibx. Biex tieħu sempliċi baguette vojt, magħluqa. Fejn is-soltu jiftħu 24/7 bdew jagħlqu kmieni u trid taħseb minn qabel għall-bżonnijiet ta' ikel meta ssib xi supermarket," qal Charles Galea. Is-sewwieqa qalu li x-xogħol inbidel – naqsu l-prodotti impurtati u esportati minn Malta, iżda kienu sors importanti biex jitwasslu prodotti essenzjali. "Bdejna iżjed inġorru xogħol ta' provista bħal ikel u mediċina. Għax ġie iżjed importanti. It-tensjoni kienet kbira għalina. Hafna mill-istations ta' ċertu pajjizi bdew jagħlqu," kompla Louis Debono. L-uffiċjal responsabbli mill-operat fi ħdan il-kumpanija tal-loġistika Express Trailer Antoine Vella qal li l-moviment ħieles minn pajjiż għall-ieħor inbidel f'tebqa t'għajn, tant li kellhom jimlew diversi formoli u jippreżentaw dokumenti malli trakk jiġi biex jaqsam minn pajjiż għall-ieħor. Qal li l-akbar sfida fl-eqqel tal-pandemija kienet l-inċertezza. "Nidħlu f'pajjiż u nsibu li nbidlu ir-regoli. Forom ġodda għalkemm Transport Malta kienu qed jgħinuna b'informazzjoni kontinwa, xorta sibna pajjiżi li jagħmlu regoli ġodda," qal il-kap tal-operat tal-kumpanija Express Trailer Antoine Vella. Qal li l-passaport biex jaqsmu l-fruntieri kienet karta li tindika li kienu qed iġorru il-mediċini. "Kienu tawna dokument fejn ridna npoġġuh fuq id-dashboard tat-trakk fejn kien hemm miktub urgent supply, medicines for Europe. B'dan aħna stajna nivvjaġġaw, naqsmu il-fruntieri u nnaqqsu l-ispezzjonijiet," qal … Hekk kif il-pandemija qed terġa' tgħolli rasha fl-Ewropa, is-sewwieqa xorta huma mimlija ħeġġa biex jerġgħu jerħula lejn il-qalba tal-Ewropa biex ikomplu b'xogħolhom wara ftit jiem ta' mistrieħ f'Malta, bl-akbar mistoqsija tkun kemm se tkun twila l-esperjenza li jmiss. | [
1,
6,
9
] |
Rapport: Andrea Rossitto Ritratti: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa L-istaġun tal-festi miżgħud b'kull xorta ta' tradizzjonijiet u partikolaritajiet. Uħud minnhom jinżlu għasel ma' kulħadd bla xkiel, oħrajn jaf ma jintlaqgħux daqstant tajjeb minn dak li jkun kif ġieb u laħaq. Fost l-għadd ta' tradizzjonijiet b'rabta mal-festi Maltin li spiċċaw aktar minn darba fuq fomm bosta, spettaklu bl-għasafar li ta' kull sena jagħti l-ħajja lill-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu. Liema spettaklu, f'għajnejn bosta spiss tqies bħala moħqrija tal-annimali. Mistoqsi x'isir fuq fuq fit-tali attività, f'kummenti lil tvm.com.mt is-Segretarju tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz, Simon Farrugia qal li f'jum il-festa hekk kif il-Banda Vittoriosana San Lawrenz iddoqq l-Innu Popolari ta' San Lawrenz jinfetaħ bħal ballun maqsum fi flieli li mad-daqqa t'għajn tistħajlu fjura. Fil-qalba tiegħu, jispikkaw statwa ta' Santa Paċenzja, omm San Lawrenz u oħra tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa. Is-Sur Farrugia qal li għal bosta snin fil-ballun kienu jitpoġġew għadd ta' għasafar bil-għan li jittellqu ftit wara bħala espressjoni ta' ferħ għall-glorja ta' San Lawrenz. Is-Sur Farrugia żied jgħid li għalkemm il-Kumitat Festi Esterni dejjem ra li jimxi mal-liġi, mis-sena l-oħra l-ispettaklu beda jsir bil-ħamiem minflok bl-għasafar ġaladarba kienu bosta dawk li ħaduha qatta' bla ħabel kontra l-involviment tal-għasafar f'din it-tradizzjoni. Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa Sors: Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa | [
1,
2,
7,
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.