text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Imtella' Awwissu 9, 2020 - Aġġornata 9 Ta' Awwissu, 2020 7:56am Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, il-Ħadd 9 ta' Awwissu 2020. Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta tgħid li aġent tax-shipping Malti huwa involut f'ċirku kriminali multimiljunari tad-drogi li l-ġimgħa l-oħra kien fil-mira ta' sanzjonijiet internazzjonali. Ir-rapport jgħid li hemm suspetti li l-operazzjoni kriminali qed twassal id-drogi mill-Libja għall-Italja u partijiet oħra tal-Ewropa bl-użu ta' żona ta' bunkering ftit il-barra mill-kosta Maltija. Il-ġurnal jirrapporta li l-Pulizija ta' Malta hi fost l-entitajiet tal-forzi tal-ordni internazzjonali li qed jinvestigaw din l-operazzjoni. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li kważi 75% talt-tesserati tal-Partit Nazzjonalista jippreferi lil Bernard Grech bħala l-mexxej tal-Partit Nazzjonalista l-ġdid. Skont il-ġurnal dan joħroġ minn studju li ħejjiet il-kumpanija Misco, fost 400 membru tal-Partit Nazzjonalista. Torċa It-Torċa fl-ewwel paġna rapport li jgħid skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika kummissjonat mit-Torċa l-Partit Laburista għandu l-appoġġ ta' kważi 56% tal-elettorat. Zieda ta' punt perċentwal fuq ir-riżultat elettorali tal-2017. Rapport ieħor jgħid li fil-ġimgħa bejn il-31 ta' Lulju u s-7 ta' Awwissu madwar l-Unjoni Ewropea kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet pożittivi għall-Covid-19. Fil-fatt instabu kważi 74,000 każ ġdid ta' coronavirus fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Dan b'kuntrast għas-64,000 każ li kienu nstabu pożittivi ġimgħa qabel. Malta ma kinitx eċċezzjoni, b'żieda ta' 171 każ, kontra 138 każ fil-ġimgħa preċedenti. Il-ġurnal jgħid li għalhekk ir-rata ta' pożittivi f'pajjiżna baqgħet stabbli u hija punt perċentwali anqas minn dik fl-Unjoni Ewropea. Il-Mument Fil-faċċat ta' quddiem il-Mument b'rapport li jgħid li Robert Abela qed jirrepeti kliem Alfred Sant li bħala Prim Ministru kien qal biex jitgawda sajf wara li ħoloq kriżi politika meta sejjaħ elezzjoniwara 22 xahar fil-Gvern. Il-mument jgħid li Dr Abela bid deċiżjonijiet żbaljati tiegħu daħħal lill-poplu fi kriżi. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li Malta fl-aħħar post fl-Ewropa fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus waqt li storja oħra tgħid li d-danger man wieġeb mhux ħati għall-qtil ta' ibnu. Fl-ewwel paġna l-ġurnal MaltaToday jgħid li permezz ta' liġi ġdida l-awtoritajiet se jkunu jistgħu jikkonfiskaw proprjetà lussuż ta' persuni suspettati b'kriminalità anke jekk ma jkunx hemm kundanna mill-Qrati. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li skont stħarriġ tal-Ġurnal Bernard Grech qed igawdi huwa fdat fost il-maġġor parti tal-membri tal-Partit Nazzjonalista. Kulħadd Il-faċċata tal-kulħadd maqsuma fi tnejn b'rapport li jgħid li Skont l-istatistika ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjijatas-Saħħa (WHO), Malta għandhafost l-inqas inċidenzi baxxi tal-COVID-19 mill-pajjiżi kollhamembri fl-Unjoni Ewropea. Rapport ieħor jgħid li nies qrib ħafna tal-Kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia wrew it-tħassib li d-deputati ribelli se jkunu qed jużaw "l-arma favorita tagħhom", b'referenza għall-manipulazzjoni tal-imħuħ permezz tal-midja, biex skont il-ġurnal ikomplu jħammġu jiskreditaw il-favorit tagħhom tul il-kampanja li twassal għall-elezzjoni ta' Kap. Il-ġurnal The Malta Independent fl-ewwel faċċata bi storja li tikkwota ld-Direttur tal-Fondazzjoni Aditus jgħid li hija assurda l-idea li tisforza immigranti jgħixu fuq vapuri għall-numru ta' ġimgħat. Rapport ieħor fil-faċċata jislet partijiet mill-intervista tal-ġurnal ma' Bernard Grech li qal li mhuwa parti mill-ebda fazzzjoni u jrid li jagħqad il-Partit. Illum Il-gazzetta Illum fl-ewwel paġna bi storja li tgħid li l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici jinsab taħt pressjoni mill-Ġenituri dwar il-ftuħ tal-iskejjel b'mod speċjali minn ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà. Il-ġurnal jgħid li madanakollu Oliver Scicluna mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuna b'diżabbiltà qed jittama li jiftħu speċjalment għal studenti b'awtiżmu u sfidi intellettwali.
[ 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 9, 2020 - Aġġornata 9 Ta' Awwissu, 2020 2:03pm Argument bejn mara u raġel wassal lir-raġel il-Qorti b'akkużi ta' vjolenza domestika. L-argument seħħ fir-residenza tar-raġel fejn il-mara ndarbet ħafif. Fil-Qorti, intqal li l-koppja kien ilhom f'relazzjoni sentjen u nofs bil-mara għandha tifla. L-Avukat Difensur qal li l-akkużat qal li kienet il-mara li aggredietu tant li l-Prosekuzzjoni qalet li anke hija tista' ttittella' l-Qorti. L-Avukat Difensur talab għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni taqbel għax il-koppja għandhom residenzi separati. Il-Maġistrat Nadine Lia żammet lill-akkużat taħt arrest preventiv u anke ħarġet ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-mara.
[ 0, 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 9, 2020 - Aġġornata 9 Ta' Awwissu, 2020 7:32pm Somalu ta' 22 sena, Abdifatah Ahmed Mohamed kien akkużat li wettaq avvanzi sesswali fuq tfajla Franċiża ta' 18-il sena f'San Ġiljan għall-ħabta tal-11.30 ta' bil-lejl tal-Ġimgħa. Il-prosekuzzjoni qalet li t-tfajla infurmat lill-Pulizija li l-allegat aggressur kien Abdifatah u malli dan induna li qed ikun segwit ħarab jiġri. Il-Pulizija arrestawh madwar 500 metru 'l bogħod mill-qalba ta' San Ġiljan. L-akkużat ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni fil-konfront tat-tfajla Franċiża.
[ 0, 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 9, 2020 - Aġġornata 9 Ta' Awwissu, 2020 12:58pm Mara mill-Eritrea li għandha 20 sena u raġel Sudaniż li għandu 30 sena li flimkien għandhom tarbija ta' xahar ammettew li flimkien provaw joħorġu minn Malta bil-katamaran b'passaporti foloz Norveġiżi. Il-mara qalet fil-Qorti li hija ħalliet f'idejn ir-raġel biex jakkwista l-passaporti għalekk ma kinitx taf li huma foloz filwaqt li r-raġel qal li sar jaf li l-passaporti huma foloz meta preżentahom biex jitla' fuq il-katamaran. Il-Qorti kkundannat lill-imputat 6 xhur ħabs filwaqt li l-imputata ngħatat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena minħabba li trid tieħu ħsieb it-tarbija għax ma hemm ħadd aktar min jieħu ħsiebha.
[ 0, 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 4:12pm Ritratti: Arkivji Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li ż-żewġ ċentri ġodda tas-swabbing se jitwaqqfu f'Ħal Qormi u Burmarrad. Fuq programm tar-radju tal-istazzjoni tal-knisja, qal li dawn iċ-ċentri se jsaħħu iktar il-kapaċità ta' iktar swab tests. Preżentament, iċ-ċentri tas-swab tests, jinsabu f'Ħal Luqa, Pembroke, l-isptar Mater Dei u Għawdex. B'kollox dawn għandhom kapaċità li janalizzaw 2,000 swab test kuljum, bid-Deputat Prim Ministru Fearne jgħid li jixtieq jara din il-kapaċità tiżdied għall-2,500 test kuljum. F'dan l-isfond din il-ġimgħa tħabbar ukoll li mill-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed jiżdiedu tmien xjentisti ġodda wkoll fil-laboratorji biex jinzamm il-pass mal-ħtieġa ta' iktar testijiet.
[ 1, 6, 9 ]
Ħadd ma weġġa meta ftit wara l-4 p.m. inqalbet vettura fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar. Minħabba li t-triq li fiha nqalbet il-vettura jgħaddu biss karozzi lejn direzzjoni waħda, konsegwenza tal-inċident għal xi ħin inġema ħafna traffiku. Fortunatament ħadd ma weġġa.
[ 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 6:54pm Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, bejn April u Ġunju, l-inċidenti fit-toroq naqsu bi kważi 41% meta mqabbel mas-sena l-oħra. Iċ-Chairman tal-Kunsill għas-sigurtà fit-toroq iżda ma tbissimx wisq quddiem din l-istatistika, fosthom billi dawn iċ-ċifri intlaħqu fi żmien meta ħafna mit-toroq kienu battala minħabba l-effetti tal-pandemija. Huwa appella biex l-istatistika tkun tinkludi aktar dettall dwar in-natura tal-inċidenti. Minkejja li l-pandemija mewtet għall-kollox l-attività fit-toroq, bejn April u Ġunju xorta kienu irreġistrati aktar min-nofs l-inċidenti meta mqabbel mal-istess perjodu is-sena l-oħra. Skont l-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, f'dawn it-tliet xhur, kien hemm 2,255 inċident, li jfisser 41 fil-mija inqas minn kemm seħħew fit-tieni kwart tas-sena l-oħra. Madanakollu, iċ-chairman tal-kunsill għas-sigurtà fit-toroq Pierre Vella qal li r-rati xorta huma ta' tħassib. "Qabel nitfgħu tbissima fuq wiċċna aħjar nanlizzaw is-sitwazzjoni. F'dak il-perjodu kellna inqas karozzi fit-toroq u proportionatly bilfors kien se jkollna inqas inċidenti. Wieħed irid iħares lejha b'mod analitiku. Tajjeb inkissru ftit ieħor id-data biex naraw minn fejn ġejjin dawn l-incidenti," qal iċ-Chairman tal-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella. Is-Sur Vella qal li mhux biżżejjed li wieħed iqabbel iċ-ċifri ta' sena ma' oħra. Żied li meta jħares lejn l-istatistika jagħmel numru ta' mistoqsijiet li jekk ikunu imwieġba jistgħu jindirizzaw il-problemi fit-toroq. "Kien hemm raġuni għaliha? Hemm fejn nistgħu nimpruvjaw? X'kien hemm, forsi nuqqas min-naħa tas-sewwieqa jew l-awtoritajiet?Billi nħarsu lejn numri, ma naslu imkien imma rridu inħaffru ftit iktar biex naraw għaliex," kompla is-Sur Vella. Mill-istatistika joħroġ li terz tal-inċidenti seħħew fiż-żona tan-naħa ta' fuq tal-port. L-ammont ta' persuni li indarbu waqt dawn l-inċidenti naqsu bin-nofs mis-sena l-oħra, b'49 jindarbu gravi – il-maġġoranza tagħhom sewwieqa. Minn dawn ħamsa mietu – tlieta minnhom kienu sewwieqa ta' muturi u ieħor passiġġier. Is-Sur Vella qal li l-veloċità eċċessiva kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin wara l-inċidenti, billi ħafna abbużaw meta sabu it-toroq vojta. Appella għall-kors ta' tagħlim ta' sewqan avvanzat li jista' jtejjeb is-sitwazzjoni. "Jekk qed naqbeż comfort zone u qed naċċellera iktar milli suppost naf x'qed nagħmel? Kapaċi nikkontrolla? Dan fattur ieħor li mill-aspett ta' advanced driving skills m'hawnx post fejn wieħed jitghallem dat-tip ta' sewqan kif jirreagixxi f'każ li jkun se jkollok inċident," kompla ċ-Chairman tal-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella. Is-Sur Vella qal li kull min juża it-triq għandu jġorr responsabiltà biex inaqqas r-rata ta' inċidenti, inkluż dawk li jkunu mexjin, billi jsegwu ir-regolamenti tat-triq.
[ 1, 4, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 8, 2020 - Aġġornata 8 Ta' Awwissu, 2020 2:11pm Għaxar immigranti ntbagħtu sentejn ħabs kull wieħed wara li ammettew li ppruvaw jaħarbu minn Malta – tnejn oħra ġew ikkundannati għal sena u nofs ħabs. Abdul Azsem Salah Hassan ta' 25 sena u Osam Madamedin Bosh ta' 19-il sena li jgħixu fiċ-ċentru ta' Ħal Far, inqabdu bla dokumenti fit-terminal tal-Virtu Ferries. Huma ammettew l-akkużi kontrihom. F'seduta separata, Sufian Mohamed Afakeh ta' 22 sena u Ahmed Mohammed ta' 32 sena li ukoll jgħixu fiċ-ċentru ta' Ħal Far, ukoll ammettew li akkwistaw passaporti foloz Żvizzeri. Huma nqabdu meta kienu se jitilqu minn Malta bil-baħar. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar li qal li ż-żewġ irġiel jiġu minn xulxin u xtraw il-passaporti mill-Ħamrun. F'seduta oħra, tliet immigranti mill-Eritrea ukoll intbagħtu sentejn ħabs kull wieħed inkluż minuri ta' 16-il sena li fl-awla tal-Qorti kien akkumpanjat minn social worker tal-AWAS. Andom Tiswa Silati ta' 35 sena, Lawru Adam ta' 18-il sena u Natum Obahannes ta' 16- sena inqabdu meta fl-ajruport internazzjonali ta' Malta ippreżentaw dokumenti ta' persuni oħra refuġati maħruġa minn Malta. L-Ispettur Hubert Gerada qal li Natum ġie Malta fis-17 ta' Lulju bid-dgħajsa u ħarab miċ-ċentru miftuħ tal-Marsa biex jippjana l-ħarba tiegħu minn Malta b'dokument falz minkejja li għad għandu biss 16-il sena. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima kkundannat lill-erba' Sudaniżi u lit-tliet immigranti mill-Eritrea, għal sentejn ħabs kull wieħed – il-massimu tal-piena rikjest mil-liġi. Tlieta minn ħames immigranti oħra – 4 mis-Sudan u ieħor miċ-Chad ukoll intbagħtu sentejn ħabs kull wieħed filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew ikkundannati għal sena u nofs ħabs kull wieħed. Fil-Qorti ntqal li dan il-grupp ta' immigranti nqabdu mill-pulizija tal-port, moħbija f'kontejer biex jaħarbu minn Malta.
[ 0, 1, 6, 9 ]
F'Marzu li ġej l-artisti u kompożituri Maltin ser jerġgħu jibdew jingħataw opportunità jsemmgħu l-kanzunetti tagħhom bil-lingwa Maltija. Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jirritorna wara nuqqas ta' numru ta' snin. L-għan tiegħu huwa li joħloq pjattaforma biex il-kanzunetti bil-lingwa Maltija jkunu apprezzati ferm aħjar filwaqt li l-pubbliku jingħata għażla ferm akbar ta' kanzunetti bil-lingwa tal-pajjiż. Il-Festival ser ikun taħt it-tmexxija ta' Raymond Bugeja li spjega li hija tassew ħasra li x-xena mużikali Maltija kienet qed tkun imċaħħda minn kanzunetti bil-Malti. Iċ-Chairman tal-Festivals Malta Norman Hamilton qal li malli sena ilu ingħata l-kariga mill-ewwel beda jaħseb biex jerga' jagħti l-ħajja lill-Festival tal-Kanzunetta Maltija; filwaqt li d-Direttur ta' Festivals Malta Annabelle Stivala qalet li dan il-festival ser joffri spettakklu ta' ċelebrazzjoni ta' mużika Maltija u li jagħti ġieh lil-lingwa tal-pajjiż. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Jose' Herrera qal li dan il-festival huwa intiż li jkompli jixrpuna t-talent Malti u l-kanzunetta Maltija billi jattira l-aqwa talent f'pajjiżna kemm lil dawk stabbiliti fix-xena mużikali kif ukoll dawk ġodda.
[ 1, 2, 6, 9 ]
Malta varat l-offerta tagħha biex tospita il-EuroPride 2023 biex daħlet għall-aħħar proċess tal-għażla finali li tinkludi wkoll lill-Rotterdam fl-Olanda u Belfast fl-Irlanda. Il-EuroPride hija meqjusa bħala l-iktar avveniment sinjifikattiv fl-Ewropa li jsir kull sena u jattira eluf ta' nies minn madwar id-dinja kollha, f'manifestazzjoni mifruxa fuq numru ta' ġranet li tiffoka fuq id-drittijiet ugwali flimkien ma' attivitajiet kulturali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar qalet li lokalment tul dawn l-aħħar 15-il sena, il-Pride March trasforma ruħu minn attività bi ftit nies, għal waħda mill-manifestazzjonijiet li kull sena tiġbed lejha numru ikbar ta' nies. "Il-gvern jappoġġja bis-sħiħ dan l-avveniment għax kien dan il-gvern li matul dawn l-aħħar 7 snin ħadem qatigħ biex ipoġġi fuq quddiemnett tal-aġenda tiegħu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ għaliex kulħadd huwa ugwali," qalet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. Is-Segretarju Parlamentari Cutajar qalet li jekk tingħażel l-offerta ta' Malta, il-EuroPride 2023 li jsir fil-Belt Valletta, għandu jservi ta' opportunità biex Malta tilqa' persuni LGBTIQ mill-Ewropa kollha u 'l hinn, u dan huwa dover ta' Malta biex tkompli ssostni d-drittijiet u l-kunċett tal-ugwaljanza fost kulħadd, speċjalment meta f'pajjiżi oħra persuni LGBTIQ għadhom isofru diskriminazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. L-organizzaturi, il-European Pride Association ippubblikat it-tliet offerti finali għall-EuroPride 2023 bl-offerta Maltija tfasslet flimkien bejn l-Allied Rainbow Communities, il-Malta Gay Rights Movement, l-LGBTIplusGozo, id-Drachma u d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem.
[ 1, 6, 9 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 8:02pm Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu ppreżenta l-viżjoni ekonomika futura tal-Gvern u qal li din hija msejsa fuq 5 pilastri – il-governanza tajba, it-tkabbir ekonomiku, l-edukazzjoni, it-titjib fl-infrastruttura, u l-kwalità tal-arja. Dr Abela qal li dan huwa mudell ekonomiku u soċjali b'saħħtu li mistenni jsir fis-snin li ġejjin bl-użu ta' iktar miż-żewġ biljun ewro li Malta kisbet mill-Unjoni Ewropea għas-seba' snin li ġejjin. Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb faħħar il-viżjoni tal-Gvern li qal għandha priniċpji simili għal dawk tal-Kamra tal-Kummerċ. F'laqgħa tal-Kabinett, meqjusa bħala storika, li fiha ħa sehem il-kumitat tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta l-viżjoni ekonomika tiegħu għall-ġejjieni ta' Malta. Dr Abela qal li minkejja li fl-aħħar seba xhur kellu jiffoka fuq l-iżviluppi kontinwi fosthom il-pandemija, ħass il-ħtieġa li jaqsam il-vizjoni ekonomika tal-Gvern għas-snin li ġejjin. Din il-viżjoni, qal il-Prim Ministru, tikkonsisti f'ħames pilastri li huma l-governanza tajba, it-tkabbir ekonomiku, l-edukazzjoni għall-ekonomija b'saħħita, it-titjib fl-infrastrttura u li Malta jkolla kwalità ta' arja aħjar bi status newtrali ta' karbonju sas-sena 2050. " Inutli nitkellmu fuq takbbir ekonomiku jekk dan ma jissarafx fi kwalità ta' ħajja aħjar. Allura l-prinċipju tat-tkabbbir ekonomika dejjem irid abbinat ma kwalita tal-ħajja aħjar tal-poplu tagħna." F'dan l-isfond qal li Malta jeħtieġ ikollha aktar spazji miftuħa u deċiżjonijiet ta' ppjanar ibbażati fuq priniċpju. Tkellem ukoll dwar is-sistema edukattiva, li skontu mhix qed tipprepara t-tfal biżżejjed fil-Matematika, ix-Xjenzi u l-ekonomija diġitali. Dr Abela saħaq li l-governanza tajba hija ċentrali għal ekonomija b'saħħitha. Dwar l-infrastruttura, il-Prim Ministru qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni bis-serjeta' dwar trasport tal-massa innovativ. Semma' wkoll li wasal fl-aħħar stadji x-xogħol fuq fibre-optic cable li jgħaqqad b'mod iktar b'saħħtu lil Malta u Għawdex. Dr Abela qal li f'din il-viżjoni n-nisa se jkunu fiċ-ċentru tal-potenzjal ekonomiku mhux għax nisa imma għax huma kompetenti li jistgħu jagħtu perspettiva differenti u jkomplu jixpurnaw l-avvanz teknoloġku. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb qal li l-prinċipji li semma l-Prim Ministru huma proprju l-punti fiċ-ċentru tal-viżjoni tagħhom. "Prim Ministru jien impressjonajtni dalgħodu nisimgħek titkellem fuq is-suġġetti kollha li nassigurak li m'hemm ebda waħda minn dawk li semmejt int li huwa in contrast ma' dak li qed naħsbu aħna bħala kamra tal-kummerċ u smajthom organizzati kif taf tagħmel inti bil-mod kif elenkajthom huwa ta' serħan il-moħħ kbir." Il-Perit Xuereb qal li kamra m'għandhiex irbit politiku u għandha l-għan li tfassal viżjoni ċara li tirrifletti l-bżonnijiet tal-pajjiż, Mistoqsi minn Television Malta dwar x'miżuri se jieħu l-Gvern biex jindirizza wħud mill-isfidi ekonomiċi u finanzjarji attwali, il-Prim Ministru m'eskludiex li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-negozji turistiċi u li s-suppliment tal-pagi jibqa' jingħata wara Settembru. "Minn żmien għal żmien nevalwaw il-proposti li tgħaddilna l-kamra tal-kummerċ fosthom kien hemm din il-proposta tat-taxxa tal-valur miżjud. Dik hi xi ħaġa li għadna qed niddiskutu. Dwar il-wage suppliment, biex jiġi estiż wara d-data li ġie mħabbra wieħed irid jevalwa s-sitwazzjoni. Sodisfatt għaliex l-ekonomija qed tirpilja b'mod b'saħħtu ma jfissirx li ma jkunx hemm lok fejn wieħed jaġġusta dak il-wage suppliment hija sitwazzjoni fluwida żgur li mhux se nħallu impjiegi jintilefu u negozji jmorru lura." Dwar iż-żieda fin-numri ta' każijiet pożittivi tal-Covid, Dr Abela qal li l-maġġoranza assoluta tal-każijiet huma bla sintomi jew b'sintomi ħfief. Qal li din iż-żieda kienet irrapurtata f'kull pajjiż li fetaħ il-bibien għat-turisti fl-istess waqt semma kif Malta hija fost l-aktar pajjiżi li qed tagħmel swab tests. Dwar il-ftuħ tal-iskejjel, il-Prim Ministru Abela huwa kruċjali li ma jittelefix l-iżvilupp edukattiv għaliex tkun katostrofika. Minkejja dan, qal li t-tagħlim irid jingħata f'ambjent sigur għall-istudenti u l-għalliema.
[ 0 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 8:08pm Għaddej ix-xogħol fuq it-tieni l-ikbar proġett ta' housing soċjali. Dan il-proġett, li qed isir fil-periferija tas-Siġġiewi b'investiment ta' 8 miljun ewro, se jikkonsisti f'child care centre, 84 appartament u 73 garaxx. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-Gvern sema' t-talba tal-ġenituri Siġġiwin li jixtiequ joħorġu jaħdmu, iżda jsibu diffikultà minħabba li għandhom tfal żgħar xi jrabbu, u għalhekk ħaseb li f'dan il-proġett jinkludi fih spazju għal child care centre. Il-proġett ta' housing soċjali fis-Siġġiewi huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Dan għax fih se jkun hemm childcare centre għal komunita' Siġġiwija li se jkun mifrux fuq medda ta' iktar minn 300 metru kwadru. Iċ-childcare se jkun mibni fil-livell tat-triq, u madwaru se jkun hemm faċilitajiet rikreattivi u spazju miftuħ għall-pubbliku. Il-binja tinsab fi Triq Dun Mikiel Azzopardi, ftit 'il bogħod mill-iskola primarja tar-raħal. Fi żjara fuq is-sit, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li dan il-proġett hu xhieda tal-viżjoni ekonomika u soċjali ta' dan il-Gvern li qal hi mibnija mhux biss fuq it-tkattir tal-ġid, iżda wkoll fuq il-kwalita' tal-ħajja tal-familji Maltin. Kompla jgħid li dan il-proġett ta' housing soċjali u childcare centre se jkompli jagħti iktar opportunitajiet lill-ġenituri żgħażagħ biex joħorġu jaħdmu u ma jaqgħux lura waqt li uliedhom ikunu f'ambjent sigur u ta' standard għoli. Roderick Galdes spjega li b'dan il-proġett ta' housing fis-Siġġiewi se jinbnew 84 appartament u 73 garaxx. "Hawnhekk ukoll tkellimna mal-kunsill lokali fuq il-parkeġġ fejn l-ammont ta' parkeġġ huwa sostanzjali fuq dan is-sit u anke iddeċidejna bħala kunsill lokali li l-gvern fis-siti li se jibni ta' housing soċjali fis-Siġġiewi se jirdoppja l-ammont ta' parkeġġ bl-għan li r-residenti jkunu moqdija. Allura se jibbenefikaw mhux biss ir-residenti li joqgħodu hawn imma tal-madwar ukoll minħabba l-ammont ta' parkeġġ li se jiżdied." Is-Sindku tas-Siġġiewi, Dominic Grech qal li hu ta' sodisfazzjon li l-kunsill lokali qed jingħata widen u jiġi ikkonsultat dwar dawn il-proġetti. Qal li l-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi hu xhieda ta' Gvern li tassew jemmen fit-tħaddim tal-prinċipju tal-ġustizzja soċjali u jipprattika dawn il-prinċipji bil-fatti.
[ 0 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 8:53pm Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m'għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista' tkun ta' periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet ta' TVM waqt il-bulettin tal-aħbarijiet illejla, fid-dawl tal-fatt li xi operaturi qed jirreklamaw maskri għat-tfal żgħar u t-trabi. Bl-istess mod, persuni b'ċertu diżabbiltajiet huma wkoll eżentati milli jilbsu l-maskra. Rigward l-ilbies tal-visors, Prof Gauci ċċarat li l-avviż legali ġie emendat, u l-visors jistgħu jintlibsu minflok maskri, għax l-evidenza turi li dawn ukoll huma effettivi. Segwi l-intervista sħiħa ma' Prof Gauci: ARA: Prof Gauci tgħid li nħarġu ħames multi ta' €3,000
[ 0, 1 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 7:17am Erbat'ijiem oħra Santa Marija u dakinhar jiftaħ l-istaġun tas-sajd tal-lampuki. Madwar 122 sajjied ilbieraħ kien għaddej bl-aħħar preparamenti qabel jiftaħ l-istaġun għal-lampuki. Waqt it-tberik twaddbu numru ta' kuruni tar-rużarju fid-dgħajjes tas-sajjieda b'turija ta' devozzjoni. Max-xatt ta' Marsaxlokk ġiet iċċelebrata wkoll quddiesa. L-istaġun tal-lampuki jibda fil-15 t'Awwissu u jibqa' għaddej sal-aħħar tas-sena. Preżentament id-dgħajjes u l-bastimenti huma mgħobbija bil-kannizzati kif ukoll bil-ġebel, palm u ċimi sabiex flimkien joħorġu 'l barra u jsorġu ċ-ċimi skont il-pożizzjonijiet li ġew provduti lilhom mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura. Ilbieraħ TVM żar ir-raħal pittoresk ta' Marsaxlokk, fejn tkellem mas-sajjieda dwar din it-tradizzjoni. Ara x'kellhom xi jgħidu:
[ 0, 5 ]
Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ġie skortat mill-aġenti tas-Servizzi Sigrieti wara sparaturi barra l-White House. Aktar tard il-President Trump qal lill-ġurnalisti preżenti li membri tas-Servizzi Sigrieti sparaw fuq suspettat li kien armat. Qal li s-sitwazzjoni kienet tinsab taħt kontroll u li l-aġent li spara u s-suspettat ttieħdu l-Isptar għall-kura. Trump qal lill-midja li ma jafx x;kienu l-intenzjonijiet tas-suspettat iżda stqarr li d-dinja dejjem kienet post perikoluż u li se tibqa' tkun perikoluża.
[ 10 ]
Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f'inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin qal li din it-tilqima għaddiet mit-testijiet kollha li kien hemm bżonn, tant li l-istess tilqima ġiet ippruvata wkoll fuq bintu stess. Uffiċjali Russi qalu li qed jippjanaw li jibdew jagħti l-tilqima liċ-ċittadini Russi f'Ottubru li ħej. Esperti iżda qed iqajjmu dubju fuq l-għaġġla li biha saret din it-tilqima. B'reazzjoni l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħeġġet lir-Russja biex timxi mal-linji gwida internazzjonali biex tipproduċi din it-tilqima kontra l-virus u li dwar dan kellha diskussjonijiet mal-awtoritajiet Russi. It-tilqima ngħatat l-isem ta Sputnik-V. Sa issa din it-tilqima mhix imsemmija fost is-sitt tipi ta' tilqim li ġew imsemmija mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u li għaddew minn tlett fażijiet ta' prova fosthom bi provi fuq il-bnedmin.
[ 1, 5, 10 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 7:57pm Dak li fis-seklu dsatax kienet il-mina minn fejn tgħaddi l-ferrovija fil-Belt Valletta, sa tmiem din is-sena, il-binja taħt il-Parlament se tinbidel f'librerija u arkivji pubbliċi. L-ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-proġett huwa importanti ħafna għall-ħidma tal-parlament bil-pubbliku se jkollu iktar aċċess għall-informazzjoni tal-istorja tal-parlament. Ix-xogħol qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir b'investiment ta' €2.5 miljun. Il-mina li hemm taħt il-binja tal-Parlament, fid-daħla tal-kapitali, minn fejn kienet titlaq il-ferrovija mill-Belt Valletta għar-Rabat sofriet ħsarat kbar fit-tieni gwerra dinjija. Mija u erbgħin sena wara, beda jsir ix-xogħol ta' restawr mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, biex issa l-post tat-tluq tal-vapur tal-art, kif kienet magħrufa aktar, se tinbidel f'librerija pubblika u arkivji għall-Parlament. B'hekk, il-Parlament se jkollu post adegwat fejn jinżammu d-dokumenti li jmorru lura sas-seklu ħmistax u anki oħrajn relatati mal-ħidma parlamentari li bdiet kważi mitt sena ilu. L-Ispeaker Dr Anglu Farrugia qal li l-proġett se jitlesta fi tmiem din is-sena u jkun minjiera ta' nformazzjoni għall-pubbliku u r-riċerkaturi dwar ix-xogħol tal-parlament Malti. "Area li ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku, b'liberija tal-parlament, arkivji tal-parlmaent li jmorru lura għall-ewwel assembela parlamentari wara l-irveillijeit tas-Sette Giugno". Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg Il-Ministru qal li bħalissa l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għaddejja b'konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet għaliex għandha pjan ta' kif tista' ddaħħal sistema ta' trasport aċċessibbli għall-Belt Valletta stess."Rapport interessanti mill-GHRC jista' jiġi żviluppat biex fil-kapitali ngawdu t-toroq u l-binijet, u t-trasport jibqa' importanti għall-aċċessibilità." Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Gino Cauchi qal lil TVM li x-xogħol li beda daqs sena ilu sar taħt il-ħarsien tas-Sovratendenza tal-Patrimonju Nazzjonali, u minħabba li l-bini huwa storiku ebda struttura ma tmiss mal-ħitan u x-xogħol sar bl-idejn biex ikun żgurat li ma ssir ebda ħsara. Mina sekondarja li kienet tintuża bħala passaġġ taħt l-art għal Pjazza Ħelsien se tintuża bħala spazju għall-ħażna. Il-proġett juża wkoll elementi ta' sound proofing u jinkludi aspetti estetiċi. Fost affarijiet oħra, fl-art se jintuża żonqor u polished concrete bi żrar partikolari kif kien hemm fl-era tal-ferrovija, filwaqt li s-sular ta' fuq se jkun aċċessibbli kemm bit-taraġ kif ukoll bil-lift.
[ 0, 1, 5, 12 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 8:00pm It-tielet lejl infila ta' protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta' din il-belt. Ilbieraħ, il-kabinett tal-gvern tal-Prim Ministru Hassan Diab irriżenja fost dimostrazzjonijiet biex tinġarr ir-responsabbiltà tal-isplużjoni ta' tliet elef tunnellata nitrat tal-ammonju li kien maħżun fil-port ta' Bejrut. Iżda dan biss ma kienx biżżejjed. Dimostranti komplew bil-protesti tagħhom fl-akwati tal-bini tal-parlament u f'xi ħin il-pulizija kellha anke tuża l-gass tad-dmugħ biex tferrex il-folol. Sadattant, l-operazzjoni ta' rkupru qed tkompli bin-Nazzjonijiet Magħquda tiddikjara li l-World Food Programme se jibgħat ħamsin elf tunnellata dqiq lejn Bejrut, ħalli tibda tittaffa l-problema tan-nuqqas tal-iktar ikel essenzjali. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres sejjaħ għall-investigazzjoni fid-dettall dwar il-kawża tal-isplużjoni ħalli l-Lebaniżi jkollhom is-serħan il-moħħ li min kien responsabbli għal din l-istraġi jħallas ta' għemilu. In-nitrat tal-ammonju kien tħalla maħżun mingħajr sigurtà fil-port ta' Bejrut, u sploda malli nar fl-istess inħawi miss mal-maħżen fejn kien ilu mitluq għal dawn l-aħħar 7 snin.
[ 10 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 9:37am L-akbar belt f'New Zealand tinsab f'lockdwon wara li ġew reġistrati erba' każi ġodda ta' COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta' tlett ijiem daħal fis-seħħ f'Auckland wara li erba' membri tal-istess familji rriżultaw pożittivi għall-virus. Ir-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ illum sakemm l-awtoritajiet jagħmlu kuntatt mal-kuntatti kollha tal-familja. Ir-residenti ta' Auckland intalbu jibqgħu ġewwa, in-negozji li mhumiex essenzjali se jibqgħu magħluqa u r-restrizzjonijiet tad-distanza soċjali se jerġgħu jidħlu fil-bqija tal-pajjiż. Il-Prim Ministru Jacinda Ardern ipposponiet ix-xoljiment tal-parlament għal nhar it-Tnejn. Qalet li għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar jekk tipposponix l-elezzjoni skedata għad-19 ta' Settembru.
[ 1, 5, 10 ]
Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta' karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur ta' Kalifornja ilha tiġi kkunsidrata għat-tieni l-ogħla kariga wara l-President. Hija qed tappella għal riforma fil-pulizija wara l-protesti li saru dan l-aħħar kontra r-razziżmu. Joe Biden se jiffaċċja lill-President Donald Trump fl-elezzjoni tat-3 ta' Novembru.
[ 10 ]
Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 6:56pm Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta' nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f'188 pajjiż. Aktar minn seba' mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames miljuni huma fl-Istati Uniti u tliet miljuni oħra fil-Brażil, u fl-Indja ġew irreġistrati żewġ miljun każ. F'dawn l-aħħar ħmistax fl-Indja kienu qed jinstabu 'l fuq minn ħamsin elf każ ġdid kuljum. Fl-Ingilterra u f'Wales fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju ġew irreġistrati kważi disat elef imwiet. Fl-Awstralja, il-Prim Ministru Scott Morrison qal li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar intern se jibqa' fis-seħħ probabbilment sal-Milied, filwaqt li l-fruntieri tal-istati affettwati bil-virus se jibqgħu magħluqa għal mill-inqas sena u nofs oħra. Il-President Amerikan Donald Trump qal li qed jikkonsidra jipprojbixxi ċittadini Amerikani u dawk li għandhom residenza permanenti milli jidħlu lura l-Istati Uniti jekk ikun suspettat li għandhom il-virus. Fil-Brażil, Rio De Janeiro, dawk li jridu jixxemxu fuq il-bajjiet iridu jibbukkjaw spazju minn qabel permezz ta' app ġdida.
[ 10 ]
L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b'mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb. Jekk dak li jkun ma joqgħodx b'seba' għajnejn jaf tispiċċa vittma tad-dinja virtwali daqs tazz'ilma. Fost l-attakki diġitali ewlenin, l-hekk imsejjaħ ransomware . F'filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat li r- ransomware huwa tip ta' malware li kapaċi jieħu r-riedni tal-informazzjoni tiegħek b'tali mod li ma tkunx tista' taċċessaha. Fi ftit kliem, fit-tali ċirkostanza spiss jitla' messaġġ fuq l-i screen ta' dak li jkun li jgħarraf lill-persuna li biex terġa' taċċessa l-informazzjoni tagħha stess trid tħallas f'forma ta' crypto . Cyber Security Malta saħqet li f'każijiet bħal dawn dak li jkun m'għandu qatt iħallas għax b'hekk tkun qed tgħaddi flusek lill-kriminali kif ukoll ma hemm l-ebda garanzija li se tingħata aċċess għall-informazzjoni tiegħek. Intqal, li persuna għandha tipprevedi ransomware billi: Tagħmel backup tal-informazzjoni ta' spiss u offline , bħal fuq xi hard disk esterna. Toqgħod attent minn fejn tniżżel files għal fuq id- device tiegħek. Tipproteġi l-komputer b' antivirus u b' firewall . Qis li dawn ikunu mixgħulin, li jkollhom liċenzji ġenwini u li jiġu aġġornati b'mod regolari.
[ 6, 7 ]
Bosta, malli jilmħu 'l xi insett, jieħdu l-qatgħa ta' ħajjithom. Minkejja dan, għalkemm ċkejknin fl-għamla, l-insetti jkomplu jagħtu l-ħajja lill-pajsaġġ u għaldaqstant ta' min japprezzahom. Japprezzahom bla xkiel, James Borg, żagħżugħ ta' 22 sena li l-insetti jaffaxxinawh bil-bosta. Sa minn ċkunitu, James l-hena tiegħu jagħmel passejn qalb il-kampanja Maltija, ħerqan biex ipaxxi għajnejh bil-widien, il-ġonna u l-għelieqi li hawn madwarna. Lil hinn mill-awli universitarji, James iġemma' l-insetti u fil-ħin liberu tiegħu spiss imidd riġlejh fil-laboratorju f'Tal-Qroqq. F'kummenti lil tvm.com.mt James stqarr li għat-teżi tal-kors tiegħu bil-għajnuna tal-espert fl-entemoloġija, il-Professur David Mifsud xammar il-kmiem b'determinazzjoni liema bħalha biex jistudja l-ħanfus li jgħix fil-qalba tal-ħamrija fi ħdan il-gżejjer Maltin. Matul l-istudju, James qal li ġew f'idejh tliet ħanfusiet li qatt ma nstabu qabel fi xtutna: Atheta nigra , Proteinus brachypterus u Xantholinus linearis . Liema ħanfus, ittieħed lil hinn minn xtutna għal aktar analiżi. Mistoqsi jekk sabx it-tali insetti kif ġieb u laħaq, James qal li l-proċess huwa delikat ġmielu u li l-paċenzja ta' dak li jkun tħoll u torbot. Intant, James qalilna li bħalissa l-għadd ta' riċerkaturi pariġġu fi ħdan l-Università ta' Malta qed jaħdmu qatigħ biex joħolqu database pubblika bil-għan li fi ħdanha jitpoġġew mat-8000 speċi ta' insetti li hawn fil-gżejjer Maltin.
[ 7 ]
Ħmieġ, telqa u ammont kbir ta' kontraċettivi mormija mal-art fi triq fil-Marsa. Il-Marsin qalu li din l-istorja ilha għaddejja snin qrib il-powerstation l-antika tal-Marsa fejn jinġema ħmieġ u skart. Ir-residenti qalu li l-ilmenti u r-rapporti li għamlu s'issa waqgħu fuq widnejn torox.
[ 0, 7 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 4:42pm L-għaqda mhux governattiva Hospice Malta ngħatat madwar €1 miljun mill-gvern bħala sostenn għall-ħidma li twettaq fost 1,300 familja fejn hemm każi ta' mard serju bħal kanċer, motor neuron disease, mard respiratorju, tal-fwied, u kumplikazzjonijiet oħra. Dan seħħ permezz ta' ftehim soċjali bejn il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u l-Hospice Malta. L-għotja se tkun mifruxa fuq tliet snin u biha l-għaqda mhux governattiva se ssaħħaħ l-appoġġ psikoloġiku mogħti lill-qraba ta' pazjenti b'mard terminali filwaqt li tinvesti fil-professjonisti li jaħdmu magħhom. Ic-Chairperson ta' Hospice Malta, Bernardette Bonnici Kind, qalet li l-għaqda tilqa' bejn sittin u sebgħin pazjent ġdid kull xahar. "Meta jiġu hawn għall-għajnuna ovvjament insellfuhom tagħmir għad-dar, nagħtuhom terapija psikoloġika, saħħa mentali, għandna chaplain, kull aspett li jaffettwak meta timrad bażikament, mhux biss il-fiżiku." Qalet li sentejn oħra se jkun varat ċentru akbar – dak li kien l-Istitut Cini f'Santa Venera – li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jintlaħqu iżjed familji li jeħtieġu għajnuna. "Aħna tim sħiħ ta' 45 persons il-maġġoranza jaħdmu fil-komunita' imorru d-djar tal-pazjenti, it-tir tagħna huwa li kemm jista' jkun il-pazjent jibqa' d-dar fl-ambjent tiegħu mal-familja tiegħu u l-maħbubin tiegħu, dak l-iskop tal-Hospice." Il-Ministru Michael Falzon qal li dan hu l-ewwel ftehim tax-xorta ma' din l-għaqda u rrimarka li l-ftehim ġie konkluż fi żmien opportun billi bħal għaqdiet oħra, Hospice Malta qed tħoss il-pressjoni ta' nuqqas ta' donazzjonijiet minn attivitajiet ta' ġbir ta' fondi kawża tal-pandemija. "NGO li jirnexxielha tilħaq pazjenti li jkollhom bżonn l-għajnuna lejn l-aħħar ta' ħajjithom u għalekk huwa d-dover tagħna li nikkoperaw flimkien." Dr Falzon qal li l-gvern daħal għal madwar ħamsin ftehim soċjali simili bl-għotjiet ilaħħqu €17-il miljun.
[ 0, 8 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 7:11pm L-Avukati Adrian Delia u Bernard Grech huma ż-żewġ membri tal-Partit Nazzjonalista li urew interess jikkontestaw għall-elezzjoni ta' kap tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali biex dawk li jridu jikkontestaw jiddikjaraw l-interess tagħhom għalaq fit-tlieta ta' wara nofsinhar. Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, Peter Fenech, qal li dawn iż-żewġ ismijiet se jingħataw lill-Kummissjoni Kandidati biex isir il-proċess ta' skrutinju u verifika tagħhom kif stabbilit mill-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Sadanittant, s'issa żewġ deputati ddikjaraw li fl-eventwalita' li jiġi elett Bernard Grech lesti jċedu s-siġġu parlamentari. Ma' Television Malta, Ivan Barolo qal li jekk ikun hemm il-ħtieġa lest jagħmel hekk għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż, u fuq Facebook, Herman Schiavone indika li lest jagħmel dan il-pass jekk l-interess tal-partit jitlob minnu hekk.
[ 0, 12 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 6:39pm Fi żjara għall-għarrieda fiċ-ċentru tas-swabbing f'Ħal Luqa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta għandha rata għolja ħafna ta' ttestjar, li hija 3 darbiet iktar mill-medja Ewropea u 22 darba aktar mir-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li qed jaħdmu matul dan iż-żmien tal-pandemija, il-Prim Ministru qal li ried jaċċerta ruħu mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tas-saħħa komplew iżidu r-rata ta' testijiet ta' swabs għall-Covid, tant li se jinfetħu żewġ ċentri ġodda f'Ħal Qormi u Burmarrad, minbarra l-erba' l-oħra li hawn f'Ħal Luqa, Pembroke, l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
[ 0, 1 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 4:48pm Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, Oliver Scicluna, kellu kliem iebes għall-fatt li tfal b'diżabbiltà qed jibqgħu jiġu mċaħħda minn servizzi essenzjali għall-iżvilupp tagħhom minħabba azzjonijiet industrijali li daħlu fis-seħħ illum. L-azzjoni industrijali ssejħet b'rabta ma' ftehim għall-Allied Health Professionals li l-UĦM qalet li ilu skadut tliet snin, u fuq negozjati li għadhom mhux konklużi b'rabta mas-salarji għall-'frontliners'. Il-UĦM qalet li mil-lum qed tagħti direttivi lill-membri tagħha fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Monte Karmeli, ir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u dawk li jaħdmu fil-kura tal-Anzjani, Primarja u fis-Saħħa Pubblika. B'reazzjoni, fi stqarrija fuq il-midja soċjali l-Kummissarju Scicluna qal li l-imxija tal-Covid-19 kienet ta' detriment qawwi għat-tfal b'diżabbiltà għax ma baqgħux jieħdu terapiji u servizzi meħtieġa. Żied li t-tbatija ta' dawn it-tfal ħa tkompli tikber wara l-azzjoni industrijali mħabbra llum, li qal iċċaħħad lilhom u lil nies vulnerabbli oħra minn servizzi essenzjali. "Huwa tal-mistħija li tfal li ilhom imċaħħda mill-bidu ta' Marzu minn servizzi bħal fiżjoterapija u speech therapy minħabba l-Covid-19 issa ħa jkomplu sejrin lura fl-iżvilupp tagħhom minħabba f'azzjonijiet industrijali," qal is-Sur Scicluna, waqt li esprima t-tama li l-Gvern u l-UĦM isibu soluzzjoni malajr.
[ 0, 1, 5, 8 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 6:03pm B'kollox, erbgħa min-nies. Żewġ nisa, żewġ irġiel. F'ritratt imtella' fl-aħħar jiem fuq Facebook minn 'Malta's Got Talent' jidher li l-erba' membri tal-ġurija magħżula għax- show ferm mistenni ilhom jafu 'l xulxin minn mindu kienu għadhom ħalib ommhom fi snienhom. Illum, l-erbgħa li huma rnexxielhom jiksbu suċċess liema bħalu fl-oqsma rispettivi tagħhom fi xtutna u mhux biss. Sarah Zerafa hija l-ewwel membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent'. Sarah Zerafa, fi ftit kliem, hija blogger rinomata li fost l-oħrajn isegwuha fuq Instagram ftit anqas minn 235,000 ruħ.
[ 6, 7 ]
Imtella' Awwissu 10, 2020 - Aġġornata 10 Ta' Awwissu, 2020 7:56pm Fil-Libanu, il-Gvern irriżenja fost rabja kbira mill-poplu minħabba l-isplużjoni tat-Tlieta li għadda li qerdet partijiet minn Bejrut u qatlet mal-200 persuna. Mas-6,000 oħra sfaw feruti, waqt li 300,000 spiċċaw bla dar. Il-Prim Ministru Hassan Diab ħabbar id-deċiżjoni tal-Gvern f'indirizz fuq it-televiżjoni nazzjonali fi tmiem laqgħa tal-kabinett. Ħafna residenti akkużaw lill-mexxejja tal-pajjiż bi ħtija minħabba allegat negliġenza u korruzzjoni. Id-dimostranti ilhom jumejn jipprotestaw fit-toroq għal bidla mill-qigħ fil-governanza u t-tmexxija tal-pajjiż. Protesti f'Beirut wara l-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa
[ 10 ]
It-tielet membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent' għadu kemm ġie magħruf. Il-parteċipanti se jkollhom jgħaddu wkoll mill-għarbiel tal-voti ta' Maxine Aquilina . Maxine Aquilina hija attriċi li fost l-oħrajn tħarrġet fil- musicals anki lil hinn minn xtutna. Żvelat it-tieni membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent' Żvelat l-ewwel membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent'
[ 6, 7 ]
Fl-aħħar nett, Howard Keith Debono se jkun qed jaħdem id f'id ma' Sarah Zerafa, Ray Attard u Maxine Aquilina bħala membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent' fix-xhur li ġejjin. Howard Keith Debono huwa l-uniku membru tal-ġurija li se jkompli jxammar il-kmiem f'dan l-irwol mill-ġurija li fis-sentejn li għaddew iddeterminat id-destin ta' bosta parteċipanti matul 'X Factor Malta'. Żvelat it-tielet membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent' Żvelat it-tieni membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent' Żvelat l-ewwel membru tal-ġurija ta' 'Malta's Got Talent'
[ 6, 7 ]
Imtella' Awwissu 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Awwissu, 2020 5:10pm Ta' kuljum qed isiru ammonti kbar ta' testijiet għall-coronavirus. F'dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun għamlu t-test għall-COVID-19 u qed jistennew ir-riżultat tiegħu ma jkunux jistgħu jagħtu demm. Lad arba r-riżultat joħroġ negattiv ma jkunx hemm ebda problema biex wieħed imbagħad jagħti d-demm. Intant, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella biex dawk li huma f'saħħithom u eliġibbli biex jagħtu d-demm huma mistiedna biex jersqu jagħmlu d-donazzjoni tad-demm: • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. • fil-mobile blood donation unit li nhar is-Sibt 15 t'Awwissu ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 16 t'Awwissu ser ikun maġenb il-Knisja Arċipretali ta' Ħad-Dingli. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 16 t'Awwissu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti. Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu wkoll il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kull min jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. Bħalissa hemm bżonn urġenti ta' 84 borża demm O positive, u 20 borża demm A negative dan hekk kif fl-Isptar Mater Dei hemm pazjenti li qed jistennew biex jirċievu d-demm. Id-Direttur Ċentru Nazzjonali għat-trasfużjoni tad-demm, Dr Alex Aquilina qal "id-donazzjonijiet mhumiex ħażin, 30, 40 kuljum, l-isptarijiet bħalissa u hemm ħafna pazjenti li qed jieħdu d-demm, dawk tat-talessemija kull xahar, anki pazjenti tal-kanċer, nofs id-demm li niġbru imur għall-pazjenti tal-kanċer." Dr Aquilina qal li l-isptarijiet jirrikjedu madwar ħamsin borża kuljum u minħabba li d-donazzjonijiet naqsu ċ-ċentru nazzjonali għat-trasfużjoni tad-demm jistrieħ fuq id-donaturi leali li jiġu kważi kull 3 xhur. Fuq il-lista tiegħu, il-bank għandu mas-sittin elf donatur, bl-iktar attivi jammontaw għal madwar għaxart elef li jagħtu d-demm mill-inqas darba fis-sena. TVM tkellem ma' Andrew Pace, donatur li ilu jagħti d-demm b'mod regolari għal dawn l-aħħar sitt snin u jagħti dawk li jissejjħu l-pjastrini, li jintużaw ħafna għall-pazjenti morda bil-kanċer. Is-Sur Pace qal li dan huwa "sodisfazzjon personali li nagħti d-demm u anki għalija personali huwa tajjeb."
[ 1 ]
Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li jinxtered il-virus bejn il-passiġieri. S'issa ġew iffumugati mal-41,000 karozza tal-linja, filwaqt li qed isir ukoll tindif regolari tal-vened tal-karozzi tal-linja. Wara ġurnata twila ta' servizz, kull karozza tal-linja użata qed tgħaddi minn proċess rigoruż ta' fumigazzjoni li jibda fid-disgħa u nofs ta' filgħaxija u jibqa' sejjer matul il-lejl għal 7 sigħat. Dan il-proċess iseħħ kuljum fil-Park and Ride tal-Furjana u l-Marsa, fiċ-Ċirkewwa u fir-Rabat, Għawdex. Mill-bidu tal-pandemija s'issa, il-Ministeru tat-Trasport flimkien ma' Malta Public Trasport iffumugaw mal-41,000 karozza tal-linja bi spiża totali ta' €313,000. Apparti l-fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja nfushom, qed isir ukoll tindif tal-vened tal-karozzi tal-linja. Ivan Pierre Vella Senior Manager tat-Trasport Pubbliku fi ħdan Trasport Malta qal li qed jittieħdu numri ta' miżuri biex tonqos il-probabiltà li jinxtered il-virus bejn il-passiġġieri. "Saru affarijiet oħra li fitlers tal-air condition tnaddfu ħafna aħjar milli kienu jintaddfu qabel, bi proċess iktar rigoruż. Inbidlu anke l-filters għal tal-apposta biex tintaqqas l-inċidenża, naqqasna n-numri ta' persuni li jistgħu joqogħdu bilwieqfa fuq tal-linja, u l-pagament qed isir bil-card hemm ukoll dividers bejn id-driver u l-passiġiera u allura qed tiproteġġi kemm ix-xuffier u kif il-passiġġier." Is-Sur Vella fakkar li l-użu tal-maskra fuq tal-linja huwa obbligatorju f'kull ħin u kull mument. Qal li hija essenzjali li tintilbes għall-ġid ta' kulħadd. "Qed isiru spezzjonijiet għal għarrieda mhux neċċesarjament fuq kull tal-linja li se titla' se ssib lil xi ħadd iżda għal għarrieda u jekk bniedem jinqabad se jkollu jħallas din il-multa." Permezz tal-avviż legali li daħal fis-seħħ il-ġimgħa l-oħra kull min jinqabad mingħajr maskra fi ħwienet, l-ajurport, il-vapur tal-gozo channel u t-trasport pubbliku jista' jeħel multa ta' mitt ewro. Jekk il-persuna tammetti quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-penali titnaqqas għal €50 għax il-każ ma jkollux għalfejn imur il-Qorti.
[ 1, 6 ]
Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta' Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f'din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal f'lokalitajiet oħra ġirien bħal Ħad-Dingli u l-Imtarfa. Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru Ian Borg qal li Infrastructure Malta qed tagħmel ħilitha biex tlesti l-iskavar qabel tibda x-xita waqt li assigura lir-residenti li se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex titħares is-sigurta' tagħhom. 112-il pilastru li bdew jitqegħdu bħala parti mill-pedament ta' Triq Għeriexem fir-Rabat, ser iservu bħala s-sisien għat-triq li mill-Villa Rumana twassal san-Nigret u li kienet mibnija fuq tafal fraġli. Fi proġett b'investiment mill-gvern ta' €4 miljuni, se jiġi żviluppat belvedere ġdid. Il-perit ta' Infrastructure Malta responsabbli mill-proġett, Corinne Dimech, qalet li t-toqob li qed jitħaffru għall-kolonni qegħdin isiru wara studju dettaljat tal-art biex jiġi assigurat li m'hemmx fdalijiet arkeoloġiċi. Il-Perit spjegat kif bl-użu tal-kolonni ser jiġi evitat li jittieħdu għelieqi ta' taħt it-triq. "Ħa jkunu qegħdin joħolqu bażi għall-promenade il-ġdid li ser tkun qed tiġi ffurmata ovjament bħala parti mix-xogħlijiet u li ser tkun qiegħda titgawda mill-pubbliku in ġenerali. L-istess struttura ta' piles taħt il-promenade ħa nkunu qed ngħaddu culverts ġodda għas-servizzi, għax li hemm bħalissa huma antiki ħafna u qatt ma saret azzjoni fuqhom tant kemm it-triq tinsab fi stat diżastruż," qalet il-Perit Corinne Dimech. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Ian Borg, qal li x-xogħlijiet bdew minnufih malli ħarġu l-permessi minħabba li t-triq kienet fi stat perikoluż ta' kollass, b'partijiet minnha żżomm bl-għeruq tas-siġar. "Dħalna qabel iż-żmien biex b'emerġenza nintervjenu, għaliex il-biża li t-triq iċedi bħal ma ċediet fis-Saqqajja, kienu reali u għadhom reali," qal il-Ministru Ian Borg. Il-Ministru Borg żied jgħid li se jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li jitħarsu l-istrutturi tar-residenzi ma' din it-triq: "Ir-residenti qed ikunu ikkonsultati, jien nfurmat li l-periti marru fid-djar tagħhom, jiena għamiltha ċara li l-entitajiet li qed jaħdmu sabiex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż jekk ikun hemm bżonn li jinstabu siti alternattivi fejn huma jgħixu. Pero li huwa żġur huwa li ma nistgħux inħallu n-nies jgħixu fil-periklu li kienu qed jgħixu fih sa issa." Il-pilastri se jitniżżlu f'toqob li huma fondi sa ħames sulari u wiesa 60 ċentimetru. Il-pjan hu li din il-fażi tax-xogħol titlesta qabel ix-Xitwa.
[ 1 ]
Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta' rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż fuq l-importaturi u tipproteġi lill-konsumaturi minn żieda fil-prezzijiet. L-operaturi fil-portijiet u l-kumpaniji li jġorru l-merkanzija se jkunu intitolati għal rifużjoni ta' spejjeż li ġġeneraw fl-eqqel tal-pandemija. Għal din l-iskema, li se tiġi amministrata minn Transport Malta, il-Gvern alloka iktar minn €2 miljun. Il-Kaptan David Bugeja minn Transport Malta spjega li l-vapuri li daħlu fil-portijiet Maltin bejn Diċembru tas-sena l-oħra u Mejju li għadda se jkunu intitolati għal rifużjoni ta' 35% fosthom fuq ħlasijiet għall-port u servizzi ta' rmiġġ. L-iskema tapplika wkoll għall-kumpaniji li jimportaw u jesportaw il-merkanzija . . . b'kull trailer hu eliġibbli għal rifużjoni ta' €40 filwaqt li kull container hu eliġibbli għal rifużjoni ta' €20. "Irridu nirrikonoxxu li din s-supply chain insostnuha għax Malta bħala gżira kemm għall-aspett domestiku tal-konsumaturi u għall-industrija, mingħajr servizz regolari ċerti jkollna diffikultajiet fl-andament ta' kif jitmexxew l-affarijiet fil-pajjiż," qal il-Kaptan David Bugeja. Fit-tnedija tal-iskema, il-Ministri Ian Borg u Silvio Schembri qalu l-Gvern irid jgħin l-industrija marittima tqum fuq saqajha mid-daqqa li ħadet waqt il-pandemija. Huma qalu li l-iskema tipproteġi lill-konsumaturi minn żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali fosthom l-ikel u l-mediċini.
[ 6 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 8:42pm Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f'gaġeġ kbar ftit 'l barra mill-kosta. Industrija li b'mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b'mod indirett. Jordan Cutajar hu wieħed minnhom u spjegalna li ċ-ċiklu tax-xogħol fuq il-baħar hu bejn Mejju u Novembru. "F'Mejju meta noħorġu għalih nagħmlu xahar fuq il-baħar fil-high seas mas-sajjieda biex jaqbduh u nġibuh lura hawn imbagħad indaħluh fil-farm," qal is-sajjied Jordan Cutajar. Waqt li jkun fil-gaġeġ, it-tonn jikber b'madwar 40% bl-għalf li jingħata sitt darbiet fil-ġimgħa. Tunnellati ta' għalf jitqiegħdu f'gaġġa oħra żgħira li x-xibka fiha tinfetaħ minn għaddas u skont wieħed mill-operaturi, Etienne Gatt tnaqqas ħafna ħela u ħmieġ. "Qed tikkontrolla l-għalf li tkun qed tagħlef lit-tonn, it-tieni nett qed tikkontrolla li m'hemmx għalf żejjed li jmur fil-qiegħ tal-baħar biex jitħammeġ u hekk inkunu qed nikkontrollaw ukoll l-ammont ta' ħut li qed jittiekel huwa dak li għandu bżonn jiekol it-tonn u m'għandux bżonn jiekol iżjed milli suppost," qal l-operatur fl-industrija tat-trobbija tat-tonn, Etienne Gatt. It-tkabbir tat-tonn isir skont permessi ambjentali maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA u fl-aħħar tliet snin bil-għan li jitnaqqas l-inkonvenjent għall-għawwiema, il-gaġeġ qrib il-gżejjer ta' San Pawl inħarġu aktar 'l barra u kull gaġġa ġiet mgħammra bil-booms biex jilqgħu l-għalf u ż-żejt fost l-oħrajn. Ikun hawn ukoll lanċa żgħira li tiġbor il-fdalijiet li jista' jkun hemm bil-għan li dan ma jispiċċax fl-ibħra tagħna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal-produtturi tal-akwakultura, Charlon Gouder qal: "Aħna nemmnu fis-sostenibbiltà ta' din l-industrija jiġifieri li ma jistax ikun hemm tkabbir jekk il-baħar ta' madwarna ma nieħdux ħsiebu." Żied jgħid li l-operaturi msieħba fil-Federazzjoni għadhom kif qablu fuq standards ogħla minn dak stipulat fil-liġi bil-għan li jsaħħu r-reputazzjoni ta' Malta u l-industrija b'mod ġenerali li qed trendi mal-mitejn u ħamsin miljun ewro fis-sena. "Malta mhux biss hija l-akbar fil-Mediterran u l-akbar fl-Ewropa, imma għandha reputazzjoni fis-swieq internazzjonali ġganti bħal Ġappun," kompla Dr Gouder. Hu stmat li 90% tat-tonn li jitkabbar f'Malta jiġi esportat lejn il-Ġappun fejn il-pandemija kellha impatt fuq il-prezz tat-tonn ta' kwalità bħal dak li jiġi esportat minn Malta, b'rapporti li dan naqas b'terz. L-impatt tal-COVID fuq l-akwakultura tat-tonn f'Malta sa issa diffiċli li jiġi stmat. Etienne Gatt qal li f'inqas minn xahrejn oħra l-bejjiegħa Ġappuniżi mistennija jiġu Malta biex jixtru t-tonn iżda l-prezzijiet u l-kwantitajiet għadhom misteru. "Sa issa l-indikazzjonijiet li għandna huma li l-bejjiegħa tagħna qalulna li qed jippjanaw li jiġu Malta biex jieħduh dan it-tonn pero sakemm jasal sal-aħħar ta' Settembru għad baqa' x'nistennew u naraw x'se jiġri," qal Etienne Gatt. Minkejja din l-inċertezza, l-operaturi ewlenin f'din l-industrija qed ikomplu jaraw kif joħolqu opportunitajiet kummerċjali oħrajn fosthom biex il-fdalijiet tat-tonn jibdew jiġu pproċessati u jinbiegħu bħala prodotti oħra li jinkludu ż-żejt tal-ħuta.
[ 6, 16 ]
Imtella' Awwissu 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Awwissu, 2020 5:31pm Id-Djoċesi ta' Għawdex qed ixxandar l-Istemma Episkopali tal-Isqof il-ġdid Mons. Anton Teuma, li nħadmet miċ-Ċentru tal-Arti Liturġika Eikon (Għawdex). Kif diġà tħabbar, il-motto tal-istemma episkopali tal-Isqof Teuma – "Baqa' miexi magħhom" – meħud mill-Vanġelu skont San Luqa, fejn il-Mulej imqajjem mill-mewt jimxi mad-dixxipli fit-triq lejn Għemmaws (Lq 24:13-35), juri l-missjoni tal-Knisja li f'isem Kristu takkumpanja lill-bniedem fil-mixja tal-ħajja tiegħu, anki fil-mumenti tqal u ta' dlam. Bħala element viżiv fl-istemma, li juri din ir-realtà, għandna figura mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten (17:2-6) fejn il-profeta Elija jaħrab u jinħeba fil-wied ta' Kerit. Hemmekk, il-profeta ppersegwitat u maħrub, li jagħmel esperjenza tal-falliment, iduq il-preżenza u l-providenza ta' Alla li takkumpanjah fiċ-ċawl li kien iġiblu l-laħam u l-ħobż kull filgħodu u kull filgħaxija. Il-ħobż huwa figura tal-Ewkaristija, il-Ħobż maqsum li jsir manifestazzjoni u ċelebrazzjoni ta' Kristu mqajjem mill-mewt; il-Ħobż li jmantni lill-bniedem fil-mixja tiegħu f'din id-dinja lejn id-Dar tal-Missier fis-Sema. Il-Kelma u l-Qsim tal-Ħobż huma l-għemejjel li bihom il-Mulej imqajjem mill-mewt jakkumpanja lid-dixxipli ta' Għemmaws fil-mixja tagħhom, u jgħinhom joħorġu mid-dlam tad-dubju u n-niket għall-esperjenza tal-Mulej li hu ħaj u preżenti. Iċ-ċawla li tidher fl-istemma, bil-ħobż f'munqarha u l-ktieb imkebbeb f'difrejha, turi ż-żewġ sinjali tal-preżenza ta' Kristu li niltaqgħu magħhom fis-silta ta' San Luqa. Huwa permezz tal-Kelma u l-Ewkaristija li l-Knisja llum tkompli takkumpanja lill-bniedem fil-mixja tal-ħajja, speċjalment meta, bħall-profeta u bħad-dixxipli, il-bniedem tal-lum jagħmel esperjenza talfalliment u d-dubju. Fin-naħa ta' isfel tal-iskud għandna rappreżentazzjoni araldika ta' nixxiegħa tal-ilma. Dan l-ilma huwa sinjal tal-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja, ifejjaq u jaħfer id-dgħufija tal-bniedem. Fir-ras tal-iskud naraw l-istemma ta' Għawdex. Aġġornamenti dwar il-Programm tal-Inawgurazzjoni tal-Ministeru Episkopali Intant, fid-dawl tal-miżuri aġġornati maħruġa mill-Awtoritajiet tal-Saħħa u dawk tal-Knisja f'rabta mal-imxija tal-Covid-19, id-Djoċesi ta' Għawdex qed tħabbar dawn id-dettalji aġġornati dwar il-Programm tal-Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Ministeru ta' Mons. Anton Teuma bħala Isqof ta' Għawdex: Il-KONĊELEBRAZZJONI TA' RADD IL-ĦAJR għall-Ministeru Episkopali ta' Mons. Mario Grech bħala Isqof ta' Għawdex, li kienet ġiet imħabbra għall-5 ta' Settembru, se tinżamm nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu, fis-6.30pm, fir-Rotunda ta' San Ġwann Battista, ix-Xewkija. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq Xejk TV, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta' Għawdex (YouTube u Facebook). ĊELEBRAZZJONI TA' TALB bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Mons. Anton Teuma, nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru, fit-8.00pm, se ssir bil-magħluq fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi. Il-KONSAGRAZZJONI EPISKOPALI ta' Mons. Anton Teuma, nhar il-Ħadd 13 ta' Settembru, fil-5.30pm, se tinżamm fil-miftuħ fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu, l-Għarb. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq TVM 2, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi. L-Isqof il-ġdid Mons. Anton Teuma se jagħmel il-QUDDIESA TAL-INGRESS SOLENNI fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, nhar l-Erbgħa 16 ta' Settembru, fis-6.30pm. Dakinhar jaħbat il-156 anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi ta' Għawdex. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi. Il-programm jibqa' suġġett għal tibdil u l-possibbiltà li wieħed jieħu sehem tiddependi miċ-ċirkustanzi tal-mument. Għal dettalji aġġornati wieħed għandu jsegwi l-midja soċjali tad-Djoċesi.
[ 6, 13 ]
Waqt li l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi naqsu waqt il-pandemija, mhux l-istess jista' jingħad għall-ħruġ ta' gassijiet tossiċi mill-vapuri li jbaħħru madwar il-gżejjer Maltin. Minn riċerka xjentifika li għamel il-Professur Ray Ellul mill-Università ta' Malta jirriżulta li l-livell ta' tniġġis tal-arja baqa' l-istess u hemm konċentrazzjoni fl-inħawi ta' Hurds Bank u l-Port Ħieles, bil-konsegwenza li din se jħalli effetti drastiċi fil-klima tagħna fi żmien 30 sena oħra. Analiżi detaljata tal-kwalità tal-arja li tinġabar u tinħadem mill-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta' Malta turi li l-kwantità ta' vapuri tal-merkanzija li l-biċċa l-kbira minnhom jużaw il-heavy fuel oil, ma naqsu xejn bejn Marzu u Ġunju ta' din is-sena. Statistika uffiċjali turi li matul dan il-perjodu baqgħu jgħaddu medja ta' 230 vapur kuljum bejn Malta u Sqallija. Il-Professur Ray Ellul li jmexxi t-tim li jagħmel ir-riċerka fuq il-kwalità tal-arja mill-Fanal tal-Ġordan f'Għawdex qal li waqt li t-tip ta' vapuri li għaddew bejn Malta u Sqallija nbidel xi ftit, il-livell tat-tniġġis baqa' l-istess. "Rajna inqas tankers u aktar cargo vessels, imma bħala overall emissions bqajna fl-istess ilma. Cruise liners naqsu naturalment, imma cruise liners kulma huma xi 1% mill-vapuri kollha, allura lanqas ser jagħmlu differenza." Il-Professur Ellul qal li mill-analiżi joħroġ li l-akbar ammonti ta' sulphur dioxide li huwa gass li jniġġes l-arja ġew intraċċati fl-inħawi ta' Hurds Bank, mal-10 mili 'l barra mill-kosta Maltija, kif ukoll fl-ibħra lil hinn mill-Port ħieles. Dawn l-emissjonijiet ta' gassijiet tossiċi qed iħallu impatt fuq il-kwalità tal-arja tal-gżejjer Maltin, bil-Professur Ellul jgħid li fi żmien 30 sena ser nħossu l-effetti drastiċi tat-tibdil fil-klima fir-reġjun tal-Mediterran. It-temperatura hawn ser titla' bejn 3 u 6 centigrades fil-Mediterran u l-baħar ser jitla bejn 1 u 2 meters. Din mhix xi ħaġa ta' Malta biss, kulħadd parteċipanti fiha. Is-soluzzjoni li għandu l-Professur Ellul hi li mill-aktar fis jintuża l-idroġenu bħala fuel għall-mezzi ta' trasport. "L-uniku soluzzjoni għad-dinja hija l-hydrogen economy. Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea rrikomandat li l-gas pipeline għal Malta isir Hydrogen pipline, biex ikollna l-Hydrogen on tap u nistgħu nużawh għall-vapuri, karozzi u l-power station, u l-uniku emission huwa water." L-istħarriġ tal-kwalità tal-arja ilu jsir għal dawn l-aħħar għaxar snin u mistenni jkun ippublikat mill-Fakultà tax-Xjenza fix-xhur li ġejjin.
[ 1, 6 ]
Fl-Istati Uniti, il-kandidat presidenzjali Demokratiku Joe Biden u l-viċi tiegħu Kamala Harris attakkaw lill-President Amerikan Donald Trump billi qalu li huwa mexxej inkompetenti u li ħalla l-pajjiż jitkisser biċċa biċċa. Din kienet l-ewwel darba li ż-żewġ kandidati Demokratiċi tkellmu fl-ewwel kampanja tagħhom flimkien, jum wara li Joe Biden żvela li dik li se tkun qed tikkontesta għal viċi president miegħu hija Kamala Harris. Min-naħa tiegħu, Donald Trump attakka lil Kamala Harris li għandha rekord ta' falliment bħala kandidat u li kienet iffrustrata għaliex ma rnexxilhiex tasal fejn kellha tasal. Joe Biden flimkien ma' Harris se jkun ir-rivali ta' Trump fl-elezzjoni presidenzjali ta' Novembru li ġej. Waqt l-ewwel attività taghhom Biden u Harris, libsu l-maskra, u l-attività ma kinitx miftuħa għall-pubbliku minħabba l-pandemija.
[ 10 ]
Għal ex drogat ta' 52 sena, Dar Charles Miceli fil-Mosta mhux biss serviet ta' rifuġju, iżda sakemm dam fiha biddlitlu ħajtu. Huwa qal li kemm-il darba kien waqa' fil-vizzju tad-droga, iżda kemm ilu li temm il-programm ta' rijabiltazzjoni mid-droga minn Dar Charles Miceli, ma jridx jaf iżjed bi droga għax għaraf is-sabiħ u l-valuri tal-ħajja mingħajr ebda dipendenza fuq dan il-vizzju. "Fil-verità lanqas tkun qed tgħix. Lanqas tkun taf x'inhu jiġri madwarek għax ma tindunax x'inhu jiġri għax ħlief droga ma tarax, u kif tqum u kif se jirnexxielek iġġib id-droga. Tkun qed teżisti mhux qed tgħix fil-veritaa." B'dan il-kliem, Stefan, isem fittizju biex nipproteġu l-identità tiegħu, jiddeskrivi kif kienet ħajtu fil-ħafna snin li dam jiddependi mid-droga. Beda jmiss mad-droga wara li qabad kumpanija ħażina ta' 13-il sena, seba' snin wara iddeċieda li jidħol San Blas għall-programm tal-Caritas u ta' 23 sena ħareġ mill-programm."Tista' tgħid kull droga li kien hawn kont spiċċajt użajtha. Kont spiċċajt anke fuq il-methadone dak iż-żminijiet jiġifieri." Madanakollu, waqa' darbtejn oħra fil-vizzju tad-droga. Stefan, li għandu 52 sena, qal li dan seħħ minħabba li tilef il-valuri f'ħajtu. "Tibda titlaqhom ftit ftit lanqas tibda tinduna li qed titlaq l-affarijiet sakemm terġa tidħol fil-logħba li ma tantx hi sabiħa tidħol fiha bil-mod il-mod u lanqas tibda tinduna. Tibda titlaq il-valuri veru li l-programm itik." Hu għalhekk li Dar Charles Miceli, li ilha miftuħa ftit iżjed minn sentejn, qed tgħinu. Minħabba li x-xogħol tal-Caritas f'din id-dar hu li żżomm nies bħal Stefan milli jerġgħu jaqgħu. "Reġa' saħħaħli l-valuri li għandna bżonn biex nibqgħu għaddejjin f'din il-ħajja. Dar Charles Miceli għalija hija xi ħaġa kbira anke wara programm… hawn nies li veru jixtiequlek il-ġid u bħal speċi mhux se jħalluk tegħreq…. Illum il-ġurnata jien inħossni ferħan li qed ngħix bla droga u b'affarijiet żgħar nieħu pjaċir bihom. Id-droga dan ma ttihulekx, ħlief imdejjaq, indannat, jekk ma tipprovax tneħħi ħajtek bħalma kemm-il darba pruvajt inneħħi ħajti jien ukoll jiġifieri. Il-ħajja clean hija veru sabiħa." Stefan huwa wieħed minn 12-il ex drogati li ggradwaw wara li lestew il-programm tad-droga u baqgħu jattendu darba fil-ġimgħa u jżommu kuntatt mad-dar sakemm ikollhom bżonn. Il-psikologu u kordinatur tas-servizzi ta' rijabilitazzjoni tal-Caritas, Joshua Aquilina, qal li huma bosta l-ex drogati jew dawk li għadhom qed jirrijabilitaw ruħhom li jfittxu s-servizz ta' Dar Charles Miceli b'mod regolari. "Dar Charles Miceli noffru servizz 24 hours fejn il-klijenti jistgħu jiġu hanwhekk anke jekk għaddejjin minn mumenti diffiċli tul il-ġurnata u l-lejl…. Xi ħaġa li nagħmlu u nefasizzaw fuqha hi kemm hi sabiħa l-ħajja u kemm għandna x'niċċelebraw f'dil-ħajja anke bl-affarijiet sempliċi fl-attivitajiet li nagħmlu." Joshua Aquilina qal li f'Dar Charles Miceli jsiru wkoll servizzi fi gruppi li jgħinnu lil dawk li jkunu qed joħorġu mill-vizzju tad-droga.
[ 1, 6 ]
Il-musical dwar il-Prinċipessa Diana se jidher fuq Netflix is-sena d-dieħla qabel ma jiddebutta fi Broadway. Dan wara li kellha tittieħed id-deċiżjoni fi sfond tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-imxija tal-Covid-19. Il-musical kellha tiftaħ fi broadway New York f'Mejju tas-sena d-dieħla. Madankollu skont l-esperti, it-teatri ta' Broadway se jibqgħu magħluqa tul l-imxija u aktarx ma jiftħux dis-sena.
[ 10 ]
Dimostrant ieħor tilef ħajtu f'Belarus waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija. Din hija t-tieni fatalità min-nhar il-Ħadd li għadda, meta dimostranti bdew jipprotestaw fit-toroq. Dawn il-protesti dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-pajjiż eskalaw tant li ġew fl-idejn mal-Pulizija. Id-dimostranti ħarġu jipprotestaw ftit wara li l-mexxej, Alexander Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994, ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Il-vot ġie kkundannat mill-Unjoni Ewropea u qalet li l-vot ma kienx la liberu u anqas ġust. Il-Pulizija qalet li l-kawża tal-mewt taż-żagħżugħ ta' 25 sena għadha mhix magħrufa, b'omm il-vittma tgħid li binha kien isofri minn problemi f'qalbu u li nżamm għal sigħat twal fil-vann tal-pulizija. Intant, wara r-raba' jum ta' protesti, in-Nazzjonijiet Magħquda kkundannat l-użu tal-vjolenza mill-awtoritajiet.
[ 10 ]
Wara tlett xhur mingħajr ebda każ ġdid ta' COVID-19 fi New Zealand, reġgħu bdew ifeġġu l-każi ġodda, wara li fl-aħħar jiem instabu erbatax il-każ ġdid. L-espert ewlieni tas-saħħa fi New Zealand, Ashley Bloomfield qal li l-każijiet huma relatati ma' familja li kienet pożittiva għall-virus, wara li kellhom kuntatt magħhom. "The most likely explanation is person to person transmission or more fleeting fomite transmission, then an infected surface somewhere." B'effett immedjat fi New Zealand reġgħu daħlu fis-seħħ il-miżuri tad-distanza soċjali kif ukoll restrizzjonijiet fuq il-moviment tan-nies.
[ 1, 10 ]
Fl-Ingilterra sar dak li qed jissejjaħ l-ewwel kunċert biż-żamma tad-distanza soċjali hekk kif il-kantant Sam Fender xorta waħda saħħar lill-pubbliku minkejja l-pandemija tal-Covid-19. Il-kunċert sar fl-apert f'Newcastle fejn il-persuni li attendew tħallew joqgħodu f'gruppi ta' 5 f'kull kaxxa iżolata bil-barriers filwaqt li l-kunċert ma qabisx l-ammont totali ta' 500 persuna. Biex inxtara x-xorb, il-persuni li attendew il-kunċert kellhom jilbsu l-maskri.
[ 10 ]
Permezz tal-Kummissjoni Maltija għall-Films, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, ġiet introdotta Screen Malta. L-għan ta' Screen Malta huwa sabiex jinħolqu metodi ġodda għall-iffinanzjar ta' produzzjonijiet lokali b'baġit annwali ta' €600,000. Screen Malta se tkun qed toffri opportunità lill-industrija tal-films lokali biex tkompli tikber. Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Turiżmu spjega li dan il-fond mistenni jieħu in konsiderazzjoni proġetti li jistgħu jsaħħu aspetti varji ekonomiċi f' pajjiżna, filwaqt li jkun hemm għajnuna diretta lokalment f'din l-industrija indiġena, bl-għan li jimxi 'l quddiem l-investiment tal-produtturi lokali lejn dan il-proġett nazzjonali. Din hija inizjattiva li għall-ewwel darba ser tkun miftuħa kemm għall-produzzjonijiet ta' films kif ukoll tat-televiżjoni, li jinkludu dramas u dokumentarji, fost oħrajn. Screen Malta ser tieħu in konsiderazzjoni l-element ta' kreattività, dak kulturali, l-aspett ekonomiku u l-iżvilupp tal-ħiliet fil-produzzjonijiet awdjo-viżivi, bl-għan li jkun hemm sostenn u trawwim fl-impjiegi ta' dan is-settur. Il-Kummisjoni Maltija għall-Films se tkun qed issegwi fejn qed iwasslu dawn il-produzzjonijiet fuq livell kummerċjali, partikolarment fejn tidħol distribuzzjoni, kemm lokalment u kif ukoll internazzjonalment, għal skopijiet teatrali, festivals u xandiriet televiżivi. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli spjegat kif din l-inizjattiva ġdida b'investiment ta' €600,000 fis-sena mistennija tiftaħ il-bibien lil numru ta' produtturi lokali biex ikomplu jikbru u javvanzaw mhux biss lokalment, iżda wkoll internazzjonalment. Il-Kummissarju tal-Films f'Malta Johann Grech qal li l-Kummissjoni tal-Films bl-iskema Screen Malta ser tkompli tinvesti fl-industrija lokali u tgħin il-produtturi Maltin jimirħu u jikbru fil-produzzjonijiet tagħhom. Is-Sur Grech saħaq li, billi għall-ewwel darba din l-iskema ser tgħin produzzjonijiet sabiex jistgħu jiġu ffinanzjati mija fil-mija, produzzjonijiet lokali ser ikollhom bażi aħjar biex jirnexxu f'din l-industrija. L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-aħħar ta' Settembru 2020 u jistgħu jiġu aċċessati mis-sit www.maltafilmcommission.com .
[ 6 ]
Persuni li kienu fuq id-dgħajsa fil-Ġnejna lemħu fekruna tal-baħar b'landa tal-plastik imqabbda magħha. Konxji mill-ġid tal-ambjent u mit-tbatija li kienet għaddejja minnha l-fekruna huma waqfu sabiex jgħinuha. Minkejja li kienet imbeżżgħa, bi mħabba huma għinuha u neħħewlha l-ħabel li qabad magħha. Wara hija kienet ħielsa minn dik ir-rabta u mil-landa. Dlonk malli ħassitha libera hija telqet tgħum. L-appell jibqa' wieħed sabiex noqogħdu attenti x'narmu u x'nitilqu fil-baħar għax jista' jagħmel ħsara ambjentali kbira. Intant, għar-raba' darba dan is-sajf, fekruna tal-baħar telgħet tbid madwar mitt bajda fir-ramel. Din is-sena qiegħda titqies bħala waħda rekord, għax b'differenza mill-aħħar tmien snin, din is-sena, minflok waħda, telgħu ibidu erba' fkieren. Fekruna oħra titla' tbid fl-Għadira Ifaqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra
[ 6, 7 ]
Imtella' Awwissu 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Awwissu, 2020 4:29pm L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta rreġistra 152,818-il moviment tal-passiġġieri x-xahar li għadda, li jsarrfu fi tnaqqis ta' 80.9% fit-traffiku tal-passiġġieri meta mqabbel ma' Lulju 2019. Filwaqt li Lulju tradizzjonalment jagħti bidu għall-aktar perjodu impenjattiv tas-sajf għallajruport, f'Lulju li għadda l-Ajruport internazzjonali ta' Malta reġa' ta bidu għall-operat kummerċjali tiegħu bi skeda ta' titjiriet limitata u impenn imsaħħaħ lejn is-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri, wara għeluq ta' tliet xhur minħabba l-imxija tal-Covid-19. In-numru ta' passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta x-xahar li għadda kien bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għat-traffiku tal-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2019. Dan it-tnaqqis fin-numru tal-passiġġieri ġie osservat flimkien ma' tnaqqis ta' 70.3% u 72.1% fil-movimenti tal-ajruplani u l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, rispettivament. Is-seat load factor (SLF) għax-xahar, li jkejjel il-persentaġġ ta' postijiet okkupati fuq titjiriet operati minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, kien ta' 59.7%. Analiżi tat-traffiku tal-passiġġieri mwettqa minn Airports Council International (ACI), uriet li, fuq medja, l-ajruporti Ewropej irrappurtaw tnaqqis ta' 78% fin-numru ta' passiġġieri tagħhom f'Lulju li għadda. Skont l-istess analiżi, l-Italja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Franza, erba' pajjiżi li kienu fost l-aqwa swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, irreġistraw tnaqqis fin-numri tal-passiġġieri tagħhom li varja bejn 74% u 87%. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jixtieq itenni l-appell tiegħu lil dawk li ser isiefru dalwaqt sabiex jikkooperaw u jirrispettaw lil passiġġieri oħrajn u lill-istaff tal-ajruport billi jilbsu l-maskra, iżommu distanzi xierqa u jaħslu idejhom ta' spiss. Persuni li ser isiefru fil-jiem li ġejjin huma mfakkrin jimlew u jissottomettu kwalunkwe formula meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' jidħol f'pajjiż qabel ma jaslu l-ajruport. Għal aktar informazzjoni dwar dan, tista' żżur https://www.maltairport.com/covid19/.
[ 6, 16 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 6:51pm Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f'postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F'Malta mhux b'inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f'ħames postijiet inkluż fil-ħwienet. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa jisħqu li jekk il-maskra ma tintlibisx kif suppost jaf tagħmel ħsara. B'użu tajjeb tal-maskra u distanza soċjali ta' żewġ metri jonqos drastikament ir-riskju ta' trażmissjoni tal-coronavirus minn persuna għall-oħra. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo, spjegat li l-maskra għandha tgħatti l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum u għandha tkun issikkata mal-wiċċ. Fl-aħħar ġimgħat żdiedu n-nies li qed jilbsu l-maskra, anke għax huma obbligati li jagħmlu hekk f'ħafna postijiet pubbliċi, iżda osservajna li ħafna mhux jilbsuha kif suppost . . . b'riskju akbar għalihom u għal ta' madwarhom. "Jekk wieħed jilbisha taħt l-imnieħer, il-mikrobi ta' xi ħadd ieħor li jkun qed titkellem ma' xi ħadd jista' jmorru ġol-imnieħer tiegħek u inti faċilment li jinfirex il-virus. U jekk wieħed iżommha taħt il-geddum hemmhekk żgur li jkollok kemm il-ħalq u kemm l-imnieħer li ħa jkun mikxuf," qalet Dr Vassallo. Dr Vassallo saħqet li l-maskra m'għandha qatt tintmiss minn quddiem għax dik hija l-aktar parti infettata: "Nibda nmiss hawn, imiss hawnhekk u mbagħad ineħħiha – ineħħiha minn hawn kif hawn ħafna li jagħmlu hekk u mbagħad nagħmel hell (tmiss wiċċha) u l-mikrobi kollha likelli fuq il-faċċata qed nittrasferixxihom fuq wiċċi fuq l-imnieħer fuq il-ħalq u iżjeda inkun qed inżid ir-riskju." Spjegat li qabel u wara li tintlibes il-maskra, wieħed għandu jaħsel idejh bl-ilma u s-sapun jew juża sanitizer. "Importanti li wieħed meta jilbisha jew ineħħiha li juża l-loops, jirwiha, jagħmilha ġo baskett u jarmiha u mhux jagħmilha/iħalliha fuq mejda għax inti dejjem kif kont qed nispjega l-parti ta' barra tista' tkun il-parti infettata," saħqet id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard. Dr Vassallo żiedet tgħid li l-maskri tad-drapp għandhom jinħaslu kull darba li jintlibsu. Qalet li jistgħu jinħaslu fil-washing machine anke ma' ħwejjeġ oħrajn. Bl-istess mod, il-visors għandhom jintmesħu bl-alkoħol kull darba li jintlibsu. Bil-liġi, il-maskri jew visors għandhom jintlibsu fil-ħwienet; fuq it-trasport pubbliku; waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex inkluż fit-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr; fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u fit-terminal tal-passiġieri li jivvjaġġaw bil-catamaran jew bil-cruise liners. L-awtoritajiet tas-saħħa qed jisħqu li l-maskri u l-visors mhux obbligatorji li jintlibsu minn tfal li għandhom inqas minn tliet snin.
[ 1, 6 ]
B'effett mil-lum ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa ġew estiżi għall-bars, il-klabbs u d-diskoteki. Wara li aktar minn 40 każ attivi tal-COVID-19 f'Malta huma marbuta mal-mekka tad-divertiment f'Paceville, issa permezz tal-Avviż Legali 329 ,il-bars, il-klabbs u d-diskoteki huma suġġetti għall-istess regoli imposti fuq l-attivitajiet tal-massa. Għaldaqstant, b'dawn ir-regoli ma jistax ikun hemm aktar minn 100 persuna ġewwa u 300 fuq barra. Fil-post għandu jkun hemm massimu ta' persuna kull erba' metri kwadri. Dawk li jkunu ġol-klabbs jew bars ma jistgħux ikunu fi gruppi ta' aktar minn 10 persuni u jridu jżommu distanza ta' żewġ metri bejn xulxin. Min jikser dawn ir-regoli jeħel multa ta' €3,000. Ilbieraħ, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li f'ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. 55 każ ġdid ta' COVID-19 f'Malta, ifiqu 13-il persuna
[ 1, 6 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 7:55pm Fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jobbligaw lill-passiġġieri li jaslu Malta minn ċerti pajjiżi jew bliet meqjusa b'riskju għoli għall-Covid-19 biex jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta' qabel kienu negattivi. Dawk li ma jippreżentawx dan iċ-ċertifikat jistgħu jintagħżlu biex isirilhom swab test u jekk jirrifjutawh ikollhom joqogħdu fi kwarantina. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet waqt il-programm ta' Television Malta, Rasimbras. Huwa swab test ġdid li jagħti r-riżultat f'sagħtejn minflok f'sitta dak li se jsir lill-passiġġieri li se jintagħżlu u li jaslu Malta minn rotot partikolari meqjusa b'riskju għoli għall-Covid-19 f'każ li ma jippreżentawx iċ-ċertifikat li jindika li fit-48 siegħa ta' qabel huma kienu negattivi għall-Covid-19. L-arranġamenti biex jiġu imposti dawn l-obbligi qed isiru propju bħalissa, kif spjega d-Deputat PM Chris Fearne. "Ġib iċ-ċertifikat miegħek, għax dak anki għalina tifrankalna x-xogħol, imma jekk int ma ġibtux dak iċ-ċertifikat, kun af li kif tasal Malta, għandek il-possibilità li nagħmlulek test. Jekk tirrifjutah, trid toqgħod kwarantina u biex toħroġ mill-kwarantina, xorta trid tagħmel it-test," qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Fil-jum li fih in-numru ta' każijiet attivi f'Malta beda jqarreb lejn il-500, waqt il-programm Rasimbras id-Deputat Prim Ministru chris Fearne sostna li l-affarijiet għadhom taħt kontroll. "Numri ta' persuni infettati huwa ssotanzjali imma mhux allarmanti," qal Dr Fearne. Mistoqsu jekk hux qed nirriskjaw li s-sitwazzjoni taħrab minn idejna, Dr Fearne wieġeb: "Aħna qed inżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll fis-sens li qed nagħmlu kemm nistgħu testijiet ,qed nagħmlu ħafna. Fl-aħħar 24 siegħa għamilna 2,250 test rekord assolut. Rekord assoslut per capita fl-Ewropa." Jibqa' l-fatt li ż-żidiet fil-każi attivi tal-covid-19, minħabba l-attivitajiet tal-massa, intefgħet pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa. "F'daqqa waħda kellna għexieren ta' eluf f'temp ta' ftit ġranet ta' nies li kellhom bżonn test. Biex żidna dawk riżorsi biex inlaħħqu ma' dawn, ħadna ġranet. Dawn ifissru aktar tobba, nursers, dentisti, ftaħna laboratorji, daħħalna health scientists ġodda. Mil-lum stess swabbin centre Ħal Qormi, pitghata niftħu ieħor Burmarrad," qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Fis-sigħat li ġejjin mistennija aġġornamenti tal-avviżi legali dwar il-miżuri restrittivi li ddaħħlu ġimgħa ilu. "Mizuri li daħħalna il-ġimgħa li għaddiet kien hemm min ipprova jsib il-loopholes biex joħroġ minnhojm. Sal-lum stess erġajna emendajna legal notice u biex nagħlqu l-loopholes," qal Dr Fearne. Il-Ministru Fearne insista li hemm biżżejjed ilbies protettiv għall-ħaddiema tas-saħħa kollha għal xahrejn u f'qasir żmien se ssir ordni oħra biex tkoprihom sal-aħħar tas-sena. Dwar l-edukazzjoni huwa wieġeb li l-pjan tal-Gvern jibqa' li l-iskejjel jiftħu lejn tmiem Settembru. "Fil-ġranet li ġejjin jien u l-Ministru Bonnici se nkunu f'laqgħa mal-Ministri tas-Saħħa u l-Edukazzjoni Ewropej kollha biex naqsmu l-ħsibijiet tagħna kif inhu l-aħjar mod biex nipproteġu għalliema u tfal u komunità," kompla Dr Fearne. B'eluf ta' nies fi kwarantina, li għalkemm mhux pożittivi għall-virus iżda li xorta ma jistgħux imorru għax-xogħol, l-appell jibqa' l-istess. "Ejja nippruvaw kulħadd ikun responsabbli ma mmorruux f'sitwazzjonijiet fejn social distancing ikun diffiċli li żżommu. Mhux qed ngħid toħorġux mid-dar, mhux qed ngħidu kulħadd lockdown imma ejja nuru ċertu responsabbiltà u dan hu l-appell tiegħi. we are all in this together." Dwar id-dikjarazzjonijet li għamel il-Gvern Russu dwar l-iżvillupp ta' vaċċin, id-Deputat Prim Ministru qal li l-awtoritajiet xjentifiċi tal-WHO u tal-Unjoni Ewropea għadhom ma ngħatawx evidenza li l-vaċċin huwa sigur u effettiv. Aktar kmieni: Fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jdaħħlu l-obbligu fuq il-passiġġieri li jaslu Malta minn ċertu pajjiżi jew bliet meqjusa b'riskju għoli għall-Covid-19 biex jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta' qabel kienu negattivi. Dawk li ma jippreżentawx dan iċ-ċertifikat jistgħu jintagħżlu biex isirilhom swab test u jekk jirrifjutawh ikollhom joqogħdu fi kwarantina. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne meta wieġeb għall-mistoqsijiet waqt il-programm Rasimbras li se jixxandar fis-7.15 p.m. fuq TVM. "Ġib iċ-ċertifikat miegħek, għax dak anki għalina tifrankalna x-xogħol, imma jekk int ma ġibtux dak iċ-ċertifikat, kun af li kif tasal Malta, għandek il-possibilità li nagħmlulek test. Jekk tirrifjutah, trid toqgħod kwarantina u biex toħroġ mill-kwarantina, xorta trid tagħmel it-test. Din hija sistema li qed naħdmu bħalissa, fuq il-loġistika tagħha, wara li daħlet f'dan il-weekend li għadda, f'żewġ jew tliet pajjiżi fl-Ewropa, biex aħna nkunu fost l-ewwel li nagħmluha," iddikjara Dr Fearne. Il-Ministru Fearne qal li l-awtoritajiet tas-Saħħa bħalissa qed jaħdmu fuq il-loġistika ta' dawn il-miżuri l-ġodda, li jinkludu l-għażla tar-rotot tal-ajru b'riskju. Fl-intervista huwa jitkellem dwar emendi ġodda għall-avviżi legali dwar l-attivitajiet tal-massa, dwar il-ftuħ tal-iskejjel ippjanat għal Settembru li ġej u dwar il-vaċċin li r-Russja qed tgħid li żviluppat.
[ 1 ]
Imtella' Awwissu 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Awwissu, 2020 10:58am Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba' edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b'din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva fid-djar residenzjali, u Premju għall-aqwa nannu u nanna. Is-Sur Parnis qal li fl-isfond tal-pandemija din is-sena dan il-premju jrid jiċċelebra lill-anzjani li minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija baqgħu attivi, kemm dawk li jgħixu fil-komunità u dawk li jgħixu fi djar residenzjali. B'kollox din is-sena se jingħataw disa' premji għall-anzjanità attiva, fosthom l-aqwa premju Anzjanità attiva, Premju koppja miżżewwġa u premju anzjanità akkademika. Is-sur Parnis qal li minħabba l-pandemija s-serata tal-għoti tal-premijiet se ssir b'mod virtwali fit-tletin ta' Ottubru li ġej. Qal li n-nominazzjonijiet se jintlaqgħu sat-tletin ta' Settembru, jew b'applikazzjonijiet li jinġabru mis-Segretarjat Parlamentari fil-Belt Valletta, jew permezz ta' email, [email protected] , jew minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt jew inkella mill-uffiċini tal-kunsilli lokali.
[ 1 ]
Imtella' Awwissu 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Awwissu, 2020 6:44am In-Nazzjon Il-ġurnal jagħtina storja fuq il-faċċata li titratta dwar l-ultimatum li qed tagħti lill-Gvern l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) biex fi żmien ġimgħa jieħu l-azzjonijiet kollha li qed titlob biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid 19. L-assoċjazzjoni qalet li se tkompli bl-azzjonijiet industrijali tagħha sa għada u terġa' ddaħħalhom jekk is-sitwazzjoni tibqa' l-istess. Storja oħra titratta x-xhieda li ta lbieraħ fil-Qorti, il-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia , bit-titlu jgħid li x-xhieda ta' Prof Scicluna kienet bla sinsla. Id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco qal li r-realta' hi li Prof Scicluna kien parti integrali mill-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat u mbuttat ħafna mill-Partit Laburista. Qal li taħt għajnejn Scicluna l-pajjiż għadda mill-agħar leġiżlatura ta' skandli fl-istorja ta' pajjiżna. Storja oħra din id-darba mill-qorti b'rikors li ntefa' dwar il-qtil ta' Lino Cauchi fis-snin tmenin. Mart u bint il-vittma jsostnu fil-Qorti li kienu diskriminati mill-istat meta naqas li jinvestiga l-għibien ta' Lino Cauchi. Fuq il-faċċata ritratt tal-Ministru Edward Scicluna ħiereġ mill-Qorti wara x-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-ġurnal b'titlu li jgħid li l-Ministru Scicluna ta xhieda fejn qal li hu ma kienx parti min-nies li kienu fil-qalba tal-kabinett mmexxi mill-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Skont Prof Scicluna dak li sejjaħlu bħala 'kitchen cabinet' jiġifieri grupp żgħir ta' nies fil-kabinett li kienu jmexxu kollox, kienu qed jaċċettaw u japprovaw għadd ta' proġetti kontroversjali. Il-ġurnal qal li x-xhieda li ta Prof Scicluna lbieraħ kienet simili għal dak li ta l-Ministru Evarist Bartolo. Storja oħra tgħid li l-Isqallin li jżuru Malta, meta jmorru lura f'pajjiżhom jridu jagħmlu kwarantina u anki swab test, miżuri li ħadu minħabba ż-żieda ta' każijiet tal-Covid 19 f'pasjjiżna. Restrizzjonijiet simili għal Malta saru mill-Belġju, u l-Olanda, kif ukoll minn Spanja u l-Greċja. L-Orizzont. Il-ġurnal b'ritratt tat-tifel ta' disa' snin Miguel Damato li sfortunament ħalla din id-dinja minħabba tumur rari fil-moħħ. Il-ġurnal tkellem maz-zija tiegħu li qalet li n-neputi tagħha serqilha qalbha u għallimha tapprezza l-ħajja, filwaqt li missieru jgħid li tassew kienu kburin bih. Storja oħra tgid li l-Covid 19 b'żidiet ta' każijiet fl-Ewropa fosthom fi Spanja, Franza u l-Ġermanja, u anki fir-Renju Unit. Fi Spanja ddaħħlu restrizzjonijiet ġodda. Storja oħra tgħid li l-GWU b'azzjoni ndustrijali fl-Airmalta wara li l-kumpanija rrifjutat li tiltaqa' magħha biex tiddiskuti t-tibdil fir-roster tal-ħaddiema fl-Air Malta Aviation Services Ltd. Fuq il-faċċata storja b'rabta max-xhieda li ta lbieraħ l-Ministru tal-finanzi Edward Sclcuna fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, fejn skont hu ddikjara li kien iddiżappuntat bl-ex Prim Ministru Joseph Muscat, l-ex Ministru Konrad Mizzi u l-ex chief of staff Keith Schembri. Huwa qal li kien diżappuntat meta Dr Muscat ma kienx keċċa lil Konrad Mizzi meta feġġ l-iskandlu tal-Panama Papers, u qal li kien ta parir lil Dr Muscat biex iżomm il-bogħod minn dan il-każ u li jneħħi lil Konrad Mizzi minn Ministru. Fuq il-faċċata wkoll l-aħħar rendikont dwar l-imxija tal-covid 19 f'Malta, b'49 każ minn 2,200 swab test.
[ 1 ]
L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f'ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint'ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu 'l fuq minn 500 spezzjoni f'diversi stabbilimenti u f'avvenimenti bħal tiġijiet u attivitajiet kulturali u sportivi.
[ 1 ]
Il-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem inawgura numru ta' sitt xelters għall-qtates li ser jiġu mifruxa ma' siti differenti f'dan il-lokal, fosthom f'Ta' Passi, fil-playingfield tal-Gudja, Triq Baħħara, Triq Xprunara, Fuq il-Għajn u fl-inħawi tat-Torri. Dan il-proġett jiswa €6,287, li għalih il-Kunsill ingħata s-somma ta' €5,000 mill-iskema tal-LC Care Project 2019. Din l-iskema ġiet imnedija mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali fejn il-fondi jinkludu wkoll il-proċess ta' tiswija tal-qtates kif ukoll it-tqassim tal-ikel lil dawk il-persuni li jtuhom l-ikel u jduru bihom. Il-proġett ta' cat café huwa immirat sabiex iservi bħala proġett pilota u eventwalment jikber u jiġi mifrux fuq lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex. Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo rrefera għal-laqgħa li saret ftit tal-ġimgħat ilu, li kienet titratta fondi li d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali nieda biex jikkunsidraw għajnuna u inċentivi lill-kunsilli lokali li joħorġu b'ideat ġodda u proġetti pożittivi fl-interess tal-annimali, partikolarment l-istrays fil-lokalità rispettiva. Il-proġett LC Care għandu l-għan li jappoġġja lill-kunsilli lokali biex jieħdu ħsieb il-kura tal-annimali fi proġetti li għandhom il-potenzjal li jtejbu l-benesseri tal-annimali. Fost l-oqsma ta' prijorità għall-għotjiet fl-2020 hemm il-cat cafes. Dan il-proġett għandu l-għan li jassisti fil-progress ta' prattiċi tajbin ta' maniġġjar tal-annimali, isaħħaħ in-network tat-trattament tal-benesseri tal-annimali, il-kwalità tal-kura u r-rijabilitazzjoni tas-servizzi għall-komunità. Għan ieħor hu li jiġu provduti faċilitajiet imtejba tal-annimali.
[ 6, 7 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 12:15pm Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, avża li wara informazzjoni li rċieva l-ewwel mingħand l-importatur u wara permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, Iceland Southern Fried Chicken Popsters, m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella. Il-pakkett tad-ditta Iceland jiżen 220 gramma u għandu data ta' durabbilità sal-4 a' April 2021. Is-sintomi kkawżati mis- Salmonella normalment jinkludu deni, diarrhoea u uġigħ ta' żaqq.
[ 6 ]
Żewġ żgħażagħ mis-Sudan qed jinżammu taħt arrest wara li lbieraħ filgħaxija serqu żewġ persuni f'żewġ każijiet separati fil-Marsa. Waqt ronda li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tal-Għassa tal-Marsa fit-toroq tal-lokalità, għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu, instema għajjat fl-inħawi ta' Triq Derby. Il-Pulizija marru fl-imsemmija triq u hemmhekk ġew avviċinati minn raġel mill-Mali ta' 28 sena u stqarr li kien għadu kif ġie misruq min żewġ persuni. Waqt li kienu qiegħdin fuq il-post, il-Pulizija ġew avviċinati minn raġel ieħor, ta' 23 mill-Eritrea u saħaq li kien għadu kif ġie aggredit minn żewġ persuni b'arma li taqta' u bil-ponta u serquh. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija tad-Distrett bdew bit-tfittxija għaż-żewġ persuni skont id-deskrizzjoni li ngħataw. Ftit ħin wara, intlemħu żewġ persuni fil-viċinanzi tal-Għassa tal-Marsa li qablu mad-deskrizzjoni li taw il-vittmi. Huma twaqfu mill-Pulizija u dak il-ħin, wieħed minnhom rema' mal-art arma li taqta' u bil-ponta. Minn tfittxija li saret fuqhom instabu ċwievet, lighters, żewġ mobiles u ammont ta' flus kontanti. Iż-żewġt irġiel; wieħed ta' 20 sena u l-ieħor ta' 18-il sena, ġew arrestati u ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 1 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 2:28pm Il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-saħħa tan-nies tibqa' prijorità għall-gvern u kien għalhekk li nvesta f'dak kollu li kien meħtieġ biex il-pajjiż jiġġieled il-Covid-19. Dr Abela kien qed jitkellem waqt żjara fit-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei, fejn iltaqa' mal-professjonisti impenjati fil-kura ta' persuni li għandhom dan il-virus. Dr Abela appella lill-poplu jibqa' prudenti u jimxi mal-prekawzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa. Żjara li għamilt fit-Taqsima tal-Mard Infettiv f'Mater Dei Is-saħħa tan-nies tibqa' prijorità għalina u għalhekk li investejna f'dak kollu li kien meħtieġ biex niġġieldu l-Covid-19. Dan kien il-messaġġ li għaddejt waqt żjara li għamilt fit-Taqsima tal-Mard Infettiv f'Mater Dei. Nibqgħu nkunu prudenti u nimxu mal-prekawzjonijiet li jagħtuna l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 1 ]
L-Amministrazzjoni tal-Isptar Monte Carmeli tixtieq tavża lill-pubbliku li qed jittieħdu l-passi preventivi kollha sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għar-residenti f'dan l-isptar. Għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li b'mod immedjat jitwaqqfu l-viżitaturi f'dan l-isptar. B'rabta mas-seba' pazjenti li nstabu pożittivi bil-Covid-19 fl-aħħar sigħat, l-Isptar Monte Carmeli javża li l-kundizzjoni tagħhom hija waħda stabbli u li qed jinżammu f'iżolament f'Monte Carmeli stess. Il-kumplament tal-pazjenti tas-sala San Ġorġ Preca jinsabu fi kwarantina. L-istaff li kien xogħol f'din is-sala wkoll tpoġġa fi kwarantina, u s-sitwazzjoni tagħhom se tibqa' tkun osservata matul il-ġranet li ġejjin.
[ 1 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 7:21pm Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU esprima tħassib għax għad m'hemmx pjan alternattiv għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f'Settembru. Fi stqarrrija l-KSU qal li s'issa l-eżamijiet għadhom se jsiru b'mod fiżiku fis-swali tal-eżamijiet, skont il-gwidi ppubblikati mill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Qal li f'laqgħa mal-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, il-KSU staqsa dwar x'miżuri straordinarji qed jiġu kkunsidrati fid-dawl tas-sitwazzjoni bħalissa. Żied li staqsa numru ta' mistoqsijiet lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u lill-Ministru tas-Saħħa fosthom xi protokolli hemm fis-seħħ meta student jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li jkun għamel eżami. Mistoqsijiet oħra jinkludu, x'inhuma l-kundizzjonijiet fid-dawl tar-rata ta' trasmissjoni għall-istudenti biex jirritornaw l-università f'Ottubru u x'inhuma l-protokolli f'sitwazzjoni ta' każijiet pożittivi fl-Università ta' Malta. Il-KSU qal li sal-lum dawn il-mistoqsijiet għadhom mhux imwieġba u l-inċertezza qed twassal għal ħafna ansjetà fost eluf ta' studenti li bħalissa qed jippreparaw għall-eżamijiet biex jidħlu l-Università jew biex jipprogressaw fil-korsijiet tagħhom. Il-KSU appella lill-Università ta' Malta u lill-awtoritajiet relevanti tal-Gvern biex jikkunsidraw id-deċiżjoni li l-eżamijiet isiru fuq il-campus u biex jippubblikaw pjan alternattiv għall-eżamijiet li se jsiru f'Settembru. Kelliem għall-Ministeru għall-Edukazzjoni qal lil tvm.com.mt illi f'laqħa pożittiva ħafna li saret bejn il-Ministru Owen Bonnici u l-għaqdiet tal-istudenti, ġew indirizzati d-domandi kollha li saru matul dik il-laqgħa. Intqal li l-Ministeru hu dejjem lest li jżomm kuntatt san u b'saħħtu mal-KSU għall-ġid tal-istudenti. Il-kelliem qal li l-eżamijiet se jsiru kif pjanat u li se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex jiġu osservati l-linji gwida li nħargu mill-awtoritajiet tas-saħħa.
[ 5, 6 ]
Id-deputat Claudio Grech ippreżenta lill-ispeaker Anġlu Farrugia rapport tal-aħħar sena ħidma tal-Fondazzjoni Save A Life, li waqqaf flimkien ma' martu, seba' snin ilu. Is-Sur Grech spjega li jgħaddi l-onorarja parlamentari u benefiċċji oħra lill-fondazzjoni, li qed twettaq proġetti li jtejbu l-ħajja ta' tfal u żgħażagħ fil-lokalitajiet mnejn jiġi elett. Qal li b'€162,000, f'seba' snin, saru għaxar proġetti, li tnejn minnhom għadhom għaddejjin. Il-proġetti jvarjaw minn dawk edukattivi, kulturali u sportivi. Fi kliem Claudio Grech, il-fondazzjoni hija mezz b'saħħtu kontra l-problema tad-droga u żied li bħalissa għaddejja riċerka biex tidentifika l-fatturi ewlenin li jwasslu biex tfal u żgħażagħ jersqu lejn il-vizzju, jinħoloq ċentru żgħir ta' appoġġ meta jkunu fi problema, u bdiet inizjattiva oħra għal programm ta' appoġġ strutturat għal tqala fost l-adolexxenti. L-ispeaker Anġlu Farrugia ddeskriva l-inizjattiva tad-deputat bħala ġest nobbli.
[ 1 ]
Fl-isfond tan-numru rekord ta' testijiet li saru fis-swab centres fis-sigħat li għaddew, il-Prim Ministru żar iċ-ċentru f'Pembroke li ilu jopera mill-bidu tal-pandemija. Dr Abela qal li kuntrarju għal li għamlu pajjiżi oħra li naqqsu t-testijiet biex iżommu n-numri baxxi, f'Malta dawn se jkomplu jiżdiedu. Il-Prim Ministru aċċerta lill-ħaddiema li l-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura biex is-servizz ikompli jitjieb.
[ 1 ]
Ritratti: Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija Raġel ta' 48 sena, residenti ż-Żebbuġ Għawdex, baqa jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, wara li tressaq il-Qorti t'Għawdex akkużat b'pussess tad-droga u li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti. Fi stqarrija l-pulizija qalet li r-raġel kien arrestat ilbieraħ filgħodu mill-pulizija al-iskwadra ta' kontra d-droga wara jiem ta' osservazzjoni b'rabta ma' allegat traffikar ta' droga. Ir-raġel twaqqaf malli niżel minn fuq il-vapur fil-port tal-Imġarr Għawdex. Minn tfittxija fil-vettura, il-pulizija sabet ammont konsiderevoli ta' sustanza suspettata li hija kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Aktar tard, minn tfittxija fir-residenza tiegħu, instabet aktar droga. Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, ir-raġel kien akkużat b'pussess ta' droga kokaina u kannabis f'ċirkostanzi li juru li ma kinetx għall-użu esklussiv tiegħu u talli kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
[ 0, 1 ]
F'laqgħa mal-edukaturi u t-tfal li qed jattendu Skolasajf fl-iskola primajra ta' Marsaskala, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-istudenti jridu jkunu mħejjija sa minn ċkunithom biex ikabbru t-talenti u l-kreattività tagħhom. Radd ħajr lill-edukaturi għall-opportunità ta' tagħlim u l-attuivitajiet li qed jorganizzaw lit-tfal waqt li jittieħdu l-prekawzjonijeit meħtieġa.
[ 1 ]
Imtella' Awwissu 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Awwissu, 2020 6:55pm Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li jirritornaw minn Malta, il-Greċja u Spanja, wara żieda fil-każijiet ta' Covid-19. L-aġenzija tal-aħbarjiet Ansa irrapportat li dawn ir-restrizzjonijiet ġew ippubblikati f'avviż legali iffirmat mill-gvernatur Nello Musumeci. L-Isqallin li jirritornaw minn Malta, jridu jirreġistraw fuq is-sit "siciliacoronavirus.it" u jibqgħu d-dar fi kwarantina għal ġimagħtejn qabel jagħmlu swab test. S'issa dan ma japplikax għal Maltin li jżuru Sqallija.
[ 6 ]
Imtella' Ġunju 26, 2020 - Aġġornata 26 Ta' Ġunju, 2020 3:56pm Mill-Ġimgħa daħal fis-seħħ avviż legali li permezz tiegħu ġenituri prospettivi li jgħaddu mill-proċess ta' prokreazzjoni medikament assistita, IVF, se jkunu intitolati għal 60 siegħa leave bi ħlas sħiħ. Dan se jgħodd kemm għall-ħaddiema fis-settur pubbliku u ħaddiema mal-privat. Daħal fis-seħħ l-avviż legali li jemenda l-Ordni ta' Standard Nazzjonali dwar il-leave ta' prokreazzjoni medikament assistita, magħrufa aħjar bħala IVF. Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, spjega kif permezz ta' dawn l-emendi, issa ġenituri prospettivi anke persuni single se jkunu intitolati għal 60 siegħa leave bi ħlas sħiħ mingħand min iħaddimhom. "Dawn is-60 siegħa ta' leave jistgħu jutilizzawhom matul il-proċess li jkunu għaddejjin minnu kemm il-persuna li tkun direttament affettwata minn dan il-proċess, kif ukoll il-persuna li tkun is-sieħeb jew is-sieħba ta' din il-persuna. Qed nagħtu wkoll dan il-leave lil min ikun donatur. Din il-persuna li tkun donatur ta' oocyte wkoll tibbenefika minn 60 siegħa leave bi ħlas. Il-Ministru Abela qal li dawn l-emendi jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-identità tal-ġeneru ta' persuna tista' tkun differenti mill-karatteristiċi tiegħu jew tagħha. Semma' kif persuna jista' jkollha karta tal-identità li fuqha jkun hemm imniżżel li s-sess tagħha huwa dak ta' raġel, iżda l-karatteristiċi sesswali fiżiċi jkunu ta' mara, jew viċe versa. Qal li dawn l-emendi saru wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi u ma' uffiċjali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni u tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni. Il-Ministru Abela qal li fl-ewwel leġiżlatura tiegħu dan il-Gvern daħħal is-servizz bla ħlas tal-IVF u fil-manifest elettorali tal-2017 wiegħed li dan is-servizz se jkompli jitwessa'. Qal li l-Gvern huwa impenjat li jassigura l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini kollha fid-diversità tagħhom.
[ 0, 7, 12 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 10:01am Għalliema u studenti tal-iskola Ħamrun SS Primary temmew is-sena skolastika fit-toroq tal-lokalità fejn wara aktar minn 100 ġurnata reġgħu raw lil xulxin u sellmu lil xulxin. L-Assistent Kap tal-Iskola, Janice Darmanin qalet lil tvm.com.mt li matul iż-żmien sakemm damet magħluqa l-iskola, kulħadd ħadem bħalha tim wieħed bejn edukaturi, studenti u genituri jew kustodji. Żiedet tgħid li din ma kinitx faċli imma l-kollaborazzjoni tant kienet tajba li jistgħu jgħidu li dan kien żmien ta'suċċess għal kulħadd... iżda ħassew ħafna n-nuqqas li jaraw lil xulxin wiċċ imb' wiċċ, speċjalment fi skola fejn dejjem kellhom għaqda kbira bejn kulħadd. B'hekk ħassew li kellhom jagħmlu xi ħaġa biex qabel ma jieqfu għall-vaganzi tas-sajf, jaraw kif jagħmlu biex jagħmlu sorpriża u jżuruhom mingħajr ma jingħaqdu fi grupp kbir biex tinżamm id-distanza socjali. B'hekk ilbieraħ organizzaw carcade fit-toroq tal-Ħamrun. Bil-karozzi kollha armati klassi klassi u ddekorati bdew iduru mat-toroq tal-Ħamrun ipaqpqu u joħolqu atmosfera sabiħa u pożittiva. Ingħaqad magħhom ukoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Gorg Preca. It-tfal kull ma kienu jafu kien li kellhom joħorġu fuq il-bankina jistennew sorpriża tgħaddi minn ħdejhom. Kif indunaw li se jaraw lill-edukaturi kien hemm emozzjonijiet kbar. L-Assistent Kap temmet tgħid li kien tassew mument sabiħ meta kollha setgħu 'jaraw' lil xulxin imqar għal ftit minuti biex jagħlqu flimkien din is-sena skolastika li żgur se tibqa' minsuġa fil-memorja tagħhom għal dejjem.
[ 1, 13 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 11:48am Il-Malta Aviation Society qed taħdem sabiex permezz ta' kuntatti li għandha tħajjar parteċipanti biex jieħdu sehem fl-Airshow Internazzjonali ta' Malta li se ssir f'Settembru li ġej. Fi stqarrija qalet li l-ispettaklu se jsir fin-naħa ta' fuq ta' Malta filwaqt li għadu mhux magħruf jekk ikunx hemm wirja statika miftuħa għall-pubbliku. Intqal ukoll li Il-Malta Aviation Society se tkun qed tippubblika aktar aġġornament skont l-aħħar żviluppi, fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Malta International Airshow beda fl-1993 u dak tal-2020 se jkun is-26 edizzjoni li għalih jattendu eluf ta' familji Maltin.
[ 13, 16 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 6:27pm L-Awtorità għat-Turiżmu qed tipprovdi soluzzjoni għal min irid imur Wied iż-Żurrieq iżda jaqta' qalbu jersaq lejn dan il-post pittoresk minħabba l-problema ta' nuqqas ta' spazju għall-parkeġġ. Minn tmiem il-ġimgħa d-dieħla se jibda jiġi offrut servizz ta' trasport ċirkulari b'xejn għal Wied iż-Żurrieq; mill-qalba tal-Qrendi u ż-Żurrieq u mill-inħawi ta' San Niklaw, qrib is-Siġġiewi. Minkejja r-riħ, f'Wied iż-Żurrieq kien hemm ċaqliqa hekk kif ir-ristoranti kienu miżgħuda bin-nies. Kuntrast assolut ma' ftit ġimgħat ilu meta kien hemm baħħ minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. "Għamel żmien ma kien hawn xejn tinżel hawnhekk u tara tnejn min-nies forsi jew tlieta, fejn is-soltu tara ħafna nies," qal Glen Galea. Is-Sur Galea, li għandu ristorant Wied iż-Żurrieq, qal li jittama li f'Lulju s-sitwazzjoni titjieb aktar. "Issa forsi meta jerġa jiftaħ l-ajruport inkunu qed nistennew naqra iżjed turisti filgħodu hux hekk għaliex jaħdmu tad-dgħajjes tal-Blue Grotto." Qal li Wied iż-Żurrieq iżuruh ħafna Maltin. "Filgħaxijiet Maltin biss aħna jkollna għaliex lukandi u hekk m'hawnx dawn in-naħat." Dan kien aspett li semmiet il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, meta nediet trasport ċirkolari b'xejn minn tliet postijiet lejn Wied iż-Żurrieq. Il-Ministru qalet li s-servizz, li se jibda mill-4 ta' Lulju, se jingħata mill-Ħamis sal-Ħadd mill-10.00 ta' filgħodu sa nofsillejl. Is-servizz se jkun iffinanzjat mill-Awtorità għat-Turiżmu, li se jiswiha €162,000. "Nistgħu nevitaw sitwazjonijiet fejn kemm Maltin kif ukoll barranin jinżlu hawn speċifikament għal vjaġġ tagħhom għall-esperjenza turistika imma ma jsibux fejn jipparkjaw u jitilqu 'l hemm għax jaqtgħu qalbhom," qalet il-Ministru. Is-Sindku taż-Żurrieq qalet li Wied iż-Żurrieq hu attrazzjoni turistika popolari li żviluppa minn villaġġ tas-sajjieda. Fl-2018 żaru dan il-post mal-475,000 turist. "Inizjattiva tajba ħafna għax kienu qed igergru dan l-aħħar li jiġu hawnhekk u ma jsibux parking," qalet Rita Grima, is-Sindku taż-Żurrieq. Is-Sindku tal-Qrendi qal li Wied iż-Żurrieq hu post sentimentali għan-nies tal-Qrendi minħabba rabtiet storiċi mal-post. "Tmur lura sal-1910 fejn kienet saret kawża l-Qorti miż-żewġ parroċċi fuq minn ibierek hawn isfel, interbħet favur il-Qrendi," qal David Schembri, Sindku tal-Qrendi. Is-servizz tat-trasport, imsejjaħ Destinazzjoni Wied iż-Żurrieq, se jaħdem mill-pjazez ewlenin tal-Qrendi u ż-Żurrieq u minn San Niklaw qrib is-Siġġiewi, fejn inħolqu spazji ta' parkeġġ għal min irid iħalli l-karozza hemmhekk.
[ 13, 16 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 7:40pm Għaxar saċerdoti u erba' djakni ġodda għall-Knisja f'Malta fi spazju ta' tlett ijiem. L-Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu mexxa l-ordinazzjoni ta' erba' djakni – tlieta djoċesani u wieħed mill-Ordni tal-Kapuċċini. Erba' żgħażagħ: Roderick Baldacchino; Jean-Claude Schembri, Joshua Cortis u Mark Scicluna ġew ordnati djakni mill-Arċisqof Charles Scicluna. Il-Quddiesa tal-ordinazzjoni tagħhom ġiet iċċelebrata fil-parroċċa taż-Żejtun. L-Arċisqof Scicluna qal li d-djakonat mhux biss tarġa għas-saċerdozju, imma hu stil ta' ħajja. "Intom qed tiġu ordnati f'dan il-mument ta' ħajjitkom bħala r-riġlejn tal-Knisja. Xi tfisser? Li intom il-mibgħuta tal-karità tal-Knisja." Spjega kif sa mill-antik id-djaknu kien jassisti lill-isqof biex mill-artal iwassal l-Ewkaristija lil min ma setax ikun hemm. "Il-Mulej qiegħed jibgħatkom fejn hemm l-iżjed bżonn u l-karattru li qed jingħatalkom illum, li mhux karattru saċerdotali imma karattru ta' qadi, karattru ministerjali. Tinsewx, għax mhux se jitteħdilkom. Intom djakni li 'l quddiem jekk Alla jrid titressqu għas-saċerdozju." Monsinjur Scicluna ħeġġiġhom biex anke meta jixriefu fiż-żmien, qatt ma jaqtgħu qalbhom miċ-ċokon tagħhom, mid-dgħufija tagħhom, mill-fatt li quddiem l-isfidi tal-ħajja u ċ-ċirkostanzi jħossuhom tassew ċkejknin, tassew żgħar. Monsinjur Arċisqof awgura li d-djakonat ma jkunx biss karattru fir-ruħ imma jkun stil ta' ħajja. Il-Ħadd filgħaxija l-Arċisqof se jmexxi fil-Katidral tal-Imdina l-quddiesa tat-tberik taż-żjut li s-soltu tkun l-uniku quddiesa ċċelebrata nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. Din is-sena, minħabba l-pandemija, ġiet posposta. Fil-quddiesa li tgħaqqad lis-saċerdoti kollha mal-isqof tagħhom, huma jġeddu l-wegħdiet saċerdotali. Jitbierku ż-żjut li jintużaw fis-sagramenti tal-magħmudija u l-morda, u jiġi kkonsagrat iż-żejt imħallat bil-fwejjaħ, tal-griżma. Iż-żejt tal-griżma se jintuża għall-ewwel darba l-għada, it-Tnejn, Solennità ta' San Pietru u San Pawl, meta l-Arċisqof se jordna għaxar sacerdoti ġodda fil-knisja ta' Kristu Rè f'Raħal Ġdid.
[ 13, 16 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 8:03pm L-ismha ta' Facebook ilbieraħ niżlu bi 8.3% wara li iktar minn 90 kumpanija kbar waqqfu r-reklamar fuq din il-pjattaforma soċjali. Il-kumpaniji qed jagħmlu dan il-bojkott fost pressjoni dejjem tikber biex it-tmexxija ta' Facebook twaqqaf diskors ta' mibegħda jew ta' natura razzjali, anki jekk isir mill-politiċi. L-aħħar kumpanija li waqqfet ir-reklami fuq Facebook hija l-Coca Cola, bil-Kap Eżekuttiv James Quincey jgħid li m'hemmx post għar-razziżmu fid-dinja u lanqas fuq il-midja soċjali, u talab iktar kontabbiltà u trasparenza minn dawn il-pjattaformi. F'dikjarazzjoni iktar kmieni, Facebook qal li se jibda jittimbra materjal li potenzjalment ikun ta' ħsara jew li jiżgwida, iżda li jitħalla jidher minħabba l-valur tal-aħbar. Il-fundatur Mark Zuckerberg qal ukoll li Facebook se jkun qed iwaqqaf kull reklamar li jimbotta l-idea li persuni ta' ċertu razza, nazzjonalità, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, immigranti u oħrajn, jistgħu b'xi mod ikunu ta' theddida għal ħaddieħor.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 10:15am Il-produtturi tal-kartun animat The Simpsons ħabbru li mhux se jibqgħu jużaw ilħna ta' persuni bojod għal karattri ta' persuni b'etniċitajiet oħra. L-aħbar ingħatat kemm fl-isfond tal-kampanja Black Lives Matter, u anki wara li iktar kmieni din is-sena l-attur Hank Azaria ħabbar li mhux se jibqa' jinterpreta l-karattru ta' Apu; Indjan-Amerikan li spiss kien suġġett ta' kontroversja minħabba li jintqal li joħloq sterjotip razzjali. Azaria kien ilu jokkupa dan l-irwol sa mill-1990, u kien jagħmel ukoll vuċijiet ta' karattri Afro-Amerikani u Messikani-Amerikani. Fl-istqarrija tiegħu l-istazzjon Fox News, li jxandar The Simpsons, ma qalx jekk il-karattri ewlenin ta' etniċitajiet differenti hux se jibqgħu jkunu parti mill-iskeda.
[ 2, 10 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 6:03pm Michael Martin ġie elett il-Prim Ministru l-ġdid tal-Irlanda f'sessjoni speċjali tal-Parlament f'Dublin. Martin, li ilu kap tal-partit Fianna Fáil mill-2011, se jkun qed jieħu post Leo Varadkar sa Diċembru tas-sena d-dieħla. Hu se jmexxi koalizzjoni ta' tliet partiti, li jinkludu l-partit tiegħu Fine Gael u l-Green Party. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja li l-partiti rivali fil-gwerra ċivili; Fianna Fáil u Fine Gael, se jiggvernaw flimkien.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Madanakollu, jekk xejn, mindu ġew irrappurtati l-ewwel każi ta' Covid-19 ilkoll tgħallimna napprezzaw bis-sħiħ dak kollu li f'għajnejn dak li jkun jaf jidher normali għall-aħħar, bħall-għaqda u l-imħabba ta' bejnietna. Dawk il-valuri, fi ftit kliem, li ngħixuhom ta' kuljum b'għajnejna magħluqa u li qajla nagħtu kas l-importanza tagħhom. F'dan l-isfond, għadd ta' studenti tas-sekondarja tal-kulleġġ De La Salle f'dawn il-jiem 'il bogħod mill-awli skolastiċi ħolqu żewġ filmati msejsa fuq għadd ta' tpinġijiet tagħhom stess li jkomplu jagħmlu kuraġġ lill-poplu u jqanqluna biex ilkoll inkomplu niġbdu ħabel wieħed bit-tama li negħlbu l-pandemija mill-aktar fis. Il-filmati mżewwqa wkoll b'għadd ta' messaġġi b'turija ta' ringrazzjament lill-ħaddiema tas-saħħa li fl-aħħar ġimgħat, aktar minn qatt qabel, ħadmu lejl u nhar biex jipproteġuna lkoll mill-virus.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 27, 2020 - Aġġornata 27 Ta' Ġunju, 2020 3:09pm F'Laqgħa Ġenerali Annwali nħatar Kunsill Eżekuttiv ġdid għall-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għas-sentejn li ġejjin. Fi stqarrija l-IGM qal li għall-ewwel darba, il-kunsill se jkollu membri minn sitt kmamar tal-aħbarijiet lokali biex b'hekk hemm l-akbar rapreżentanza tal-midja Maltija. Għall-ewwel darba ukoll, l-IĠM se jkollu tliet nisa fil-Kunsill, biex b'hekk hemm l-akbar rappreżentanza femminili li qatt kellu l-Kunsill tal-IĠM fi 30 sena. Fin-nuqqas ta' nominazzjoni għall-kariga ta' President, il-laqgħa ġenerali annwali qablet li persuna fost il-membri eletti fil-kunsill għandha tintgħażel għall-President fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill meta jitqassmu il-karigi rispettivi. Nigel Mifsud se jibqa' jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali waqt li Mario Schiavone se jibqa jokkupa lkariga ta' teżorier. Il-membri l-oħra appuntati huma Claire Caruana, Sylvana Debono, Christine Amaira, Neil Camilleri, Julian Bonnici, Charles Camenzuli u Domenic Aquilina. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef se jkun membru mingħajr vot fil-kunsill, bl-għaqda hi statutorjament affiljata fi ħdan l-IĠM. B'vot unanimu, il-laqgħa ġenerali irringrazzjat lill-membri li temmew ħidmiethom filKunsill: ic-Chairman Yannick Pace, u l-membri Mario Xuereb u Roderick Agius.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 28, 2020 L-elettorat Pollakk ivvota f'elezzjoni Presidenzjali li minbarra li hija taqtiegħa ħarxa, tista' twassal biex l-Unjoni Ewropea żżomm ir-riedni fuq il-gvern Pollakk. Il-President attwali Andrezej Duda li huwa alleat tal-gvern konservattiv tal-pajjiż qed jiġi kontestat mis-sindku ta' Varsavja Rafal Trzaskowski meqjus bħala liberali. Il-gvern Pollakk jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea minħabba riformi li għamel li huma meqjusa li jmorru kontra l-valuri demokratiċi tal-Unjoni Ewropea. Il-President Duda li ġej mill-partit tal-Ordni u Ġustizzja mhux l-ewwel darba li sab ruħu f'konfronti mal-blokk Ewropew minħabba riformi kontroversja li wettaq speċjalment fil-ġudikaturi u fil-qasam tal-midja. Dan wassal biex il-Parlament Ewropew ivvota sabiex jibdew proċeduri kontra l-Polonja taħt artiklu seba' tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Duda dan l-aħħar iddeskriva l-promozzjoni tad-drittijiet tal-LGBT bħala ideoloġija iktar distruttiva mill-kommuniżmu. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Ver Jourova, kellha kliem iebes għall-istqarrija tal-President Pollakk. Rafal Trzaskowski wiegħed li jekk jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali, isewwi n-nuqqas ta' qbil li hemm bejn il-Polonja u Brussell.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 28, 2020 - Aġġornata 28 Ta' Ġunju, 2020 9:25am Raġel Latvjan ta' 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f'argument f'residenza privata f'San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:30 tal-bieraħ f'residenza fi Triq il-Ħġejjeġ, f'San Pawl il-Baħar fejn il-pulizija sabu persuna mal-art fir-residenza tagħha. Immedjatament intalbet l-assistenza ta' tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta' 31 sena mill-Imġarr, kellu argument mar-raġel Latvjan ta' 24 sena, minn San Pawl il-Baħar. Ir-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, allegatament weġġa' lil vittma, ir-raġel ta' 24 sena, b'oġġett bil-ponta u wara ħarab minn fuq il-post. Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ħatret Inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 2, 6, 7 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jerġa jimponi lockdown fil-belt ta' Leicester wara żieda fil-każijiet ġodda ta' coronavirus. Johnson ħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu kawti minkejja li ġew illaxkati r-restrizzjonijiet. Huwa esprima tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'din il-belt u saħaq li l-pajjiż għadu ma ħariġx mill-periklu. Johnson qal li filwaqt li qed jittieħdu passi meqjusa biex mill-4 ta' Lulju r-Renju Unit jiftaħ kemm jista' l-ekonomija, għad hemm ir-riskju. Żied li wieħed irid jibqa' viġilanti u jkompli josserva l-miżuri bażici u jekk hemm bżonn jerġgħu jiġu ntrodotti lockdowns lokali. F'Leicester jgħixu mat-350,000 persuna u ġew irreġistrati aktar minn 650 każ f'temp ta' ħmistax mis-16 ta' Ġunju 'l hawn.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Ġunju, 2020 3:24pm Matul il-pandemija tal-coronavirus, l-ispejjeż tad-Dar tal-Providenza żdiedu b'aktar minn sittin elf ewro biex għamlu tajjeb għal diversi miżuri biex jitħarsu r-residenti u l-impjegati. L-amministratur tad-dar, Nadine Camilleri Cassano, spjegat li fost oħrajn inxtraw smartphones biex ir-residenti żammew kuntatt mal-qraba u l-ħbieb, li ma setgħux iżuruhom. Sar ukoll investiment f'sistemi teknoloġiċi, inxtara tagħmir protettiv għall-ħaddiema li jkunu f'kuntatt mar-residenti u ġie provdut trasport lill-ħaddiema li ma jsuqux. Id-Dar tal-Providenza llum laqgħet lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, li qalet li Malta rnexxielha tikkontrolla l-virus għax kull entità, inkluż din id-Dar, għamlu dak kollu li setgħu biex jipproteġġu lir-residenti tagħhom. L-amministratur tad-dar irrimarkat li dan kollu seħħ fl-istess ħin li d-donazzjonijiet naqsu drastikament/ Għal dan il-għan, id-Dar tal-Providenza nediet il-kampanja "Sabiħ Li Tagħti" li se tibqa' sejra sal-ewwel jum tas-sena d-dieħla bil-għan li jinġabru fondi għad-dar li teħtieġ aktar minn 5 miljun ewro fis-sena. Jes Saliba, membru tal-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza, qal li dan huwa mument ta' sfida u diffiċli għad-dar għax id-Direttur, Fr Martin Micallef, se jkun qed jingħata l-kura għal kanċer, li ntqal jitfejjaq. Qal li fin-nuqqas ta' Fr Martin, l-amministrazzjoni se tagħmel l-almu tagħha biex tkompli tagħti l-aħjar servizz lill-115-il resident. "Irridu nilbsu u mmexxu 'l quddiem il-ħidma li żera' fina Fr Martin fil-mument li issa għandu bżonn jagħti kas ftit iktar tiegħu wara li ta ħajtu jagħti kas lil ħaddieħor," qal Jes Saliba. B'effett tal-pandemija, din is-sena kellha titħassar il-maratona tal-volleyball li waħedha kienet tħalli lid-Dar tal-Providenza aktar min-nofs miljun ewro. Iċ-chairman tal-maratona u membru fil-bord tad-diretturi, Manwel Zammit, qal li din kienet daqqa oħra finanzjarja. "Sinċerament kienet ħafna diffiċli għal ħafna għanijiet mhux inqas minħabba l-finanzi tad-Dar li għal din is-sena minħabba l-COVID-19 żdiedu l-ispejjeż." L-informazzjoni dwar id-donazzjonijiet tinsab fuq sabihlitaghti.org
[ 7, 12, 13, 14 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Ġunju, 2020 12:05pm Ritratti: Juwill Productions Tony Pace minn Ħal Safi u Osmar Baldacchino mis-Siġġiewi huma tnejn minn 10 djakni li llejla se jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Mons Charles Jude Scicluna. Il-quddiesa tal-ordinazzjoni saċerdotali se ssir il-Knisja Parrokkjali ta' Kristu Re' f'Raħal Ġdid, tibda fis-6.30 p.m u se tixxandar dirett fuq TVM2. Osmar daħal is-Seminarju ta' 17-il sena waqt li Tony kien pensjonant tant li għadu kemm għalaq 67 sena. Ara x'qalu dwar kif huma jħarsu lejn l-eta' u l-mixja għas-saċerdozju: F'Novembru 2017, tvm.com.mt kien wasslilkom l-esperjenza tas-seminarista Tony Pace, missier ta' tliet żgħażagħ li beda l-mixja għas-saċerdozju wara l-mewt ta' martu, Joan. Wieħed minn uliedu miexi wkoll f'din it-triq. Segwi iktar hawn: Missier u ibnu se jsiru saċerdoti – lissen ix-xewqa lil martu fuq is-sodda tal-mewt
[ 12, 13 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 - Aġġornata 29 Ta' Ġunju, 2020 12:55pm Bħal-lum fl-Imnarja, il-Banda L'Isle Adam tar-Rabat torganizza kunċert fuq is-Saqajja. Pero din is-sena, minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-Pjazza pittoreska tas-Saqqajja fir-Rabat mhux se tkun qed tgħix l-Imnarja bħas-snin l-imgħoddija. Iżda din is-sena minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-kunċert ma sarx bħas-soltu. Minflok il-Kumitat flimkien mal-Kummissjoni tal-Banda fi ħdan l-Għaqda Mużikali L'isle Adam ħasbu sabiex dan l-appuntament jinżamm permezz tal-media soċjali. Huma ħadu ħsieb jaħdmu filmat qasir biex ittellgħuh fuq il-paġna ta' facebook ta' din l-Għaqda Mużikali fejn il-banda L'Isle Adam li daqett fuq it-terazzin spazjuż li għandha fis-sede tagħha f'Palazzo Xara. Fi sfond mżejjen bil-bandalori l-bandisti lebsin l-unformi formali daqqew taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro William Debattista . Fost is-siltiet esegwiti hemm l-għanja popolari l-Imnarja b'adattament għal banda li sar mis-Surmast Onorarju Joseph Galeali. Din l-għanja żgur hija timbru ta' din il-festa folkloristika ta' pajjiżna. Sa mit-twaqqif tagħha 160 sena ilu l-banda Dekana u ċittadina L'Isle Adam dejjem tat sehem ewlieni f'din il-festa tradizzjonali ta' pajjiżna fost oħrajn bil-kunċert li jittella minn din il-Banda Rabtija nhar l-Imnarja filgħaxija li jġib fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru kemm fir-Rabat u l-Ġonna tal-Buskett.
[ 2, 7, 12, 13 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 Il-kitarrist David Cassar Torreggiani u l-kantant u mużiċist Malti Kersten Graham kienu ilhom itellgħu u jniżżlu biex jamalgamaw it-talent mużikali tagħhom bil-għan li joħorġu kanzunetta flimkien. Fl-aħħar ġimgħat lil David u 'l Kersten ġiethom ix-xoqqa f'moxtha biex jaħdmu flimkien u f'dawn il-jiem flimkien ma' David Depasquale nedew il-kanzunetta 'Broz'. Minkejja l-fatt li għal David il-produzzjoni tal-kanzunetta kienet xi ftit jew wisq għadma iebsa għalih peress li tmur lil hinn mill-istil tiegħu, il-kitarrist daħal għaliha b'ruħu u b'ġismu. Lil hinn mill-melodija, il-lirika ta' 'Broz' jaf tnissel tbissima fuq fomm dak li jkun hekk kif kliemha msejjes fuq mument umoristiku għall-aħħar bejn Kersten u David. Fi ftit kliem, darba fost l-oħrajn, iż-żewġ artisti kienu fi triqithom biex imorru jdoqqu flimkien u l-karozza ta' David bdiet tmajna mill-fuel. Riżultat ta' dan, Kersten niżel jagħti daqqa t'id 'il David biex jimla' t-tank. Ġara, li Kersten ma kienx jaf li l-karozza ta' David kienet tieħu diesel. Minflok, taha petrol u kien se jirranġah għall-frisk. Il-kanzunetta 'Broz' ikkaratterizzata minn andament melodiku enerġetiku għall-aħħar u x'aktarx li tpaxxi l-aktar 'il-widna ta' dawk li l-hena tagħhom jisimgħu ġganti tal-mużika rock bħal AC/DC, Guns N' Roses u M ötley Crüe.
[ 2, 5, 10 ]
Imtella' Ġunju 29, 2020 Mumenti ta' kommossjoni fil-Qorti meta mara mill-Għarabja Sawdija li għandha karta tal-identità Maltija rreaġġixxiet b'mod isteriku għad-deċiżjoni tal-Qorti li ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li ma pprovdietx indirizz alternattiv fejn setgħat tmur tgħix sakemm tinstema' ix-xhieda kontriha. Mona Ibrahim Mahmoud ta' 36 sena u tgħix il-Marsa f'residenza li tuża wkoll bħala ħanut tal-ikel u x-xorb, kienet akkużata li ħebbet kontra l-ġara, Wilidana Cassar, u hedditha b'sikkina li se tuża l-vjolenza kontriha jew kontra l-proprjetà u l-qraba tagħha. Il-prosekuzzjoni li tmexxiet mill-Ispettur Matthew Galea oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest tal-imputata minħabba li l-argument aggressiv seħħ f'post li m'huwiex liċenzjat u qed iservi bħala r-residenza temporanzja tagħha. Għall-diversi drabi, l-akkużata b'ton aġitat qalet li kellha tagħalaq li l-ħanut tagħha minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid. Qalet li l-ġirien kienu jagħmluha ħajjitha diffiċli u jgħajjruha bit-tfal li qalet ilha ma tara għal dawn l-aħħar 11-il sena. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech staqsietha diversi drabi jekk kelliex xi post alternattiv fejn setgħat tmur tgħix sakemm tinstema' x-xheda fil-Qorti. L-akkużata wieġbet li setgħat tieħu l-affarijiet personali tagħha għand ir-raġel tagħha li huwa Libyan u m'għadiex tgħix miegħu, u tgħix f'residenza oħra fil-Ħamrun. Hija madankollu ma pprovdiex l-indirizz u l-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li qalet li ma kienetx konvinta li setgħet tgħix f'post sigur. Waqt li nħarġet barra mill-awla instema għajjat, bil-kommozzjoni twassal biex il-Maġistrat tiġbed l-attenzjoni tad-direttur tal-faċilità korrettiva ta' Kordin biex jittieħdu l-miżuri kollha sabiex ikunu assigurati s-saħħa u s-sigurta' tal-imputata.
[ 0, 12, 13 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 7:40pm Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers tal-mitt ewro li jistgħu jissarfu f'ħamsa u għoxrin elf negozju f'Malta u Għawdex. Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri qal li sa tmiem din il-ġimgħa, in-negozji li jistgħu jissarrfu dawn il-vouchers se jirċievu ittra b'kodiċi apposta biex jattivaw applikazzjoni fuq il-mobile biex biha jaċċettaw ħlas bil-vouchers u awtomatikament l-ammont dovut jiġi ddepożitat fil-kont bankarju tagħhom, dakinhar stess. Mal-ħamsa u għoxrin elf negozju ser ikunu jistgħu jsarfu l-vouchers ta' mitt ewro li ser jintbagħtu mill-gvern lir-residenti f'Malta u Għawdex biex tingħata spinta lill-attività ekonomika. Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar id-dettalji ta' kif ser taħdem is-sistema tal-vouchers bi proċedura sikura li tiġġarantixi l-validità ta' kull voucher li jista' jissarraf darba biss u meta jissarraf il-flus jiġu trasferiti awtomatikament dak in-nhar stess fil-kont bankarju tal-istabbiliment. Il-vouchers jistgħu jissarrfu sa tmiem Settembru f'lukandi u ristoranti u fi stabilimenti kummerċjali varji li kienu ngħalqu mal-awtoritajiet tas-saħħa bħala partijiet mir-restrizzjonijiet li kienu saru biex il-coronavirus ma jinfirix. Il-Konsulent tal-Ministeru Keith Abela qal li kull negozju se jsibha faċli li jirreġistra ruħu f'din is-sistema sempliċi b'applikazzjoni fuq il-mobile. "Se jkunu jistgħu jużaw smarthphone, meta jiġi klijent permezz tal-app jiskennjaw il-QR code, kopja tal-vat receipt u jirċievu l-fondi direttament fil-kont." Is-Sur Abela kompla jgħid li l-vouchers għall-pubbliku se jitqassmu bil-posta reġistrata u jistgħu jiġu trasferiti minn persuna għall-oħra. Il-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol Stanley Mifsud spjega li kull persuna se tirċievi ħames vouchers ta' għoxrin ewro 'l wieħed, erba' li jkunu ta' lewn aħmar biex jintużaw fil-lukandi u ristoranti, u wieħed blu li jista' jintuża fil-ħwienet l-oħra.
[ 4, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 5:38pm Ix-xejra kontinwa ta' tnaqqis tal-każi tal-Covid-19 f'Malta tant li darb'oħra reġa' ma nstab l-ebda każ tal-virus f'aktar minn sitt mitt swab test, kompliet ġiet apprezzata fost oħrajn mill-membri Maltin fil-Parlament Ewropew li ngħaqdu biex innominaw lil Professur Charmaine Gauci u dawk kollha li ħadmu biex ġiet imrażżna l-pandemija għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew. Għar-raba' jum infila, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li ma sabu l-ebda każ ġdid ta' coronavirus fl-aħħar 24 siegħa sa nofsinhar. Fl-aġġornament ta' kuljum, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li għamlu 567 swab test ieħor li minħabba ma rriżulta l-ebda każ pożittiv. Mill-banda l-oħra qalu li persuna oħra li kellu l-virus issa fieq biex b'hekk il-każi attivi niżlu għal 21. Għalkemm fl-aħħar għaxart ijiem, f'diversi ġranet ma nstabux persuni bil-Covid 19, il-virus għadu ma spiċċax u għalhekk l-awtoritajiet komplew iħeġġu biex f'din in-normalità ġdida bil-virus, il-pubbliku għandu jibqa' jsegwi r-rakkomandazzjonijiet fosthom il-ħasil spiss tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri anke meta tintemm illum l-emerġenza medika li kienet daħlet fis-seħħ f'Marzu li għadda. Intant, is-sitt Ewroparlamentari Maltin, miż-żewġ partiti politiċi ngħaqdu flimkien u innominaw għal Premju taċ-Ċittadin Ewropew lis-Supredendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, lit-tim tagħha u l-professjonisti u l-voluntiera kollha tal-kura tas-saħħa li għenu biex jikkoordinaw il-ħidma għat-trażżin tal-pandemija COVID-19. L-Ewroparlamentari Maltin stqarrew li t-tmexxija tal-Professur Gauci flimkien mat-tim tagħha ta' professjonisti dedikati u tant voluntiera, fissru li Malta u Għawdex setgħu jirreaġixxu għall-pandemija b'mod effettiv. Żiedu jgħidu li l-Professur Gauci u t-tim tagħha huma xhieda tal-valuri Maltin u Ewropej fil-promozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq ix-xjenza għall-kura tas-saħħa u miżuri oħra immirati biex irażżnu t-tixrid tal-virus u għalhekk jistħoqqilhom ikunu rikonoxxuti fil-Premju taċ-Ċittadin Ewropew li jirikonoxxi nies u organizzazzjonijiet li eċċellaw fil-kontribut tagħhom għas-soċjetà.
[ 4, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 7:42pm Fil-qorti bdew jinstemgħu l-każijiet kontra l-Pulizija fis-sezzjoni tat-traffiku b'rabta mal-allegati abbużi ta' eluf ta' ewro li tħallsu għall-extra duties waqt li allegatament jinħadmu waqt is-sigħat normali tax-xogħol tagħhom. Fl-ewwel seduta tressqu eks Supretendent, żewġ spetturi u żewġ surġenti. B'kollox il-ħames uffiċjali ġew akkużati li ħadu mal-€44,000 fi ħlasijiet. Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla akkuża li l-eks Supretendent Walter Spiteri li kien tħallas €17,000 minn Transport Malta u Infrastructure Malta bejn Settembru 2018 u Novembru li għadda. Qal li l-flus suppost tħallsu għal xogħol extra li s-Sur Spiteri kellu jagħmel b'rabta mal-bini tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, meta fil-fatt instab li huwa kien ikun id-dar jew f'post ieħor. Is-Sur Spiteri ċaħad l-akkużi kontrih. Il-qorti ġiet infurmata li s-sur Spiteri irritorna dawn il-flus. Xehed ukoll l-Ispettur Bernard Bunce li semma kif fl-investigazzjonijiet instabu messaġġi tal-Whatsapp bejn diversi uffiċjali tal-Pulizija li kienu jiftehmu bejniethom biex jaħdmu s-sigħat extra waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. Semma wkoll li kien hemm Surġent tal-Pulizija mara li kienet qiegħda tirċievi ħlasijiet ta' extra għal xogħol fil-Marsa meta lanqas biss kienet issuq mutur. Fit-tieni każ, l-Ispettur Nikolai Sant wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bis-Supretendent Jesmond Borg jixhed li mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-Ispettur Sant kien jitħallas tal-extra duties waqt li kien ikun ix-xogħol. Allegatament huwa tħallas €12,700 bil-flus ġew imħallsa lura qabel ma ħarġu l-akkużi. Tressaq ukoll l-Ispettur PierGuido Saliba, li wkoll ċaħad l-akkużi kontrih. Huwa wkoll ġie mixli bi ħlas ta' €17,200 għal extra duties waqt li kien bix-xogħol normali tiegħu. Tressqu wkoll żewġ surġenti. Clayton Frendo ġie akkużat li ħa €6,000 f'extra duties li m'għamilx. Huwa ċaħad l-akkużi filwaqt li fil-qorti ingħad li l-flus tħallsu lura. Is-Surġent Angelo Briffa ġie akkużat li tħallas €8,000 li eventwalment tħallsu lura. Huwa wkoll ċaħad l-akkużi kontrih. L-Ispettur Doriette Cuschieri mit-Taqsima għar-Reati Ekonomiċi qalet li mill-investigazzjonijiet li saru kien hemm drabi li l-mutur lanqas biss inxtegħel waqt li suppost kien qed jagħmel extra duty.
[ 0, 4, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 6:24pm L-Ispeaker Anġlu Farrugia f'ruling li ta fis-seduta tat-Tnejn filgħaxija, sab li kien ksur prima facie tal-privileġġ tal-Kamra fil-konfront tad-deputat nazzjonalsita Jason Azzopardi bi kliem li qal fl-aġġornament tas-seduta tal-Erbgħa filgħodu li l- ex Prim Ministru Joseph Muscat kien sar jaf bi pjan li tinqatel Daphne Caruana Galizia u ried jeħles l-elezzjoni qabel ma ksir dan. Id-deputat Azzopardi rrifjuta li jirtira l-kliem li qal u għalhekk l-Ispeaker Farrugia ordna li l-każ ta' ksur ta' privileġġ jitressaq quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-privileġġi. L-Ispeaker Farrugia rrefera għall-ordnijiet permanenti tal-Kamra li l-ebda deputat m'għandu jattribwixxi intenzjoni ħażina lil membru ieħor. Huwa qal illi d-deputat Azzopardi attribwixxa intenzjoni ħażina fil-konfront ta' Dr Muscat. Huwa żied jgħid li dan kien każ ċar u lampanti ta' ksur ta' privileġġ. Huwa kompla jgħid li d-diskors tal-avukat Jason Azzopardi li kien ikkaratterizzat minn temperament tajjeb u lanqas minn moderazzjoni. L-Ispeaker tal-Kamra żied jgħid li l-privileġġ parlamentari m'għandux jiġi abbużat fost affarijiet oħra għax jista' jkollu konsegwenzi terribbli fosthom it-tkissir tar-reputazzjoni tal-individwu li jkun abbużat. Qal li dan iqiegħed responsabbiltà kbira fuq id-deputati. Għalhekk l-Ispeaker talab lid-deputat Azzopardi biex jirtira l-kliem li qal fil-konfornt tal-eks Prim Minsitru Muscat li kien sar jaf bi pjan biex tinqatel is-Sinjura Caruana Galizia u għalhekk sejjaħ elezzjoni kmieni. Id-deputat nazzjonalsita Jason Azzopardi irrifjuta li jirtira kliemu talab lill-Gvern biex ilaqqa' l-kumitat tal-privileġġ parlamentari. L-Ispeaker qal li għalhekk ma kellu ebda għażla hlief li jiddikjara każ ta' ksur ta' privileġġ u rrefera l-każ lill-kumitat tal-privileġġi. Huwa appella lid-deputati biex ikunu meqjusa fi kliemhom u ma jattribwixxu l-ebda intenzjoni ħażina lil deputati oħra. Żied jgħid li d-deputati għandhom juru rispett lejn xulxin, jużaw il-prudenza u jżommu d-diskussjoni fuq livell ċivili. Wara l-għoti tar-ruling, l-Ispeaker Farrugia informa lill-Kamra li kien irċieva ittra mill-Whip tal-gvern Glenn Bedingfield li d-deputat Konrad Mizzi ma kienx parti mill-grupp Parlamentari Laburista. Qal li rċieva wkoll ittra mingħand Dr Konrad Mizzi li affirma li ma kienx għadu parti mill-grupp Parlamentari Laburista iżda li kien se jibqa' lejn lejn l-istess gvern.
[ 4, 12, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco ħabbret ftit tal-jiem ilu li se terġa' ssir omm għat-tieni darba, din id-darba ta' tifla. Hija qalet li hi u familtha jinsabu ferħanin se jtiru bl-aħbar, bit-tarbija mistennija titwieled f'Novembru. Il-kantanta qalet li se tibqa' taħdem b'mod regolari iżda se tpoġġi s-saħħa u sigurtà tat-tarbija tagħha kif ukoll ta' familtha l-ewwel u qabel kollox.
[ 4, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 Didier Reynders, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja faħħar ix-xogħol u d-djalogu kontinwu bejn Malta u l-Kummissjoni Venezja f'dak li għandu x'jaqsam mar-riformi kostituzzjonali u tal-ġustizzja. Il-Gvern Malti qed jaħdem qatigħ b'rakkomandazzjonijiet ġodda u abbozzi ta' riforma u governanza tajba li l-Kummissjoni Venezja laqgħet biex issa l-Gvern iressaqhom quddiem il-Parlament biex isiru liġi. Dan il-proċess, li beda f'Diċembru tal-2018, bir-rapport tal-Kummissjoni Venezja għar-riformi li jsaħħu s-saltna tad-dritt, qed jilħaq il-qofol tiegħu bil-gvern u l-Kummissjoni Venezja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jaqblu fuq sensiela ta' riformi fil-qasam tal-ġustizzja kif ukoll fil-qasam amminsitrattiv u politiku. B'dawn ir-riformi, il-Prim Ministru ser iċedi ħafna mill-poteri tiegħu biex tissaħħaħ id-demokrazija u r-reputazzjoni ta' Malta filwaqt li dawn jibqgħu l-akbar riformi li saru mindu ġiet dikjarata l-kostituzzjoni tar-Repubblika. Il-Kummissjoni Venezja tapprova r-riformi ta' Malta dwar l-istituzzjonijiet u governanza tajba
[ 4, 12, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 Id-donazzjoni ta' numru ta'oġġetti relatati mal-bastiment M.V. Lord Strickland minn Charles De Micoli u ibnu Beppe De Micoli lil Heritage Malta se tkun qed issaħħaħ l-Istorja Marittima lokali. Wara li jiġu restawrati, dawn l-oġġetti ser jiġu esebiti fil-Mużew Marittimu, fil-Birgu. Mibni biex ifittex u jneħħi l-isplussivi fil-baħar waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, il-bastiment ma baqax jintuża mill-Flotta Rjali u nxtara mill-Anglia Shipping Company, li Giuseppe De Micoli, missier Charles, kien wieħed mill-azzjonisti prinċipali tagħha. Il-bastiment għadda minn tibdiliet biex ikun jista' joffri servizzi ta' trasport ta' persuni u tagħbija bejn Malta u Sirakuża. Aktar tard, fl-1950, dan il-bastiment inbiegħ lill-leġġendarju Kaptan Jacques-Yves Cousteau li tah l-isem ta' Calypso u għollieh għall-fama mondjali meta għażlu biex jakkumpanjah matul l-avventuri magħrufa tiegħu. Wara li spiċċat il-gwerra, bosta mill-bastimenti tal-Flotta Rjali bdew jitqiesu bħala ingombru. Għaldaqstant l-Anglia Shipping Company għarfet il-mument opportun biex tixtri wieħed minn dawn il-bastimenti ma baqgħux jintużaw mill-militar. "Wara li xtraw il-bastiment, sar xi tibdil fuqu biex ikun jista' jintuża għall-għan il-ġdid li kien maħsub għalih, fosthom il-bini ta' gverta adegwata," spjega s-Sur De Micoli. Tieqa żgħira tonda u l-ħġieġa fonda ta' tieqa bħalha, li tneħħew mill-bastiment waqt dawn il-bidliet, issa jiffurmaw parti mill-aħħar donazzjoni li rċeviet Heritage Malta. L-oġġetti l-oħra jikkonsistu minn żewġ sentini li kienu jinsabu biswit il-magni tal-bastiment u kienu jintużaw biex jiġbdu u jarmu xi ilma baħar li jirnexxielu jidħol ġewwa, pompa taż-żejt li kienet tiġi utilizzata f'tankijiet tal-45 gallun, flimkien ma' fuljett u ritratti tal-bastiment. Charles u ibnu Beppe De Micoli kienu kburin li taw dawn l-oġġetti lil Heritage Malta biex jibdew jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali u jkunu jistgħu jiġu apprezzati minn kull min iżur il-Mużew Marittimu.
[ 2, 4, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 3:34pm Sa Ġunju tal-2022 Malta mistenni jkollha l-ewwel bank nazzjonali tal-ġenetika biex fih jiġu konservati pjanti, ħwawar, żerriegħa u siġar ta' varjetajiet differenti li nsibu fil-gżejjer Maltin. Hu stmat li fl-aħħar mitt sena ntilfu mal-mitejn varjetà ta' siġar tal-frott u ċ-ċentru b'investiment ta' tliet miljun ewro f'Ħal Lija hu maħsub biex jipproteġi dan il-wirt naturali u agrikolu. F'Malta hawn madwar 800 pjanta indiġena li 25 minnhom jinsabu fil-gżejjer Maltin biss. L-aġent Direttur għall-protezzjoni tal-pjanti, Maureen Delia qalet li hu stmat li fl-aħħar seklu iktar minn 200 varjetà lokali ta' siġar tal-frott intilfu u jekk ma jsir xejn, Malta se tkompli titlef iktar speċi agrikoli. Għaldaqstant, biex dawn ikunu ppreservati ġiet identifikata żona fid-Direttorat tal-Pjanti f'Ħal Lija għall-iżvilupp tal-ewwel bank nazzjonali tal-ġenetika tas-sigar u l-pjanti. "Fih ħa nikkonservaw kampjuni tal-flora Maltija kemm dik li tintuża mill-bdiewa bħal varjetajiet tal-ikel, siġar tal-frott, ċereali u anke pjanti slavaġġ li forsi qed ninnutaw li qed jonqsu." Il-Ministru għall-Agrikoltura, Anton Refalo qal li dan il-proġett ta' madwar €3 miljun mistenni jitlesta fi żmien sentejn oħra u se joffri opportunità ta' riċerka u edukazzjoni. "Fejn hemm jistgħu jiġu l-istudenti u ż-żgħażagħ jitgħallmu fuq il-pjanti tagħna waqt li fuq livell internazzjonali u Ewropew jista' jibda jkollna bdil ta' ideat." Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali se tiffinanzja €900,000 f'tagħmir speċjalizzat biex il-post jkun ċentru adattat għall-wirt tan-natura u l-agrikoltura.
[ 4, 7, 13, 14 ]
Imtella' Ġunju 30, 2020 - Aġġornata 30 Ta' Ġunju, 2020 8:37am Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum. L-Orizzont Rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont jgħid li d-Dar tal-Providenza qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jgħinha f'mument fejn tinsab iffaċċjata minn żewġ sfidi kbar. L-ewwel sfida hija ta' dik finanzjarja fejn minħabba l-Covid-19 mhux biss żdidulha l-ispejjeż imma anke naqset mid-dħul tagħha speċjalment issa li l-maratona tal-volleyball li kell ha ssir din il-ġimgħa mhux se ssir. Matul l-edizzjoni tas-sena li għaddiet din il-maratona għenet lid-Dar tal-Providenza tiġbor €750,000. It-tieni sfida li għaddejja minnha tikkonċerna saħħet id-Direttur tagħha, Fr Martin Micallef, li se jkun indispost għall-kumplament tas-sena minħabba li qed jiffaċċja l-marda tal-kanċer. Rapport ieħor fil-faċċata jikkowta lil Kummissarju Ewropew għal Ugwaljanza, Helena Dalli tgħid li jeżisti razziżmu strutturali fil-Kummissjoni Ewropea. Fl-ewwel paġna tal-ġurnal insibu storja li tgħid li għaddejjin diskussjonijiet diplomatiċi bejn Malta u r-Renju Unit sabiex Malta tkun inkluża fil-lista l-ħadra tal-ivjaġġar u b'hekk ċittadini Ingliżi li jżuru Malta jkunu esklużi milli jagħmlu l-perjodu ta' ġimgħatejn kwarantina meta jirritornaw lura l-Ingilterra. Rapport ieħor fl-ewwel paġna tal-ġurnal jgħid li xuffiera mqabda mill-Gvern biex jaħdmu fl-iskema ta' trasport b'xejn għall-istudenti ma kienux qed jirċievu l-paga kollha waqt ix-xhur tal-pandemija. Il-ġurnal jgħid li x-xuffiera qablu mal-Gvern dwar tnaqqis fil-paga fix-xhur li l-iskejjel kienu magħluqa minħabba l-pandemija. In-Nazzjon. Fl-ewwel paġna tal-ġurnal in-Nazzjon insibu rapport wieħed dwar l-intervent tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ilbieraħ fuq l-istazzjon tal-partit, NET TV, fejn fost oħrajn tkellem dwar il-proċess ta' tiġdid fil-Partit Nazzjonalista. Ir-rapport jgħid li Dr Delia tkellem dwar l-impatt negattiv tal-iskandli li qed jiġru f'pajjiżna fuq l-ekonomija u s-soċjeta inġenerali. Il-ġurnal jgħid li Dr Delia qed jisħaq li din il-ħidma interna li qed issir fil-Partit Nazzjonalista qed tħejji biex il-Partit ikun gvern alternattiv, denju, għall-gżwejjer Maltin. Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal tgħid li l-gvern Malti qiegħed jipprova jikseb estensjoni ta' 6 xhur fuq l-eżami tal-Moneyval, bl-għan li jkun hemm aktar ħin sabiex jiġi żgurat li s-sistemi ta' Malta kontra l-ħasil ta' flus huma effetivi. Il-ġurnal the Times of Malta jgħid li din il-proposta ġiet diskussa waqt laqgħat speċjali li l-Gvern qiegħed jagħmel ma' persuni esperti fl-industrija. Jingħad li Malta għandha sa Ottobru li ġej sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus inkella tista' titniżżel fuq il-lista l-griża tal-pajjiżi li għandhom riskju għoli ta' kriminalità finanzjarja. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, qalet mal-ġurnal li l-miżuri ta' mitigazzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-użu ta' 'hand sanitisers' u l-użu tal-maskri se jibqgħu fis-seħħ ġaladarba, l-ordni tal-emerġenza medika tkun irtirata illejla.
[ 4, 13, 14 ]
Imtella' Lulju 1, 2020 - Aġġornata 1 Ta' Lulju, 2020 12:35pm Triq Borg Olivier il-Mellieħa, hija t-triq prinċipali tal-lokalità, mimlija ħwienet u attività kummerċjali. Iżda kif juri l-filmat li ġibed tvm.com.mt dalgħodu, żewġ vetturi ma jgħaddux. Ma' naħa tat-triq huwa permess li jsir ipparkjar tal-vetturi u dawn flimkien ma' vetturi oħra li jieqfu biex iniżżlu xi prodotti lil tal-ħwienet jew bħal fil-każ li nzertajna llum, hemm bżonn li jsir xi xogħol ta' kostruzzjoni, il-vetturi jispiċċaw jeħlu. Fi stqarrija, ,il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qal li twaqqaf kumitat fi ħdanu, speċifikament sabiex jistudja u jirrakkomanda rimedji bil-għan li tingħeleb il-konġestjoni tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Ix-xogħol tal-Kumitat beda f'Awwissu 2019 b'kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti u b'riżultat ta' dan, qiegħed jara li l-problema għandha tiġi trattata minn tliet aspetti differenti, li jinvolvu; L-immaniġġjar tat-traffiku fit-toroq ta' madwar dawk ewlenin; Infurżar tal-liġi aktar konsistenti; u Tibdil f'ċerti rotot tal-karozzi tal-linja, li attwalment jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier, bl-użu tal- Bypass u Triq Qasam Barrani. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u għaldaqstant għadu xejn ma ġie ffinalizzat. Il-Kumitat jistieden lil dawk li għandhom xi suġġerimenti x'jagħmlu fuq dawn it-tliet aspetti, sabiex iressquhom sal-31 ta' Lulju 2020, fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali, 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa MLĦ1107, jew permezz tal-indirizz tal-imejl: [email protected] .
[ 2, 4, 12, 16 ]
Imtella' Lulju 5, 2020 - Aġġornata 5 Ta' Lulju, 2020 6:03pm L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f'akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f'disa' torrijiet għoljin, se jitpoġġew f'lockdown u se jkunu eżentati milli jħallsu l-kirja għal ġimgħatejn fost miżuri oħra ta' appoġġ soċjali inkluż li jkunu pprovduti bi provisti tal-ikel u l-mediċini. Timijiet mediċi se jkunu qed jittestjaw lil kull resident bieb bieb f'dawn ir-residenzi. Dan wara li fi ftit jiem irriżultaw minn tal-anqas 23 każ pożittiv għall-Covid-19 f'żewġ oqsma tad-djar. Is-Sibt, l-istat ta' Victoria irreġistra 108 każi ġodda u fl-aħħar 24 siegħa kienu rrapportati 74 infezzjoni ġdida oħra – il-maġġoranza minn subborgi ta' Melbourne. Fl-Awstralja kollha ġew ikkonfermati s'issa 8,362 infezzjoni u 104 imwiet bil-Covid-19.
[ 1, 10 ]
Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa' oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta' Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f'residenza għall-anzjani li kienet mgħarrqa wara li faret ix-xmara Kuma. L-awtoritajiet ordnaw li aktar minn 200,000 persuna jiġu evakwati u ntbagħtu mal-10,000 suldat biex jgħinu fis-salvataġġ tal-persuni li nqabdu fl-għargħar. Il-Prim Ministru Shinzo Abe ħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti. Il-gvernatur ta' Kumamoto qal li l-vittmi nstabu f'qagħda kritika ħafna f'dar tal-anzjani taħt l-ilma.
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-istrateġija tiegħu kontra l-coronavirus sejra tajjeb, minkejja ż-żieda fil-każijiet madwar il-pajjiż kollu. Fil-messaġġ tiegħu tal-4 ta' Lulju, Trump qal li pajjiżu qed jagħmel progress fil-ġlieda kontra l-virus u tenna li ċ-Ċina – fejn oriġina l-virus – għandha tinżamm responsabbli ta' dan kollu. Madankollu fid-diskors tiegħu, il-President m'għamel l-ebda referenza għall-kważi 130,000 mewt fl-Istati Uniti kawża tal-pandemija. Qal li fl-Istati Uniti saru testijiet fuq 40 miljun persuna u li 99% tal-każi kienu bla ħsara. Skont is-sit Johns Hopkins, l-Istati Uniti huma l-aktar pajjiż fid-dinja li għandu każi kkonfermati ta' Covid-19: 2,839,436 li minnhom ġew iddikjarati li fiequ 894,325. Huwa tkellem ukoll dwar il-protesti li saru dan l-aħħar kontra r-razziżmu li fil-mira tagħhom kien hemm t-twaqqigħ ta' monumuenti.
[ 1, 10 ]
Imtella' Lulju 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Lulju, 2020 6:48pm Fil-ġimgħat li ġejjin, kemm f'Malta u anki f'Għawdex stennija għall-bajd tal-fkieren li jistgħu jfaqqsu mijiet ta' frieħ. Filwaqt li fl-aħħar ta' dan ix-xahar hemm stennija għall-frieħ tal-fekruna li biedet fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, fil-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd fekruna oħra għamlet il-bejta tagħha fir-ramel fil-bajja tal-Mixquqa magħrufa aħjar bħala Golden Bay. Nature Trust Malta flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent qed jipproteġu l-għenieqed tal-bajd fiż-żewġ bajjiet bl-għajnuna ta' 320 voluntier. Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħat, fekruna tal-baħar telgħet tbid fir-ramel fuq xtut Maltin bil-bejta tagħha tingħata l-protezzjoni kollha possibbli sakemm ifaqqas il-bajd anke għaliex il-fkieren tal-baħar igawdu l-protezzjoni minħabba l-importanza tagħhom għall-ħajja marittima. L-aħħar bejta tal-fekruna saret fil-bajja privata tal-lukanda Golden Sands li bħal bejta oħra li hemm fir-Ramla l-Ħamra f'Għawdex qed tingħata protezzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi u l-għaqda Nature Trust wara li illokalizzaw il-bejta. Il-President ta' Nature Tust, Vince Attard saħaq fuq l-importanza li l-bajd ma jintmessx u ma jkunx disturbat għax inkella ma jfaqqasx. Spjega li l-bajd ta' fkieren femminli ikunu fin-naħa ta' fuq, filwaqt li dawk maskili jkunu fil-qiegħ, u bejn wieħed u ieħor ikun hemm madwar bejn 80 u 120 bajda. "Nitfgħu probes ġor-ramel, data logger magħhom u nieħdu reading tal-umdità u temperatura, inkunu nafu jekk hux irġiel u nisa u jekk it-temperatura nbidlitx". L-aħħar darba li biedet fekruna f'Golden Bay kien fl- 2016.Kemm hawnhekk kif ukoll fir-Ramla il-Ħamra, qed ikun hemm mal-320 volontiera f'ħinijiet differenti jindukraw iż-żewġ bejtiet u ma jħallux minn jersaq lejhom. "Jistgħu jiġu ġrieden jieklu l-bajd, tip ta' granċ li huwa aljen abbundanti li wieħed irid joqgħod attent, rettili u gremxul." L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi mistennija toħroġ ordni ta' konservazzjoni biex il-parti tal-bajja tkun protetta anke minn storbju eċċessiv sakemm ifaqqas il-bajd li normalment jiehi madwar sittin ġurnata.
[ 7 ]
Imtella' Lulju 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Lulju, 2020 5:14pm Nick Cordero kellu biss 41 sena u miet minn kumplikazzjonijiet wara li ħakmu l-Covid-19. Cordero kien magħruf l-aktar għall-irwoli li kellu fi Broadway u ħalla warajh lil martu u ibnu ta' sena. Cordero, mill-Kanada, kien ilu x-xhur f'kura intensiva wara li ġie infettat bil-virus, qabduh diversi infezzjonijiet fid-demm, aċċessjonijiet u saħansitra spiċċa jgħaddi minn amputazzjoni ta' saqajh. L-attur ċelebri ta' Scrubs, Zach Braff qal li jinsab maħsud bl-aħbar u ma jemminx li dan il-virus jaħsad biss il-ħajja tal-anzjani jew il-vulnerabbli.
[ 10 ]
Xufier tħalla klinikament mejjet wara argument fuq l-ilbies u l-użu tal-maskri abbord xarabank f'Bayonne, fi Franza. Ix-xufier ta' 50 sena tħalla bi ġrieħi serjissimi f'rasu dan wara li rrifjuta jtella' xi passiġġieri li ma kellhomx maskri u lanqas biljetti tal-passaġġ. Dawn qamu kontrih u sawwtuh. Madwar 5 persuni ġew arrestati b'rabta mal-attakk. Fuq it-trasport pubbliku, fi Franza, l-użu tal-maskri huwa mandatorju biex jitnaqqas it-tixrid tal-coronavirus. Bosta xufiera issa qed jirrifjutaw jaħdmu wara dan l-inċident traġiku.
[ 10 ]
Imtella' Lulju 6, 2020 - Aġġornata 6 Ta' Lulju, 2020 6:39pm Sitt iġriewi ttieħdu kważi bla ħajja għand is- santwarju AAA wara li nstabu mormija f'kaxxa fil-qilla tax-xemx. Kienu żewġt irġiel b'qalbhom tajba li ċemplu għall-għajnuna li salvaw lill-klieb mill-mewt. B'xorti tajba, il-ġriewi jistgħu jgħodduha b'waħda hekk kif dawn l-irġiel ħaduhom huma stess fis-santwarju billi ma kienx hemm voluntiera li setgħu jiġbruhom. Il-ġriewi issa jinsabu f'idejn tajba u qed jingħataw il-kura kollha meħtieġa. Is-santwarju appella għall-għajnuna u min jixtieq jgħati donazzjoni jista' jgħin billi jibgħat donazzjoni fuq Paypal: [email protected] jew jibgħat SMS fuq; 50619200 €11.66 jew bir-revolut fuq in-numru 79730921 Is-santwarju appella wkoll biex dawk li ma jistgħux iżommu aktar annimali tmisshom ftit il-kuxjenza u ma jarmux annimali barra iżda jċemplu għall-għajnuna lis-santwarji stess.
[ 7 ]