text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Sorelle jkompli matul din il-ġimgħa b'ħames puntati ġodda oħra li jixxandru fl-3.40pm fuq TVM. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b'ġurnata: It-Tnejn 11 ta' Jannar Kif qed tħossha Bella? Janice x'qaltilha u Lorraine dwar xiex serrħitilha moħħha? Michael u Martina marru l-kunvent biex jippruvaw ikellmu lil Suor Augusta iżda minflok marret il-Madre tkellimhom… x'intqal? Martina x'ġaralha Martina? Samantha ħarġet biex tmur il-ħanut tixtri l-ħalib… x'ġara? It-Tlieta 12 ta' Jannar Għaliex Lorraine taħseb li Bella għandha xi raġuni oħra f'moħħa għall-aġir tagħha? Kif inhi saħħet Leo? X'qal dwar it-tifla ta' Brian? Bella ċemplet lil Janice… x'qaltilha? Għaliex ċemplet lil Frederick ukoll… x'riedet tgħidlu? Steve x'qalilha lill-maġġur Naomi Bonaci? L-Erbgħa 13 ta' Jannar Naomi rat lil Alex fil-karozza… għaliex kienet irrabjata ħafna għalih? Vince qed iħossu ffrustrat għaliex il-korp għadu ma rnexxhielux jaqbad il-ħabsin maħrubin… x'se jagħmel?… x'qaltlu Naomi dwar dak li kien ġara? Samantha ħarġet bl-idea kif setgħu jerġgħu jaqbdu lil Sully… x'qalet Lorraine?… taqbel magħha? Min ċempel lil Lorraine? Għaliex Angela u Naomi ltaqgħu ma' Karly? Il-Ħamis 14 ta' Jannar Karly rrakkontat dak li kienet għaddejja minnu… x'qalulha Naomi u Angela u għaliex mhumiex konvinti? Roy iltaqgħu ma' Lorraine wara żmien twil… x'qalilha dwar id-djamanti? Għaliex Lorraine nnegat dak li qalilha? Fejn kien ħbiehom qabel ma kien telaq mid-dar? Il-Ġimgħa 15 ta' Jannar Lorraine x'kienet għamlet biha l-libsa tat-tieġ? Kf baqgħet ma' Roy? Karly baqgħet tinsisti li ma kellha lil ħadd aktar ħlief in-namrat tagħha… x'kien ġaralhom l-erba' tfaliet l-oħra ħbieb tagħha? Tgħid jemmnuha din id-darba Naomi u Angela? U Lorraine għaliex qed tirringrazzja lil Leo? Sorelle, b'kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, għandha produzzjoni ta' Rewind u tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Issir repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt, imbagħad, jixxandru l-episodju kollha ta' amtul il-ġimgħa mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. | [
2,
6
] |
It-Tnejn se jerġgħu jiftħu l-iskejjel kollha wara l-vaganzi tal-Milied. L-iskejjel tal-Gvern kellhom jiftħu l-Ħamis li għadda, imma minħabba l-għadd allarmanti tal-każijiet tal-coronavirus, li laħqu rekords ġodda din il-ġimgħa , l-għalliema ddeċidew li jistrajkaw għal jumejn, peress li l-Gvern ma riedx iħallihom jgħallmu online l-Ħamis u l-Ġimgħa. Xi skejjel tal-Knisja u indipendenti kienu diġà ħadu d-deċiżjoni li jagħtu lezzjonijiet online. Is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika ħabbar nhar l-Erbgħa li l-Ħamis u l-Ġimgħa l-iskejjel tal-Knisja kellhom jgħallmu online. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-Unjin tal-Għalliema (MUT) ħabbret li se ttemm it-tilwima industrijali u l-iskejjel kollha, inkluż tal-Knisja u indipendenti, se jiftħu nhar it-Tnejn. Wara din id-deċiżjoni, qam dibattitu, primarjament fost l-għalliema u l-ġenituri. Nhar il-Ġimgħa Jintemm l-istrajk; l-iskejjel kollha se jiftħu t-Tnejn L-għalliema jgħidu tagħhom Uħud gergru fuq il-fatt li sakemm ittieħdet din id-deċiżjoni, it-tfal tilfu jumejn ta' tagħlim, u dan seta' ġie evitat kieku l-Gvern ma webbisx rasu u aċċetta li t-tagħlim isir online l-Ħamis u l-Ġimgħa. L-iżjed li qala' kritika kien dak li qalu l-awtoritajiet fl-istqarrija li ħarġu biex iħabbru l-qbil li ntlaħaq bejn il-Gvern, l-MUT u r-rappreżentanti tal-iskejjel tal-Knisja u l-iskejjel indipendenti, billi qalu li l-konklużjoni tal-laqgħat ta' diskussjoni li saru kienet li ngħatat l-assigurazzjoni ċara li, billi l-iskejjel ikunu miftuħa b'miżuri ta' mitigazzjoni, aktar hemm tendenza li jonqsu l-każijiet fil-komunità għax il-familji jipparteċipaw f'inqas attivitajiet soċjali. "Dan jipprovdi iktar protezzjoni lit-tfal u lill-edukaturi u jgħin biex irażżan il-pandemija fuq livell nazzjonali." Għalliem minnhom irreaġixxa fuq il-midja soċjali billi qal li din l-istqarrija allura turi li l-għalliema li tant ġew kritikati huma meħtieġa fil-pandemija kważi daqs il-vaċċin. Apparti hekk, argumenta dan, dan ifisser li l-poplu Malti sar egoist tant li l-uniku mod kif jitrażżan milli jixxala u jxerred il-virus huwa billi t-tfal jintbagħtu l-iskola ħalli l-ġenituri joħorġu inqas. Ir-reazzjoni tal-Ministru l-għada li ntemm l-istrajk Il-konfrontazzjoni setgħet tiġi evitata, imma tgħallimna mill-esperjenza – Justyne Caruana Persuni oħra ħassewhom offiżi b'din l-istqarrija għax din bħallikieku tindika li l-iskejjel mhux qegħdin hemm biex jgħallmu u jedukaw imma biex jieħdu ħsieb lit-tfal, bħallikieku l-għalliema huma babysitters. Għalliem saħansitra qal li qata' qalbu minn Malta minħabba dak li ntqal, li bl-iskejjel miftuħin, il-każijiet se jonqsu. Kien hemm oħrajn li kkumparaw is-sitwazzjoni ma' barra minn Malta, fejn diversi skejjel iddeċidew li ma jiftħux, pereżempju fir-Renju Unit. Huma staqsew x'inhi d-differenza bejn Malta u pajjiżi bħal dawn ġaladarba f'Malta wkoll hawn l-akbar ammont ta' każijiet li qatt kien hawn ta' coronavirus. "Irresponsabbli li jxerrdu din l-istupidità" – Cassola Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola wkoll semma leħnu fuq il-kwistjoni. Huwa saħaq li hu irresponsabbli min-naħa tal-Prim Ministru Robert Abela, tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci u tal-espert Dr Vincent Marmarà li jxerrdu "stupiditajiet mhux xjentifiċi" bħall-istqarrija li għamlu li l-virus jinfirex inqas jekk it-tfal imorru l-iskola. Spjega li l-virus inxtered ħafna f'dawn l-aħħar jiem mhux għax it-tfal kienu d-dar, imma għax in-nies kienu qegħdin barra jitħalltu. Sostna li l-fatti huma li t-tfal qagħdu d-dar għal 120 ġurnata bejn Marzu u Ġunju, u l-għadd tal-każijiet niżel għal żero. Min-naħa l-oħra, oħrajn li jaqblu mal-ftuħ tal-iskejjel qalu li ma jarawx periklu għax il-virus ma tantx jinxtered bejn dawk li għandhom inqas minn 16-il sena. Stqarrew ukoll li l-infezzjoni fit-tfal hija stabbli, u li kull skola qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha li ordnaw li jittieħdu l-awtoritajiet tas-saħħa. Ir-reazzjoni tal-UPE Il-Gvern u l-MUT jilħqu ftehim 'diżastruż' minn wara dahar kulħadd – UPE L-MUT tirrispondi għall-kritika Intant, l-MUT iddefendiet l-istrajk darba war'oħra u qalet li dan kien bżonjuż, għax rebbaħ permezz tiegħu, xorta l-għalliema u l-istudenti damu jumejn oħra biex imorru l-iskola u huma dak li riedu, biex ikun hemm iżjed żmien mill-festi, u inqas tixrid tal-virus. Illum l-MUT ħarġet stqarrija li fiha rrispondiet il-kritika li qalgħet. Sostniet li kulma tagħmel, hija tagħmlu għall-ġid tal-istudenti, tal-edukaturi u l-ġenituri. Għall-kritika li l-MUT biddlet fehemtha wara li sejħet l-istrajk, hija qalet li dan mhuwiex il-każ. Spjegat li l-grupp ta' ħidma li kien twaqqaf f'Marzu se jerġa' jibda jaħdem sabiex jibqa' josserva s-sitwazzjoni. Mhijiex qed teskludi li ssejjaħ strajk ieħor jekk ikun hemm il-bżonn. L-unjin ikkundannat kliem dispreġġjattiv li sar kontra l-għalliema, bħall-allegazzjoni li riedu l-istrajk biex ikomplu jgawdu l-vaganzi. "Kienet xi ħaġa tal-mistħija li tara lil ħafna, li minflok jingħaqdu sabiex noħorġu minn din il-pandemija b'saħħitna, aktar moħħhom biex joffendu b'hate speech kontinwu u jmaqdru lill-edukaturi b'aġġettivi u argumenti bla bażi. L-edukaturi jisħoqqilhom l-aqwa tifħir tax-xogħol tagħhom, kemm dak edukattiv u anki l-preparazzjoni kollha straordinarja li għamlu minħabba l-protokolli tas-saħħa." Din il-ġimgħa ntqalu eluf ta' kummenti fil-konfront tal-edukaturi u tal-MUT. B'umiltà qegħdin nirriproduċu xi ftit… Posted by Malta Union of Teachers on Sunday, January 10, 2021 Int taqbel li l-iskejjel jiftħu għada? | [
1
] |
Ingredjenti 900g sider tat-tiġieġ 1 basla mdaqqsa biċċa ginger 4 sinniet tewm bżaru aħdar, bżaru isfar, bżaru aħmar u bżaru oranġjo bżar u melħ żejt taż-żebbuġa 150ml jogurt kuċċarina cornflour 500g ross basmati Metodu Sajjar il-ross imma ħallih ftit wieqaf. Wara żidlu mgħarfa butir u żommu sħun. Qatta' s-sider tat-tiġieġ min-nofs. Qatta' l-basal, il-bżar kulurit, it-tewm u l-ġinġer. F'taġen fond, aqli l-basal. Żid il-bżar, il-melħ, it-tewm u l-ginger. Ħalli fuq in-nar għal ftit minuti u żid it-tiġieġ. Kompli sajjar sakemm il-laħam ikun ħa ftit kulur. Żid il-bżar kulurit u kompli ħawwad. Meta t-tiġieg ikun sar żid il-yoghurt. Żid il-cornflour wara li tħollu fi ftit ilma. Poġġi porzjon ross fuq kull platt u wara poġġi t-tiġieġ fuqu. | [
2
] |
Fil-Ġappun instab varjant ġdid tal-coronavirus li ħareġ mill-Brażil. Il-Ministeru tas-Saħħa Ġappuniż qal li l-varjant instab f'erba' turisti ġejjin mill-Brażil. Dan hu varjant differenti minn dak li nstab fir-Renju Unit u l-ieħor li nstab fl-Afrika t'Isfel. Il-Kap tal-Istitut tal-Mard Infettiv Takaji Wakita qal li bħalissa għad m'hemm l-ebda provi li l-varjant il-ġdid jinfirex malajr, iżda dan il-varjant għadu qed jiġi studjat. Fost l-erba' persuni li kellhom dan il-varjant u waslu Tokyo fit-2 ta' Jannar, kien hemm raġel li ma setax jieħu nifs sew, mara bi wġigħ ta' ras u griżmejha misluħin, żagħżugħ bid-deni, u ż-żagħżugħa l-oħra ma kellha l-ebda sintomi. Fil-Ġappun ġie ddikjarat stat ta' emerġenza minħabba l-għadd allarmanti ta' każijiet tal-coronavirus. Fuq il-varjant tar-Renju Unit Il-Ġermanja kellha l-ewwel każ tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus f'Novembru | [
1,
10
] |
Skont paġna lokali li tħabbar it-temp, din il-ġimgħa mistennija ġġibilna riħ qawwi, xita u anke silġ. Għalhekk dawk fostkom li kienu qed jieħdu pjaċir b'temp sħun mhux tas-soltu għal Jannar se jieħdu doċċa kiesħa. Skont il-paġna ta' Facebook tal-MaltaWeather.com, il-gżejjer Maltin mistennija li jintlaqtu b'perjodu kiesaħ ħafna b'riħ qawwa forza ta' riefnu, xita u silġ hekk kif temp kiesaħ mis-Siberja se jidħol fil-Mediterran Ċentrali. Minn għada t-Tlieta sa mill-inqas il-Ħadd huma mħabbra rjiħat u ħalbiet tax-xita bit-temperatura tinżel 11 ̊Ċ sa nhar il-Ħadd. | [
2
] |
Ir-Reġina Eliżabetta II u żewġha, il-Prinċep Filippu, irċevew l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Il-familja rjali rari tħabbar informazzjoni fuq is-saħħa tal-koppja, imma jidher li r-Reġina xtaqet tevita kull spekulazzjoni dwar jekk hux se tirċievi l-vaċċin. Ir-Reġina għandha 94 sena, filwaqt li żewġha għandu 99 sena, u b'hekk skont il-politika dwar il-vaċċin tar-Renju Unit, huma meqjusa bħala parti mit-tieni grupp ta' priorità bħala persuni li għandhom mill-anqas 80 sena. Il-koppja rċeviet il-vaċċin fil-Kastell ta' Winsdor, fejn qiegħda tgħix fi żmien il-lockdown li ġie mħabbar fl-Ingilterra. Jidher li l-gvern tar-Renju Unit qiegħed jikkunsidra kif persunaġġi pubbliċi jistgħu iħajru n-nies jieħdu l-vaċċin u jintegħleb ix-xettiċiżmu li jista' jeżisti fost in-nies. Is-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock laqa' l-aħbar li r-Reġina u żewġha rċevew l-ewwel doża tal-vaċċin, u nnota li l-pandemija qed tiġi mirbuħa b'kull tlaqqima li qed issir. Mhux l-ewwel okkażjoni fejn il-familja rjali għenet biex tippromwovi l-użu ta' vaċċin ġdid. Fl-1957, ir-Reġina kienet ħabbret li ż-żewġt itfal tagħha – il-Prinċep Karlu u l-Prinċipessa Anna – kienu tlaqqmu kontra l-polio. | [
1,
10
] |
Għal Hermann Bonaci u martu Antoinette llum hija ġurnata speċjali peress li 34 sena ilu, nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar tal-1987 kienu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Il-koppja Bonaci għandha tliet ulied, Christine, Stephanie u Maria Bonaci, u huma wkoll nanniet. Hermann Bonaci hu magħruf sew fuq it-televiżjoni b'sensiliet li ipproduċa, idderieġa u ħadem ukoll fihom, fosthom Ipokriti, Sal-Quċċata, Għeruq, Intriċċi kif ukoll Imħabba Mill-Ġdid. Ma nistgħux ma nsemmux is-sensiela Simpatiċi li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa' popolari mal-udjenzi Maltin. Fiha kienet ukoll tidher Antoinette fil-karattru ta' Marija, il-mara ta' Leonard. Happy 34th Anniversary to us . Posted by Hermann Bonaci on Monday, January 11, 2021 Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Hermann u lil Antoinette għal dan il-jum u għal aktar snin ta' mħabba. | [
2
] |
Wara s-suċċess li kienet it-taħdita " Il-pubblikaturi jgħidu tagħhom " waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, din id-darba l-Għaqda tal-Malti Università xeħtet ħarsitha fuq il-professjoni tat-traduzzjoni. F'din l-attività huma se jħabbru l-kollaborazzjoni ġdida bejn l-Għaqda tal-Malti u l-kumpanija Global Translation Solutions. Id-diskussjoni se tiffoka fuq it-traduzzjoni teknika u t-traduzzjoni letterarja. Il-kelliema huma żewġ tradutturi tal-kumpanija GTS – Suzanne Carbonaro u Russell Grixti – u Prof. Charles Briffa, traduttur u eks lettur fid-Dipartiment tat-Traduzzjoni fl-Università. Wara d-diskussjoni, is-segwaċi se jkollhom ċans jistaqsu l-mistoqsijiet. L-attività se ssir is-Sibt li ġej fid-9.30am fuq il-paġna Facebook tal- Għaqda tal-Malti . | [
2
] |
Frisk mis-suċċess tas-sensiela Brigerton, Netflix jidher li se fetaħ is-sena l-ġdida b'suċċess ieħor fuq idejh permezz tas-sensiela Lupin hekk kif fl-aħħar jiem ittellgħu l-ewwel ħames puntati mill-ewwel staġun. Il-pubbliku, anke hawn Malta, laqa' lil Lupin f'daru u fl-ewwel ġranet is-sensiela qegħda mal-aktar produzzjonijiet popoolari u segwiti fost dawk abbonati. Din il-produzzjoni Franċiża ġiet tradotta fuq Netflix bi tmien lingwi bl-attur Omar Sy ta' T he Untouchables, Jurassic World u X-Men: Days of Future Past fil-parti ewlenija. L-istorja hija bbażata fuq il-karattru msemmi Arsène Lupin. Il-karattru beda l-ewwel darba meta l-kittieb Franċiż Maurice Leblanc kiteb stejjer qosra lura fl-1905, L-istejjer qosra dehru fil-magażin Franċiż dak iż-żmien imsejjaħ "Je sais tout." Minn dakinhar il-karattru ta' Lupin deher f'total ta' 17-il novella kif ukoll f'39 stejjer qosra, flimkien ma' ħafna iktar kotba minn kittieba oħra wkoll. Netflix Iddeskriviet is-sensiela bħala "Ispirat mill-avventuri ta' Arsène Lupin, il-ħalliel ġentili Assane Diop jitlaq biex jivvendika lil missieru għal inġustizzja kkawżata minn familja sinjura." Maħluq fl-1905 mill-kittieb Franċiż Maurice Leblanc, il-karattru tal-ħalliel ġentlom Arsène Lupin minn dakinhar kien protagonist f'ħafna stejjer madwar id-dinja, inkluż bħala n-nannu tal-karattru tat-titlu fis-serje manga u anime Lupin III, li aktar tard ġiet adattata minn Hayao Miyazaki fil-film tal-1979 The Castle of Cagliostro, u anke fil-video game Persona 5. Id-debutt fuq Netflix kein wieħed ta' success u l-msitoqsija fuq fomm kulħadd hija "meta se jkunu qed jixxandru l-ħames episodji li jmiss tal-ewwel staġun?" Netflix s'issa għadu ma għamel xejn uffiċjali imma jingħad li sa nofs din is-sena se nkunu qed naraw il-ħames episodji li jmiss, bil-posssibbilità li s-sensiela tiġġedded għat-tieni staġun li titwassal fis-sena 2022. | [
2,
6
] |
Il-mużiċist Ryan Paul Abela llum jagħlaq 30 sena u bla dubju li l-ġenituri tiegħu Paul Abela u l-kantanta Georgina jinsabu tassew kburin bih. "Kienet ħolma li saret realtà meta int twelidt," titbet Georgina f'messaġġ fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. My son's b day, love you . My heart melts when I see you VERY proud of you, a dream come true when you were born to us. You are my life, my soul my everythink and my hero. Posted by Georgina Abela on Saturday, January 9, 2021 Meta tkellmet ma' Newsbook.com.mt Georgina żiedet tgħid li hija kburija bħala omm u ddeskriviet lil Ryan bħala qalbha u ruħha. Żiedet tgħid li tixtieq li l-ħolma ta' Ryan li jsir kompożitur tal-films isseħħ tassew. Ryan Paul Abela twieled bħal-lum il-11 ta' Jannar tal-1991. Ilu jkanta, idoqq il-pjanu u jirreċta minn meta kellu ħames snin. Huwa studja l-mużika fil-Malta School of Music u l-Università. Huwa ħa sehem f'diversi musicals bħal Les Miserables, Jesus Christ Superstar, Godspell, Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat, Evita, The Sound of Music u Legally Blonde. Huwa ħa sehem fil-Malta Junior Eurovision Song Contest darbtejn u pparteċipa wkoll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Fl-2014 hu ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta City Lady. Huwa kontinwament jistudja u jikteb il-mużika, u wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jistudja barra minn Malta u jikkomponi l-mużika għal film kbir fuq skala internazzjonali. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
L-MUT tiddikjara strike ta' jumejn għall-għalliema kollha tal-iskejjel tal-Istat Il-UPE tappoġġja d-direttivi tal-MUT L-MUT tallega li l-Gvern qiegħed juża lill-kapijiet tal-iskejjel biex ma jseħħx l-istrike Il-Gvern isejjaħ l-azzjoni tal-MUT illeġittima Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, January 6, 2021 L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) iddikjarat strajk, wara "li l-Prim Ministru ma aċċettax li dawn il-jumejn il-lezzjonijiet isiru online bħalma se jagħmlu l-iskejjel tal-Knisja". Dan l-istrajk qiegħed jiġi appoġġjat ukoll mill-Unjon tal-Edukaturi Professjonisti (UPE). Il-President tal-MUT Marco Bonnici indirizza lill-midja wara laqgħa f'Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Huwa ħabbar azzjoni industrijali għall-iskejjel tal-Gvern għall-jumejn li ġejjin. Bonnici spjega li l-Gvern baqa' tal-fehma li għada jinfetħu l-iskejjel minkejja ż-żieda fil-każijiet u għalhekk kien fl-obbligu tal-unjin li tiddikjara dan l-istrajk. Saħaq li l-avviż li l-Gvern ingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa ġie injorat u li mhux aċċettabbli li titpoġġa fil-periklu s-saħħa tat-tfal, l-għalliema u l-familji tagħhom. Kompla jgħid li dan l-istrajk ma japplikax għall-iskejjel li aktar kmieni ddikjaraw li se jkunu qegħdin iwasslu t-tagħlim online jiġifieri l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti. Il-President tal-MUT qal li se tkun qiegħda tagħti iktar dettalji fil-jiem li ġejjin hekk kif din is-sitwazzjoni għadha qiegħda tiżviluppa. Il-UPE tappoġġja d-direttivi tal-MUT Fi stqarrija l-UPE qalet li se tkun qiegħda tappoġġja lill-MUT u għalhekk l-professjonisti li huma msieħba f'din il-Unjin se jkunu qegħdin isegwu l-istess azzjonijiet industrijali. Huma qalu li minkejja li fil-gżejjer Maltin in-numru ta' każijiet qiegħed jiżdied il-Gvern ma jridx jisma' mir-rakkomandazzjonijiet tal-Unjin sabiex jiġu salvagwardjati l-għalliema, it-tfal u l-familji tagħhom. Diversi għalliema li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li jinsabu insulentati għal mod kif il-Gvern qiegħed iqishom bħala persuni li xogħolhom huwa li jieħdu ħsieb itfal u mhux bħala professjonisti tal-edukazzjoni. Żiedu li l-proposta tal-MUT kienet li t-tagħlim f'dawn il-jumejn isir xorta, iżda online, madankollu l-Prim Ministru qal li jekk isir online dawn l-għalliema mhux se jitħallsu, għal kuntrarju ta' dak li se jkun qiegħed isir fl-iskejjel tal-Knisja. Komplew li l-prijorità tal-Gvern hi li jkollu nies preżenti fiżikament biex jieħdu ħsieb it-tfal u mhux it-tagħlim. L-MUT tallega li l-Gvern qiegħed juża lill-kapijiet tal-iskejjel biex ma jseħħx l-istrike Fi stqarrija li ġiet ippubblikata fid-8.58pm, il-Unjin tal-Għalliema qalet li tinsab ifurmata li l-Ministeru qabbad lill-Prinċipali tal-Iskejjel tal-Istat biex jordnaw lill-kapijiet tal-iskejjel ma jobdux l-istrajk. Il-Gvern isejjaħ l-azzjoni tal-MUT illeġittima Fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-Gvern qiegħed jimxi mal-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex għada l-iskejjel jinfetħu kif ippjanat u d-deċiżjoni tal-MUT hija illeġittima. Huma spjegaw kif waqt il-laqgħa bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema f'Kastilja, ir-rappreżentanti tal-għalliema kellhom l-opportunità li jisimgħu b'mod dirett lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, tgħidilhom illi l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa qed jaħdmu flimkien biex jinfetħu l-iskejjel u dan imur kontra dak li qalet il-unjin. Temmew li għall-Gvern l-edukazzjoni tat-tfal hija prijorità kif inhi s-saħħa pubblika, u d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu fl-interess tat-tfal. Żiedu li d-deċiżjoni tal-MUT li tinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa hija meqjusa bħala waħda mhux leġittima u għalhekk saħqu li meta għada jinfetħu l-iskejjel, l-għalliema huma mistennija jirrapportaw fl-iskejjel b'mod normali u jonoraw l-obbligi tax-xogħol tagħhom. L-MCAST u l-ITS mhux se jkunu parti minn dan l-istrajk L-MUT qalet li ġew infurmati li l-ITS f'dawn il-jumejn se tkun qiegħda tagħmel il-lezzjonijiet kollha online u għalhekk mhux se jkunu parti minn dan l-istrajk. Il-Prinċipal tal-MCAST informa lill-istudenti li l-lezzjonijet tal-Ħamis u l-Ġimgħa se jkunu qegħdin isiru kollha online u għalhekk id-direttivi li tħabbru llum mhux se jkunu qed jaffettwaw lill-Istitut. Dalgħodu, kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonferma ma' Newsbook.com.mt dalgħodu stess li l-pjan hu li l-iskejjel jiftħu għada bl-istess miżuri li kien hemm fis-seħħ sa qabel il-vaganzi tal-Milied. L-awtoritajiet tas-saħħa taw parir li l-iskejjel ma jiftħux – MUT Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li minkejja li nbidel il-Ministeru għall-Edukazzjoni, "l-attitudni tal-Gvern ma tinbidilx". Esprima solidarjetà mal-għalliema li kellhom jirrikorru għal strajk "għax il-Gvern ta' Robert Abela qed jibqa' jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u baqa' għaddej bl-għajta ta' business as usual". Inbidel il-Ministru tal-Edukazzjoni, imma l-attitudni tal-Gvern ma tinbidilx. Dan hu tort tal-inkompetenza u l-arroganza… Posted by Bernard Grech on Wednesday, January 6, 2021 | [
1
] |
L-Għaqda tal-Konsumaturi qed tikkundanna kif il-bank HSBC qed jobbliga lill-klijenti biex iħallsu €5 kull xahar jekk ma jiddepożitawx ċertu ammont ta' flus kull tliet xhur. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, l-Għaqda spjegat li fl-aħħar ġranet, ħafna konsumaturi li għandhom xi kont mal-HSBC irċevew nota mingħand il-bank li jekk huma ma jiiddepożitawx ċerta somma ta' flus (€2,300 jew €1,250 għal dawk ta' aktar minn 61 sena) fil-kont kurrenti jew il-kont tat-tfaddil kull tliet xhur, jew inkella jaqgħu taħt xi kategoriji oħra kif speċifikati mill-bank, se jibdew jeħlu €5 kull xahar, jew aħjar, €60 fis-sena. għamel kuntatt mal-HSBC għal reazzjoni, u l-bank qal li qed jaħdem f'ambjent li nbidel b'mod konsiderevoli fl-aħħar snin, u għalhekk, il-prezz tas-servizzi għall-klijenti żdied ukoll. L-HSBC spjega li l-ħlas ta' €5 jidħol fis-seħħ fl-1 t'April, u ma japplikax għall-klijenti li jħallsu minimu ta' €2,300 fq perjodu ta' tliet xhur fil-kont tagħhom ta' tfaddil jew kurrenti. Lanqas ma japplika għal dawk li jħallsu minimu ta' €1,250 fuq tliet xhur jekk għandhom 61 sena jew aktar. Il-ħlas ma japplikax anqas għal dawn il-klijenti: Klijenti b'self għad-dar, self bħala sid tad-dar, self personali jew prodott ta' investiment distribwit mill-HSBC Klijenti li diġà jħallsu t-tariffa HSBC Advance Klijenti li jieħdu l-benefiċċju tal-Gvern għal diżabbiltà, mard mediku jew tal-qgħad fil-kontijiet tagħhom mal-HSBC Studenti li għandhom sa 25 sena, li bħalissa qegħdin jistudjaw xi kors u għandhom kont ta' studenti mal-HSBC, jew minorenni li għandhom inqas minn 16-il sena Klijenti ġodda tal-HSBC – dawn se jkunu esklużi minn din it-tariffa għall-ewwel sitt xhur Nies li għandhom kont konġunt ma' xi ħadd li jaqa' taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji. Il-kelliema għall-HSBC issoktat tgħid li l-maġġoranza tal-klijenti tal-HSBC jissodisfaw xi waħda mill-kriterji msemmija, u għalhekk, mhux se jkollhom tariffi xi jħallsu. Il-klijenti kollha għandhom jiġu kkuntattjati dan ix-xahar b'dettalji fuq jekk din it-tariffa tapplikax għalihom. L-Għaqda tal-Konsumaturi lmentat li l-klijenti qed iħabbtu wiċċhom ma' diversi żidiet mill-banek Maltin, u fil-fehma tagħha, dawn iż-żidiet huma parti minn sensiela ta' azzjonijiet mill-banek biex l-użu tal-banek mill-konsumaturi jibda jsir bil-ħlas. Din, sostniet l-Għaqda, taqleb l-istampa kollha ta' taħt fuq ta' kif kienet taħdem din is-sistema, meta qabel l-konsumaturi kienu jpoġġu dak li jfaddlu l-bank u dan jagħtihom interessi fuq dak li jkunu ddepożitaw. Aħbar riċenti fuq l-HSBC L-HSBC jinvestiga "diffikultà teknika" li wasslet għal tranżazzjonijiet suspettużi "Fi ftit ta' żmien ieħor wieħed ma jeskludix li se nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn barra dan se jkollok tħallas tal-użu tal-banek u l-banek barra l-flus li jdaħħlu mill-interessi li jdaħħlu meta jisilfuhom, se jdaħħlu wkoll fi bwiethom charges talli ma ddepożitajtx aktar," spjegat l-Għaqda tal-Konsumaturi. Żiedet tgħid li l-impatt ta' din il-miżura tal-HSBC se jkun fuq dawk li jew għandhom dħul jew pensjoni baxxa, jiġifieri dawk l-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà. Apparti hekk, dan ħandu jaffettwa wkoll lill-konsumaturi li d-dħul tagħhom jidħol dirett f'xi kont ta' bank ieħor. Għalhekk, kompliet tispjega, dawn il-konsumaturi mhux biss se jaraw dħul akbar iżda se jibdew jaraw il-flus tagħhom fil-kont tat-tfaddil jonqsu b'€60 fis-sena. Barra minn hekk, l-Għaqda tal-Konsumaturi wissiet li dan l-aġir tal-HSBC x'aktarx se jħajjar lil banek oħra biex jagħmlu l-istess biex ikabbru l-profitti tagħhom. Issoktat tgħid li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) mhix tagħti informazzjoni lill-konsumaturi fuq it-tariffi u l-interessi tal-banek, u għalhekk hu diffiċli li l-konsumaturi jużaw banek li jagħtuhom l-aktar interessi u jżommu l-inqas tariffi. Għaldaqstant, skont l-Għaqda, din is-sitwazzjoni qed tnaqqas il-kompetizzjoni bejn il-banek minflok iżżidha. L-Għaqda tal-Konsumaturi temmet billi appellat lill-banek iġorru r-responsabbiltà soċjali u mhux jgħakksu lil dawk l-aktar vulnerabbli. Aktar dwar il-banek "Il-ħaddiema fil-banek għandhom jirċievu l-vaċċin mal-frontliners" – MUBE | [
4
] |
Tim internazzjonali ta' xjentisti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wasal fil-belt ċentrali taċ-Ċina ta' Wuhan biex jinvestiga l-oriġini tal-koronavirus. Il-grupp wasal dalgħodu minn Singapore u kien mistenni jagħmel ġimgħatejn ta' kwarantina. Huma kellhom jaslu aktar kmieni dan ix-xahar, u d-dewmien biex iż-żjara tagħhom tiġi approvata wassal għal kritika pubblika mill-WHO. Mal-wasla tagħhom fil-belt ta' Wuhan, l-esperti ma tkellmux mal-ġurnalisti. L-Istati Uniti, li akkużat liċ-Ċina li ħbiet il-firxa inizjali tal-virus sena ilu, talbet għal investigazzjoni "trasparenti" mmexxija mill-WHO u kkritikat it-termini taż-żjara. It-tim wasal hekk kif żdiedu r-rapporti fiċ-Ċina ta' każijiet ġodda fil-grigal tagħha wara li rnexxielha xhur sħaħ biex kważi twaqqaf infezzjonijiet domestiċi. | [
1,
10
] |
Il-Parlament Ewropew beda l-ħidma tiegħu biex jiskrutinizza l-ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara Brexit. Dan qed isir fl-isfond tal-bidu tal-proċess tat-tilqim minħabba l-Covid-19. What's on Newsbook: Dinja Ewropa jara x'kienet il-ħidma tal-Parlament Ewropew fl-aħħar jiem. F'dan il-programm, se ssir intervista lill-MEP Dr Alfred Sant li jagħtina dimensjoni lokali tal-aħħar żviluppi fl-aħħar ġimgħat u anke dwar x'wieħed jistenna li se jiddomina l-aġenda Ewropea fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. | [
3
] |
Il-kunsill tal-Forum Unions Maltin (For.U.M.) qed jitlob li ssir laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD) sabiex jiddiskutu l-aħħar żviluppi dwar il-pandemija, it-tilwim industrijali fil-pajjiż tal-aħħar jiem u t-tneħħija tal-konsulent ewlieni mill-kordinazzjoni tal-ħidma fil-pandemija. Fi stqarrija, il-For.U.M. ħabbar li ddeċieda dan waqt laqgħa li saret ilbieraħ. Il-For.U.M għalhekk kiteb liċ-Chairperson tal-MCESD James Pearsall biex issir din il-laqgħa. Huwa ngħaqad mat-talbiet li saru minn diversi unjins u organizzazzjonijiet sabiex il-Gvern jirtira d-deċiżjoni dwar it-tneħħija ta' Dr Kenneth Grech. Dr Grech ingħata trasferiment nhar it-Tnejn filgħodu wara li huwa rrakkomanda kawtela lill-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-ftuħ tal-iskejjel. Kien dan il-parir li wassal biex l-Unjin tal-Għalliema (MUT) tordna strajk ta' jumejn għall-għalliema. Madankollu, il-Gvern ċaħad li din kienet ir-raġuni għaliex il-konsulent ingħata trasferiment. Il-For.U.M. sostna li s-sitwazzjoni tal-pandemija għandha tittieħed bis-serjetà u fl-istess waqt Malta ma tistax tarmi l-aqwa riżorsi umani li għandha fuq il-kontroll tal-pandemija. Il-fehma tal-MUT fuq il-kwistjoni ta' Dr Grech Filmat: Dr Grech tneħħa minħabba l-kwistjoni tal-iskejjel – MUT Aktar assoċjazzjonijiet kontra 17-il assoċjazzjoni ma jaqblux mad-deċiżjoni li jitneħħa Kenneth Grech | [
1
] |
Tarcisio u Joyce Bongailas, il-koppja li nhar il-Ħadd li għadda kienu involuti f'inċident tat-traffiku bl-involviment ta' mutur fi Vjal Santa Luċija f'Raħal Ġdid, qed jirkupraw bil-mod ma' kull ġurnata li tgħaddi. Dan ikkonfermatu fuq il-midja soċjali Lindsay Bongailas, bint il-koppja, hekk kif tellgħet ritratt li juri l-koppja fl-isfond. Tarcisio u Joyce għandhom 65 sena u 59 sena rispettivament. Aqra: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-mutur Hija rringrazzjat lil kull min bagħat messaġġ ta' kuraġġ, speċjalment il-familja tagħha. "Ejja Joyce u Cisio tagħna ħa mmorru lura d-dar" – temm jgħid il-messaġġ ta' Lindsay lill-ġenituri tagħha. Family photo 2021 💪Mum and dad are slowly recovering and better every day. Once again thanks to all your messages you… Posted by Lindsay Bongailas on Wednesday, January 13, 2021 | [
2
] |
Tħassret il-maratona GIG Malta għal din is-sena, maratona li kienu jieħdu sehem fiha eluf ta' atleti kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Il-GiG Marathon, li hi appuntament annwali, tikkonsisti fi tliet maratoni li l-atleti setgħu jiġru fihom: il-maratona s-sħiħa, in-nofs maratona u l- walkathon. Il-maratona s-sħiħa kienet tgħaddi mill-Imdina, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ta' Qali, il-Mosta, Ħ'Attard, Tal-Pietà, il-Gżira u tispiċċa Tas-Sliema. It is with a heavy heart that we announce the cancellation of the GiG Malta Marathon 2021. We understand that, as a… Posted by Malta Marathon on Friday, January 15, 2021 F'messaġġ fuq Facebook, id-diriġenti tal-maratona spjegaw li ħadu din id-deċiżjoni bħala prekawzjoni u għax jieħdu l-pandemija tal-COVID-19 bl-akbar serjetà. L-organizzaturi skużaw ruħhom ta' kull inkonvenjenza. Il-membri tal-kumitat se jkunu qegħdin ikellmu lil kull applikant fil-jiem li ġejjin. Huma qalu li jemmnu li kull atleta se jkun qiegħed jiġri dalwaqt. Huma ħabbru li l-maratona tal-2022 se tiġi organizzata għas-6 ta' Marzu. | [
15
] |
Partita futbol tal-lum li kellha tintlagħab bejn St George's FC u Swieqi Utd se tkun qed tiġi posposta għal data oħra wara li 4 plejers ta' St George's FC irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Plejer ieħor tal-istess tim qiegħed ukoll fi kwarantina u għaldaqstant il-klabb kien f'pożizzjoni diffiċli biex il-logħba skedata għal-lum issir. Posted by St. George' s F.C. on Saturday, January 16, 2021 | [
15
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attriċi u preżentatriċi Louise Doneo. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark. Mk 2, 13-17 Il-kittieba tal-Fariżej, kif rawh jiekol mal-midinbin u mal-pubblikani, qalu lid-dixxipli tiegħu: "Dan għaliex jiekol mal-pubblikani u mal-midinbin?". Ġesù semagħhom u qalilhom: "It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda. Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa 650g basal 3 patatiet kikkra u nofs passata tat-tadam 2 kikkri stokk tat-tiġieġ melħ u bżar mitħun 100g ġobon tal-ħakk Metodu Qaxxar il-basal u qattgħu slajsis irqaq. Qaxxar il-patata u qattagħha biċċiet żgħar. Saħħan iż-żejt f'borma, u żid il-basal u l-patata. Sajjar fuq nar moderat sakemm jirtabu waqt li tħawwad kultant. Żid il-passata tat-tadam u l-brodu u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Għatti l-borma u ħalli s-soppa ssir għal 25 minuta. Qabel isservi ferrex ftit ġobon tal-ħakk fil-wiċċ. | [
2
] |
Ritratt minn Fa Barboza fuq Unsplash Il-Komunità Ġesù Salvatur fi stqarrija fuq Facebook qalet li sakemm ikun possibbli li jerġgħu jiltaqgħu fi knisja, se jwaqqfu l-laqgħat pubbliċi fiżiċi u jkomplu biss b'kontenut "esklussiv ta' talb" fuq Facebook. Il-Komunità kienet qed twieġeb għall-istqarrija li nħarġet ftit ġranet ilu mill‐Arċidjoċesi ta' Malta u d‐Djoċesi ta' Għawdex. F'din l-istqarrija, kienet ikkonfermata d-deċiżjoni li ż-żewġ djoċesijiet jiddiżassoċjaw ruħhom mill‐Komunità Ġesù Salvatur. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li investigazzjoni minn kummissjoni ta' esperti sabet li "fil‐Komunità Ġesù Salvatur hemm għarfien żbaljat u mħawwad tat‐tagħlim tal‐Knisja, interpretazzjoni ħażina ta' siltiet mill‐Iskrittura, u atteġġjament li jweġġa' lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta' sfida fil‐ħajja" u li kien hemm abbuż spiritwali u psikoloġiku. Fit-8 ta' Jannar 2021: Il-Knisja tikkonferma d-diżassoċjazzjoni tagħha mill-Komunità Ġesù Salvatur Spiċċajna bla dar – il-Komunità Il-Komunità Ġesù Salvatur qalet li dejjem ħadmet fil-Knisja u mal-Knisja u li l-ħidma tagħha dejjem seħħet "fid-dar ta' ommna l-Knisja". Qalu li minħabba d-digriet tal-isqfijiet, "il-Komunità spiċċat bla dar fejn taħdem, imkeċċija mid-dar ta' ommha" u li minħabba f'hekk "mhu se jsiru l-ebda laqgħat pubbliċi mill-Komunità Ġesù Salvatur sakemm nerġgħu nidħlu fid-dar ta' ommna". Fl-istqarrija qalu wkoll li stennew direttiva mill-Isqfijiet li turihom fejn żbaljaw biex jikkoreġu l-iżball. Żiedu jgħidu li "b'ubbidjenza lejn ommna l-Knisja, aħna se nwaqqfu t-'talks' li kienu jseħħu fil-Komunità Ġesù Salvatur". Stqarrija Komunità Ġesù SalvaturWara d-digriet li nħareġ mill-Isqfijiet Maltin, il-Komunità Ġesù Salvatur tagħmel din… Posted by Komunita Gesu Salvatur on Friday, January 15, 2021 Il-Komunità Ġesù Salvatur issa se tkun preżenti biss permezz tal-Facebook page tagħha fejn se jkun hemm kontenut esklussiv ta' talb. | [
13
] |
Prof. Mike Levine, li huwa d-Direttur taċ-Ċentru tal-Iżvilupp tal-Vaċċin f'università Amerikana, qal li l-vaċċini idealment ikunu dawk ta' doża waħda li jistgħu jingħataw mingħajr labra u siringa, u jkunu jistgħu jiġu manifatturati fuq skala kbira. Huwa kien qed jitkellem waqt forum virtwali li organizzat l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) ilbieraħ, bil-parteċipazzjoni ta' aktar minn 2,800 xjentist minn 130 pajjiż differenti. L-għan tal-forum kien li jidentifika l-lakuni tal-għarfien u li jipprijoritizza l-oqsma tar-riċerka fejn jidħol il-vaċċin kontra l-coronavirus. Prof. Levine, li jaħdem fl-Università ta' Maryland, qal li d-dinja teħtieġ ħafna vaċċini li jaħdmu f'popolazzjonijiet differenti biex tlaħħaq mad-domanda globali u biex tintemm il-pandemija. Dwar il-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech Pfizer tnaqqas b'mod temporanju l-ammont ta' vaċċini fl-Ewropa Id-Direttur tal-WHO Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus stqarr li kienet kisba xjentifika affaxxinanti li ġew żviluppati u approvati diversi vaċċini effettivi f'inqas minn sena wara li nstab il-coronavirus. Madankollu, spjega li dan ma jfissirx li l-biċċa xogħol tintemm hemm. Hemm aktar vaċċini li għadhom qegħdin jiġu evalwati, sabiex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed dożi għal kulħadd. Tqassmu aktar minn 30 miljun doża tal-vaċċin f'47 pajjiż, madankollu dan xeħet lenti fuq inugwaljanzi bejn il-pajjiżi. Sal-bidu ta' Jannar Il-vaċċin fl-Ewropa; kemm qegħdin jitlaqqmu nies? | [
1,
10
] |
IIl-kaxxa li fiha l-vaċċin tal-Covid-19 L-aġenzija tal-mediċina fin-Norveġja qed tissuspetta li reazzjonijiet ħżiena għall-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech jaf wasslu għall-imwiet ta' xi pazjenti anzjani. Il-ġurnal Ingliż The Guardian ħabbar li l-aġenzija ħarġet stqarrija lbieraħ li fiha qalet li mietu 23 persuna, li l-mewt tagħhom kienet assoċjata mal-vaċċin. Żiedet tgħid li reazzjonijiet ħżiena għall-vaċċin jaf ikkontribwew għall-qagħda severa ta' dawn il-persuni. Il-vaċċin lil dawn il-pazjenti kkawżalhom deni u anke dardir fl-ewwel jiem wara li ħaduh. Fin-Norveġja bħalissa qegħdin jaraw li jlaqqmu lill-anzjani u lil dawk li joqogħdu ġo residenzi tal-anzjani li għandhom kundizzjonijiet serji ta' saħħa. L-awtoritajiet fil-pajjiż qalu wkoll li l-provi li saru fuq il-vaċċin ma inkludewx pazjenti b'mard instabbli, u inkludew ftit pazjenti ta' aktar minn 85 sena. Il-WHO fuq il-vaċċin "Bżonn vaċċin b'doża waħda u li jingħata bla labra u siringa" – WHO Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar l-effetti tal-vaċċin fuq dawk li ħaduh f'Malta waqt il-konferenza tagħha tal-bieraħ, is-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci qalet li jidher li qed ikollu l-istess effetti bħal kull tilqima oħra, bħall-ebusija tal-id u l-għeja. Hija kemm-il darba appellat biex in-nies ma jħallux effetti żgħar bħal dawn, li jgħaddu malajr, iżommuhom milli jieħdu l-vaċċin. Il-konferenza tal-bieraħ Filmat: 151 persuna bil-COVID-19 rikoverati fl-isptarijiet | [
1,
10
] |
L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li jekk ma jintlaqgħux ir-rakkomandazzjonijiet tagħha biex jitjieb il-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19, hija se tiddikjara tilwima industrijali. F'ittra miftuħa indirizzata lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Saħħa Joseph Rapa, il-President tal-MUMN Paul Pace qallu li l-MUMN tinsab diżappuntata ħafna li dak li qalet hi fuq in-nuqqas t'organizzazzjoni fl-għoti tat-tilqim ġie injorat mill-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja, li qal li l-kwistjonijiet tal-infermiera huma bla bażi. Pace kkundanna l-mod kif hu ġie deskritt bħala "distruttiv," u kif ingħad li l-unjin m'għandhiex tkun involuta fit-tentufiet tat-tilqim. Skont Pace, dan juri li l-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja ma kellu l-ebda intenzjoni li jagħti widen lill-infermiera, aktar u aktar li jindirizza t-tħassib tagħhom. Huwa ssokta jgħid li min-nuqqas t'organizzazzjoni li deher ilbieraħ, fejn anzjani spiċċaw jinġabru qaqoċċa barra ċ-ċentri tas-saħħa biex jieħdu l-vaċċin, u qajla nżammet id-distanza soċjali, jidher biċ-ċar li l-MUMN kellha raġun. Barra minn hekk, il-pazjenti bdew jirrabjaw mal-infermiera minħabba l-istennija, mentri l-infermiera jkunu jridu ambjent kalm biex jippreparaw il-vaċċin u jagħtuh sewwa. Ilbieraħ Filmat: Jinġemgħu kju ta' anzjani biex jieħdu l-vaċċin barra ċ-Ċentru tas-Saħħa L-MUMN trid li: Ikun hemm iżjed uffiċjali tas-sigurtà (imqar tnejn) f'kull ċentru tas-saħħa Li l-listi tat-tilqim jiġu vverifikati billi jsiru telefonati lill-pazjenti biex jiżguraw li dawn għadhom ħajjin u li lesti li jmorru jieħdu l-vaċċin (l-MUMN trid li t-telefonati ma jsirux mill-istaff taċ-ċentri tas-saħħa) Li l-ħin bejn pazjent u ieħor ikun ta' nofs siegħa, mhux ta' ħames pazjenti fi kwarta Dwar dan l-aħħar punt, l-MUMN ikkummentat dwar kif minħabba l-ksieħ, il-pazjenti jkunu libsin madwar ħames biċċiet ħwejjeġ fuq xulxin, allura sakemm jinżgħu dawn il-ħwejjeġ biex jitlaqqmu, jilħaq jgħaddi l-ħin. Apparti dan, xi ċentri tas-saħħa għandhom problema bl-aċċessibbiltà. L-unjin qalet li jekk dawn it-talbiet tagħha ma jintlaqgħux minnufih, hi se tiddikjara tilwima industrijali. Hija qalet ukoll li se tiltaqa' mal-infermiera li jaħdmu fis-Saħħa Primarja biex tara x'aktar diffikultajiet qed jaffaċċjaw dawn il-persuni. Il-Professur Charmaine Gauci, waqt l-aġġornament ta' kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin, appellat biex kulħadd iżomm il-ħin tal-appuntament. Hija spjegat li kien hemm uħud li kellhom l-appuntament fil-11am u fid-9am kienu diġà fil-kju. X'qal aktar il-President tal-MUMN? Se nieħdu s-snin biex inlaqqmu lil kulħadd – President tal-MUMN | [
1
] |
Rasha Agius Bartoli hija żagħżugħa li bdiet tiġi ffosterjata minn familja meta kellha tliet snin, imbagħad, wara 10 snin tgħix magħhom, iddeċidew li jaddottawha. Hija tisħaq li l-fatt li ġiet addottata ma fih xejn tal-mistħija, anzi, lilha għenha, u taha ċans ieħor fil-ħajja. Rasha rrakkuntat l-istorja tagħha dalgħodu fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart . Tgħid li tiftakar kif ta' tliet snin kienet għadha tgħix fi djar tat-tfal, meta darba ġiet koppja li bdiet toħroġha kull ġimgħa. Fil-ħarġiet magħhom, bdiet tara naħa ġdida tal-ħajja, saħansitra anke tip ta' ikel li ma kinitx imdorrija bih, u affarijiet materjali oħra li ma kinitx esposta għalihom. Apparti minn hekk, bdiet tingħata wkoll attenzjoni individwali. Meta kien isir il-ħin fi tmiem iż-żjara tagħha, kien ikollha ċerti emozzjonijiet li ma tiftakarhomx kompletament, iżda Rasha tistqarr li wriet ix-xewqa li tkun parti minn familthom. B'hekk bdew jiffosterjawha, u damu 10 snin jiffosterjawha, sakemm il-familja ddeċidiet li Rasha għandha tkun addottata u ssir uffiċjalment parti mill-familja Agius. Hi kellha 13-il sena u turi apprezzament għall-mod kif il-ġenituri tagħha inkludewha fid-deċiżjoni. Tgħid li dan kien il-pass naturali li kien imiss, li hi riedet tkun parti mill-familja tagħhom b'mod uffiċjali. Dwar l-addozzjoni L-2018 kienet sena rekord fl-addozzjoni – Falzon "Ommi għamlet att minn qalbha meta tatni għall-addozzjoni" Rasha tispjega li l-fostering ma joffrix sens ta' stabbiltà u konsistenza. It-tfal li jkunu ffosterjati ħafna drabi jibżgħu li se jiġri xi ħaġa u jmorru lura għal kif kienu qabel. Min-naħa l-oħra, l-addozzjoni tagħtihom sens ta' stabbiltà, ta' familja. Tgħid li anke l-kunjom ġegħilha tħossha aktar parti mill-familja, parti minn grupp wieħed b'valuri simili. "Dik fissret ħafna għalija," tqerr Rasha ma' Prof. Azzopardi. Prof. Azzopardi, li huwa wkoll id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, staqsa lil Rasha jekk hi kinitx interessata fl-għeruq tagħha, li ssir taf lill-ġenituri oriġinali tagħha. Hija tgħid li għaliha kienet importanti ħafna li tkun taf minn fejn ġejja, għax tħoss li din hija parti integrali mill-identità tagħha. Fil-fehma tagħha, it-tfal għandhom dejjem ikunu jafu minn fejn ġejjin, imma hi tagħraf li dan mhux dejjem ikun possibbli. Fil-każ tagħha, għandha relazzjoni tajba mal-omm naturali tagħha, u hi tifhem li ommha ma setgħetx iżżommha u tapprezza s-sagrifiċċju li għamlet li tat lil bintha għall-addozzjoni sabiex issib ħajja aħjar milli setgħet toffrilha hi, kif fil-fatt ġara. Tgħid li l-fatt li kellha relazzjoni tajba mal-omm naturali tagħha għenha, u sarraf f'aktar stabbiltà għaliha. Minkejja dan, xorta waħda kienet ta' sfida għal Rasha, u tgħid li jrid ikun hemm stabbiltà sabiex, kemm jista' jkun, ħadd ma jweġġa' f'din is-sitwazzjoni diffiċli. Tistqarr li l-ġenituri addottivi tagħha ma setgħux imxew aħjar milli mxew magħha, għax kienu kompletament trasparenti. Fl-2018 "Hemm bżonn ta' aktar familji fis-sistema tal-fostering" "Ma naħsibhiex darbtejn biex naddotta 'l quddiem" Rasha ssejjaħ l-esperjenza addottiva waħda sabiħa, għaliex jogħġobha l-mod kif minn dinja hekk kbira, il-ġenituri tagħha u hi sabu lil xulxin u saru familja waħda. Skontha, m'hemmx bżonn ħabi u mistħija f'sitwazzjonijiet bħal dawn – "jien parti minn familja kif inhu kulħadd u aċċettajt il-passat tiegħi." Facebook Iż-żagħżugħa tant aċċettat il-passat tagħha, li hi u familtha qegħdin fil-proċess li jiżviluppaw għaqda mhux governattiva ffukata fuq l-addozzjoni, bl-isem New Beginnings Foundation. Hija spjegat waqt l-intervista li l-ħsieb warajha hu li jaħdmu ma' persuni li għaddew minn esperjenzi differenti fil-ħajja, iqajmu l-kuxjenza bl-esperjenza tagħhom u jippruvaw jgħinu lil ħaddieħor, mhux biss fejn jidħlu fostering u addozzjoni. Mistoqsija jekk 'il quddiem tikkunsidrax li taddotta xi tifel jew tifla, Rasha lanqas taħsibha darbtejn. "Bla dubju ta' xejn," twieġeb, għaliex tgħid li llum, permezz tal-addozzjoni qed tgħix ħajja ta' valur, ta' tifsira u ta' kwalità, u żgur li ma toqgħodx taħsibha biex toffri lil xi ħadd dak li ġie offrut lilha. L-intervista sħiħa X'taħseb dwar l-addozzjoni u l-fostering? | [
14
] |
Tattendi kull attività marbuta mal-lingwa Maltija. Taqra bil-Malti u titkellmu. Marian Belsten hija Ingliża li ilha tgħix f'Malta għal dawn l-aħħar 10 snin. Wara sentejn toqgħod Malta, iddeċidiet li tibda titgħallem il-Malti, u llum, tmien snin wara, għadha titgħallmu. Tgħid li l-iżjed ħaġa importanti hija li jkollok id-determinazzjoni, għax biha jirnexxilek twettaq li jkollok f'moħħok. Marian irrakkontat ma' Newsbook.com.mt kif fl-2013 għamlet kors qasir ta' 13-il ġimgħa fl-MCAST, imma ma kinitx sodisfatta. Kellha ħafna diffikultajiet għax ma kinitx taf il-lingwa, u għalhekk, wara li temmet dan il-kors, fittxet aktar għajnuna, saħansitra spiċċat tagħmel l-eżami tal-Malti fil-livell intermedju li jagħmlu l-istudenti fil-postsekondarja, u issa se tibda kors fil-qari tal-provi fl-Università ta' Malta. Hija spjegat li l-lingwa sabitha diffiċli biex titgħallimha, partikolarment minħabba li l-aktar kliem bażiku ġej mill-Għarbi, u hi mhix familjari mal-lingwa Għarbija. Il-kliem ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż, il-lingwa materna tagħha, issibha aktar faċli li titgħallmu. Tgħid li l-akbar sfida għaliha hi u titgħallem il-Malti hi t-taħdit, għax f'konverżazzjoni ma jkollhiex ċans toqgħod taħseb wisq x'se tgħid, mentri fil-kitba, tista' tgħarbel u tikkontempla dak li se tikteb. Marian tistqarr li sa kważi disa' xhur ilu ma setgħetx tgħid aktar minn sentenza waħda, imma issa għandha żewġ għalliema li għandha kliem ta' tifħir għalihom – Ryan Caruana u Anthea Enriquez – li bl-għajnuna tagħhom, irnexxielha tagħmel "pass ta' ġgant" fit-taħdit. Taqra bil-Malti? Il-kelma favorita ta' Marian bil-Malti hija "ilbiraħtlula" għax taf tispelliha, u l-ktieb l-iżjed għal qalbha milli qrat s'issa huwa Fittixni ta' Antoinette Borg, għalkemm l-ewwel kelma tal-ktieb – "Aħfirli" – ma kinitx taf xi tfisser, imma minn hemm tgħallmet il-verb "ħafer." Tistqarr li Leli ta' Ħaż-Żgħir miktub minn Ġużè Ellul Mercer huwa l-aktar ktieb li sabet iebes s'issa. Marian tgħidilna wkoll kif hi tħobb tipprova titkellem bil-Malti mal-Maltin, imma sikwit ikun hemm min iwiġibha bl-Ingliż, għalxejn tipprova tibqa' tkellmu bil-Malti. Tgħid li wħud donnhom isibuha stramba li xi ħadd barrani jixtieq jitkellem bil-Malti. Hija ssemmi wkoll kif tinnota li ħafna Maltin jippreferu jiktbu bl-Ingliż, u mbagħad jieħdu ħafna żbalji meta jiktbu bil-Malti. Kif taġġorna ruħha? Apparti l-lezzjonijiet li jkollha, Marian tattendi bi ħġarha l-laqgħat u t-taħditiet kollha li jiġu organizzati mill-għaqdiet u l-entitajiet tal-Malti. Tgħid li tħobb tattendi, anke jekk ma tibdiex tifhem dak li jkun qed jingħad. Hija ġġib eżempju b'attività organizzata mill- Għaqda tal-Malti ftit tal-ġimgħat ilu, bl-isem U s-Santa! li fiha pparteċipaw tmien kittieba Maltin bil-qari tal-kitbiet ta' xulxin. Marian tammetti li ma fehmet xejn huma u jaqraw is-siltiet, imma mbagħad, meta tkellmu dwar is-silta wara, bdiet tifhimhom. Hija tgħid li l-istejjer huma l-aktar ħaġa diffiċli għaliha biex tifhem, peress li ma jkunx fihom punt ta' referenza u ħafna drabi jkun fihom xi misteru. L-appell ta' Marian għal dawk il-barranin li jitħajru jitgħallmu l-Malti hu biex ikollhom id-determinazzjoni, u jipprattikaw ftit kuljum, għax lezzjoni waħda fil-ġimgħa mhix biżżejjed. L-intervista sħiħa Filmati: Miguela Xuereb Persuna oħra li għandha l-Malti għal qalbha Filmat: "Għad immut ngħallem il-Malti" | [
2
] |
It-total ta' vittmi tal-Covid-19, fid-dinja qabeż iż-żewġ miljuni. L-oriġini ta' dan il-virus kienet instabet fil-belt ta' Wuhan fiċ-Ċina ftit iktar minn sena ilu. L-Università ta' John Hopkins ippubblikat statistika li turi li l-Istati Uniti kienet l-iktar pajjiż li ġiet affettwara minn dan il-virus, warajha hemm il-Brażil, l-Indja, il-Messiku u r-Renju Unit. Dr Bharat Pankhania mill-Università ta' Exeter qal li ma kienx mistenni li l-iktar persuni li se jkunu milquta huma fil-pajjiżi l-iktar sinjuri. Kompla li huwa xokkanti li fost il-pajjiżi l-iktar sinjuri ma kienx hemm immaniġġjar tajjeb u mietu daqshekk nies. Dawn l-imwiet huma bbażati fuq l-istatistiċi li jagħtu l-aġenziji tal-gvern tal-pajjiżi madwar id-dinja madankollu l-Associated Press qalet li temmen li n-numri huma iktar għoljjin minħabba li diversi mwiet jistgħu jkunu ġew irreġistrati taħt kundizzjonijiet oħra speċjalment fil-bidu tal-pandemija. L-Associated Press innotat li l-ewwel miljun persuna mietu fi tmien xhur filwaqt li f'erba' xhur mietu miljun persuna oħra. Fil-gżejjer Maltin illum ġew irreġistrati, 193 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li fiequ 143 persuna. 193 każ ġdid ta' Covid-19; imħabbra mewt oħra | [
1,
10
] |
L-Istati kollha Amerikani u Washington D.C. jinsabu fuq allert massimu minħabba l-possibilità ta' protesti vjolenti hekk kif il-President elett Joe Biden mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra nhar l-Erbgħa. It-truppi tal-gwardja nazzjonali ntbagħtu Washington DC, bħala deterrent biex jekk xi persuni favur Donald Trump ikunu se jorganizzaw xi protesta jaħsbuha darbtejn. Skont l-FBI jista' jkun hemm protesti minn dawk favur Trump fl-Istati Amerikani kollha u wissiet wkoll li hemm possibilità li jistgħu ikunu armati. Il-Ġimgħa, il-prova għall-inawgurazzjoni tal-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden skedata għal llum ġiet posposta minħabba tħassib dwar is-sigurtà. Biden se jkun inawgurat bħala President ta' l-Istati Uniti fl-20 ta' Jannar. | [
10
] |
Il-Professur Wendy Barclay qalet li hemm żewġ tipi ta' varjanti Brażiljani u dak il-varjant li nstab fl-Ingilterra mhuwiex allarmanti. Hija qalet dan waqt it-tnedija ta' grupp ta' riċerka fuq il-varjanti l-ġodda. Qalet ukoll li x'aktarx wasal fil-pajjiż ftit taż-żmien ilu. Il-Professur Barclay qalet li wieħed minn dawn il-varjanti Brażiljani jinsab fil-Ġappun wara li xi Ġappuniżi siefru lura mill-Brażil, filwaqt li l-ieħor huwa iżjed b'saħħtu fil-Brażil. Qalet li l-varjant li qiegħed iħassibhom ittieħed mill-vjaġġaturi li reġgħu marru l-Ġappun u s'issa dan il-varjant għadu ma deherx fl-Ingilterra. Barclay qalet li studji oħrajn qegħdin juru li l-varjanti mill-Brażil jistgħu jaffettwaw il-mod ta' kif l-antibodies fil-ġisem jaraw il-virus u għalhekk l-infezzjoni tista' terġa' tittieħed u toħloq kumplikazzjonijiet kbar. Għalhekk, qegħdin isiru iżjed studji. S'issa l-iżjed varjanti li qegħdin iħassbu lix-xjenzati huma l-varjant tal-Ingilterra li nstab f'Kent f'Settembru li għadda, il-varjant mill-Afrika t'Isfel li nstab fil-bidu ta' Ottubru li għadda u l-varjant Brażiljan li nstab f'Diċembru li għadda. | [
10
] |
Fil-programm Umani li ixxandar illum fl-4.30pm fuq TVM il-ġurnalista Maria Muscat se tlaqqagħna ma' Alfred Reale, li kellu karriera twila fil-Forzi Armati ta' Malta. 4 snin ilu Alfred tilef id-dawl t'għajnejh. Ħajtu nbidlet ta' taħt fuq u llum jiddependi mill-familja tiegħu fosthom il-mara Lourdes, u mill-kelba gwida Adele. Umani jixxandar nhar ta' Sibt fuq TVM fl-4.30pm b'direzzjoni ta' Godfrey Smith. Alfred Reali ma' Maria Muscat u l-kelba gwida Adele | [
2,
6
] |
Ingredjenti 250g butir kuċċarina vanilla kikkra zokkor 4 bajdiet 2 kikkri dqiq self-raising 3 mgħaref ġamm tal-frawli Metodu Idlek 2 laned tal-kejk ta' 20 ċentimetru bil-butir. Iksi l-qiegħ u ġnub tal-laned bil-karta forn u idlek il-karta. Agħrbel id-dqiq. Ħabbat il-butir, l-essenza u z-zokkor sakemm it-taħlita ssir ħafifa u bajdanija. Żid il-bajd waħda waħda u ħabbat ma' kull bajda. Żid id-dqiq u ħawwad bil-mod. Ferra' t-taħlita fiż-żewġ laned u aħmi ġo forn moderat għal 28 minuta. Oħroġ l-isponges mil-laned u ħallihom jibirdu sew. Poġġi l-isponges fuq xulxin u agħmel il-ġamm fin-nofs. | [
2
] |
Fr Joe Borg sostna li f'Malta m'hemmx għalfejn ikollna liġi li twaqqaf partiti politiċi milli jkollhom l-istazzjonijiet politiċi tagħhom iżda għandu jsir ristrutturar radikali tal-bord tal-Awtorità tax-Xandir u li l-PBS ma jibqax tal-Istat. Minn naħa l-oħra, Chris Peregin, is-sid ta' Lovin Malta qal li bil-liġi l-partiti politiċi m'għandux ikollhom l-istazzjonijiet tagħhom. Dan filwaqt li Prof. Andrew Azzopardi nnota li l-istazzjonijiet politiċi huma l-unika stazzjonijiet li jiddikjaraw x'inhi l-aġenda tagħhom u Dr George Vital Zammit qal li l-istazzjonijiet politiċi għandhom biċ-ċans li jikkontribwixxu lejn is-soċjetà. Il-kelliema kienu kollha qed jipparteċipaw f'diskussjoni waqt il-programm ippreżentat minn Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta' Heart, is-Sibt filgħodu. In-negozji l-kbar iwasslu għal theddida akbar Fr Joe Borg qal li jinkwieta aktar kieku x-shareholders tal-Electrogas, jgħażlu li jiftħu stazzjon tat-televiżjoni milli partit politiku jkollu l-istazzjon tiegħu. Il-konsorzju tal-Electrogas hu nvolut f'numru ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni b'rabta mal-proġett tal-power station tal-gass, skandlu li jista' jkun li wassal biex inqatlet il-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia. Hu qabel mal-fatt li l-partiti politiċi jużaw l-istazzjonijiet tagħhom biex jimmanipulaw u kkundanna din it-tip ta' strateġija iżda li jkun hemm liġi li tiprojbixxi lill-partiti milli jkollhom stazzjon tat-televiżjoni tagħhom, mhix is-soluzzjoni. Fr Joe Borg żied jgħid li llum għandna dawn l-istazzjonijiet politiċi għaliex bejn l-1970 u l-1980 f'pajjiżna kellna sitwazzjoni fejn ix-xandir kien manipulat mill-Istat, b'Xandir Malta u minħabba li l-Awtorità tax-Xandir naqset milli tagħmel id-dover tagħha. X'inhi s-soluzzjoni? Is-soluzzjoni għandha tkun li jkollna xandir pubbliku li ma jappartjenix lill-gvern, qal Fr Borg. Hawn semma' l-mudell addottat mill-Iżvediżi u qal li jkun għaqli li jiġi studjat għal pajjiżna. Dan minbarra li sostna li l-Awtorità tax-Xandir irid isirilha tibdil radikali biex tirrapreżenta s-soċjetà u mhux biss lill-partiti politiċi. Hawn Fr Joe Borg qal li hu inaċettabbli li entitajiet privati jiddeċiedu min jista' jkollu stazzjon tat-televiżjoni u min le. Għalhekk issuġġerixxa struttura totalment trasparenti u independenti mill-gvern li tista' titwaqqaf biex tagħti sussidji lill-mezzi tax-xandir li hi sistema simili ta' sussidju li jingħata l-PBS. "Sitwazzjoni traġika" – Peregin L-editur ta' LovinMalta Christian Peregin spjega li l-kawża li fetħet l-organizazzjoni tiegħu m'hix titlob biex jgħalqu l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi imma biex il-partiti jitneħħilhom il-poter li jikkontrollaw l-aġenda partiġjana fuq l-istazzjonijiet. Hu ddeskriva traġika s-sitwazzjoni fil-pajjiż fejn meta wieħed jisma' l-aħbarijiet taż-żewġ stazzjonijiet tal-partiti qisu qed jisma' aħbarijiet ta' żewġ pajjiżi differenti. Il-preżentatur Prof. Azzopardi qal li wieħed ma jistax jinnega li ż-żewġ partiti għandhom stazzjonijiet tat-televiżjoni u li l-aġenda warajhom hi ddikjarata. Qal wkoll li huma biss dawn iż-żewġ stazzjonijiet li jiddikjaraw dan. Hawn Peregin spjega kif il-PN u l-PL ilhom jiddiskutu l-għeluq tal-istazzjonijiet tagħhom għal dawn l-aħħar 10 snin. Minn naħa tiegħu Dr George Vital Zammit qal li jippreferi jara li tinbidel il-metidoloġija ta' kif isiru l-affarijiet u spjega li jkun ta' aktar benefiċċju jekk il-programmi jġibu flimkien opinjonijiet differenti li jmorru 'lil hinn mill-isfera politika li jisfidaw l-ideat politiċi. Dr Vital Zammit qal li l-għeluq tal-istazzjonijiet tal-partiti politiċi tista' tiġi interpretata bħala vjolazzjoni tad-dritt tal-partiti għal-libertà tal-espressjoni. | [
14
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 141 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 136 persuna. Għalhekk, issa hawn 2,753 każ attiv fil-komunità. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,866 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Jidher li kien hemm ukoll mewta oħra bil-virus. Il-maġġoranza tal-175 każ li nstabu lbieraħ għadhom qed jiġu investigati. Dawk li nstabet l-oriġini tagħhom kienu: 38 każ fost il-membri tal-familja ta' nies bil-virus 31 każ ta' persuni fuq il-post tax-xogħol 18-il każ ta' nies li kellhom kuntatt dirett ma' oħrajn bil-virus 29 każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni li għandhom il-coronavirus Għalhekk, ma nstabitx l-oriġini ta' 59 każ. Illum tħabbar li dalgħodu fl-Isptar Mater Dei, l-infermiera tal-Infectious Disease Unit, IDU, Rachel Grech ħadet it-tieni doża tat-tilqima tal-COVID-19. Filmat: Tibda tingħata t-tieni doża tal-vaċċin | [
1
] |
Armin Laschet (mill-paġna Facebook tas-CDU) L-Unjoni Demokratika Kristjana (CDU), il-partit tal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel, għażel lill-premier tal-istat tar-Rhine tat-Tramuntana-Westphalia Armin Laschet bħala l-kap ġdid tiegħu. Laschet jieħu post Annegret Kramp-Karrenbauer, li kienet eletta kap tal-partit fl-2018 iżda rriżenjat fl-2020 wara sentejn fejn il-partit tilef numru ta' elezzjonijiet reġjonali. Ir-riżenja ta' Kramp-Karrenbauer ġiet wara elezzjoni fl-istat ta' Thuringia, fejn is-CDU għażlet li tifforma parti ta' koalizzjoni mmexxija mill-partit liberali FDP iżda li kellu wkoll l-appoġġ tal-partit tal-lemin estrem AfD – l-ewwel darba li l-lemin estrem ġie aċċettat f'koalizzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-elezzjoni ta' kap ġdid setgħet twassal lis-CDU biex jimxi lejn il-lemin, bis-saħħa tal-kandidat konservattiv Friedrich Merz, li kien meqjus bħala l-favorit li jirbaħ l-elezzjoni. Fl-ewwel votazzjoni, Merz kiseb 385 vot u Laschet 380 vot fil-kungress tal-partit, filwaqt li t-tielet kandidat, Norbert Röttgen, kiseb 224. F'votazzjoni oħra, però, jidher li ħafna mis-sostenituri ta' Röttgen ippreferew lil Laschet, li rebaħ b'521 vot kontra l-466 li kiseb Merz. Il-Ġermanja se jkollha elezzjoni federali f'Settembru, u Merkel, li ilha kanċillier mill-2005, ikkonfermat li mhux se tfittex li tibqa' fil-kariga. Filwaqt li Laschet mistenni jfittex ikun il-kanċillier il-ġdid, għad m'hemmx garanzija li hu se jkun il-kandidat tas-CDU u tal-Unjoni Sociali Nisranija (CSU), partit alleat mas-CDU. Is-CSU jikkontesta biss fis-stat tal-Bavarja, filwaqt li s-CDU għandu preżenza fil-15-il stat Ġermaniż ieħor. Iż-żewġ partiti għandhom jagħżlu l-kandidat għal kanċillier tagħhom aktar tard din is-sena, u apparti Laschet hemm spekulazzjoni li jistgħu ukoll jikkompetu l-kap tas-CSU Markus Söder u l-Ministru għas-Saħħa Jens Spahn. Laschet hu qrib ta' Merkel, li ħadet il-partit f'direzzjoni ċentrista – għażla li ma niżlitx tajjeb ma' kulħadd fi ħdan il-partit. Fil-kampanja elettorali, però, Laschet insista li bidla fid-direzzjoni tal-partit "tibgħat eżattament is-sinjal ħażin." | [
10
] |
Alexei Navalny, politiku u kritiku prominenti tal-gvern Russu li kien vittma ta' attentat ta' qtil is-sena l-oħra, ġie arrestat hekk kif mar lura r-Russja nhar il-Ħadd. Navalny kien avvelenat b'Novichok, aġent kontra n-nervituri li kien ġie żviluppat f'faċilita statali Sovjetika li għadha topera taħt il-kontroll tal-gvern Russu. L-użu ta' Novichok jagħti indikazzjoni ċara tal-involviment tal-Kremlin, għalkemm il-gvern Russu qed jiċħad dan. Ġie trasferit f'Berlin – il-familjari ta' Navalny ma fdawx sptarijiet Russi – u rċieva trattament li salvalu ħajtu. Però Navalny nsista li ried imur lura f'pajjiżu, anke jekk il-gvern Russu kkonferma li se jfittex l-arrest tiegħu. Mijiet ta' sostenituri ta' Navalny marru fl-ajruport ta' Vnukovo f'Moska, fejn l-ajruplan kellu jinżel. Però l-ajruplan ġie devjat lejn l-ajruport ta' Sheremetyevo, fejn Navalny ġie arrestat. Kelliema għal Navalny, Kira Yarmysh, qalet li l-avvenimenti tal-lum urew kemm il-gvern Russu kien qed jibża minn Navalny. | [
10
] |
St. Anton Abbati Messaġġ mill-Isqof Anton Teuma f'Jum il-Festa ta' Sant' Anton Posted by Xaghra Parish on Sunday, January 17, 2021 | [
13
] |
Betty White nhar il-Ħadd li għadda għalqet 99 sena. Għal din l-okkażjoni l-attriċi anzjana maħbuba minn ħafna qalet li issa li għandha tant snin m'għandhiex għalfejn titlob permess biex tibqa' mqajma kemm trid. Qalet ukoll li tħossha f'saħħitha ħafna u li l-virus tal-Covid-19 tispera li qed jibża' minnha. Il-pjani tagħha għal ġurnata tal-bieraħ kienu jinkludu li tmur titma' par papri li jżuru regolarment id-dar tagħha fiż-żona ta' Los Angeles. L-ikla ta' għeluq sninha kienet hot dog u patata chips miġjuba – flimkien ma' bukkett ward – mill-ħabib u aġent tagħha Jeff Witjas li ilha taħdem miegħu snin twal. Il-karriera tagħha tat-TV jestendu minn Hollywood on Television tal-1949 għal meta kellha rwol tal-vuċi f'Forky Asks a Question fl-2009. Iżda The Golden Girls u The Mary Tyler Moore Show kienu l-aktar spettakli fuq it-TV li għamluha tassew popolari. Matul dan ix-xahar Betty White qed tidher f'ripetizzjonijiet inklużi The Golden Girls u Hot in Cleveland u d-dokumentarju tal-2018 Betty White: First Lady of Television, dwar ħajjitha u l-karriera. L-imħabba tagħha għall-annimali se tintwera x-xahar id-dieħel bid-DVD tagħha Betty White's Pet Set, serje tas-Snin 70 li fiha maret fi djar ta' personalitajet fejn iltaqgħet mal-annimali domestiċi tagħha. Betty White renħet 5 Emmy, inkluż trofew tal-2010 għal dehra tagħha f'Saturday Night Live. Hija kienet miżżewġa lill-produttur Allen Ludden mill-1963 sa mewtu fl-1981. | [
2,
6
] |
Il-koppja Rose u Paul Attard dan l-aħħar iċċelebraw 50 sena miżżewġin. Iżda minflok għamlu festin iddeċidew li jfakkru dan l-anniversarju speċjali billi taw donazzjoni ta' €700 lil Puttinu Cares. Ġest mill-isbaħ kif wieħed ifakkar jum daqshekk speċjali. Puttinu rringrazzjaw lil din il-koppja u awgurawlhom ħafna aktar snin mimlijin saħħa u mħabba. Koppja helwa Rose u Paul Attard….F'għeluq il-ħamsin sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom tawna donazzjoni ta' €700,… Posted by Puttinu Cares on Sunday, January 17, 2021 | [
2
] |
Ħafna huma dawk li fl-aħħar sigħat fakkru l-memorja tal-kompożitur Sammy Galea li ħalliena lbieraħ fl-eta ta' 86 sena. Fost dawn kien hemm Toni Sant li fuq il-midja soċjali xerred filmar ta' intervista li hu kien għamel lil Sammy Galea ftit tas-snin ilu. Matul din l-intervista joħorġu bosta fatti interessanti dwar dan il-mużiċist fosthom li ismu proprju kien Salvinu u meta kien beda juża l-isem ta' Sammy. Jirrakkonta fost oħrajn kif iltaqa' l-ewwel darba ma' Doreen. Fl-2010, meta ħloqna l-M3P, Sammy Galea kien fost l-ewwel nies li tkellimt magħhom dwar il-bżonn li nżommu l-memorja tal-mużika f'Malta b'mod sistematiku. Bis-saħħa t'ibnu Dominic irnexxieli nikkonvinċih jiġi sal-Arkivju Nazzjonali fir-Rabat fejn għamiltlu din l-intervista, li kienet waħda mill-ewwel stejjer orali li ġbarna għal dan il-proġett tal-memorja. Illum Malta tilfet mużiċist prim u fuq kollox raġel mill-aktar umli u fil-veru sens tal-kelma ġentlom. Strieħ fis-slliem, Sammy. In-nuqqas tiegħek se nħossuh żgur imma tal-anqas il-mużika tiegħek tibqa' magħna.Kondoljanzi lill-famija kollha tiegħu. Posted by Toni Sant on Monday, January 18, 2021 Fil-messaġġ tiegħu Toni Sant iddeskriva lil Sammy Galea bħala raġel mill-aktar umli u fil-veru sens tal-kelma ġentlom. "In-nuqqas tiegħek se nħossuh żgur imma tal-inqas il-mużika tiegħek tibqa' magħna" kiteb Toni Sant. Aqra: Imut il-kompożitur Sammy Galea | [
2
] |
Arnold Schwarzenegger, l-attur ta' 73 sena, ilbieraħ ħa l-vaċċin kontra l-Covid-19 u wera vidjo fuqTwitter qed jittaqqab fuq idu l-leminija. Huwa ħa t-tilqima fid-Dodger Stadium f'Los Angeles u qal li l-ġurnata għalih kienet waħda mill-aqwa. "Qatt ma kont ferħan nistenna xi ħaġa daqs illum," qal. "Jekk int eliġibbli għat-tilqima, agħmel bħali u ffirma biex tittaqqab." Imbagħad kiteb frażi meħuda mill-films tat-Terminator li fihom kellu l-parti prinċipali: "Ejja miegħi jekk trid tgħix." Wara li ħa t-titqiba l-attur dar lejn il-kamera, għemeż u qal: "Orrajt, għadni kemm ħadt il-vaċċin, u jien se nirrakkomandaha lil kulħadd." Personaġġi oħrajn li ħadu t-tilqima jinkludu lil Sir David Attenborough, Judi Dench, Joan Collins u Ian McKellen, is-saħħar fil-films ta' Lord of the Rings. Ritratt: Twitter | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-preżentatriċi Pauline Agius. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mark 3, 7 – 12) Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh. U l-ispirti ħżiena kull darba li kienu jilmħuh, kienu jinxteħtu fl-art quddiemu u jaqbdu jgħajtu: "Int l-Iben ta' Alla!". Iżda hu kien jordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1922 kien twieled Benny Hill, li kien jismu proprja Alfred Hawthorn Hill. Benny Hill kien komiku Ingliż li sar stilla dinjija fis-Snin 70 u 80 grazzi għall-karattri mqarbin li kien ħoloq, u l-isketches, ħafna minnhom mingħajr kliem li kienu mzewqa b'mużika tas-sassofanu li saret assoċjata miegħu. Hill, li ħalliena fl-1992 kien wieħed mill-komiċi favoriti ta' Michael Jackson u anki ta' Charles Chaplin. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja. | [
6
] |
Il-mudella Tiffany Pisani llum qed tagħlaq 29 sena. Twieldet f'Wolverhampton, West Midlands, England fl-20 ta' Jannar tal-1990. Trabbiet f'Ħ'Attard. Missierha hu Malti filwaqt li ommha hija Ingliża. Fl-2008 Tiffany dehret fil-vidjow mużikali Dancing in the Dark ta' DJ Ruby u bdiet tidher ukoll fuq il-faċċati ta' diversi rivisti lokali. Tiffany Pisani daret magħrufa f'Malta u fix-xena internazzjonali wara li fl-2010 rebħet il-kompetizzjoni Britain's Next Top Model waqt xandira diretta fuq l-istazzjon internazzjonali Sky. Wara din ir-rebħa Tiffany bdiet karriera ta' modelling għal disinjaturi, rivisti u fotografi popolari madwar id-dinja. Tiffany Pisani waqt il-Britain's Next Top Model Fl-2017 Tiffany rrappreżentat lil Malta fil-konkors Miss Universe li kien ġie organizzat f'Las Vegas, fl-Istati Uniti. Aqra: Tiffany Pisani f'Las Vegas għal Miss Universe F'dawn l-aħħar snin Tiffany tatha wkoll għall-mużika u għamlet isem bħala DJ fil-qasam tal- house music . Tiffany Pisani | [
2
] |
Bħal-lum fl-1993 kienet ħallietna fl-età ta' 63 sena Audrey Hepburn, magħrufa għal films bħal Breakfast at Tiffanys. Ukoll bħal-lum fl-1990 kien ħareġ għall-wiri l-film Born on the Fourth of July, mentri bħal-lum fl-2006 kien ixxandar għall-ewwel darba l-film ta' Disney High School Musical. Sentejn wara kien ixxandar l-ewwel episodju tas-serje Breaking Bad. Audrey Hepburn. Ritratt: pixy.org Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja. | [
6
] |
Ritratt: Mill-filmat tal-ftuħ ta' Identità Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba permezz tat-tim tal-midja tagħha il-Kummissjoni WEB imbarkat fuq proġett bit-titlu Identità. Kif jixhed l-isem dan huwa proġett li jesponi l-identità Maltija, li jinkludi intervisti qosra ma' akkademiċi magħrufa Maltin dwar suġġetti varji. Fosthom naraw lil Prof. George Cassar jagħmel eloġju dwar l-oriġini tal-Festa Maltija u kif evolviet matul is-snin, Dr Godfrey Farrugia jagħmel analiżi dettaljata l-Piroteknika Maltija mill-bidu tagħha sal-lum il-ġurnata u x'impatt għandha fuq il-ħajja soċjali, kulturali u tradizzjoni Maltija. Il-Kanonku Dr Jonathan Farrugia jispjega l-Festi Interni u r-ritwalli li jsiru matul dawn il-funzjonijiet kif ukoll Carlston Grima jitkellem dwar kliem Malti li jintuza fil-Piroteknika u l-varjazzjonijiet minn raħal għall-ieħor. Proġett huwa utli wkoll għal studenti li qed jagħmlu riċerki għall-istudju tagħhom. Dan hu wieħed mill-programmi li tistgħu ssegwi online. identità – L-oriġini u l-evuluzzjoni tal-Festa Maltija, l-ewwel parti identità – L-oriġini u l-evuluzzjoni tal-Festa Maltija, l-ewwel parti#identita Posted by Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta) on Monday, October 5, 2020 Aktar programmi li tistgħu ssegwu online issibuhom fuq Facebook permezz ta' dan il- link . | [
2
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar il-mewt ta' 2 persuni li kellhom il-coronavirus. Instabu wkoll 187 każ ġdid mit-3,879 test li saru, u fiequ 189 persuna. Għalhekk, issa hawn 2,831 każ attiv fil-komunità. OFFICIAL COVID-19 figures for 20•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, January 20, 2021 Iż-żewġ persuni li mietu kienu mara ta' 79 sena u raġel ta' 91 sena li t-tnejn mietu fl-Isptar Mater Dei. It-total ta' mwiet tela' għal 244. Id-dettalji tal-bieraħ Anzjana ta' 84 sena vittma oħra tal-COVID-19; Jinstabu 200 każ ġdid | [
1
] |
Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti Joe Biden saħaq li "id-demokrazija rnexxielha tirbaħ, u li llum l-Amerikani mhux qed jiċċelebraw rebħa ta' kandidat, imma ta' kawża, li hija d-demokrazija". Fl-ewwel diskors tiegħu wara l-ġurament tal-ħatra bħala s-46 president tal-Istati Uniti, Joseph R. Biden, stqarr li l-poplu semma' leħnu hekk kif tgħallem kemm id-demokrazija hija prezzjuża. "L-Amerikani, għal darba oħra, ingħaqdu għall-ġid komuni", qal Biden, waqt li wiegħed li se jaħdem għal iktar għaqda nazzjonali. Il-Presidenti Amerikani waslu wieħed wara l-ieħor: Bill Clinton, George W. Bush, u Barack Obama, għaċ-ċapċip tal-udjenza. Donald Trump huwa wieħed mill-ftit Presidenti fl-istorja li rrifjuta li jattendi l-inawgurazzjoni tas-suċċessur tiegħu. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni bdiet fl-10:30am (1530 GMT) b'Biden u l-Viċi President il-ġdida Kamala Harris jieħdu l-ġurament tal-ħatra fil-kariga f'nofsinhar (1730 GMT). Il-wasla ta' Joe Biden u martu Biden mal-wasla tiegħu fiċ-ċerimonja Filwaqt li normalment mijiet ta' eluf ta' nies jattendu ċ-ċerimonja, din id-darba folla żgħira biss setgħet tattendi minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-prekawzjonijiet ta' sigurtà żdiedu wkoll wara r-rewwixti fil-Capitol minn dawk li jappoġġjaw lil Trump aktar kmieni dan ix-xahar. Aktar minn 25,000 truppa tal-Gwardja Nazzjonali se jkunu madwar żoni diversi f'Washington biex jikkontrollaw u jimmitgaw r-riskji tal-inawgurazzjoni. Donald Trump u martu Melania telqu mill-White House għall-aħħar darba llum, u Trump mhuwiex jattendi ċ-ċerimonja. Minkejja li m'attendiex għaċ-ċerimonja, huwa żamm it-tradizzjoni li ilha għaddejja minn żmien Ronald Reagan li l-President uxxenti jħalli nota fl-uffiċċju lill-President il-ġdid. Sors: CNBC TV Waqt iċ-ċerimonja kantaw il-kantanti Lady Gaga u Jennifer Lopez. Sors tal-filmat ta' fuq: PBS NewsHour Dwar iċ-ċerimonja Gaga se tkanta l-innu nazzjonali Amerikan waqt l-inawgurazzjoni ta' Biden Il-ħatra ta' Joe Biden wasslet biex jiġi fi tmiemu perjodu relattivament kaotiku f'pajjiż li għadu maqsum wara l-elezzjoni ta' Novembru li għadda. | [
10
] |
Għada l-Erbgħa fit-2pm fil-Knisja ta' San Publiju fil-Furjana se tingħata l-aħħar tislima lil Sammy Galea, li ħalliena lbieraħ fl-età ta' 86 sena. Sammy Galea ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Furjana u wara fil-Conservatorio Santa Cecilia ta' Ruma. Wara li temm l-istudju hemmhekk, kompla jistudja l-mużika fil-London Central School of Jazz taħt Stan Tracey Obe, Bill Lesage, Jimmy Grani u Bill McGuffie. Kien ingħata d-diploma mill-Associate London College of Music. Aqra: Imut il-kompożitur Sammy Galea Tul il-karriera tiegħu Galea ħa sehem f'bosta festivals kemm f'Malta kif ukoll barra, fosthom l-International Children's Song Festival f'Torin fl-1963. Il-kompożizzjoni tiegħu I Galli della Nonna kkwalifikat fir-raba' post. Bejn l-1972 u l-1973 Sammy kellu aktar minn kompożizzjoni waħda mal-finalisti tal-festival Song For Europe. F'dawk is-sentejn kellu Dlonk Dlonk, Din Hi l-Verità u Ejja fil-Qrib. Fl-1975 rebaħ il-festival Song For Europe u b'hekk il-kanzunetta tiegħu, interpretat minn Renato, irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Ħa sehem f'numru ta' festivals oħra fosthom il-Cavan International Song Festival tal-Irlanda, il-Bratislava Lyre, il-Golden Orpheus Burgas, il-Gibsong u ż-Zecchino D'Oro. Sammy Galea kien miżżewweġ lill-kantanta Doreen Galea. Il-koppja Galea kellhom tliet ulied, Dominic, Benedict u Manolito. Aqra: Filmat: "In-nuqqas se nħossuh imma l-mużika tiegħek tibqa' magħna" – Toni Sant | [
2
] |
Ġurnata speċjali għall-attur Dorian Micallef li llum qed jiċċelebra għeluq il-50 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-20 ta' Jannar tal-1971. Lil Dorian narawh f'bosta produzzjonijiet televiżivi u bħalissa qed jidher fis-sensiela Division 7 li proprju mil-lejla se tkun qed tirritorna fuq l-istazzjon One għall-aħħar 12-il puntata. Minbarra f'din is-sensiela Dorian ħa sehem ukoll f'bosta sensiliet fosthom Rubini, Marċellino, Marvin, Rubini, D.R.E.A.M.S, Maskra, Tfesfisa, Rifless, Game Over u Il-Patt. Ħadem ukoll fil-films Maltin Għax Jien Inħobbok u Destin. Dorian huwa miżżewweġ lil Frida u għandhom żewġt ulied, Glenn u Kieran. Dorian Micallef Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
Fis-sensiela Nitkellmu mal-Awtur Frederick Zammit jitkellem ma' Dr John A Consiglio li minkejja li għandu 81 sena xorta għadu għaddej bir-riċerka u l-kitba. L-10 ktieb tiegħu L-Ekonomija F'Ilsien Ix-Xjenza u l-Filosofija huwa pubblikazzjoni ta' Faraxa . "Mill-aspett kreattiv inżomm ruħi attiv. Niddeskrivi lili nnifsi bħala ġisem ta' 81 sena b'moħħ ta' wieħed ta' 50 sena," ikkummenta Dr Consiglio. Is-sena li għaddiet kienet waħda kreattiva bil-pubblikazzjoni ta' tliet kotba u kollox jindika li Dr Consiglio se jibqa' għaddej biex iwassal aktar xogħlijiet. Rari niltaqgħu ma' kotba dwar l-ekonomija li huma miktuba bil-Malti. X'kien il-fattur li stimula lil Dr Consiglio jikteb ktieb bħal dan bil-lingwa Maltija? L-isem innifsu tal-ktieb jabbina mhux dixxiplina waħda iżda tlieta. Fl-intervista huwa jispjega x'kienet l-idea ġenerali u jaqsam magħna d-diffikultajiet li sab biex inkitbu. Finalment, x'jgħaqqad l-ekonomija mal-filosofija u x-xjenza? Segwi l-intervista sħiħa f'din il-paġna. Dr John A Consiglio Dwar il-ktieb L-Ekonomija F'Ilsien Ix-Xjenza u l-Filosofija : Dan huwa ktieb għal kollox differenti minn ħafna oħrajn dwar l‐ekonomija li nkitbu bl‐ilsien Malti dwar l-ekonomija f'pajjiżna… u dwar l-ekonomija fil-fatt għandna ftit li xejn kotba bil-Malti. Huwa studju li jeżamina ħafna ideat, prinċipji, prattiċi, argumenti u kunċetti dwar il-ħsieb u l-ħajja ekonomika. Il-metodu huwa dak ta' analiżi u interpretazzjonijiet ta' mġiba ta' parteċipanti, dawk spiss imsejħa l‐istakeholders. L-analiżi hija fuq kollox f'forma mhux biss predominentement filosofika, iżda li anki spiss tirrikorri għal għodda mid-dinja tax-xjenza,tal-inġinerija u tat-teknoloġija. Għal żmien twil kemm ekonomisti kif ukoll filosofi fittxew tweġibiet għal mistoqsijiet inkwetanti dwar jekk it-teorija ekonomika, kif komunement mibnija, hix strument utli u siewi biżżejjed għall-akkwist ta' miri soċjali ta' kull tip. L-awtur hawnhekk jikkunsidra l-kunċett innifsu ta' dawn il-miri, u l-possibilità li rikostruzzjoni tat-teorija ekonomika fid-dawl ta' analiżi soċjofilosofika, tista' tirrendiha għodda aħjar lejn miri soċjali. Din id-diskussjoni hija waħda intensiva u profondament kritika, u titlob mill-qarrej livell għoli ta' impenn jew sforz intellettwali. Intervista: Frederick Zammit Muntaġġ: Sarah Salafia | [
2
] |
Bejn Diċembru u Jannar, tħarrku 24 stabbiliment talli kisru r-regolamenti kontra l-Covid-19 ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Kelliem għall-Ministeru tat-Turiżmu qal lil Newsbook.com.mt li kien hemm 16-il stabbiliment li kiser ir-regolamenti f'Diċembru u f'Jannar, s'issa, kien hemm tmien stabbilimenti li ġew imħarrkin mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Huwa spjega li dan minħabba li kisru dawn ir-regolamenti: Id-distanza bejn l-imwejjed ma kinitx ta' żewġ metri kwadri biss (jekk barra) jew tliet metri kwadri (jekk ġewwa) Kien hemm aktar nies ġol-istabbiliment minn dak permess (jiġifieri ta' persuna kull sitt metri kwadri ġewwa, jew persuna kull erba' metri kwadri barra) Li n-nies inqdew bilwieqfa, ma baqgħux bilqiegħda mal-mejda. Żied jgħid li ġeneralment dawk li jiġu mħarrkin jew ikollhom aktar minn nuqqas wieħed jew tnejn, jew inkella ma jkunux osservaw twissijiet preċedenti. Ftit tal-jiem ilu, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija f'Malta (MPA) qajmet tħassib fuq jekk hawnx stabbilimenti li qegħdin jiftħu minkejja li suppost magħluqin sabiex jitrażżan il-coronavirus, billi fl-inħawi ta' Paceville qed jiġu rrappurtati ħafna argumenti u ġlied. X'qalet l-MPA? Kif qed ikun hemm inċidenti f'Paceville jekk l-istabbilimenti magħluqin? – MPA Wieħed jista' jirrapporta ksur ta' dawn ir-regoli dwar it-turiżmu fuq 21692447 jew b'email fuq tourismcovid-19helpline@visitmalta.com . Fis-sajf 12-il stabbiliment jiksru l-protokolli | [
1
] |
Ingredjenti Fenek ta' 1.5kg 400g majjal taż-żaqq 500g basal sinna tewm 4 weraq rand ħwawar żejt veġetali 250ml nbid aħmar 2 bottijiet polpa tat-tadam 100g piżelli tal-friża 800g patata bżar u melħ Metodu Qatta' l-fenek u l-majjal f'biċċiet żgħar. Qatta' l-basal u t-tewm u aqli fiż-żejt. Żid il-biċċiet tal-fenek u majjal u sajjar sakemm jieħdu l-kulur. Żid il-ħwawar, rand, bżar u ftit melħ u bil-mod żid l-inbid u t-tadam. Kompli sajjar għal madwar 30 minuta. Qaxxar il-patata u qatta' f'biċċiet kwadri zgħar u zid fil-borma. Tektek fuq nar baxx għal nofs siegħa oħra. Fl-aħħar 5 minuti żid il-piżelli. | [
2
] |
L-Italja qed tirrevedi l pjan ta' kif jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 filwaqt li qed thedded li lesta tieħu azzjoni legali kontra l-kumpanija Pfizer li mmanifatturat wieħed mill-vaċċini. Jirriżulta li l-Italja lesta tieħu dan il-pass minħabba dewmien biex jaslu d-dożi tal-vaċċin fil-pajjiż. Domenico Arcuri li hu l-Kummissarju speċjali dwar il-vaċċin, fl-Italja, qal li l-kumpanija mistennija tħabbar aktar tnaqqis fl-ammont ta' kemm tissuplixxi l-vaċċin lejn il-pajjżi. Pfizer bħalissa qed taffaċċja kritika ħarxa fl-Ewropa minħabba d-deċiżjoni biex temporanjament ikun hemm dewmien biex tibgħat id-dożi tal-vaċċin fil-pajjiżi Ewropej li minn naħa tagħhom qed jargumentaw li din id-deċiżjoni tista' tħarbat il-pjani tagħhom biex jagħtu l-vaċċin lill-poplu. Il-ġimgħa li għaddiet l-Italja ġiet infurmata li l-konsenja tal-vaċċin se tonqos b'29% u dan minbarra li t-tnaqqis mistenni jkompli jiżdied. Filmat: Il-pajjiżi tal-UE għandhom jilħqu l-miri tal-vaċċin flimkien ħalli jikrupraw f'daqqa – Fearne Illejla l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE se jiltaqgħu għal-laqgħa urġenti biex jindirizzaw l-isfidi varji tal-Coronavirus, fosthom il-varjanti aktar infettivi għat-theddida tal-għeluq tal-fruntieri u l-mod li bih qed jitqassam il-vaċċin madwar il-blokk Ewropew. Il-laqgħa li se ssir b'mod virtwali mistennija tibda fis-6 p.m. Il-mexxejja Ewropej f'laqgħa kruċjali dwar il-Covid-19 | [
1
] |
Figura t'Identita' - Aldo Busuttil Figura t'Identita' Kliem / Mużika/Arrangament Aldo Busuttil/Mark Scicluna/Cyprian CassarF'art maqtugħa mill-ibliet Qalb makkja u mogħdijiet, F'art imneżżgħa minn palazzi fortifikazzjonjietFil-ħemda ta' raħħala Ġo qalbek tas-sejjieħ, stkennew qawwet ix-xmux 'l-qilla ta' smewwietMill-ibagħad żmienijiet Ġarrabt gwerer u tinwiħ, L-art xorbot wied ta' dmija Ħasset l-uġigħ tal-erwieħTaħt is-swar imponenti Fi rħula mitlufa, Twelid niċċa antika U l-kappella llum miġrufa.Inti fl-għomor ħaj iġġor Memorji mnaqqxin Fi blat, swar il-battalji Ta' xwabel imdaqqsinMill-għorfa sar remissa Imżejna b'sempliċità Ta' simbolu uniku Figura t'identitàF'Art il-fewdi Medjevali F'Ħal Għarrat u F'Ħal Hellul Taħt ħarsien Salib id-Dejma Ħdejn Għeliem; Bir is-Seftur.Xogħol l-għaraq u l-bżulija; Frott familjet Ficura, Li r-raba' darba ħadmet Illum magħruf tal-FguraInti mill-aħħar xhieda Il-Kwadru misterjuż Ta' devoti tal-Karmnu Meqjum mirakulużTa' rakkonti li ntqalu F'rokna s-sempliċità Ta' simbolu uniku Figura t'identitàMiskin misħut min ċaħdek, B'intenzjoni li jġarrfek F'isem il-poter; każbrek Qerq ta' min ma jridx jagħrfek!Binjet l-erwieħ intradmu Mir-rebgħa tal-miljuni Li sserrpu mal-liġijiet Proteġġew spekulaturiPesta ħakmet pajjiżi Mardet mentalità Li qed tiġġustifika Il-Qerda t'Identità****CREDITS*****Awtur Aldo BusuttilKompożituri Mark Scicluna u Cyprian CassarArrangament Mużikali, Recording, Mixing & Mastering (Somnio Recording Studios) Cyprian CassarFilming & Editing Luke BorgAudio Visuals Technicians Paul Falzon & Jose Maria LopezMake-up Graziella GeradaXagħar Elvin Salvatore FabriĦwejjeġ The KnotAttur Joseph GouderFotografija Jonathan BrincatKonsulenza Dr. Micheal Spagnol Posted by Aldo Busuttil on Friday, January 15, 2021 Fl-aħħar xhur il-katant Aldo Busuttil ma qagħadx lura milli jsemma leħnu kontra l-mod kif qed jingħataw permess biex binjiet antiki ġewwa l-Fgura jitwaqqgħu biex minflok jinbnew postijiet moderni. Issa fl-aħħar ġranet Aldo Busuttil beda jwassal il-messaġġ tiegħu bit-tnedija tal-kanzunetta oriġinali Figura f'Identità li kiteb huwa stess b'kompożizzjoni ta' Mark Scicluna u Cyprian Cassar. Aqra: Filmat: Residenti tal-Fgura jingħaqdu biex jipproteġu razzett antik Fil-vidjow mużikali jieħu sehem Joseph Gouder, wieħed mill-aktar resident anzjani tal-Fgura li qed jagħti kontribut kbir lejn il-ġbir ta' informazzjoni u ġrajjiet tal-imgħoddi fil-lokalità. Aqra: Il-Bord tal-Appell jiddeċiedi li r-razzett antik fil-Fgura jista' jitwaqqa' | [
2
] |
Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief il-kantanta Moira Stafrace li llum qed tiċċelebra għeluq il-51 sena tagħha. Twieled bħal-lum il-25 ta' Jannar tal-1971. Moira hi miżżewġa lil Chris Scicluna u għandhom tifla, Michela. Huma ltaqgħu fl-1993 u bdew idoqqu flimkien. F'dik l-istess sena kienu akkumpanjaw lil William Mangion bħala backing vocalists għall-kanzunetta This Time fil-Eurovision Song Contest. Sena wara, fl-1994, kien imiss proprju lilhom biex ikunu l-ambaxxaturi Maltin fil-Eurovision meta interpretaw il-kanzunetta More Than Love li kklassifikat fil-ħames pożizzjoni. Fl-1999 Chris u Moira rritornaw fil-Eurovision meta l-kanzunetta tagħhom Believe In Peace rebħet il-Malta Song for Europe. Il-kanzunetta kienet interpretata minn Times Three, fejn waħda mit-tlett kantanti kienet Diane Stafrace, oħt Moira. Moira kienet ukoll backing vocalist meta l-kanzunetta marret għall-Eurovision. Sentejn ilu, fl-2019, għalqu 25 sena jkantaw flimkien bħala d-duo Chris & Moira. Nawguraw lil Moira l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Ryan Galea. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli – Atti 9, 1-22 Waqajt mal-art u smajt leħen jgħidli, 'Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?' Jien weġibt, 'Min int, Mulej?' U hu qalli, 'Jien Ġesù ta' Nazaret, li int qiegħed tippersegwitah.' Dawk li kienu miegħi raw id-dawl, imma ma semgħux il-leħen ta' min kien ikellimni. Imbagħad jien għidt, 'X'għandi nagħmel, Mulej?' U l-Mulej qalli, 'Qum u mur Damasku. Hemm jgħidulek kulma għandek tagħmel.' The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1900 ġie ffurmat fl-Ingilterra in-Newcastle Badminton Club, l-akbar klabb ta' dan l-isport fid-dinja. Ukoll bħal-lum fl-1908 kien ġie ffurmat fl-Ingilterra l-ewwel Boy Scout Troop minn Robert Baden-Powell. Ritratt meħud minn filmat Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
L-HSBC ħabbar li se jerġa' jiftaħ il-fergħa tiegħu fir-Rabat nhar it-Tnejn li ġej, wara li din ingħalqet minħabba l-imxija tal-Covid-19. Il-fergħa fir-Rabat issa se topera mingħajr kaxxiera, imma konsulenti bankarji se jibqgħu disponibbli biex jassistu lill-klijenti tal-HSBC. Fi stqarrija tal-HSBC intqal li Crawford Prentice, il-Kap tal-Wealth u Personal Banking mal-HSBC, qal, "Għalkemm l-aħħar xhur urew il-konvenjenza u l-affidabbiità tal-pjattaformi bankarji diġitali, l-abbiltà li l-klijenti jiddiskutu l-bżonnijiet finanzjarji tagħhom personalment hija u tibqa', parti kruċjali mis-servizz tal-HSBC. Għalhekk, filwaqt li nkomplu nħeġġu lill-klijenti biex jużaw kemm jista' jkun il-pjattaformi diġitali, aħna qegħdin ukoll nimxu 'l quddiem bil-ftuħ mill-ġdid u b'mod sikur, tal-fergħa tagħna fir-Rabat nhar it-Tnejn 25 ta' Jannar u, fiż-żmien dovut, għall-ftuħ mill-ġdid tal-fergħa tagħna tal-Gżira." F'Ġunju li għadda HSBC se jiftaħ mill-ġdid aktar fergħat | [
1,
4
] |
Bħal-lum fl-1858 indaqqet għall-ewwel darba waqt tieġ irjali l-famuża Wedding March tal-kompożitur Felix Mendelssohn. It-tieġ kien dak bejn il-Prinċipessa Adelaide, it-tifla tar-Reġina Vittorja u l-Prinċep Frederick William tal-Prussja. The Wedding March. Ritratt: British Library Collection Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Fl-attivitajiet kollha tas-CSR, il-BNF iħaddan il-valuri ewlenin tiegħu ta' ambizzjoni, responsabbiltà u empatija. Mill-bidu, iffoka l-impenn tiegħu biex jikkontribwixxi għall-oqsma ewlenin fejn jopera, li ppermettew l-implimentazzjoni kontinwa tal-istrateġija CSR tiegħu li hija mibnija fuq 5 pilastri ewlenin: l-Edukazzjoni, is-Saħħa, l-Ambjent, il-Filantropija flimkien mal-Kultura u l-Patrimonju. Fl-2020, li kienet waħda mill-iktar snin ta' sfida għal tant raġunijiet, il-Bank estenda l-appoġġ tiegħu permezz tat-twaqqif ta' diversi sħubiji ma' NGOs u karitajiet influwenti billi empatizza ma' sezzjonijiet tas-soċjetà li kellhom bżonn kbir ta' appoġġ finanzjarju. Permezz tal-inizjattiva #YourCause tal-persunal tal-Bank kollu kemm hu, organizzata kull l-aħħar Ġimgħa tax-xahar, inġabru kontribuzzjonijiet ġenerużi mill-impjegati tal-BNF li volontarjament taw flus għal kawżi li l-impjegati nfushom innominaw biex jiġu inklużi fil-programm. Karl Dingli, Kap tas-Servizzi Korporattivi fil-BNF Bank ikkummenta li "bil-għan li noffru appoġġ kontinwu u sostnut lil organizzazzjonijiet lokali tal-karità, huwa ta' serħan il-moħħ li wieħed ikun jaf li ġesti żgħar u uniti bħal dawn min-naħa tagħna jistgħu jagħmlu differenza daqshekk kbira għal min jirċevihom. Issa nħarsu lura lejn dawn l-inizjattivi u nistgħu ngħidu li aħna kburin b'dak li t-tim irnexxielu jikseb biex jgħin lil ħaddieħor matul iż-żminijiet inċerti tal-2020, filwaqt li ħafna minnhom kienu qed jaħdmu mill-bogħod. Peress li t-tħassib dwar is-saħħa mentali kien qed jiżdied waqt il-pandemija tal-COVID-19, il-BNF laqa' l-appell tar-Richmond Foundation biex jgħin bl-inizjattiva "The Gift of Therapy" li tipprovdi għadd ta' sessjonijiet ta' terapija tas-saħħa mentali b'xejn lil dawk li jkollhom bżonnha, iżda li ma setgħux iħallsu għaliha huma stess. B'żieda sostanzjali fid-domanda minn sezzjonijiet differenti tal-komunità, il-BNF u l-impjegati tiegħu aċċettaw ukoll is-sejħa mill-Foodbank Lifeline Foundation u taw donazzjoni kbira għat-tieni darba li kienet tikkonsisti fi trakk ta' ikel biex jgħinu 'l fuq minn 270 membru tal-familja! Il-BNF jemmen li jħalli ambjent aħjar għall-ġenerazzjonijiet il-futuri u, f'dak li sar appuntament annwali, lejn l-aħħar ta' Marzu, il-Bank osserva l-Earth Hour billi tefa d-dwal anċillari kollha fin-netwerk tal-fergħat tiegħu għal siegħa bħala azzjoni simbolika fit-twettiq tal-impenn tiegħu lejn il-pjaneta. Il-Bank jinkoraġġixxi wkoll lill-impjegati tiegħu biex jipparteċipaw u jieħdu l-miżuri rakkomandati matul il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità, maħsuba biex tenfasizza kwistjonijiet ta' tniġġis, tnaqqis fl-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja. Inizjattiva filantropika oħra hija l-assistenza offruta lill-Inspire Foundation immirata biex tgħin lin-nies fl-ispettru tal-awtiżmu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-BNF appoġġa lill-Fondazzjoni finanzjarjament matul il-Maratona tat-TV tagħha fi sforz biex ittejjeb is-sistema tat-tisħin tal-pixxina tal-idroterapija tal-Fondazzjoni li toffri numru kbir ta' benefiċċji lil persuni b'diżabilità. Il-Bank, flimkien mal-persunal tal-BNF, appoġġa wkoll l-Emergency Fire & Rescue Unit fix-xiri ta' tagħmir versatili ġdid biex jintuża mill-persuni li jwettqu salvataġġi, mill-persuni tal-ewwel rispons u mill-pompieri mħarrġa b'mod sħiħ fil-missjonijiet tagħhom ta' salvataġġ. Organizzazzjonijiet oħra megħjuna matul l-2020 kienu s-Sorijiet tal-Orsolini, magħrufa bħala 'Tal-Creche' minn ħafna nies għad-dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tagħhom għal tfal minn familji sfaxxati jew minn refuġjati vulnerabbli; Jacob's Brew permezz ta' Survivors Malta, grupp ta' appoġġ għall-pazjent u l-familja maħluq biex itejjeb il-ħajja ta' familji li qed jiffaċċjaw trawma u jgħinhom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt minkejja kull tfixkil; Dar Bjorn għal dar tal-komunità tal-kura intensiva newroloġika aktar ġdida u akbar, mgħammra bis-sħiħ bl-aħħar avvanzi teknoloġiċi mediċi għal persuni bl-ALS, l-MS u mard newrodeġenerattiv; u s-Service Dogs Malta Foundation, NGO li tgħin lin-nies li jgħixu b'diżabilità jew kundizzjoni billi tagħtihom kelb tas-servizz ċertifikat biex jgħinhom fil-kompiti tagħhom ta' kuljum. Għal dan tal-aħħar, il-Bank għen finanzjarjament lil din l-NGO biex tkopri l-ispejjeż tat-taħriġ għal tliet klieb minn ġriewi saċ-ċertifikazzjoni sħiħa tagħhom bħala klieb ta' terapija jew servizz. Kull Ottubru u Novembru, il-Bank jinvolvi ruħu f'xhur ta' azzjoni billi juża l-kanali ta' komunikazzjoni, in-netwerk tal-bejgħ bl-imnut u l-punti ta' kuntatt oħra tiegħu stess biex iqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u għarfien dwar kwistjonijiet ta' saħħa tal-irġiel. Il-persunal tal-BNF kompla bl-impenn tiegħu biex jappoġġa Europa Donna Malta u n-National Cancer Platform matul dawn ix-xahrejn fi sforz biex jgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet ikomplu jiżguraw servizzi olistiċi u sostenibbli għall-pazjenti u l-familji tagħhom u jkomplu jgħinu lis-superstiti tal-kanċer jirkupraw immaġini tal-ġisem pożittiva u stil ta' ħajja san! Il-fokus imbagħad inbidel matul ix-xahar ta' Diċembru meta l-persunal għażel li jappoġġa The Ladybird Foundation, karità lokali li tipprovdi ferħ u għajnuna lil tfal b'mard terminali jew kritiku bbażati f'Malta, u li tagħti lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom ċans reali li jbiddlu l-ħolm tagħhom f'realtà. Tabilħaqq, dawn huma biss ftit eżempji ta' kif, bħala tim fil-BNF, l-impjegati u l-maniġment jiġu flimkien biex jippruvaw jagħmlu l-ħajja ftit aħjar għal dawk fil-bżonn u jkunu minn ta' quddiem biex jissalvagwardjaw l-ambjent u l-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dawn l-opportunitajiet huma mistennija li jkomplu sew fl-2021 u t-tim tal-BNF huwa ħerqan ħafna li jagħti kemm jista' jkun biex jappoġġa l-organizzazzjonijiet magħżula tagħhom. Dan it-tagħrif twassal mill-Banif Bank p.l.c | [
4
] |
Il-film il-ġdid ta' James Bond ġie pospost għat-tielet darba minħabba l-imxija tal-Covid-19. No Time to Die issa tħabbar li se jibda jintwera mis-6 ta' Ottubru. Il-film oriġinalment kellu jkollu l-premier tiegħu f'April tas-sena l-oħra imma ntefa' aktar lura fis-sena Il-virus tal-coronavirus ma laqatx biss lill-film ta' Bond imma għamel ħerba sħiħa mill-produzzjonijiet ta' Hollywood. Diversi produzzjonijiet kellhom jagħlqu ta' bilfors meta jew l-atturi jew nies fil-produzzjoni tal-films bdew jintlaqtu mill-marda. Fil-fatt aktar kmieni dan ix-xahar Warner Bros ħabbru li kienu qed jittardjaw il-ħruġ tal-film tas-Sopranos, Many Saints of Neward, għax partijiet kbar fl-Istati Uniti huma taħt lockdown. Id-diretturi tal-kumpaniji tal-films qed jibżgħu li anki jekk joħorġu films ġodda ma tantx se jagħmlu qligħ minnhom bħal qabel għax mijiet ta' cinemas għalqu l-bibien tagħhom. | [
2
] |
Bħal-lum fl-1983 kien ixxandar l-ewwel episodju tas-serje televiżiva Amerikana The A-Team, li malajr nxterdet madwar id-dinja u għamlet impatt kbir – inkluż hawn Malta. Is-serje, li damet għadejja 4 snin, għadha sal-lum tissemma' għall-karattri simpatiċi bħal dawk interpretati minn Mr T u Dirk Benedict: li meta żar Malta bħala mistieden ta' konvenju dwar il-komiks li seħħ ftit tas-snin ilu, ma riedx jemmen lil għajnejh meta sab jistennieh fl-ajruport, vann replika eżatt ta' dak li kien jintuża fis-serje, proprjeta ta' dillettant Malti. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Good Samaritan long term care facility u fl-isptar Mater Dei mietu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19. Iż-żewġ anzjani huma mara ta' 89 sena u raġel ta' 77 sena. It-total ta' vittmi issa tela' għal 250. Tħabbar wkoll li nstabu 119 każ ġdid tal-coronavirus u fiequ 211 persuna oħra. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 2,571 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. B'hekk bħalissa hawn 2,646 każ attiv fil-komunità. Fuq il-paġna ta' Facebook, Saħħa, il-Ministeru ħabbar wkoll id-dettalji b'rabta ma' kemm-il persuna ħadet il-vaċċin għal kontra l-virus li b'kollox s'issa ngħataw 17,767 doża. | [
1
] |
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ltaqa' ma' Lawrence Renes li ġie kkonfermat bħala Ambaxxatur Kulturali għall-Mużika. Lawrence Renes huwa surmast Olandiż Malti ta' fama internazzjonali, li kkonduċa diversi orkestri matul is-snin f'diversi pajjiżi madwar id dinja. Waqt il-laqgħa, il-Ministru Herrera u l-Ambaxxatur Renes iddiskutew metodi u direzzjoni ta' kif għandha ssir komunikazzjoni kulturali ma' diversi pajjiżi li diġà wrew l-interess li jikkollaboraw magħna f'dan il-qasam. Il-Ministru Herrera spjega li l-qasam kulturali huwa wkoll għodda essenzjali u effettiva fil-kamp diplomatiku. Il-Ministru Herrera awgura lill-Ambaxxatur Renes suċċess u ħidma sfiqa f'dan il-qasam. Dan it-tagħrif twassal mill- Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u l-Gvern Lokali | [
2
] |
Rebecca Caruana ilha tixtieq li tikteb ktieb minn meta kienet għadha tifla. Is-sena 2020 ġabet magħha ħafna qtigħ il-qalb u tiġrib madwar id-dinja minħabba l-pandemija, imma għal Rebecca, kienet propju l-pandemija li wasslitha sabiex twettaq il-ħolma tagħha li ssir awtriċi. F'intervista ma' Newsbook.com.mt, Rebecca tispjega li hi kitbet artiklu informattiv fuq il-coronavirus meta feġġ hawn Malta u bagħtitu lil xi gazzetti lokali biex jippubblikawh. Xerrditu fuq il-mezzi soċjali u ħasbet li l-istorja se tieqaf hemm. Imma kienet sejra żmerċ, għax ikkuntattjaha tabib minn New York, Dr Syed M. Rizvi, fuq Instagram, li qalilha li jixtieq jintervistaha. Hija ħasbet li kienet xi skema qarrieqa, imma għamlet l-intervista u minn hemm, Dr Sayid offrielha li tingħaqad mat-tim tiegħu, ta' professjonisti tas-saħħa ġejjin minn pajjiżi differenti, sabiex joħorġu ktieb flimkien fuq il-coronavirus. Kien hemm li twieled l-eBook Covid-19: The Reason Why the Earth Stood Still in 2020 . L-awturi l-oħra kienu Dr Pippasha Khan, dentista minn Londra, u Dr Daniel Hrbolic, terapista tat-taħdit mill-Awstralja. Rebecca tgħid li kienu jiltaqgħu kważi kull jumejn biex jiddiskutu kif se jitqassam il-ktieb. Bdew jaħdmu fuqu f'Marzu, fil-bidu tal-pandemija fl-Ewropa, u l-ktieb ħareġ f'Jannar. Hija tispjega li diffikultà li ffaċċjaw kienet li bdew jiltaqgħu ma' tobba u professjonisti biex jiddiskutu l-virus, iżda dawn bdew jgħidulhom li s-sitwazzjoni tant tinbidel b'mod kostanti, u l-coronavirus tant għadu misteru, li lanqas huma stess ma jistgħu jgħidu xejn fiċ-ċert. Il-ktieb għandu sezzjonijiet fuq aspetti differenti tal-coronavirus, ngħidu aħna fuq x'inhu eżattament, kif jidħol fil-ġisem u kif jaffettwah, u anke sezzjoni fuq is-saħħa mentali b'rabta ma' din il-pandemija. Minħabba din il-varjetà fih, Rebecca tirrakkomandah lil kulħadd, miż-żgħir sal-kbir, u tgħid li faċli biex jifhmu kulħadd, anke t-tfal bl-għajnuna tal-ġenituri. Bħala studenta tal-mediċina, Rebecca għexet din il-pandemija kemxejn differenti mill-kumplament tas-soċjetà, billi filli kienet fuq il-bank tal-Università, u filli sabet ruħha mal-frontliners. Tispjega li hi tat daqqa t'id fil-helpline 111, mat-tim tal-contact tracing, u anke fiċ-ċentri fejn isiru t-testijiet tal-coronavirus. L-iżjed ħaġa li sewditilha qalbha lil Rebecca kienet il-ħaġa li ma tistax tiltaqa' ma' kulħadd, u donnok tibda tibża' min-nies. Apparti hekk, hija titkellem fuq it-tbatija li ffaċċjaw ħafna nies minħabba l-coronavirus, b'mod partikolari mentalment. L-aħħar appell ta' Rebecca huwa li n-nies jistrieħu fuq informazzjoni fattwali u mhux fuq il-ħafna qlajjiet li jeżistu fuq il-coronavirus. Apparti hekk, tappella lil kulħadd biex japprezza aktar il-ħin mal-familja u biex iħares 'il quddiem għal meta tgħaddi din il-pandemija. Tista' taqra l-ktieb minn hawn. L-intervista sħiħa Studenti li taw daqqa t'id Studenti tal-Ispiżerija fl-Università ta' Malta bi sforzi biex itejbu s-sitwazzjoni tal-COVID-19 | [
1
] |
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi dalgħodu ċċelebra quddiesa fiż-Żejtun. Fl-omelija tiegħu, l-Isqof tkellem fuq l-importanza tal-Kelma t'Alla f'ħajjitna u fuq kif din hija dejjem tajba. Stqarr li, "Il-Kelma t'Alla qatt ma twasslilna affarijiet ħżiena. Jekk tasal lilna bħala kelma mhux ta' kompassjoni ta' mħabba, bħala kelma li toħloq il-biża', kunflitt, inutli, ikun hemm xi ħaġa ħażina – jew aħna smajna ħażin jew min wassalhielna wassalha ħażin, għax dejjem kelma tajba, li tagħti s-sens lil ħajjitna, u tgħinna biex f'qalbna nkunu fil-paċi ma' Alla." Spjega li l-Kelma t'Alla tilliberana, u għalhekk jeħtieġ li nilqgħuha dejjem b'qalb miftuħa u ngħożżuha bħala l-kelma li twasslilna f'ħajjitna l-aħbar it-tajba. Il-quddiesa tal-bieraħ filgħaxija Ħarsu lejn il-kriżi tal-pandemija b'sens ta' tama – l-Arċisqof Scicluna | [
13
] |
Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro jista' jispiċċa mressaq quddiem il-Qorti Internazzjonali Kriminali (ICC) fl-Aja wara li ġie akkużat li wettaq reati kontra l-umanità minħabba l-qerda tal-foresti fl-Amażonja. L-ICC qed tiġi mħeġġa tinvestiga lil Bolsonaro minn mexxejja indiġeni fil-Brażil kif ukoll minn gruppi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem, bis-saħħa ta' talba mressqa mill-avukat William Bourdon. Qegħdin jinsistu li t-tnawwir tal-ħarsien ambjentali kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tan-nies indiġeni qed iwasslu għal ekoċidju. Il-prosekutriċi ewlieni tal-ICC, Fatou Bensouda, għandha tiddeċiedi jekk hemmx lok li Bolsonaro jiġi investigat. Bourdon qed jinsisti li dan għandu jsir mill-aktar fis possibli, għax l-Amażonja ma tistax tistenna aktar. Minn meta Bolsonaro sar President fl-2019, il-qerda tal-foresta fl-Amażonja qed tiżdied bil-ferm, u żdiedu wkoll l-invażjonijiet ta' art indiġena. Fl-istess ħin, il-Gvern Brażiljan naqqas l-infurzar. L-ICC kienet twaqqfet fl-2002 biex tinvestiga ġenoċidju u reati tal-gwerra, iżda fl-2016 wessgħet l-iskop tagħha, u b'hekk issa tista' tinvetiga wkoll reati sinifikanti ta' skop ambjentali jew kulturali. Xjenzati qed iwissu li jekk tkompli l-qerda tal-Amażonja, jista' jintlaħaq punt fejn il-foresta tinqered għall-kollox u ssir savanna. Dan it-tibdil jista' jkollu konsegwenzi fuq livell globali: il-foresta għandha rwol importanti biex tikkontrolla l-klima dinjija. | [
10
] |
Mil-lejla fl-Olanda, in-nies mhux se jkunu jistgħu joħorġu mid-dar bejn id-9 ta' filgħaxija u l-4:30 ta' filgħodu. Dan hekk kif l-awtoritajiet Olandiżi daħħlu fis-seħħ aktar miżuri sabiex jikkontrollaw il-firxa tal-coronavirus. Il-curfew Olandiż wasal hekk kif feġġ dibattitu dwar jekk għandhomx jidħlu miżuri simili f'Malta – anke jekk m'hemm l-ebda indikazzjoni li dan se jseħħ. L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed tinsisti li għandu jkun hemm curfew wara d-9pm il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd mill-anqas sa żmien il-Karnival. Il-MAM trid li kulħadd ikun id-dar sad-9pm fi tmiem il-ġimgħa Min-naħa l-oħra, però, l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti qed tinsisti li minflok għandu jiżdied l-infurzar. Jiżdied l-infurzar, mhux tordna lin-nies ikunu d-dar sad-9pm – MHRA L-awtoritajiet Olandiżi qalu li persuni li jinqabdu barra f'dawk il-ħinijiet ikun jaqbel li jkollhom raġuni valida speċjalment jekk ikunu barra minħabba xogħol. Infatti dawk li jkunu barra bejn id-9 pm u l-4:30 am, minħabba x-xogħol tagħhom, irid ikollhom ittra iffirmata mingħand min iħaddimhom li tikkonferma r-raġuni għalfejn jinsabu barra. Se jkun hemm eċċezzjoni f'każi ta' emerġenza, funerali, proċeduri tal-qorti, safar u anke min joħroġ il-kelb għal xi mixja. Bħala parti mill-miżuri l-awtoritajiet Olandiżi waqqfu wkoll titjiriet minn u lejn pajjiżi li huma meqjusa ta' riskju kbir. Din il-miżuri tibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' xahar. | [
1,
10
] |
Fl-aħħar sigħat il-Bormliżi kienu maħsuda bl-aħbar li wieħed mir-residenti, Mario Mizzi, ħalliena. Ir-raġel kien persuna maħbuba minn bosta u fost id-diversi messaġġi li tħallew fuq il-midja soċjali kien hemm dak ta' ċerta Sonya Abela li kitbet li "Fi Triq San Ġorġ se nimmissjaw it-tbissima u l-umiltà tiegħek". Posted by Sonya Abela on Thursday, January 21, 2021 Messaġġ ieħor kien dak ta' Miriam Dalli, Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. "Mario l-aħbar tal-mewt tiegħek ħasditni. Ma stennejthiex. Kont wieħed minn tal-ewwel li kont iddur miegħi f'Bormla matul il-kampanji elettorali tal-Parlament Ewropew. F'kull attività li kont nagħmel kont narak hemm u l-appoġġ tiegħek ma naqas qatt. Il-memorja tiegħek se tibqa' ħajja," kitbet hi. Mario l-aħbar tal-mewt tiegħek ħasditni. Ma stennejthiex. Kont wieħed minn tal-ewwel li kont iddur miegħi f'Bormla matul… Posted by Miriam Dalli on Thursday, January 21, 2021 Kondoljanzi lil martu Carmen u lil uliedu f'dan il-mument diffiċli. Strieħ fis-sliem Mario! | [
2
] |
Sibtek, is-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM ❤️ Posted by Sibtek on Monday, January 18, 2021 Logħob, divertiment u mużika fost l-ingredjenti li jagħmel popolari l-programm Sibtek li tiegħu edizzjoni oħra se tkun qed tixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM. Fost l-istejjer li se nsegwu llum hemm dik tal-preżentattriċi Clara Farrugia li se titkellem dwar it-trobbija diffiċli ħafna li kellha u kif ħarġet minnha u dwar il-ħsibijiet li ma jitilqu qatt. L-attur Clayton Zammit magħruf bħala Iċ-Ċomba jew aħjar bħala l-attur li għal sitt snin interpreta l-karattru ta' Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, jitkellem fuq kif sab l-imħabba mill-ġdid u l-pass li jmiss li jixtieq jieħu. Aqra: "Biddiltli ħajti għall-aħjar" – Clayton lil Charis Waqt l-edizzjoni tal-lum ta' Sibtek, Ryan u Josmar se jkunu qed jilqgħu lil Vince Fabri biex jitkellem dwar il-mużika, il-ħajja personali u l-belt Valletta. Niltaqgħu mal-familja ta' Shaun u Bernice li se jiftħu qalbhom mat-telespettaturi fuq id-diffikultajiet tat-tifel tagħhom Jacob li għandu l-awtiżmu. Ma jonqsux iż-żgħażagħ residenti li jsaqsu bosta mistoqsiiiet lill-mistiedna fl-istudjo ta' Sibtek. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . | [
2,
6
] |
Bħala parti mill-Ġimgħa ta' Talb għall‐Għaqda fost l‐Insara, illejla xxandar Servizz Ekumeniku bis-sehem ta' diversi knejjes Insara f'Malta. Is-servizz beda fis-6.30pm u tmexxa mill‐Arċisqof Charles Scicluna u r‐riflessjoni biblika saret minn Rev. Beata Thane, Minister ta' St Andrew's Scots' Church fil‐Belt Valletta. Dan is-Servizz Ekumeniku ġie ċċelebrat f'ċirkustanzi straordinarji minħabba l-pandemija tal-Covid-19, u huwa organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana Ekumenika flimkien ma' Christians Together in Malta (il-Kunsill Ekumeniku Malti). Agħfas hawn biex issegwi l-qari . 3 snin ilu Ritratti: Kristjani minn Knejjes differenti jitolbu flimkien | [
13
] |
L-Unjoni Ewropea se tirċievi ħafna anqas dożi tal-vaċcin kontra l-Covid-19 żviluppat minn AstraZeneca u l-Università ta' Oxford milli kien mistenni fl-ewwel tlett xhur tas-sena, bil-kumpanija farmaċewtika twaħħal fi problemi ta' produzzjoni. Il-Kummissarju għas-Saħħa tal-UE, Stella Kyriakides, qalet li l-Kummissjoni esprimiet "dissodisfazzjon kbira" għal dan l-iżvilupp. . @EU_Commission and Member States expressed deep dissatisfaction with this. We insisted on a precise delivery schedule on the basis of which Member States should be planning their vaccination programs, subject to the granting of a contitional marketing authorisation. /2 — Stella Kyriakides (@SKyriakidesEU) January 22, 2021 L-AstraZeneca hi t-tieni manifattur ta' vaċċin kontra l-Covid-19 li qed jipproduċi anqas dożi milli mistenni: problemi simili affettwaw il-kunsinna tal-vaċċin Pfizer/BioNTech. Rapporti li l-vaċċin tal-Pfizer se jittardja ftit Għalkemm ma kienx hemm konferma pubblika ta' kemm se tiġi affettwata l-produzzjoni tal-vaċċin AstraZeneca, Reuters qed tirraporta li se jkun hemm tnaqqis ta' madwar 60% fin-numru ta' dożi li se jaslu fl-UE sal-aħħar ta' Marzu, minn 80 għal 31 miljun. L-UE għadha ma' ħarġitx approvazzjoni għall-vaċċin tal-AstraZeneca: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha fid-29 ta' Jannar. | [
1,
3,
10
] |
Nhar is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta's Heart Prof. Andrew Azzopardi mhux se jiddiskuti jekk hux veru li bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Dik forsi jħalliha għall-programm ta' żmien San Valentinu. Fil-programm Andrew Azzopardi on 103 huwa se jmexxi diskussjoni dwar argument li jolqotna fil-laħam il-ħaj kuljum. Hemm rabta bejn il-flus u l-kuntentizza? Mingħajr flus tista' tkun kuntent jew aktar ma tkun sinjur aktar tkun kuntent? Bħas-soltu s-suġġett se jkun diskuss minn diversi aspetti kif turi l-lista tal-mistednin: Dr Rachel Scicluna, antropologa, Damjan Attard, attivist soċjali, Kirsten Cutajar Miller, ekonomista. Fuq it-telefown se jkollu persuna li tgħix fil-faqar biex tgħid kif taħsibha hi mill-esperjenza tagħha. Ikun hemm ukoll, fost l-oħrajn, intervent ukoll mill-imprenditur Winston Zahra. Andrew Azzopardi on 103 jixxandar nhar is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta's Heart. | [
14
] |
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Prof Charmaine Gauci, tieħu l-vaċċin kontra l-COVID-19 Posted by saħħa on Saturday, January 23, 2021 Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, l-Prof. Charmaine Gauci, s-Sibt filgħodu ħadet il-vaċċin kontra l-COVID-19. Fuq il-paġna ta' Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa xxandar anke lfilmat waqt li Prof. Gauci ngħatat il-vaċċin. Prof. Gauci kemm-il darba kienet tiġi mistoqsija meta kienet se tieħu l-vaċċin li minn naħa tagħha dejjem qalet li tieħu l-vaċċin skont il-pjan tal-awtoritajiet tas-saħħa. Posted by Robert Abela on Saturday, January 23, 2021 Illum tħabbar li l-pazjenti kollha fl-Isptar Karen Grech li għandhom 'il fuq minn 85 sena u qed jirċievu kura ta' rijabilitazzjoni, kif ukoll il-pazjenti ta' 'l fuq minn sittin sena li qed jirċievu kura fit-tul, ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19. Tħabbar wkoll li qed jitlaqqmu l-professjonisti mediċi u l-ħaddiema tal-Isptar, skont il-pjan tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Min-nhar l-Erbgħa l-pazjenti tal-onkoloġija li jkunu waslu biex jieħdu l-kimoterapija se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-COVID-19. Pazjenti fl-Isptar Karen Grech ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19 L-anzjani f'San Vinċenz jibdew jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin | [
1
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' anzjan bil-coronavirus, filwaqt li nstabu 116-il każ ġdid u fiequ 155 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,111-il swab test li saru. Dan ifisser li bħalissa hawn 2,606 każijiet attivi tal-Covid-19 fil-komunità. Ir-raġel li miet kellu 81 sena u kien qiegħed fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. B'hekk il-vittmi telgħu għal 251. OFFICIAL COVID-19 figures for 24•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Sunday, January 24, 2021 Sal-bieraħ, kienu tlaqqmu 18,930 persuna bil-vaċċin kontra l-coronavirus. Ilbieraħ Żewġ anzjani oħra jmutu bil-COVID-19 u jinstabu 119-il każ ġdid | [
1
] |
Il-pazjenti kollha fl-Isptar Karen Grech li għandhom 'il fuq minn 85 sena u qed jirċievu kura ta' rijabilitazzjoni, kif ukoll il-pazjenti ta' 'l fuq minn sittin sena li qed jirċievu kura fit-tul, ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19, ħabbar il-Ministeru tas-Saħħa permezz ta' stqarrija, s-Sibt filgħodu. Pazjenti li huma pożittivi għall-COVID-19 jew jinsabu kwarantina fi ħdan l-Isptar Karen Grech se jkunu qed jitlaqqmu ladabra saħħithom tippermetti, u bl-eċċezzjoni ta' pazjenti li ma setgħux jieħdu t-tilqima minħabba kundizzjonijiet mediċi jew li rrifjutaw it-tilqima. Tħabbar wkoll li qed jitlaqqmu l-professjonisti mediċi u l-ħaddiema tal-Isptar, skont il-pjan tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Min-nhar l-Erbgħa l-pazjenti tal-onkoloġija li jkunu waslu biex jieħdu l-kimoterapija se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-COVID-19. Dan sabiex dawn l-individwi jkunu protetti mill-COVID-19 qabel ma tiddgħajjef l-immunità tagħhom. Pazjenti tal-onkoloġija li qegħdin jieħdu l-kimoterapija bħalissa se jkunu qed jingħataw data iktar 'il quddiem, mill-istess konsulenti, skont il-qagħda tas-saħħa tal-pazjenti. Il-Ministeru qal li dan il-proċess se jkun organizzat mill-Isptar Mater Dei stess u se jkunu l-konsulenti tal-pazjenti li jindikaw meta se jingħataw il-vaċċin, skont protokol li ġie stabbilit mill-Awtoritajiet għas-Saħħa. L-anzjani f'San Vinċenz jibdew jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin | [
1
] |
L-MCAST u l-Kunsill Studenti MCAST (KSM) qed jinsistu li l-istudenti li qed isegwu korsijiet tas-saħħa fil-kulleġġ u li qed ikollhom kuntatt ma' pazjenti għandhom jingħataw prijorità għall-vaċċin tal-Covid-19 bħal frontliners oħra – inklużi studenti fl-Università ta' Malta. Però, minkejja li kellmu lill-awtoritajiet dwar dan aktar minn ġimgħa ilu, il-KSM ħabbru li għadhom ma rċevew l-ebda aġġornament. Il-kunsill qal li "hu diżappuntat li l-awtoritajiet tas-saħħa mhux qed jittrattaw l-istudenti kollha l-istess." 🔴OFFICIAL STATEMENT UPDATE🔴After our previous statement and following this week's developments, MCAST Health Students… Posted by KSM – Kunsill Studenti MCAST on Friday, January 22, 2021 Fakkar li studenti tal-MCAST ukoll qed ikollhom kuntatt ma' pazjenti, u b'hekk jistħoqqilhom li jingħataw il-prijorità għall-vaċċin bħall-frontliners l-oħra. "Inħeġġu lill-awtoritajiet tas-saħħa rispettivi biex jisimgħu t-talba tagħna u jpoġġu lill-istudenti kollha fuq l-istess kundizzjonijiet indaqs." | [
1
] |
Tħabbret il-mewt tal-attriċi Mira Furlan fl-eta ta' 65 sena. L-attriċi hi magħrufa għas-sehem tagħha f'numru ta' produzzjonijiet televiżivi bħal Babylon 5 u Lost. F'Babylon 5 hija ħadmet f'111 puntata fil-karattru ta' Delenn filwaqt li fis-sensiela Lost ħadmet f'20 puntata bħala Danielle Rousseau. Furlan twieldet fil-Yugoslavia fl-1955 u bdiet tirreċta mat-teatru nazzjonali tal-Kroazja f'Zagreb. Fost l-ewwel xogħlijiet tagħha hemm il-film When Father Was Away On Business li kien rebaħ il-Palme d'Or waqt l-edizzjoni tal-1985 tal-festival tal-films ta' Cannes. Il-film kien nominat ukoll għall-Oscar. Fil-bidu tas-Snin 90 Mira Furlan ħarbet mill-Yugoslavia u emigrat lejn l-Istati Uniti. Fl-1993 daħlet mal-cast tas-sensiela Babylon 5. Fl-aħħar xhur l-attriċi mardet serjament u kienet qed tindika permezz ta' messaġġ fuq Twitter li kienet qed tħoss li t-tmiem kien viċin. Għalkemm l-aħbar tal-mewt tagħha ħarġet b'mod uffiċjali llum, huwa rrappurtat li l-attriċi mietet jumejn ilu, nhar l-Erbgħa 22 ta' Jannar. pic.twitter.com/uVlatjUocZ — Mira Furlan (@FurlanMira) January 22, 2021 Mira Furlan baqgħet attiva fir-reċtar u s-sena l-oħra ħadmet fil-film Burning At Both Ends flimkien mal-attur Cary Elwes. Il-film għad irid jinħareġ għall-pubbliku. | [
2,
6
] |
Jiċċelebra għeluq sninu Mark Portelli, il-preżentatur ta' 103 Weekend Drive li jitwassal fi tmiem il-ġimgħa fuq l-istazzjon 103 Malta's Heart . Mark twieled bħal-lum is-26 ta' Jannar tal-1985 u llum qed jiċċelebra għeluq it-36 sena tiegħu. Persuna allegruza u jħobb jgħin ħafna u anke jagħmel xogħol ta' volontarjat fl-isptar Mater Dei fis swali fejn hemm it-tfal billi jilbes ta' Micky Mouse. Fi żmien il-Milied saħansitra jilbes ta' Fr Christmas u jqassam ir-rigali lit-tfal fl-isptar. Mark huwa persuna li jħobb ukoll l-isport u kien jipprattika l-karate. Permezz ta' din id-dixxiplina sportiva, huwa ħa sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali. Huwa jdoqq kull strument li jiġi għal idejh speċjalment il-pjanu u s-saxophone sopran li hu listrument proprja li tgħallem minn meta kellu 10 snin. "Li kieku nista' nmur lura fi żmien nibda jistudja għal tabib. Il-mediċina u x-xjenza jaffaxxinawni," qalilna Mark. Il-preżentatur ta' 103 Malta's Heart huwa miżżewweġ lil Stefania u għandhom tliet ulied, Jade (8 snin) u t-tewmin Zack u Liam (5 snin). Fil-ħin liberu jħobb isajjar speċjalment tipi ta' steaks. Iħobb ħafna l-muturi u fil-fatt għandu wieħed li jqisu bħal l-baby tiegħu. Huwa bniedem li jħobb ukoll il-kwiet u jħobb imur jistad. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1947 kien seħħet l-ewwel xandira radjofonika minn barra studjo, meta il-programm Is-Siegħa tal-Morda beda jixxandar minn Palazzo Carafa fil-Belt Valletta. Il-programm kellu produzzjoni tal-Azzjoni Kattolika u kien jixxandar fuq l-unika stazzjon f'Malta dak iż-żmien, tal-kumpanija Ingliża Rediffusion. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja. | [
6
] |
Il-Malta Sustainability Forum, organizzat mill-APS Bank, tnieda lbieraħ, fl-ewwel jum minn avveniment fuq ħamest ijiem bis-sehem ta' 'l fuq minn 80 espert lokali u internazzjonali fil-qasam tas-sostenibbiltà. Taħt il-kappa tat-tema ewlenija 'The Time is Now', il-Forum qed jimmira li jiġbed l-attenzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha kif ukoll tal-pubbliku ġenerali dwar il-fatt li l-isforzi sabiex jitwettqu s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) jeħtieġ li jiġu amplifikati immedjatament. Il-Forum, li qed ikun imxandar online fil-format ta' studio tat-televiżjoni, infetaħ b'intervista diretta ta' siegħa mal-E.T. Il-President ta' Malta, Dott. George Vella. Fid-diskors tiegħu, il-President ta merħba lill-parteċipanti kollha u enfasizza l-importanza ta' din it-tieni edizzjoni tal-Malta Sustainability Forum. L-impenn ta' Dott. Vella lejn is-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima jaf il-bidu tiegħu fiż-żmien meta kien Ministru għall-Ambjent. Fid-diskors tiegħu, fakkar fir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent li kien introduċa fl-1998 – dokument ewlieni fir-rigward tal-assessjar tal-progress ta' Malta dwar kwistjonijiet ambjentali mis-sena 2000 lil hawn. Jidher ċar li t-tema tas-sostenibbiltà għadha għal qalbu sal-lum. Dott. Vella saħaq li 'l-konsum sostenibbli' huwa mutur ewlieni sabiex jintlaħqu l-għanijiet kritiċi ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti sal-2050. Osserva li, fi ħdan il-Forum ta' din is-sena, il-modulu "Doughnut Economy", li jittratta l-użu tar-riżorsi b'mod ġust u sostenibbli, għandu jkun wieħed interessanti. Waqt id-diskors tiegħu tal-ftuħ, il-President semma wkoll diversi suġġetti li se jiġu diskussi din il-ġimgħa, fosthom l-għanijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-azzjoni dwar il-klima. Faħħar ukoll wieħed mill-moduli li se jittella', immexxi miż-żgħażagħ, li se jippreżenta proposti għal futur aħjar. "Iż-żgħażagħ tal-lum huma impenjati aktar minn qatt qabel biex jippromwovu kwistjonijiet ambjentali fosthom ir-riċiklar, l-użu mill-ġdid, u l-ekonomija ċirkolari," ikkummenta Dott. Vella. "Mill-ġdid, l-edukazzjoni u r-rappreżentanza demokratika huma kruċjali. Il-ġenerazzjoni żagħżugħa għandu jkollha leħen fit-teħid tad-deċiżjonijiet." F'ħarsa 'l quddiem, il-President Vella qal li l-progress lejn it-twettiq tal-SDGs tal-2050 għandu jibqa' jiġi indirizzat. Fost ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, sostna li għandha titfassal strateġija għal Malta dwar it-trasport sostenibbli, sabiex tikkumbatti l-użu eċċessiv tal-karozzi privati, filwaqt li żied li "il-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli, u l-iżvilupp ta' industrija sostenibbli, hija urġenti jekk l-UE trid tilħaq il-mira ambizzjuża ta' żero emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) sal-2050 – għan li jinsab fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li tħabbar f'Diċembru tal-2019." Il-President Vella nnota wkoll b'sodisfazzjon li r-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) qed issir parti integrali mill-mod kif in-negozji joperaw, hekk kif dawn qed jieħdu ħsieb l-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha fis-soċjetà, bil-miri ta' qligħ jiġu bbilanċjati mal-miri Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza Korporattiva. Il-President Vella kkonkluda billi rrikonoxxa l-problemi li Malta u l-komunità internazzjonali jħabbtu wiċċhom magħhom fil-qasam tas-sostenibbiltà. "It-tibdil fil-klima jista' jaffettwa numru ta' pajjiżi b'mod sproporzjonat, minħabba żieda fil-livell tal-baħar u temperaturi ogħla," qal. "Għaldaqstant, huwa fl-aqwa interess tagħna li nkunu attivi kemm jista' jkun f'dan il-qasam." Il-President Vella għalaq fuq nota pożittiva billi laqa' d-deċiżjoni tal-President Biden li l-Istati Uniti tingħaqad mill-ġdid fil-Ftehim ta' Pariġi bħala pass tajjeb biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u oħrajn li Malta u d-dinja qed jaffaċċjaw. Il-Malta Sustainability Forum 2021 se jibqa' għaddej sa nhar il-Ġimgħa 29 ta' Jannar. Biex tirreġistra, u biex issegwi l-aħħar aġġornamenti, jekk jogħġbok żur maltasustainabilityforum.com . | [
4
] |
Fil-ġurnata ta' għeluq snin l-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona, it-Tnejn 25 ta' Jannar, l-iskola ta' Mater Boni Consilii St. Joseph Paola ppreparat sorpriża għal din l-okkażjoni. F'isem il-kommunità tal-iskola, il-klassi tar-raba' sena mmexxija mill-għalliema Mary Grace Grech, Sara Debono u Christine Cutajar, organizzat telefonata virtwali ma' Mons. Cremona. L-istudenti kantaw kanzunetti biex jawguraw lill-Arċisqof Emeritu u anke qraw poeżija għall-okkażjoni miktuba minn Ms Mary Grace Grech, l-għalliema tal-Mużika. Is-surmast tal-iskola, Dr. Kenneth Vella rringrazzja lil Mons. Cremona tas-sapport lejn l-iskola u għall-ħidna tiegħu lejn is-soċjeta' Maltija. Dawk preżenti awguralu wkoll f'għeluq sninu. Aqra: L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jagħlaq 75 sena! Lejn l-aħħar tal-kollegament, Mons. Cremona rringrazzja lill-iskola tas-sorpriża sabiħa li tawh u bierek lit-tfal. Grazzi tmur ukoll lejn id-diriġenti tad-Dar tal-Kleru li għamlu din is-sorpriża possibli. Dan it-tagħrif twassal mill-iskola Mater Boni Consilii, Raħal Ġdid. | [
2
] |
Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza Kompetizzjoni tal-isbaħ kostum tal-Karnival għat-tfal, b'mod virtwali. Il-parteċipanti għandhom jibgħatu video ta' mhux aktar minn minuta waqt li jgħidu "Viva Viva l-Karnival" u kif ukoll ritratt. Ser jingħataw tliet premjijiet skont il-ġudizzju tal-ġurija, opinjoni pubblika u l-aktar kostum oriġinali. Sottomissjonijiet għandhom isiru sa mhux aktar tard mill-Ħadd 14 ta' Frar 2021 u r-riżultati jiġu ppubblikati it-Tlieta 16 ta' Frar 2021. Aktar informazzjoni tista tinkiseb fuq 99573871 jew is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà MużikaliMadonna tal-Ġilju. Din l-attivita' hija sponsorjata mis-Sindku tal-Imqabba s-Sur Omar Farrugia u l-Kunsillier is-Sur Jonathan Dingli. It taghrif twassal mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba . | [
2
] |
Tħabbret il-mewt tal-attur Gregory Sierra fl-etá ta' 83 sena. L-attur kien ilu żmien twil jiġġieled il-kanċer . L-aħbar uffiċjali tal-mewt tiegħu ngħatat ilbieraħ minn martu Helen. L-attur kien magħruf għal bosta partijiet li huwa interpreta matul is-snin fosthom il-parti ta' Julio Fuentes fis-sensiela Sanford and Son. Huwa interpreta wkoll il-karattru ta' Chano Amengual fis-sensiela barney Miller kif ukoll rajnieh bħala Lt. Lou Rodrigues f'Miami Vice u bħala Entek fis-sensiela Star Trek: Deep Space Nine. L-attur kellu partijiet ukoll f'sensiliet bħal Murder She Wrote, Dr Quinn Medicine Woman, Hill Street Blues u Falcon Crest. | [
2,
6
] |
Awguri lill-attur u preżentatur Joe Bartolo li llum qed jiċċelebra għeluq il-85 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-25 ta' Jannar tal-1936. Joe llum hu penzjonant u apparti li jirreċta kien għamel 41 sena impjegat mar-Redifussion, Xandir Malta, Radju Malta u PBS. Kien record librarian, producer ta' radjudrammi, part time announcer u llum huwa DJ ma' One Radio b'mużika Country mal-kollega Leslie Gladwish għal dawn l-aħħar 35 sena Dan minbarra li kellu programmi oħrajn. Joe huwa miżżewweġ ma' Jane u kellhom tliet itfal, illum kollha miżżewġin. Joe u martu huma bużnanniet ta' 6. Fost il-produzzjonijiet li huwa ħadem fihom insibu Meta morna tal-Mellieħa, L-ewwel Jien, Min Ifassal Min Iġarrab, Qalbinnies, Issa Naraw, Dun Benit, Ipokriti, Tgħanniqa u Kurrenti. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Ryan Galea. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-evanġelju skont San Mark – Mk 4, 1-20 Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra'. Ġara li hu u jiżra', xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f'art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; meta mbagħad telgħet ix-xemx, inħarqu u nixfu, billi ma kellhomx għeruq. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk u x-xewk kiber u ħanaqhom, u frott ma għamlux. Oħrajn waqgħu f'art tajba, u għamlu l-frott; u l-frott kiber u tkattar, u min għamel tletin, min sittin, u min mija. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Hekk kif dan ix-xahar jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni, ir-rwol soċjali ta' intrapriżi kbar fis-settur tal-edukazzjoni ħa xejra kruċjali, speċjalment matul il-pandemija. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-edukazzjoni f'Malta kif jixhdu d-diversi programmi u inizjattivi li ġew appoġġjati mill-Bank matul is-snin. "L-edukazzjoni hija għal qalbna ħafna u hija wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Programm tal-Komunita tagħna," qal Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR u Marketing fi ħdan il-BOV. "Il-Bank jagħmel sforzi konsiderevoli fl-appoġġ ta' programmi edukattivi għat-tfal u ż-żgħażagħ u jipprovdi wkoll finanzjament affordabli għal edukazzjoni ogħla. Norganizzaw ukoll bosta sessjonijiet edukattivi u informattivi, relatati ma' aspetti finanzjarji kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-komunità tan-negozju. Il-Bank jinkoraġġixxi u jappoġġja b'mod attiv it-tagħlim kontinwu fost l-impjegati tiegħu permezz ta' programmi intensivi ta' taħriġ." Il-Bank of Valletta ilu jappoġġja l-programm Aqra Miegħi għal dawn l-aħħar sitt snin. Il-programm, immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, jippromwovi esperjenzi ta' qari fi gruppi u jiffoka fuq il-litteriżmu minn eta' zgħira kif ukoll l-edukazzjoni tal-ġenituri. 'Il-fuq minn 15,000 tifel u tifla gawdew minn dan il-programm mit-tnedija tiegħu. Il-pandemija COVID-19 rat lil Aqra Miegħi jimxi minn ambjent tal-klassi għal wieħed online u jipprovdi sigħat sħaħ ta' qari b'mod divertenti għat-tfal żgħar u dawk li jieħdu ħsiebhom. "Proġett ieħor li bdejna dan l-aħħar, huwa t-twaqqif ta' kamra multi-sensorja fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora. Dan huwa spazju speċifikament iddisinjat sabiex jipprovdi persuni b'diżabilità ambjent addattat biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mit-tagħlim permezz ta' divertiment, rilassament u esperjenzi sensorjali." "Lil hinn mill-Programm tal-Komunita' tagħna, nfasslu wkoll prodotti b'tali mod li jipprovdu finanzjament aktar aċċessibbli għal edukazzjoni ogħla. Is-sena li għaddiet, permezz tal-BOV Studies Plus+, tajna mal-€5.5 miljun f'finanzjament lil 145 student biex jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom. B'hekk studenti u professjonisti li forsi kienu jżommu lura minħabba sfidi finanzjarji, setgħu jkomplu l-istudji lejn il-karriera ta' l-għażla tagħhom." Il-Bank of Valletta huwa kburi bis-sħubija tiegħu ma' numru ta' gruppi li jkopru organizzazzjonijiet ta' studenti, kmamar tan-negozju u istituti ta' tagħlim. L-istaff tal-BOV, b'mod volontaru, jagħtu l-ħin tagħhom biex jaqsmu l-għarfien tagħhom dwar suġġetti varji bħal soft skills, edukazzjoni finanzjarja, immaniġġjar tan-negozju, sigurtà onlajn u għarfien dwar is-saħħa fuq bażi regolari. Matul l-2020, il-Bank organizza u ko-ospita aktar minn 32 webinar, ippublika 'l fuq minn 200 artiklu u 70 filmat edukattiv, u għamilhom disponibbli għal kull min hu interessat. "Fil-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni, inħarsu lura għal dak li għamilna u r-riżultati miksuba konformi mal-impenn tagħna lejn il-valuri Ambjentali, Soċjali u Governanza (ESG) biex nikkontribwixxu lejn edukazzjoni ta' kwalità inklussiva u ekwa u nippromwovu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja. Tassew kburin li l-isforzi kollha tagħna f'dan il-qasam qegħdin jagħtu r-riżultati mixtieqa. Dan jixhed it-twemmin qawwi tagħna li dak li ninvestu llum fl-edukazzjoni, jagħti ritorn ferm akbar lis-soċjetà Maltija fil-ġejjieni." Il-BOV Studies Plus+ huwa appoġġjat mill-Programm Operattiv II, kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mmexxi mill-Bank Malti għall-Iżvilupp, filwaqt li jibbenefika mill-iskema ta' garanziji tal-MDB. Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta' investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta' Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta' Malta). | [
4
] |
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte mar għand il-President Mattarella biex jissottometti r-riżenja tiegħu wara l-laqgħa tal-kabinett li saret biex jinforma lill-ministri tiegħu dwar dak li ser jagħmel. Conte li ilu fil-kariga minn Ġunju 2018, jittama li Mattarella se jagħtih mandat ġdid biex jifforma gvern ġdid b'appoġġ iktar wiesgħa fil-parlament. Conte tilef il-maġġoranza fis-Senat fuq il-ġimgħa li għaddiet, meta l-partit Italia Viva mmexxi mill-ex Prim Ministru Matteo Renzi ħareġ mill-koalizzjoni bi kritika dwar kif il-gvern immaniġġja l-kriżi tal-coronavirus u r-riċessjoni ekonomika. L-isforzi ta' Conte biex jattiraw senaturi ċentristi u indipendenti fil-gvern ftit li xejn kellhom suċċess. | [
10
] |
Il-klijenti ta' McDonald's għenu biex għal darb'oħra inġabret is-somma sabiħa ta' €25,000 b'riżq ir-Ronald McDonald House Charities' – iċ-Ċentru ta' Tagħlim fil-Qawra. Il-flus inġabru waqt il-kampanja ta' kull sena McHappy Day f'Novembru li għadda mid-disa' ristoranti ta' McDonald's f'Malta u Għawdex waqt kampanja ta' ġimgħa u l-flus issa għadhom kemm kienu ppreżentati lir-RMHC. "Kull sena, il-klijenti tagħna juru ġenerożità mill-aqwa matul il-kampanja McHappy Day li l-hija l-ikbar kampanja ta' fondi tas-sena," qal Peter Hili, id-Direttur Maniġerjali ta' Premier Restaurants Malta, l-operatur ta' McDonald's f'Malta. "Inħossuna grati ħafna lejn il-klijenti tagħna li ta' kull sena jibqgħu jappoġġjaw l-istituzzjoni favorita tagħna li qed twettaq xogħol inkredibbli ma' diversi tfal u adoloxxenti li għandhom bżonn l-għajnuna, kif ukoll mal-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom." F'dawn is-sentejn minn kemm ilha li twaqqfet, iċ-Ċentru ta' Taħriġ Ronald McDonald House Charities issieħeb ma' diversi karitajiet u organiżżazzjonijiet ta' volontarjat, biex tahom aċċess għall-binja tagħhom minn fejn setgħu iwasslu s-servizzi u l-appoġġ tagħhom lit-tfal, adolexxenti u familji kiljenti tagħhom flimkien ma' dawk li jieħdu ħsiebhom. L-imsieħba tar-RMHC jinkludu ADHD Malta, l-Autism Parents Association, l-organiżżazzjoni kontra l-bullying bBrave, Richmond Foundation, Smiling with Jerome, Caritas, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, MCAST u d-Dipartiment tal-Counselling fl-Università ta' Malta. "Bħal kull aspett ta' ħajjitna, COVID-19 ġabet sfidi kbar liċ-Ċentru ta' Tagħlim tar-RMHC. Matul l-2020 komplejna nadattaw il-mod li bih ngħinu lill-komunità bħala parti mill-missjoni tagħna li ngħinu lill-fami;ji jibqgħu qrib xulxin," qal ic-Chairman tar-RMHC Malta Martin Xuereb. Fl-2020, ir-RMHC wasslet l-appoġġ tagħha lil madwar 225 tfal u adolexxenti u lill-ġenituri tagħhom permezz ta' korsijiet ta' taħriġ u attivitajiet, għenet lil 95 professjonist u organiżżat 84 sessjoni ta' counselling . B'koordinazzjoni ma' Caritas, RMHC wasslet ukoll 3,546 ikla solidali matul tnax-il ġimgħa fir-reġjun tat-tramuntana ta' Malta. Matul is-sena, McDonald's tagħmel donazzjoni lir-RMHC għal kull Happy Meal li jinbiegħ. Kull min jixtieq iwassal donazzjoni direttament lir-RMHC, kull min iżur McDonald's jista' jagħmel dan permezz tal-kaxxi tad-donazzjonijiet li jinstabu mal- counters ta' McDonald's jew billi wieħed imur online fuq www.rmhc-malta.com . Dan it-tagħrif twassal minn Corporate ID Group . | [
4
] |
Hilda tieħu l-vaċċin ġurnata qabel għeluq il-110 snin. Ritratt: Tallwoods Care Centre | [
1,
2
] |
Il-Kummissjoni Ewropea insistiet li l-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca għandha toffri iktar dożi tat-tilqima tal-Covid-19 lill-Unjoni Ewropea. Hija rrifjutat l-argument li r-Renju Unit kienet l-ewwel li għamlet il-kuntratt magħhom. It-tilqima tal-AstraZeneca ġiet żviluppata flimkien mal-Università ta' Oxford. L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għadha ma approvatx dan il-vaċċin madankollu mistennija tittieħed deċiżjoni l-ġimgħa li ġejja. Il-kumpanija qalet li se tkun tista' twassal persentaġġ biss mid-dożi mifthema għall-ewwel kwart tal-2021. Huma qalu li dan ġara minħabba kwistjonijiet ta' produzzjoni f'impjanti Ewropej, iżda fl-istess ħin insistiet li se tkun qed tilħaq l-obbligazzzjonijiet tagħha mar-Renju Unit u se tkun qed tagħtihom żewġ miljun doża fil-ġimgħa. Soriot, il-kap eżekuttiv ta' AstraZeneca, qal li l-kuntratt mar-Renju Unit ġie ffirmat tliet xhur qabel minn dak tal-UE u wassal għal iktar ħin biex jiġu solvuti l-problemi li qamu. Il-Kummissarju tas-Saħħa Stella Kyriakides irrifjutat dan l-argument u saħqet li l-kumpanija hija obbligata li twettaq il-ftehim li sar. Żiedet li hija tirrifjuta l-argument li jinqdew l-ewwel li ffirmaw u qalet li f'dawn il-kuntratti ma jsirx hekk. AstraZeneca tgħid li l-UE damet biex tiddeċiedi dwar il-vaċċin tagħha | [
1,
10
] |
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għall-ewwel kien maħsub li seta' kien il-varjant li żied l-inċidenza tal-każijiet fl-aħħar ġimgħat, iżda issa hu evidenti li n-nuqqas ta' osservazzjoni tal-miżuri li wassal għaż-żieda fil-każijiet. Meta kien qed iwieġeb serje ta' mistoqsijiet supplimentari, il-Ministru Fearne ddefenda l-għeluq tar-ristoranti fil-11pm billi stqarr li minn fuq l-imwejjed, in-nies spiċċaw jixorbu flimkien madwar il-bar. "Dan wassal għal taħlit ta' persuni u kibret l-inċidenza tat-tixrid tal-virus", żied jgħid. Huwa spjega kif 46,000 doża tal-vaċċin li l-pajjiż irċieva mill-kumpaniji Pzifer u Moderna ngħataw kollha, tant li s'issa tlaqqmu 23,000 persuna. Huwa qal li ġeneralment il-konsenja tasal it-Tnejn u sat-Tnejn ta' wara din qed tingħata kollha. Stqarr li s'issa l-istaff kliniku tal-Isptar Mater Dei tlaqqam kollu u issa se jingħataw it-tilqima l-ħaddiema l-oħra tal-Isptar. "L-anzjani kollha f'San Vinċenz diġà ngħataw il-vaċċin. Madwar 90% tal-istaff ta' Karin Grech u 85% tal-istaff tal-Isptar Boffa tlaqqmu. L-istaff u l-pazjenti ta' Monte Karmeli se jingħataw l-injezzjoni sat-tieni ġimgħa ta' Frar. Madwar 90% tad-dentisti u tat-tobba privati ngħataw il-vaċċin waqt li llum bdew jitlaqqmu l-ispiżjara. Il-ġimgħa d-dieħla, se jibdew jitlaqqmu l-forzi tas-sigurtà", kompla jagħti d-dettalji d-Deputat Prim Ministru. Huwa qal li jekk kien hemm aspett pożittiv li ħareġ minn din il-pandemija kien il-fatt li naqsu l-każijiet tal-influwenza staġjonali hekk kif ingħataw rekord ta' 185,000 tilqima. | [
1
] |
L-Isqof t'Għawdex Anton Teuma qal li għandna nħallu l-Kelma t'Alla tmissilna qalbna u tbiddilna minn ġewwa. Dan qalu fl-omelija li għamel nhar il-Ħadd li għadda fil-Ħadd tal-Kelma ta' Alla u fl-okkażjoni tal-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat lis-seminarista Matthew Bajada mill-Parroċċa tal-Għarb, waqt quddiesa li saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Għasri. L-Isqof semma kif fil-Ħadd iddedikat lill-Kelma t'Alla, aħna aktar stimulati u imbuttati, mhux biss biex nisimgħu l-Kelma t'Alla, imma biex nirriflettu fuqha, mhux biss nifhmuha imma nħalluha tmissilna qalbna u tbiddilna. Fisser kif, "Ilkoll kemm aħna għandna xi tip ta' esperjenza ta' dan kollu. Dik id-darba, jew dawk id-drabi, li int smajt il-Kelma ta' Alla fil-quddiesa, jew forsi f'xi grupp fejn tmur, u din il-Kelma ħassejtha tmissek fil-fond ta' qalbek, dik il-Kelma ta' Alla lilek biddlitek ħafna drabi mingħajr ma ndunajt. Għax il-Kelma għandha din il-qawwa li ssalvana. U aħna u nisimgħuha, bil-mod il-mod, ninbidlu fiha, ninbidlu fl-istess Kelma li nisimgħu." CVC Media Huwa spjega kif is-seminarista Matthew Bajada qed jissejjaħ biex ixandar il-Kelma t'Alla mhux biss b'fommu, imma bl-esperjenza ta' ħajtu, bil-persuna tiegħu. Mons. Teuma fakkar kif meta kien jitkellem Ġesù, in-nies kienu jissaħħru għax kien jitkellem b'awtorità, għax dak li kien jgħid, kien jgħixu. Mons. Teuma qal li din hi s-sbuħija tal-ħajja – meta l-Kelma t'Alla nagħmluha l-kelma tagħna. Apparti hekk, l-Isqof irrifletta fuq kif minkejja l-kobor tiegħu, Alla "jiġi f'nofsna bħala bniedem u jkellimna, kif nagħmlu aħna bejnietna: Kelma ta' salvazzjoni, Kelma ta' ħelsien, Kelma ta' mħabba, Kelma ta' tama, Kelma ta' fiduċja." Huwa appella lil dawn preżenti biex jitolbu lill-Mulej biex dan id-don ma jintremiex u ma jinħeliex, imma biex il-bnedmin jilqgħuh, jgħożżuh, iħalluh jikber fihom, tant li eventwalment jinbidlu f'din il-Kelma. Il-quddiesa sħiħa L-omelija tal-Ħadd tal-Isqof Awżiljarju "L-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja jitbiegħdu minn Alla wara li jispiċċaw l-iskola?" – L-Arċisqof | [
13
] |
Ingredjenti 4 kustilji tal-ħaruf 2 sider tat-tiġieġ 4 cuberoll steaks irqaq 400g fwied tal-majjal 200g bejken 4 zalzettiet 4 tadamiet żgħar 4 faqqiegħ kbar piżelli ftit żejt taż-żebbuġa bżar u melħ Metodu Ħawwar il-laħam bi ftit bżar u melħ. Sajjar tajjeb il-laħam għal madwar 15-il minuta. F'taġen ieħor ixwi z-zalzett, il-bejken u l-fwied. Fl-aħħar mumenti ixwi wkoll it-tadam u l-faqqiegħ. Servi kollox fuq plat kbir flimkien maċ-chips u l-piżelli. Jekk tippreferi agħmel ukoll bajd moqli. | [
2
] |
Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Bryan Muscat li bħalissa qed naraw fis-sensiela Fattigi, serje li huwa qed jikteb u anke jidderieġi. Bryan twieled bħal-lum il-31 ta' Jannar tal-1967. Illum qed jiċċelebra għeluq l-54 sena tiegħu. Bryan beda jirreċta minn età żgħira. Ta' ħames snin interpreta l-parti ewlenija fil-produzzjoni Marcellino Pane e Vino. Kien jattendi l-iskola ta' Savio College fejn kien ukoll jieħu sehem fid-diversi produzzjonijiet li kienu jittellgħu. Fis-Snin 80 Bryan kien jifforma parti mit-tim ta' Aħn' Aħna Jew M'Aħniex. Fl-1997 huwa dderieġa l-produzzjoni teatrali Ġesù ta' Nazaret u wara dderieġa wkoll bosta produzzjonijiet oħra fosthom No More Pickled Onions fil-Liverpool Institute for Performing Arts. Flimkien ma' martu Louise kien waqqaf ukoll il-Lemonhead Productions. Fuq it-televiżjoni Bryan ipproduċa numru ta' programmi bħal Bugż@Net, Mini Bugs, Chiyo, Bernie u Mhux Biex Inxewwex. Fuq it-televiżjoni ħadem f'partijiet f'L-Ispettur Lowell, Nru.9, Amen Mirjana Colierò, u Andrew & Sue Nawgurawlu l-sbaħ xewqat f'għeluq sninu. Bryan Muscat. Ritratt: Facebook | [
2
] |
Il-Kummissjoni Emigranti biddlet isimha għal Kummissjoni Migranti. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Kurja li kkonfermat li Dun Anton D'Amato huwa d-Direttur ta' din il-Kummissjoni. Kelliema għall-Kurja qalet lil Newsbook.com.mt li l-bidla saret għax il-Kummissjoni Migranti ħasset li għandha taġġorna maż-żminijiet tal-lum sabiex tkompli tkun aktar inklussiva u b'hekk tkompli tgħin lill-emigranti Maltin u anke lill-immigranti u r-refuġjati li jitolbu l-għajnuna tagħha. Żiedet tgħid li r-rwol tad-Direttur tal-Kummissjoni Migranti se jibqa' dak li jaħdem biex iħares id-dinjità tal-migranti kollha, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn. Il-membri tal-Kummissjoni Migranti huma l-Avukat Ibtisam Sadegh, il-Perit Etienne Fenech, Dr Rachel Taylor-East, Marija Zahra u Rose-Anne Abdilla. Il-Kummissjoni Migranti ilha għal dawn l-aħħar 60 sena tgħin lill-emigranti Maltin u l-familji tagħhom, kif ukoll lill-immigranti li jiġu Malta biex isibu kenn. Fost ħidmietha, il-Kummissjoni toffri għajnuna lill-immigranti biex jgħixu b'dinjità u tgħinhom fil-proċess ta' integrazzjoni fis-soċjetà Maltija. Id-Direttur, kif kien tħabbar, huwa Dun Anton D'Amato li ggradwa fl-2009 mill-Fakultà tal-Liġi u fl-2019 mill-Fakulta tat-Teoloġija. D'Amato ġie ordnat saċerdot f'April 2018 u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala chaplain ta' Junior College. Huwa qed jieħu post Mons. Alfred Vella li kien ilu jservi f'din il-kariga għal 17-il sena, u li issa qed imexxi l-Uffiċċju Żwiġijiet tal-Arċidjoċesi ta' Malta. Aktar dettalji Dun Anton D'Amato jinħatar Direttur tal-Kummissjoni Emigranti u Refuġjati | [
13
] |
Mis-Sibt li ġej, il-Ġermanja se tagħlaq il-fruntieri għall-persuni li ġejjin mill-ħames pajjiżi li huma affettwati mill-varjanti tal-Covid-19 sabiex tiġi protetta l-popolazzjoni Ġermaniża. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Ġermaniż. Il-Ġermanja mhux se tkun qiegħda taċċetta persuni li ġejjin kemm mill-ajru, mill-baħar kif ukoll li jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor, minn ħames pajjiżi li huma r-Renju Unit, l-Irlanda, il-Brażil, il-Portugall u l-Afrika t'Isfel. Il-Gvern qal li din id-deċiżjoni se tibqa' fis-seħħ sas-17 ta' Frar. Dawn il-ħames pajjiżi huma kkunsidrati bħala l-iktar li ġew affettwati minn dawn il-varjanti. Il-gvern Ġermaniż ilu jikkonsidra li jieħu din l-azzjoni drastika biex jiġi evitat li dawn il-varjanti jiġu mifruxa mal-pajjiż. Il-Ministru għall-Intern Ġermaniż qal li jekk ma jiġux deċiżi miżuri sodisfaċenti mill-Unjoni Ewropea, il-pajjiż se jkun qiegħed jirreaġixxi fuq livell nazzjonali. | [
1,
10
] |
Clayton Micallef kellu biss madwar għoxrin sena meta ġie infurmat – wara inċident li ħallieh ipparalizzat minn għonqu 'l isfel – li kellu jmur jgħix fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Issa jgħix fil-komunità, u wara li kiseb Baċellerat fil-Psikoloġija mill-Università ta' Malta, qed ikompli l-istudji tiegħu bil-għan li jikseb dottorat. Iżda kif spjega lil Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart , kellu jisselet biex ma jgħaddix ħajtu kollha ġo faċilità intiża primarjament għall-anzjani. Azzopardi nnota li Micallef kellu żewġ għażliet – l-għażla faċli li jgħix f'istituzzjoni u dik aktar diffiċli li jgħix fil-komunità – iżda Micallef ikkorreġieh, għax l-unika għażla li ġie offrut kienet l-ewwel waħda. Wara l-inċident li kien seħħ fl-2004, Micallef irċieva trattament barra minn Malta bil-għan li jkun jista' jiġi integrat fil-komunità meta jasal lura. Iżda meta wasal lura, qalulu li ma kienx hemm is-servizzi li kellu bżonn biex isir dan. L-aħbar waslet bħala xokk kbir, stqarr Micallef, li kien qed jistenna – għax hekk kienet l-impressjoni li waslitlu – li se jkun jista' jgħix b'mod indipendenti bl-assistenza li jkollu bżonn. Kien biss wara li ssielet għal għażla aħjar li nħolqu s-servizzi li għamlu dan possibli. Claytonmicallef.com Mistoqsi dwar l-esperjenzi tiegħu f'istituzzjoni, Micallef jistqarr li l-ħajja f'istituzzjoni kienet qed tkisser l-identità tiegħu. "Tikkanċellak – dik il-kelma eżatta. Lill-individwu tħassru," qal Micallef. "Kienet battalja mentali biex nibqa' Clayton ġo entità li ma tridx lil Clayton bħala individwu." Spjega li f'faċilita istituzzjonali hemm bżonn ta' sistema biex tiffunzjona, u li din is-sistema ma tadattax għall-bżonnijiet tal-individwu, iżda tistenna li l-individwi jadattaw għaliha, anke akkost tal-identità tagħhom. U jekk tipprova tiġġieled dan, żied jgħid Micallef, is-sistema "taqa' qisha kantuna għal fuqek u tagħmel minn kollox biex tgħidlek li int trid tagħmel dak li ngħidulek." Naturalment, il-paraliżi tillimita dak li Micallef jista' jagħmel waħdu, iżda – kif jistgħu jindikaw l-istudji tiegħu – m'affettwatux mentalment. B'hekk għandu bżonn l-għajnuna ta' assistenti li jgħinuh jinteraġixxi mal-ambjent ta' madwaru, li jaġixxu tal-idejn u s-saqajn tiegħu. Permezz ta' dan, però, jista' jgħix ħajja sħiħa – opportunità li l-ħajja f'istituzzjoni ma tatux. Il-parti l-oħra tal-programm Filmat: Kieku kont PM kont inneħħi lid-Direttur tal-Ħabs – Il-Kap tal-Oppożizzjoni | [
14
] |
Ħmistax wara l-mewt ta' ommha Connie, il-kantanta Moira Stafrace illum ħabbret li fis-2.15pm miet ukoll missierha Maurice. "Lanqas il-mewt ma setgħet tifred lill-ġenituri tagħna. Sabu mob kif xorta jkunu flimkien. Grazzi Pa għal dak kollu li għamilt għalina u dak kollu li għallimtna. Int kont is-sinsla tal-familja tagħna," kitbet hi filwaqt li ħabbret li fi żmien fil-viċin se tkun qed issir quddiesa ta' tifkira għall-ġenituri tagħha. Not even death could separate our loving parents…they found a way to still be together❤️whilst still grieving our… Posted by Moira Stafrace on Friday, January 29, 2021 Kondoljanzi lill-familji Scicluna u Stafrace f'dan il-mument ta' dieqa. | [
2
] |
Bħal ma kien ġara madwar sena ilu, diversi programmi twaqqfu minħabba fil-pandemija tal-Covid-19 u programm ieħor li ġie pospost huwa il-popolari Britain's Got Talent. Il-programm diġà kien ġie pospost darba oħra minħabba fil-pandemija u wara ġimgħat ta' spekulazzjonijiet issa waslet il-konferma li l-programm mhux se jerġa' jsir qabel l-2022. Kelliema għal dan il-programm qalu li f'dan il-mument is-saħħa u s-sigurtà qed titpoġġa l-ewwel. | [
2,
6
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.