text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-Kurja nediet sit elettroniku ġdid li fih se jkun hemm riżorsi u tagħrif fuq id-dokument ta' tiġdid pastorali tal-Arċidjoċesi ta' Malta bit-tema Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed. Is-sit tnieda waqt webinar organizzat mill-Kummissjoni 'Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed' fi ħdan l-Arċidjoċesi ta' Malta nhar l-Erbgħa li għadda. Din il-laqgħa kienet ippreseduta mill-Arċisqof Charles Scicluna u għaliha attendew diversi rappreżentanti u mexxejja ta' kummissjonijiet u entitajiet tal-Knisja. Fil-laqgħa saru wkoll preżentazzjonijiet ta' ħidmiet li bdew jew tlestew diġà, b'rabta mal-istess dokument. Dawn jinkludu l-inizjattiva kateketika online għat-tfal , il-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti stampata kif ukoll fuq app mill-Għaqda Biblika Maltija, il-proġett Fehmiet fuq il-Kattoliċiżmu mill-Istitut ta' Riċerka Discern, l-eseġeżi tar-rakkont ta' Għemmaus mid-Dipartiment tal-Iskrittura fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija, proġetti mid-Djakonija Unit fi ħdan il-Caritas mal-parroċċi u entitajiet djoċesani tad-djakonija biex jgħinu lill-fqir u l-batut fil-komunità, gwida mqassra għall-pastorali taż-żgħażagħ bil-Malti u bl-Ingliż mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN), ir-rapport Midd idek għall-Fqir mill-entitajiet fi ħdan is-Segretarjat Djakonija u r-rapport Beyond GDP mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi flimkien ma' entitajiet oħra. Waħda mill-ħidmiet Ippubblikata l-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti Il-kelliema tal-webinar kienu membri mill-MCYN; il-Forum Għaqdiet Lajċi; Discern; il-Vigarjat Djakonija; il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi flimkien ma' Centesimus Annus, Fokolari, EY u Seed Consultancy; u l-Vigarjat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni. L-għan tal-laqgħa kien li tingħata informazzjoni dwar il-proċess ta' tiġdid ekkleżjali, filwaqt li jitħeġġu sinerġiji ġodda bejn l-entitajiet fil-Knisja. Tnieda wkoll filmat li jispjega l-għeruq Insara tal-poplu Malti, ir-realtà tal-fidi li tħaddan is-soċjetà Maltija llum u l-istedina għal dan il-proċess b'ħarsa lejn futur imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu. Il-proċess ta' tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed tnieda mill-Arċisqof fis-7 ta' Ġunju li għadda, meta huwa sejjaħ lill-entitajiet kollha tal-Knisja f'Malta – parroċċi, kongregazzjonijiet reliġjużi, skejjel, moviment tal-lajċi, familji u oħrajn – biex jagħmlu tagħhom din il-viżjoni u jidħlu f'dan il-vjaġġ ta' tiġdid. Wara t-tnedija tad-dokument, l-Arċisqof waqqaf kummissjoni ta' kordinament, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, li qed tara li jitwettaq dan il-proċess, kif ukoll tħeġġeġ il-kontribut ta' nies impenjati fil-knisja u persuni oħra minn diversi realtajiet tas-soċjetà Maltija. Aktar tagħrif Filmat: L-Arċisqof iniedi proċess ta' tiġdid fil-Knisja | [
13
] |
Id-Djoċesi t'Għawdex qalet li meta l-Isqof t'Għawdex Mario Grech kien infurmat bl-allegazzjonijiet t'abbuż li saru fuq Dun Joseph Sultana fl-Awstralja, huwa pprojbieh milli jkollu kuntatt ma' minorenni minnufih. Fi stqarrija fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, id-Djoċesi t'Għawdex qalet li trid tiċċara l-passi li kienet ħadet meta kienu saru allegazzjonijiet fuq il-qassis fl-Awstralja. Dan il-qassis, flimkien ma' Dun Joseph Cini, din il-ġimgħa ġie arrestat fuq akkużi ta' abbuż ta' minorenni, din id-darba f'Għawdex stess. Iż-żewġ saċerdoti qegħdin jinżammu arrestati sakemm ikompli jinstema' l-każ. Id-Djoċesi qalet li meta saru dawn l-allegazzjonijiet fid-Djoċesi ta' Cairns fl-Awstralja, apparti milli waqqaf kull kuntatt li kellu Dun Sultana mal-minorenni, l-Isqof Grech kien wera r-rieda tiegħu li jikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti. Dak iż-żmien hu ma kien irċieva l-ebda lment ta' din ix-xorta dwar dan is-saċerdot. L-Isqof Grech kien talab ukoll lill-Isqof James Foley ta' Cairns fl-Awstralja biex iżommu aġġornat dwar il-każ. L-Isqof Foley kien ressaq il-każ lill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi f'Ruma, li f'Mejju tal-2014 kienet iddikjarat li l-allegazzjonijiet li saru kienu bla bażi. "Din id-dikjarazzjoni kellha tittieħed għall-kunsiderazzjoni bl-istess mod kif tqiesu l-allegazzjonijiet oriġinali," temmet tgħid id-Djoċesi t'Għawdex. MEDIA CLARIFICATIONCommunications Office of the Gozo Bishop's Curia [ST/03/2021]29 January 2021In the light of the… Posted by Diocese of Gozo on Saturday, January 30, 2021 Aktar dettalji Sospiżi ż-żewġ qassisin akkużati b'allegat stupru fuq minorenni L-akkużati huma Joseph Sultana ta' 84 sena u Joseph Cini ta' 70 sena. Jirriżulta li l-allegat abbuż seħħ bejn l-2003 u l-2005. Sultana serva fil-parroċċa tax-Xagħra u anke barra minn Malta. Kien hu l-ewwel ma tressaq quddiem il-Maġistrat Monica Vella fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja. L-akkużat l-ieħor, Joseph Cini, serva fil-parroċċa tal-Għasri bejn 1992 u l-2004 kif wkoll fil-parroċċa tax-Xagħra. Cini wkoll wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Fil-qorti Żewġ qassisin iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom | [
13
] |
500g għagin penne 160g lewz bla qoxra 8 mgħaref żejt taż-żebbuġa bżaru aħmar jaħraq 8 sinniet tewm imqattgħin rqaq 150 irkotta 400 gramm eruka 5 mgħaref ġobon Parmiġġan maħkuk melħ 2 mgħaref żejt taż-żebbuga Metodu Sajjar l-għaġin imma ħalli al dente. Saffih sew u erġa' poġġih fil-borma. Żid ftit żejt taż-żebbuġa, ħawwad u żomm l-għaġin f'post sħun. Neħħi ż-żerriegħa mill-bżaru jaħraq u qattgħu rqiq. Aħsel l-eruka u neħħilha z-zokk. Saħħan iż-żejt f'taġen u aqli l-lewż sakemm jieħu kulur kannella ċar. Neħħiħ mit-taġen u poġġih fuq karta tal-kċina biex tneħħilhu ż-żejt u jibred sew. Qatta' l-lewż jew itħnu ħafif ġo food processor. Saħħan iż-żejt li jkun baqa' fit-taġen u żid it-tewm u l-bżaru jaħraq. Aqlihom flimkien għal 2 minuti waqt li tħawwad kultant. Żid l-eruka u ħawwar bil-melħ. Sajjar għal 3 minuti fuq nar moderat. Żid il-lewz mitħun, ħawwad u sajjar għal minuta. Niżżel minn fuq in-nar u żid il-ħames mgħaref ġobon Parmeġġan maħkuk. Żid din iz-zalza mal-għaġin fil-borma u ħawwad kollox flimkien. Ferra' l-għaġin ġo dixx sħun, poġġi ftit irkotta vil-wiċċ u żejjen bi ftit weraq tal-eruka mqattgħin. Servi mal-ġobon maħkuk. | [
2
] |
Mara Ġappuniża ħbiet il-katavru t'ommha ġo friża fl-appartament għal 10 snin għax beżgħet li titkeċċa jekk sid l-appartament isir jaf bil-mewt. Rapporti barranin jgħidu li Yumi Yoshino, mara ta' 48 sena, qed tinżamm arrestata mill-pulizija fuq suspett li abbandunat u ħbiet il-katavru ta' mara, li nstab ġo friża f'appartament f'Tokyo nhar l-Erbgħa li għadda. Il-mara spjegat lill-pulizija li meta mietet ommha madwar 10 snin ilu, hi ħbiet il-katavru għax beżgħet li tkun imġiegħla titlaq mill-appartament fejn kienet toqgħod m'ommha. L-appartament kien imniżżel fuq ommha, li hu maħsub li kellha madwar 60 sena meta mietet. F'nofs dan ix-xahar, il-mara ġiet imġiegħla toħroġ mill-appartament wara li naqset milli tħallas il-kera. Persuna li marret tnaddaf l-appartament sabet il-katavru moħbi ġo friża ġo closet. Awtopsja li saret ma setgħetx tiddetermina meta mietet il-mara u x'kienet il-kawża tal-mewt tagħha. | [
10
] |
Ritratt mill-arkivji mgħoddi lilna minn Tonio Portughese Is-sena 1981 rat il-bidu tal-kumpanija Taljana tas-semiconductors SGS-Ates bil-ftuħ tal-fabbrika f'Ħal Kirkop. Dan l-investiment fl-iżvilupp industrijali ta' Malta twelled mill-Inġinier Pasquale Pistorio li kien intalab mill-Professur Romano Prodi, President tal-Gruppo IRI – Istituto per la Ricostruzione Industriale, biex jieħu f'idejh it-tmexxija tal-kumpanija parastatali u jagħtiha bażi kompetittiva fis-suq mondjali tal-microelectronics. Pistorio telaq il-pożizzjoni għolja ta' Viċi President tal-kumpanija multinazzjonali Amerikana Motorola, u mar lura l-Italja. Ritratt mill-arkivji mgħoddi lilna minn Tonio Portughese F'nofs is-Sebgħinijiet kien mexxa delegazzjoni għolja tal-Motorola biex jiddiskuti mal-Gvern Malti dwar il-ftuħ ta' fabbrika kbira bi prodotti elettroniċi iżda dawk id-diskussjonijiet naqsu milli jkunu konklużi. Meta fl-1980 ħa f'idejh it-tmexxija tal-SGS reġa' ħaseb biex jikkunsidra operazzjoni industrijali f'Malta, bdew kuntatti mal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u eventwalment mal-Gvern. L-għan tiegħu kien li l-kumpanija Taljana jkollha impjant effiċjenti fil-Meditterran 'l barra mit-territorju Taljan. Ritratt mill-arkivji mgħoddi lilna minn Tonio Portughese Fl-1980 Tonio Portughese kien inkarigat mid-"desk" għar-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Italja fi ħdan il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, MDC. Kellu rwol flimkien ma' diriġenti oħra biex jiffaċilita d-diskussjonijiet politiċi, finanzjarji u infrastrutturali mal-MDC u entitajiet governativi, u li ġew finalizzati b'sodisfazzjon għall-investitur Taljan. L-Inġinier Pistorio u l-Inġinier Ennio Filauro (direttur maniġerjali tal-kumpanija ġdida SGS Malta) ħajjruh bis-sħiħ biex jingħaqad mal-kumpanija l-ġdida bħala "lunga mano" tal-investitur Taljan fit-twettieq tal-proġett b'responsabbiltajiet għar-Riżorsi Umani u r-relazzjonijiet esterni. Tonio Portughese aċċetta din l-isfida u ngħaqad mal-SGS bħala l-ewwel impjegat maniġerjali fit-twettieq ta' attività industrijali fl-eks fabbrika tal-GIE f'Ħal Kirkop. F'Marzu tal-1981 ħarġet l-ewwel produzzjoni tal-komponenti Versawatt tip TO220 li ġew esportati lejn l-Italja. Bis-saħħa ta' investimenti kontinwi, il-produzzjoni bdiet tiżdied sew u l-SGS saret l-akbar esportatur minn Malta u sservi s-suq mondjali tal-elettronika. B'hekk tqiegħdu s-sisien biex twieldet u kibret din l-akbar kumpanija b'teknoloġija għolja mnebbħa mill-viżjoni tal-apprezzament tar-riżorsi umani bħala l-aqwa patrimonju, ta' esportazzjoni b'valur aġġunt, leadership fit-teknoloġija. Ritratt mill-arkivji mgħoddi lilna minn Tonio Portughese Tonio Portughese jisħaq li Malta għandha dejn kbir lejn l-Inġinier Pasquale Pistorio. Huwa jfakkar li Malta kienet onoratu bl-għoti ta' Ġieħ ir-Repubblika fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu u ngħata lawrija honoris causa fix-Xjenza mill-Università ta' Malta. | [
4
] |
Facebook - Knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri, Qormi Fl-aħħar jiem l-Arċipriet tal-Parroċċa San Ġorġ f'Ħal Qormi, Dun Mario Mangion qiegħed imexxi petizzjoni biex l-arloġġ tal-Knisja Kolleġġjata ma jiqafx idoqq matul il-ħinijiet ta' bil-lejl. L-Arċipriet spjega li fl-aħħar jiem il-parroċċa rċeviet ilment mingħand familja li qiegħda titlob biex dan l-arloġġ jitwaqqaf fil-ħinijiet ta' matul il-lejl b'mod speċjali bejn l-10pm u s-6am. Dan l-arloġġ inħadem fl-1878 minn Mikelanġ Sapiano. Matul dawn is-snin dan l-arloġġ ilu jsemma' leħnu lejl u nhar u jimmarka ħinijiet partikulari matul il-ġurnata. Fl-antik bosta li kienu dawk li jirregolaw il-ħajja tagħhom mat-tokki ta' dan l-arloġġ. Dan ir-restawr tħallas mill-poplu ta' Ħal Qormi u llum dan l-arloġġ huwa parti mill-kultura ta' Belt Pinto. Mangion appella għas-sapport tal-pubbliku biex dan l-arloġġ ma jitwaqqafx. Huwa żied li jekk jitwaqqaf dan l-arloġġ għada pitgħada se jitwaqqfu affarijiet oħra fosthom il-qniepen, in-nar u l-baned, li mhux kulħadd japprezzahom u jifhem li huma parti mill-identità u l-kultura Maltija. Jekk tixtieq tiffirma din il-petizzjoni agħfas hawn . | [
13
] |
Ritratt minn filmat fuq il-Facebook ta' Joss Stone Permezz ta' filmat fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, il-kantanta Joss Stone ħabbret li nhar il-Ġimgħa li għaddiet saret omm għall-ewwel darba. Il-kantanta ta' 33 sena, flimkien mal-maħbub tagħha, il-mużiċist Cody DaLuz introduċew lill-pubbliku liċ-ċkejkna Violet Melissa. Cooking with joss – here's one we made earlier Posted by Joss Stone on Sunday, January 31, 2021 Joss Stone kienet ħabbret li se ssir omm f'Ottubru li għadda meta kienet daħlet fis-17 il ġimgħa tat-tqala tagħha. | [
2
] |
Jekk qatt kien hemm żmien li fih apprezzajna lill-maħbubin tagħna, żgur li kienet l-aħħar sena. Kellna nsibu modi ġodda ta' kuntatt kif ukoll dawk li bihom nesprimu l-imħabba u l-apprezzament tagħna, kemm lil dawk li joqogħdu magħna u anke lil dawk imbiegħda. Photo supplied by Hotel Juliani, St Julian's Jum San Valentinu din is-sena se jkun differenti minħabba l-pandemija, u għalhekk Newsbook.com.mt qed iniedi kampanja ġdida li tagħtik l-opportunità li turi l-apprezzament tiegħek lil dawk li tħobb, mhux biss lir-raġel u lill-mara jew lill-għarus u lit-tfajla, imma anke lin-nanniet, lil ħutek, lill-kollegi jew lill-ħbieb. Faċli tipparteċipa: Ibagħtilna isimhom u kunjomhom Iddeskrivihom fil-qasir u għidilna għaliex jistħoqqilhom apprezzament. Ibagħtilna ritratt tagħhom. Ibgħat dan kollu f'messaġġ privat fuq il-paġna ta' Facebook – Newsbook.com.mt Newsbook u 103 Malta's Heart jieħdu ħsieb il-kumplament. Aħna nippostjaw ir-ritratti u l-messaġġ li tibagħtilna bil-hashtag #WhyILoveyou . Inħeġġuk ixxerred dan il-messaġġ ta' apprezzament ma' sħabek u ħeġġiġhom jagħmlu like jew ixerrduh fuq Facebook. L-aktar storja li tattira reazzjoni se tirċievi vawċer għal żewġ persuni, għal lejl fil-lukanda ta' 5-stilel Hotel Juliani, b'ikla u kolazzjon inkluż. | [
2
] |
Il-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursula Von Der Leyen ħabbret li Pfizer u BioNTech se jipprovdu 75 miljun doża żejda tal-vaċċin COVID-19 fit-tieni kwart tas-sena. Von Der Leyen spjegat fuq Twitter li BioNTech u Pfizer se jagħtu 75 miljun ta' dożi addizzjonali fit-tieni kwart tas-sena u sa 600 miljun b'kollox fl-2021. L-UE tinsab għaddejja bil-ħidma tagħha biex tikseb aktar provvisti hekk kif l-akbar produtturi bdew inaqqsu l-kunsinni minħabba problemi ta' produzzjoni. | [
1,
10
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ anzjani oħra kawża tal-COVID-19 filwaqt li nstabu 182 każ ġdid mill-2,843 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-aħħar żewġ vittmi tal-COVID-19 huma anzjan ta' 78 sena u anzjana ta' 63 sena, li t-tnejn mietu fl-Isptar Mater Dei Fl-infografika ppublikata l-Ħadd tħabbar wkoll li fiequ 185 persuna oħra. B'hekk bħalissa hawn 2,676 każ attiv tal-COVID-19. Sal-bieraħ kienu tlaqqmu 26,847 persuna kontra l-coronavirus, li 3,456 minnhom ħadu t-tieni doża tal-vaċċin. Tim tal-WHO fis-suq ta' Wuhan | [
1
] |
Vaccine vials (astrazeneca.com) L-awtoritajiet Pollakki ddeċidew li jagħmlu bħall-Ġermanja u l-Awstrija billi ma jagħtux il-vaċċin tal-AstraZeneca lill-anzjani, minkejja li dan il-vaċċin ġie approvat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) nhar il-Ġimgħa li għadda, u b'hekk se jibda jitqassam lill-Ewropej. Il-Ministru Pollakk qal li d-deċiżjoni finali se tittieħed wara li jitqiesu l-pariri tal-esperti mediċi. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters irrappurtat kif minkejja li l-vaċċin ġie approvat mill-awtorità regolatorja Ewropea, għad m'hemmx biżżejjed riżultati fuq kif il-vaċċin jaħdem fuq nies li għandhom iżjed minn 55 sena biex jiddeterminaw kemm huwa effettiv dan il-vaċċin fuqhom. Fl-istess waqt, m'hemmx biżżejjed informazzjoni li tindika li l-vaċċin mhuwiex effettiv fuq nies t'aktar minn 65 sena. Fil-Polonja l-għalliema qed jingħataw prijorità fl-għoti tal-vaċċin. Id-deċiżjoni tal-Ġermanja ġimgħa ilu Nies t'aktar minn 65 sena m'għandhomx jieħdu l-vaċċin tal-AstraZeneca – Il-Ġermanja Il-vaċċin tal-AstraZeneca, maħdum fl-Università ta' Oxford, dam aktar milli mistenni biex ġie approvat fl-Unjoni Ewropea. Dan qajjem xettiċiżmu minn diversi pajjiżi fuq l-effettività tiegħu. Meta ġie approvat, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li jittama li issa, il-kumpanija AstraZeneca żżomm mad-dati miftehmin fuq it-tqassim tal-vaċċin fl-Ewropa. Meta ġie approvat Il-vaċċin tal-AstraZeneca approvat mill-EMA | [
1,
10
] |
Jekk hemm risposta waħda dwar x'impatt psikoloġiku jkun hemm fuq l-anzjani li jispiċċaw f'residenza apposta għalihom, tkun li iva, l-impatt hu wieħed negattiv, sostniet Prof. Maryanne Lauri waqt intervista matul il-programm ippreżentat minn Prof. Andrew Azzopardi, s-Sibt filgħodu fuq 103 Malta's Heart. Prof. Lauri kellmet dwar l-impatt psikoloġiku fuq persuna li filli tkun fil-komunità, fid-dar tagħha u filli tispiċċa f'residenza għall-anzjani. Il-lettur fi ħdan l-Università ta' Malta qalet li trid issir distinzjoni bejn dawk li jgħażlu huma li jmorru f'dar għall-anzjani u allura kellhom iċ-ċans jaħsbuha u jippreparaw lilhom infushom sew u dawk li ttieħdu hemm mill-membri tal-famija għaliex ma kellhomx għażla oħra. Minn naħa tagħha Prof. Lauri tkellmet dwar l-esperjenza personali tagħha u semmiet kif kienu waslu f'punt fejn ma setgħux ikomplu jieħdu ħsieb lill-ommhom u allura ddeċidew li jieħduha f'residenza fejn kien se jkollha l-attenzjoni xierqa. Prof. Lauri qalet li iva titjieb il-ħajja tagħhom hemm għaliex għandhom il-kura għad-dispożizzjoni tagħhom f'kull ħin imma bħala ħajja għalihom personali, xi jħossu, ikun hemm rigressjoni. Hawn hi tat eżempju fejn biex il-carers fid-djar tal-anzjani jlaħħqu ma' kulħadd bilfors iridu jdaħħlu forma ta' rutina bħall-ħin li l-anzjani jieklu. "Jekk dak li jkun ikun imdorri li jiekol f'nofsinhar u fis-6pm, dan jaf ikollu jinbidel," qalet Prof. Lauri u dik diġà hi bidla konsiderevoli fil-ħajja tal-anzjan jew anzjana. "Jien nista' nifhem li għalkemm l-impatt ikun ħażin pero tal-familja ma jkollhomx triq oħra," qalet Prof. Lauri. Dwar swali antiki fl-Isptar Monte Carmeli u f'San Vincenz De Paul, Prof. Lauri qalet li hu importanti li dawn jiġu rinovati għaliex fl-istat li jinsabu fihom bħalissa hu tad-dwejjaq, aħaseb u ara għal dawk li jridu jgħixu u anke jaħdmu fihom. "Jekk l-ekonomija sejra tant tajjeb għaliex ma jsirx rinovar f'dawn is-swali," saħqet Prof. Lauri. Temmet l-intervista ma' Prof. Azzopardi billi semmiet il-kunċett ta' hostels anke għall-anzjani u li dan il-kunċett jista' anke jgħin l-istat mentali tagħhom biex ma jħossuhom li b'xi mod jew ieħor ġew abbandunati. | [
14
] |
Photo: Miguela Xuereb Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ pazjenti oħra kawża tal-COVID-19 filwaqt li nstabu 124 każ ġdid mit-3,037 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-aħħar żewġ vittmi tal-COVID-19 huma anzjan ta' 81 sena u anzjana ta' 88 sena, li t-tnejn mietu fl-Isptar Mater Dei. B'hekk it-total ta' vittmi issa tela' għal 269. Fl-infografika ppublikata llum tħabbar wkoll li fiequ 141 persuna oħra. B'hekk bħalissa hawn 2,657 każ attiv tal-COVID-19. Skont l-infografika sal-bieraħ kienu tlaqqmu 27,759 persuna kontra l-coronavirus, li 3,948 minnhom ħadu t-tieni doża tal-vaċċin. Tħabbar illum Pfizer u BioNTech se jipprovdu 75 miljun doża addizzjonali – Von der Leyen | [
1
] |
Il-militar tal-Myanmar ħa l-kontroll tal-pajjiż wara li arrestaw lil Aung San Suu Kyi u politiċi oħra fis-sigħat bikrin. It-TV militari qalet li l-istat ta' emerġenza ġie dikjarat għal perjodu ta' sena. Dan il-kolp ta' stat seħħ wara żiedafit-tensjonijiet bejn il-gvern ċivili u l-militar wara l-aħħar elezzjoni. Il-Myanmar kienet immexxija mill-militar sakemm bdew ir-riformi demokratiċi fl-2011. Il-militar qal li kien qed jagħti l-poter lill-kap kmandant Min Aung Hlaing minħabba "frodi elettorali". Is-suldati qed jikkontrollaw it-toroq tal-kapitali, Nay Pyi Taw, u l-belt ewlenija, Yangon. Il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) tal-partit Suu Kyi fi stqarrija għan-nom tagħha qalet "Inħeġġeġ lin-nies biex ma jaċċettawx dan l-aġir, biex jirrispondu u bil-qalb jipprotestaw kontra l-kolp ta' stat mill-militar." Fil-fatt il-protesti bdew minnufih. Sadanittant is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħaquda appella għall-ħelsien tal-priġunieri. | [
10
] |
F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fid-8.40pm fuq TVM. F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta fid-8.40pm fuq TVM. Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Wednesday, January 27, 2021 Illejla fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba li tixxandar fuq TVM fid-8.50pm se tkun qed terġa' tidher Anna Bonanno li se tkun qed taqra l-aħbarijiet u titkellem fuq delitt li jkun seħħ. Iżda min miet? Fl-istess episodju se naraw lil Karla tipprepara l-bagalji u titkellem ma' Matteo dwar il-futur tagħhom. Hu if qed iħossu? Riccardo reġa' mar għand Silvio. X'qallu dwar Erminio u dwar dak kollu li qed jiġri? Ninsabu fid-dar ta' Giacinto u Lourdes. X'ġara xħin Erminia daħlet id-dar? X'qaltlu lill-missierha dwar Giuseppe Cuppola? Silvio qed iħossu tassew mifxul. X'qallu lil Gwakkino meta ċempillu? X'inhu jiġri d-dar tal-Cuppola? Sergio u Elena għaliex inkwetati fuq Concetta? X'ġara? Riccardo x'inhu jiċċelebra? Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra: F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta. Dan hu dak li ġara fl-aħħar episodju… F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta. Dan hu dak li ġara fl-aħħar episodju… Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Friday, January 29, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. | [
2,
6
] |
Ritratt ta' Ashwin Vaswani minn Unsplash Il-Papa Franġisku ħabbar li r-raba' Ħadd ta' Lulju se jkun iddedikat għan-nanniet u l-anzjani. Ir-raba' ħadd ta' Lulju huwa qrib il-festa tal-qaddisin Ġwakkin u Anna li huma n-nanniet ta' Ġesù. Il-Papa spjega li meta kien żgħir huwa kien iqatta' ħafna ħin man-nanna tiegħu Roża u kienet tieħdu d-dar magħha fejn kien iqatta l-ġurnata kollha hemm. In-nanna tiegħu kienet għallmitu jitlob u qaltlu dwar il-qaddisin. Il-Papa ħabbar din il-ġurnata, illum, waqt it-talba tal-Angelus mill-Bibjoteka tal-Palazz Appostoliku. Waqt l-Angelus il-Papa qal li n-nanniet u l-anzjani jfakkruna li x-xjuħija hi don u li n-nanniet huma ħolqa fil-katina ta' bejn il-ġenerazzjonijiet, biex jittrasmettu liż-żgħar l-esperjenza tal-ħajja u tal-fidi. Żied li bosta drabi n-nanniet huma minsijin. Il-Papa appella biex in-nanniet jiltaqgħu man-neputijiet u li n-neputijiet jiltaqgħu man-nanniet għax – kif jgħid il-profeta Ġoel – quddiem in-neputijiet in-nanniet joħolmu, jkollhom il-viżjonijiiet (xewqat kbar), u ż-żgħar, bil-qawwa li jiksbu min-nanniet, jibqgħu mexjin, jipprofetizzaw. | [
13
] |
Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa ħabbar li permezz ta' negozjati tiegħu fil-Parlament Ewropew, fis-sajf tal-2022, il-poplu Malti u Għawdxi se jibda jibbenefika minn xahrejn leave mħallsin għal kull ġenitur. L-MEP kiteb fuq Facebook li l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ħabbar li d-drittijiet il-ġodda tad-Direttiva tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol se jidħlu fis-seħħ fis-sajf tas-sena d-dieħla. Dawn jiggarantixxu: 10 ijiem leave mħallsin għall-missirijiet meta titwieled it-tarbija Xahrejn leave mħallsin għal kull ġenitur 5 ijiem ta' carer's leave fis-sena biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jieħdu ħsieb qrabathom li huma morda Dritt li l-ħaddiema jitolbu għal arranġamenti flessibbli fuq il-post tax-xogħol. Casa qal li dan hu frott xhur sħaħ ta' negozjati li għamel fil-Parlament Ewropew, sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jrabbu lit-tfal u jkomplu bil-karrieri tagħhom fl-istess waqt. B'sodisfazzjon, għadni kemm qrajt li l-Ministru Carmelo Abela ħabbar li d-drittijiet il-ġodda tad-Direttiva tal-Bilanċ… Posted by David Casa on Monday, February 1, 2021 Dwar il-leave "Insterqu 50 ġurnata leave mill-2005 sal-2017" – Abela | [
3
] |
Ritratt: Boomernag TV/ Uffiċju stampa Mediaset Aħbar ħażina għas-segwaċi tas-sensiela Spanjola Una Vita li bħalissa qed tixxandar kuljum wara nofsinhar fuq l-istazzjon Canale 5. Dan għaliex l-istess bħal ma' ġara s-sena l-oħra lis-sensiela Il Segreto, fi Spanja ddeċidew li jwaqqfu wkoll din is-sensiela. Acacias 38, li huwa l-isem proprju ta' din is-sensiela se tasal fi tmiemha f'Marzu li ġej fi Spanja. Il-puntati finali diġà ġew iffilmjati. Iżda fuq Canale 5 għalissa din is-sensiela se tibqa' għaddejja. L-istazzjon Taljan tal-Mediaset jinsab madwar 300 puntata wara dawk Spanjoli u għaldaqstant huwa kkalkulat li fl-Italja Una Vita se tkun qed tintemm madwar sena u nofs wara. Ritratt: Boomernag TV/ Uffiċju stampa Mediaset | [
2,
6
] |
Sunta Apap magħrufa bħala Sunta tal-Għarb. Ritratt: Facebook - Kunsill Lokali Għarb Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ħabbar il-mewt ta' Sunta Apap, magħrufa minn bosta bħala Sunta tal-Għarb. Sunta Apap kienet devota kbira tal-Madonna ta' Pinu u Frenc tal-Għarb. Fil-messaġġ tiegħu, l-Kunsill Lokali tal-Għarb iddeskriva lil Apap bħala mara li fis-sempliċità tagħha dejjem disponibbli għal dawk li xtaqu jżuru u jitolbu fid-dar ta' Frenċ. "Ħafna nies fittxewha matul ħajjitha u żgur li se jibqgħu jfittxuha issa wara l-mewt fit-talb tagħhom," intqal fil-messaġġ. "Il-Mulej iberikha u jagħtiha l-premju li ħaqqha u tant mistħoqq. Frenċ ta' l-Għarb u l-Madonna ta' Pinu jilqgħuha fis-sema u fid-dar tal-Missier" – temm jgħid il-messaġġ. Strieħ fis-sliem! B'dieqa kbira li nħabbru l-mewt ta' Sunta Apap, li seħħet illum. Sunta tal-Għarb, devota kbira tal-Madonna ta' Pinu u… Posted by Kunsill Lokali – Gharb – Local Council on Saturday, January 30, 2021 | [
2
] |
Iktar minn 4,500 persuna ġew arrestati madwar ir-Russja kollha waqt rallies il-ġimgħa li għaddiet favur il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny. Huwa stmat li l-akbar ammont ta' persuni li ġew arrestati kienu f'Moska. Il-persuni li niżlu fit-toroq qed jitolbu l-ħelsien mill-arrest ta' Navalny. Huwa kien arrestat hekk kif irritorna fir-Russja wara li rkupra minn attentant fuq ħajtu meta kien avvelenat f'Awwissu li għadda. Id-demostranti qegħdin jisħqu li għalihom ir-Russja tinsab arrestata b'referenza għal dan l-arrest. Navalny kien avvelenat b'Novichok, aġent kontra n-nervituri li kien ġie żviluppat f'faċilita statali Sovjetika li għadha topera taħt il-kontroll tal-gvern Russu. L-użu ta' Novichok jagħti indikazzjoni ċara tal-involviment tal-Kremlin, għalkemm il-gvern Russu qed jiċħad dan. Navalny kien ġie trasferit f'Berlin – il-familjari ta' Navalny ma fdawx sptarijiet Russi – u rċieva trattament li salvalu ħajtu. Però Navalny nsista li ried imur lura f'pajjiżu, anke jekk il-gvern Russu kkonferma li se jfittex l-arrest tiegħu. F'nofs Jannar, Navalny ġie arrestat hekk kif mar lura r-Russja. | [
10
] |
Bank of Valletta Il-Legal Office tal-Bank of Valletta li jinsab Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta, se jingħalaq b'mod temporanju wara li wieħed mill-impjegati rriżulta pożittiv għall-COVID-19. Fi stqarrija, il-BOV spjega li l-uffiċċju se jiġi diżinfettat skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u jerġa' jinfetaħ meta jkun aċċertat li huwa sikur għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank. F'każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-virus, dawn jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing. Filwaqt li skuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu, il-Bank of Valletta wiegħed li se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu. Fakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser. | [
1,
4
] |
Tim internazzjonali ta' riċerkaturi identifikat għal-ewwel darba l-preżenza ta' żona fil-mantell tad-Dinja taħt l-Oċean Atlantiku li hi rqaq mil-medja u karatterizzata minn temperaturi għoljin. Dan jiffavorixxi l-kinematika tal-platti tettoniċi, u jikkontribwixxi għal-ftuħ ta' l-Oċean Atlantiku. Matthew Agius | PI-LAB | EURO-LAB L-istudju ġie ppubblikat fil-ġurnal prestiġjużi "Nature", bl-awtur ewlieni ta' din il-pubblikazzjoni huwa Matthew Agius, Malti li kien parti minn din l-ispedizzjoni. F'nofs l-Atlantiku hemm linja li tifred il-platt tettoniku Amerikana minn dak ta' l-Ewropa u Afrikan. Saret skoperta ġdida li żżid fid-dibattitu dwar l-mekkaniżmu li jwassal għal-moviment tal-platti tettoniċi u allura il-kontinenti fil-wiċċ tad-dinja. Tim internazzjonali ta' riċerkaturi, immexxi mil-Università ta' Southampton, traċċa għall-ewwel darba żona fil-mantell, fond ta' 410-660 km, li hu irqaq mill-medja, karatterizzata minn temperaturi għoljin. Dawn il-kundizzjonijiet jiffavorixxu l-moviment vertikali tal-mantell, tiffaċilita l-moviment tal-platti tettoniċi fil-wiċċ, u eventwalment tikkontribwixxi għal-ftuħ ta' l-Oċean Atlantiku. l-istudju ġie ippubblikati fil-ġurnal prestiġjużi "Nature" f'artiklu intitolat "A thin mantle transition zone under the equatorial Mid-Atlanti Ridge" – Ir-riżultati nkisbu fl-esperiment imsejjaħ PI-LAB (Passive Imaging of the Lithosphere-Asthenosphere Boundary) u EURO-LAB (Experiment to Unearth the Rheological Oceanic Lithosphere-Asthenosphere Boundary), iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u l-Kunsill għar-Riċerka dwar l-Ambjent Naturali (NERC) tar-Renju Unit taħt id-direzzjoni ta' Dr Catherine Rychert u Dr Nicholas Harmon tal-Università ta' Southampton (ir-Renju Unit). Fit-tim hemm Dr Matthew Agius, l-awtur ewlieni, li bħalissa huwa riċerkatur fid-Dipartiment tax-Xjenza ta' l-Università Degli Studi Roma Tre, iffinanzjat minn borża ta' studju Marie Skłodowska-Curie, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea. "Fl-2016 ipparteċipajt f'esperiment avventuruż f'nofs l-Oċean Atlantiku biex nippruvaw nifhmu x'jiddefinixxi platt tettoniku, kif jifforma u xinhu il-mekkaniżmu li jmexxihom matul iż-żmien. Disgħa u tletin sismometru tqiegħdu f'qiegħ il-Baħar, f'nofs l-Oċean Atlantiku, u rreġistraw attività sismika minn madwar id-dinja għal sena sħiħa. Grazzi għall-analiżi ta' din id-data, l-istruttura interna tad-Dinja ġiet żvelata sa fond ta' 700 km. Sibna evidenza ta' materjal tielgħa il' fuq. Ir-riżultati miksuba joffru stampa ġdida ta' kif id-dinamika interna tad-Dinja hija relatata mal-formazzjoni u il-moviment tal-platti tettoniċi fil-wiċċ tad-dinja". It-teorija dwar platti tettoniċi, li issa ilha stabbilita għal aktar minn 50 sena, tiddeskrivi l-wiċċ tal-pjaneta tagħna bħala qoxra maqsuma f'biċċiet. Dawn il biċċiet – platti tettoniċi – jimxu bil-mod matul iż-żmien. L-interazzjoni bejn il-platti tettoniċi għandha konsegwenzi spettakolari: il-formazzjoni ta' firxiet tal-muntanji, il-ftuħ ta' l-oċeani kif ukoll l-influwenza fuq l-aktar avvenimenti naturali katastrofiċi inklużi terremoti, tsunamis u eruzzjonijiet vulkaniċi. X'inhu l-mekkaniżmu li kapaċi jiċċaqlaq dawn il-platti fuq il qoxra tad-Dinja huwa suġġett diskuss ħafna bejn xjentisti u sa issa x'jiġri taħt l'oċean kien maħsub li għandhom funzjoni sekondarja biss. Il-funzjoni primarju tkun il-forza tal-gravità li tiġbed il-platti tettoniċi l' isfel. Dan il-fenomenu jiġri fuq il-priċinpju konvettiv: affarijiet sħan jitilgħu il' fuq u affarijiet kesħin jinżlu l' isfel. Għal-ewwel darba qed jiġi stabbilit li taħt l-Oċean Atlantiku hemm temperaturi għoljin u kundizzjonijiet li jiffaċilitaw li jitla' il-materjal minn fond ta' iktar minn 600 kilometru lejn il-wiċċ tad-dinja. L-istudju huwa promettenti ħafna għax jagħti spjegazzjoni ġdida tal-ftuħ ta' l-Oċean Atlantiku. Dan it-tagħrif twassal minn Matthew Agius, mill-ġurnal "Nature" | [
2
] |
Ritratt: Miguela Xuereb Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' tliet persuni bil-coronavirus, filwaqt li nstabu 138 każ ġdid. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,973 swab test li saru. Fiequ wkoll 190 persuna, għalhekk issa hawn 2,610 każijiet attivi fil-komunità. L-aħħar vittmi kienu żewġ irġiel ta' 68 u 84 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei, u mara ta' 90 sena li mietet fl-Isptar Karin Grech. B'kollox f'Malta mietu 273 persuna bil-Covid-19. OFFICIAL COVID-19 figures for 03•02•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, February 3, 2021 Sal-bieraħ kienu ngħataw 30,252 tilqima tal-vaċċin kontra l-Covid-19, li 4,891 minnhom kienu t-tieni doża. Il-każijiet tal-bieraħ 141 każ ġdid tal-COVID-19 filwaqt li mietet anzjana ta' 92 sena | [
1
] |
Ritratt: Unsplash Il-ġurnata tal-4 ta' Frar hi magħruha bħala l-Jum Dinji tal-Kanċer. L-ewwel reazzjoni ta' meta xi ħadd li qed tgħix miegħu jgħidulu li għandu kanċer huwa ta' xokk… tħossok qisek li f'daqqa waħda qiegħed tgħix ġo ħolma u mhux xi ħaġa reali, fl-istess ħin jidħol il-ħsieb forsi ħadu xi żball, imbagħad jista' jkun hemm rabja kif ukoll ħsibijiet tqal u konfużi għax ma tafx x'ġej għalik u għal dik il persuna li tgħix magħha. Allura x'għandek tagħmel? L-ewwel pass hu li tfittex l -għajnuna. Entitajiet bħall-Hospice jistgħu jgħinuk kemm fuq pariri u servizzi mediċi u prattiċi, kif ukoll permezz ta' għajnuna emozzjonali, psikoloġika u spiritwali. Kun onest/a kemm jista' jkun mal-pazjent għax b'hekk tonqos it-tensjoni li jġib miegħu l-ħabi. Il-pazjent ħa jħoss li hemm xi ħaġa serja u kif jinduna li qed taħbilu ma jibqax jafda u jsir iktar iżolat. U hawn jerġa' jidħol il-bżonn ta' għajnuna professjonali sabiex jekk ikun hemm bżonn tieħu parir professjonali, għaliex mhux faċli tgħid il-verità f'dawn iċ-ċirkostanzi. Ħafna jsaqsu "x'se ngħid sabiex nagħmillu kuraġġ lill-pazjent?" Kull pazjent jurik meta jixtieq jitkellem u meta jrid ikollu ħin għalih. Importanti nirrispettaw dawn il-mumenti. L-iktar ħaġa effettiva meta l-pazjent jixtieq jitkellem huwa li tisim għu… tisma ' jfisser li mhux moħħok x 'se tgħid inti imma li tisma ' kull kelma li jkun qed jgħidlek u tifhem xi jkun qed jgħidlek. B'hekk tkun qed tgħin biex il-pazjent ma jħossux waħdu u jħoss li xi ħadd qed jifhmu. Itlob u aċċetta għajnuna anke mingħand qraba jew ħbieb li jistgħu jgħinu sabiex jinqasam ix-xogħol bħal visti tal-isptar mal-pazjent, ħin sabiex tinġieb il-mediċina mill-ispiżerija, xi ħarġa mal-pazjent, ħin ieħor li xi ħadd joqgħod mal-pazjent sabiex min qed jieħu ħsiebu jkollu ftit ħin għalih, xi xiri li jkun hemm bżonn. Importanti li l-għajnuna tkun koordinata u b'hekk il-pazjent ma jħossux ta' piż fuq persuna waħda. Ritratt: hospicemalta.org Jekk ikollkom xi vista l-isptar jew ħa titkellem ma' xi tabib, agħmel lista bil-miktub ta' x'qed jinkwetak u x'tixtieq tistaqsi minn qabel, għax faċli li dak il-ħin tinfixel u ma ssemmix x'qed jinkwetak. Staqsi u ħu pariri ta' organizzazzjoni bħall-Hospice jew professjonisti oħra fuq affarijiet prattiċi bħal kif ħa taħsel il-pazjent jew tniżżlu mis-sodda mingħajr ma tweġġa' lilu jew lilek innifsek. Kif tista' tgħin lil xi ħadd bi qtugħ ta' nifs b'affarijiet sempliċi bħal tieqa miftuħa jew fann jew pariri fuq kura tal-ħalq għal min mhux jiekol u jixrob normali fost affarijiet oħra. Ħu pariri dwar xi eżerċizzju fiżiku ħafif li jista' jibbenifika minnu l-pazjent. Jista' wkoll bil-gwida ta' professjonisti jsir xi "massage" sempliċi li jgħin lill-pazjent. Fittex għajnuna fuq xi benefiċċji finanzjarji, li jista' jkun intitolat għalihom il-pazjent jew anke inti stress, sabiex tittaffa t-tbatija finanzjarja wkoll. Għalhekk importanti tfittex l-għajnuna għax ara kemm tista' tgħin lill-pazjent u lilek innifsek. U fl-aħħar u żgur mhux l-inqas ĦU ĦSIEB TIEGĦEK innifsek billi tieħu l-għajnuna li għandek bżonn kif ukoll tħalli ħin għalik. B'hekk tista' tibqa' tgħin u tieħu ħsieb lill-persuna li tgħix miegħek b'mod komplet. Hospice Malta toffri ħafna għajnuna. Għal aktar dettalji żur is-sit www.hospicemalta.org Infakkrukom fil-maratona tal-Hospice Malta li se ssir il-Ħadd 14 ta' Frar biex jinġabru fondi għall-ftuħ ta' kumpless għall-kura paljattiva bl-isem ta' St Michael Hospice. Inti tista' tgħin billi dak inhar tagħti d-donazzjoni tiegħek: Ritratt: Facebook – Hospice Malta Dan it-tagħrif twassal minn Anna Frendo, Care Services Manager f' Hospice Malta . | [
2
] |
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Gvern qed jinsisti mal-AstraZeneca li fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla jibdew jaslu Malta l-ewwel konsenji. Hu qal li madanakollu, feġġew intoppi, wara li l-AstraZeneca ġiet approvata l-ewwel mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina u mbagħad mill-Kummissjoni Ewropea. Meta kien qed jitkellem fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, Fearne stqarr li issa sar magħruf li l-AstraZeneca kkommettiet ruħha li tgħaddi l-ewwel 100 miljun doża lill-Gvern Ingliż. "Dan imur kontra l-ftehim li għandha mal-kumpanija AstraZeneca. Il-pjan tagħna kien ibbażat fuq il-konsenji tal-Pfizer u l-Moderna. Jekk jiġu u kif nippretendi li jiġri jasal ukoll il-vaċċin tal-AstraZeneca nkunu nistgħu nħaffu l-proċess tat-tilqim," spjega Fearne. L-UE b'U-turn fuq id-deċiżjoni li tikkontrolla l-vaċċin esportat fl-Irlanda ta' Fuq AstraZeneca l-iktar effettiva bejn 18 u 55 sena Huwa qal li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-AstraZeneca hija l-aktar effettiva għal persuni bejn 18 u 55 sena. "Għalhekk l-intenzjoni tagħna hi li dan il-vaċċin jingħata lill-persuni li għandhom bejn 18 u 55 sena," spjega Fearne. Il-Gvern xtara miljun doża mill-AstraZeneca. Id-Deputat Prim Ministru stqarr li l-Gvern laħaq ftehim mal-kumpanija Moderna biex iżżid il-konsenja tal-vaċċin b'170,000 oħra għal 270,000 doża. Fil-Polonja l-anzjani mhux se jingħataw il-vaċċin tal-AstraZeneca L-ebda side-effect mit-tilqim li sar s'issa Huwa qal li l-ebda doża mhu se tinħela tant li lbieraħ kellu laqgħat mal-Kap Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa l-WHO biex id-dożi żejda jingħataw jew jinbiegħu lill-pajjiżi li għandhom diffikultà biex jakkwistaw il-vaċċin. Fl-istess ħin, il-Gvern se jiżgura li jekk ikun hemm bżonn it-tielet doża din tingħata. Il-Ministru qal li s'issa mit-30,000 doża li ngħataw ma ġew irrappurtati l-ebda effetti ħżiena (side-effects) fuq min ħadha għajr l-effetti tas-soltu, uġigħ ta' ras u toqol fl-idejn. Każijiet oħra tal-varjant f'Malta Chris Fearne qal li f'dawn l-aħħar ġranet reġa' feġġ il-varjant f'xi każijiet relatati ma' safar mill-Ingiliterra. "Konna rrapurtajna tliet każijiet u f'dawn l-aħħar ġranet hemm indikazzjoni li kien hemm xi każijiet oħra iżolati. In-numri huma żgħar ħafna u l-każijiet kważi kollha huma relatati mas-safar mill-Ingilterra," stqarr Fearne. It-tilqim se jibda jingħata mit-tobba tal-familji Id-Deputat Prim Ministru ħabbar li wara li jiġu mlaqqma l-frontliners kollha, il-Gvern se jidħol f'diskussjonijiet mat-tobba tal-familja biex jibdew ilaqqmu huma l-pazjenti fil-kliniċi privati. Filmat: Fi ftit ġimgħat dawk vulnerabbli se jkunu tlaqqmu Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
1
] |
Din l-intervista qed titqies bħala waħda esklussiva li se tkompli ssaħħaħ l-istazzjon Rai Tre li f'din l-saħħar skeda kellu żieda qawwija fl-udjenzi tant li beda jirreġistra numri kbar ta' udjenzi li qabel ma kienx ikollu. Il-programm Che Tempo Che Fa llum il-ġurnata qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa programmi fuq it-televiżjoni Taljana u fl-aħħar ġimgħat laqa' fih numru kbir ta' mistiedna internzzjonali bħal Susan Sarandon, Ken Follett, Antony Fauci u Jane Fonda. Kien il-preżentatur innifsu li fl-aħħar sigħat ħabbar fuq Twitter u Facebook li l-44 President tal-Istati Uniti se jkun il-mistieden tiegħu għal nhar il-Ħadd li ġej. Thank you Mr. President!!! pic.twitter.com/yEm73Oqkcg — Fabio Fazio (@fabfazio) February 2, 2021 Mill-ħjiel li ngħata l-intervista ma' Obama x'aktarax se tkun fuq kwistjonijiet soċjali wesgħin, mill-bidla fil-klima sal-progress tal-pandemija tal-Covid-19 fl-Istati Uniti u fl-Ewropa. | [
2,
6
] |
Fl-aħħar xhur fuq newsbook.com.mt bl-introduzzjoni ta' riċetti regolari li ntlaqgħu tajjeb mis-segwaċi ta' dan is-sit. Issa Newsbook.com.mt filwaqt li se jkompli jwassal dawn ir-riċetti se jkun qed iwassal riċetti ta' Wayne Cutajar minn Crafted Foods. B'differenza mir-riċetti regolari, dawn ir-riċetti ta' Wayne Cutajar se jitwasslu b'mod differenti, fejn apparti li wieħed ikollu l-ingredjenti u l-metodu, ir-riċetti se jkunu qed jitwasslu b'filmat biex dak li jkun, mill-kumdità ta' daru, ikun jista' jsegwi r-riċetta ssir. Għal Wayne it-tisjir mhux il-professjoni tiegħu iżda l-passjoni tiegħu. Huwa jħobb jesperimenta b'diversi riċetti. Wayne jagħmel l-interpretazzjoni tiegħu ta' bosta riċetti. Kif jaħsibha hu dwar li jaddatta r-riċetta b'ingredjenti li jistgħu ikunu differenti minn dawk tradizzjonali? Ir-riċetti ta' Wayne se jkunu qed jitwasslu fuq Newsbook.com.mt kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż biex b'hekk tintlaħaq udjenza ikbar. Kif beda l-interess ta' Wayne fl-ikel? X'tip ta' ikel iħobb jiekol? Jagħmel Kritika fuqu nnifsu? Id-dar min jikkritika r-riċetti tiegħu? Wayne x'tip ta' riċetti se jkun qed iwassal fuq Newsbook.com,mt? Segwi l-intervista sħiħa f'din il-paġna u ibqgħu segwu Newsbook.com.mt għar-riċetti ta' Wayne Cutajar u Crafted Foods . L-ikla t-tajba! Ritratt – Facebook | [
2
] |
Fil-Jum Dinji tal-Kanċer Evelyn Saliba La Rosa tiftaħ qalbha ma' newsbook.com.mt dwar dak li hija u l-familja tagħha għaddiet minnu fl-aħħar xhur meta saret taf li ommha Winnie kellha kanċer terminali, jiġifieri l-ebda operazzjoni, jew trattament tar-radioterapija jew kimoterapija ma kienu se jfejquha. "It-tobba qalulna biex inżommuha d-dar kemm nistgħu sakemm nindunaw li m'għadhiex ta' jdejna," tgħid Evelyn Saliba La Rosa li tispjega kif ommha Winnie damet id-dar bejn Awwissu u Ottubru u hija flimkien ma' ħutha kienu jduru biha. Minkejja s-sitwazzjoni fid-dar, Evelyn, flimkien ma' Dr Michael Vella Haber, baqgħu għaddejjin b'ħidma kontinwa biex setgħu ikomplu jiktbu s-sensiliet Sorelle u F'Ġieħ L-Imħabba. Fl-24 ta' Diċembru Winnie La Rosa bdiet l-aħħar stadju u bi sforz għat-tfal, Evelyn u ħuha Glen żammew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied għaddejjin. "Jien u ħija wegħdna lil xulxin li lit-tfal nagħtuhom l-istess Milied li ommna kienet ittina. Għamilna l-istess ikel li tagħmel hi. Irnexxielna ngħixu l-Milied kif dejjem xtaqet hi. Qatt ma rreċtajt daqs kemm irreċtajt dakinhar. Kellna nitbissmu għat-tfal. Kellna niċċelebraw għat-tfal, għax hekk xtaqet ommi," tirrakkonta Evelyn Saliba La Rosa. "Konna nafu li l-mamà se titlaq minn ħin għall-ieħor," tkompli tgħidilna Evelyn Saliba La Rosa. Ftit ġimgħat biss mindu Winnie La Rosa ħallietna, Evelyn xorta għadha tħoss in-nuqqas tal-mamà tagħha u fl-istess waqt tfiehem lil binha Jamie dak li huma għaddew minnu. Evelyn issemmi wkoll li tul il-perjodu iebes li għaddew minnu, huma sabu ħafna għajnuna mill-Hospice Malta u tispjega wkoll il-ħidma kontinwa biex jagħtu appoġġ kemm lil ommha Winnie kif ukoll lill-familja. "Sal-lum iċemplulna u jistaqsu kif inħssni. Dik il-konversazzjoni napprezzaha għax il-ħajja hija diffiċċli qabel u hija wkoll diffiċli wara," tispjega Evelyn li tiddeskrivi l-għajnuna tal-Hospice bħala "Imprezzabbli". Evelyn x'messaġġ se tgħaddi lil dawk li bħalissa għaddejjin minn sitwazzjoni simili? Segwi l-intervista sħiħa f'din il-paġna. Hospice Malta toffri ħafna għajnuna. Għal aktar dettalji żur is-sit ta' Hospice . Infakkrukom fil-maratona tal-Hospice Malta li se ssir il-Ħadd 14 ta' Frar biex jinġabru fondi għall-ftuħ ta' kumpless għall-kura paljattiva bl-isem ta' St Michael Hospice. Inti tista' tgħin billi dak inhar tagħti d-donazzjoni tiegħek: Ritratt: Facebook – Hospice Malta Intervista: Frederick Zammit; Muntaġġ tar-ritratti: Adrian Saliba; Muntaġġ tal-intervista: Sarah Salafia . Aqra: Tgħix ma' xi ħadd bil-kanċer? 8 modi kif tista' tgħin | [
2
] |
Il-vaċċin ta' kontra l-COVID-19 immanifatturat mir-Russja, Sputnik V, jagħti protezzjoni ta' madwar 92% kontra l-coronavirus. Dan ġie kkonfermet fuq is-sit ta' The Lancet, wara li saru aktar testitijiet fuq dan il-vaċċin. Ġie rrapurtat wkoll li dan il-vaċċin hu sigur filwaqt li joffri protezzjoni kompluta li ma twassalx nies li jiġu rikoverati l-Isptar jew li jistgħu imutu jekk ilaqqtu l-virus. Inizjalment kien hemm diversi kontroversji dwar dan il-vaċċin hekk kif kien iħareġ għall-użu qabel ma saru t-testijiet finali. Iżda l-esperti mediċi issa qalu li ntwera kif il-benefiċċji tiegħu issa ħarġu fil-beraħ. B'hekk il-vaċċin ta' Sputnik V jista' jingħaqad mal-vaċċini ta' Pfizer, Oxford/AstraZeneca, Moderna u Janssen, bħala wieħed sigur. Infatti jirriżulta li dan il-vaċċin Russu jaħdem b'mod simili għal dak ta Oxford/AstraZeneca, żviluppat fir-Renju Unit u l-Janssen żviluppat fil-Belġu. Il-vaċċin Sputnik V jibda jitqassam fir-Russja | [
1,
10
] |
Visit our site to learn more & apply!https://www.regjunnofsinhar.org/kwarta-tajba/ Posted by Kwarta Tajba on Monday, February 1, 2021 Kwarta Tajba hija attività mużikali organizzata mill-Kunsill Reġjonali ta' Nofsinhar ta' Malta bl-ewwel edizzjoni tas-sena 2021 ser tigi organizzata ġewwa Ħaż-Żebbuġ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ. Għal dan il-għan qed issir sejħa pubblika għal artisti emerġenti kif wkoll stabbiliti fosthom mużiċisti u kompożituri sabiex flimkien ma' artisti oħra mix-xena performattiva jissottomettu l-proposti tagħhom għal din l-attività. Kwarta Tajba se jkun Festival kompetittiv mifrux fuq jumejn, nhar il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 ta' Settembru mit-8 ta' filgħaxija 'l quddiem. Bħalma jindika l-isem ta' din l-attività qed tingħata opportunità sabiex isiru sottomisjonijiet ta' proġetti; innovattivi, interattivi, u esklussivi sad-data tal-attività; magħmula minn mużika oriġinali u ideat oħra kreattivi miġbura fi Kwarta, 15-il minuta. Nhar it-Tnejn 15 ta' Frar 2021 fis-7.30pm se tkun orġanizzata sessjoni ta' informazzjoni online. Kull proġett magħżul ser ikun offrut rinumerazzjoni ta' €1,200. Is-Sottomisjonijiet jistgħu jiġu sottomessi sas-Sibt 20 ta' Marzu 2021 f'Nofsinhar. Waqt din l-attività l-udjenza preżenti mhux biss ser tkun qed tesperjenza l-Kwarta Tajba li kull artist ser ikun qed jofri iżda ser ikollha l-opportunita li żżur 6 siti differenti u spazzji miftuħa lil hinn mill-Pjazza ta' Ħaż-Żebbuġ fejn ser ikunu qed jiġu esegwiti l-kwartiet tajba magħżula! Fi tmien ta' dan il-festival ser jigu imħabbra erbgħa (4) rebbieħa: L-Aħjar Proġett artistiku L-Aħjar Kompożizzjoni Mużikali L-Aħjar Teknikalità u Prattiċi tal-Grupp L-Aktar Artist Eċċellenti Għal aktar informazzjoni ta' kif wieħed jista' japplika tista' tinkiseb fuq s-sit eletroniku – regjunnofsinhar.org jew fuq il-pjattaformi soċjali ta' Kwarta Tajba fuq Facebook jew Instagram. F'kaz ta' diffikulta jistgħu jagħmlu kuntatt magħhom permezz ta' email: kwartatajba@regjunnofsinhar.org. Dan it-tagħrif twassal minn Reġjun Nofsinhar. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
2
] |
Ritratt - Facebook Kien bħal-lum sena li Malta bkiet lill-attur George Micallef fl-età ta' 76 sena. Imwieled fil-Belt Valletta fl-1943, George Micallef beda bħala attur mal-kumpanija Gioventù Cattolica meta kien għad kellu biss sitt snin. Kien zijuh Pawlu Scerri li ppreżentah fuq il-palk ta' Palazza Carafa fil-Belt. L-arti tar-reċtar kienet tinħass sew f'George li baqa' jimpenja ruħu f'diversi produzzjonijiet. Fl-1974 George waqqaf il-kumpanija tiegħu, il-Valletta Dramatic Co bl-ewwel kummiedja, Iz-Zija ta' Karlu ittellgħet fid-9 ta' Jannar tal-1975. Wara ġew bosta produzzjonijiet oħra fosthom Cin Ci La, Il Paese del Campanelli u Dik L-Affari. Kellu bosta produzzjonijiet oħra b'Kantanapoli kienet ukoll saret appuntament annwali. Miguela Xuereb Fuq it-televiżjoni George Micallef kien attiv u ħa sehem f'sensiliet bħal Sisters, K.C., Sptar San Valentino, Ingropp-pi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa u Fredu l-Fra. Ippreżenta wkoll għadd ta' programmi fuq l-istazzjon Net, fosthom Il-Ħadd it-Tajjeb, Sal-Misraħ u Forċina. Strieħ fis-sliem! Miguela Xuereb | [
2,
6
] |
"L-akkwist ta' Tuning Fork ifisser li issa, NOUV tinsab qed topera skond l-aqwa prattiki internazzjonali fejn bħala kumpanija li toffri servizzi speċjaliżżati, issa nistgħu ukoll noffru lill-klijenti tagħna l-għażla kollha ta' servizzi ta' konsulenza speċjaliżżati fosthom business process reengineering , business diagnostics , operational reviews , ċertifikazzjonijiet ISO u mmaniġġjar ambjentali fost l-oħrajn." Dan qalu Mark Aquilina mill-kumpanija NOUV waqt l-iffirmar uffiċjali ta' ftehim li permezz tiegħu, NOUV għadha kemm kisbet il-maġġoranza ta' l-ishma fil-kumpanija Tuning Fork Advisory , kumpanija ta' konsulenza speċjaliżżata fl-oqsma ta' business process optimization , competence building , people management , cyber resilience , immaniġġjar ta' data , sostenibbiltà u riskju. "Dan huwa pass importanti ħafna fl-istrateġija ta' tkabbir ta' NOUV, pass li jkompli jsir iżjed sinifikanti bil-fatt li dan kollu qed iseħħ fi żmien meta ħafna jqisuh bħala inċert. Ftehim bħal dan juri li l-kumpanija tagħna hija b'saħħitha u trid tibqa' tikber u tikseb miri ġodda," qal Mark Aquilina huwa w jilqa' t-tim ta' 10 professjonisti ta' Tuning Fork li issa ngħaqdu ma' NOUV. James Sammut, is-sid u direttur ta' Tuning Fork Advisory saħaq kif iż-żewġ kumpaniji għandhom l-istess viżjoni: dik li jgħinu lill-kumpaniji tal-klijenti tagħhom ikomplu jissaħħu billi jiksbu iżjed fiduċja, professjonalità u kompetenza. "Qed inħarsu lejn dan il-pass b'ħafna ottimiżmu filwaqt li qed inkomplu nżommu saqajna ma' l-art. Qed inħarsu lejn dan kollu bħala opportunità sabiex inkomplu niżviluppaw l-esperjenza u t-tagħrif tagħna kif ukoll sabiex nestendu l-klijentela tagħna," qal James Sammut. Tuning Fork Advisory ġġib magħha snin ta' esperjenza mill-ħidma tagħha ma' kumpaniji Maltin ewlenin, SMEs, entitajiet governattivi u Awtoritajiet fejn implimentat l-aqwa sistemi ta' immaniġġjar flimkien ma' sistemi operattiviskond l-ogħla livelli u regolamenti fl-industrija. Tuning Fork Advisory bniet is-servizzi tagħha billi fehmet il-ħtiġijiettal-klijenti biex twassal valur permezz ta' soluzzjonijiet effettivi. "NOUV hija kumpanija ta' konsulenza kompluta li kisbet reputazzjoni tajba ħafna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji lokali bħala kumpanija fdata u mmexxija minn tim professjonali ħafna. Kburin li sa fl-aħħar qed niffurmaw parti minn NOUV u ċert li x-xhur li ġejjin se jkunu esperjenza interessanti ta' tagħlim hekk kif se nkunu qed naqsmu l-esperjenzi tagħna filwaqt li nfasslu t-tkabbir għall-ġejjieni bħala tim wieħed, għaliex flimkien, iżjed b'saħħitna," temm jgħid James Sammut. Ritratt: NOUV Dan it-tagħrif twassal minn Corporate ID Group. | [
4
] |
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Food s Ingredjenti Għal 4 Għall-braġjoli 4 slajsis kbar tan-knuckles taċ-ċanga 455g kapiljat taċ-ċanga 115g panċetta, imqattgħa biċċiet kwadri 1 bajda mgħollija iebsa, imqattgħa f'erbgħa 1 basla żgħira, imqattgħa fina 2 rjust tat-tewm, sljasjati 1 żunnarija maħkuka nofs kuċċarina trab tal-coriander bżar u melħ Għall-istew 3 zunnarijiet, imqattgħa 1 basla, imqattgħa 2 irjus tat-tewm, imqattgħa kikkra piżelli tal-friża 1 kikkra stock taċ-ċanga, taħraq 1 kikkra tadam imqatta' tal-bott nofs kikkra nbid aħmar, jew Marsala 2 mgħaref kunserva 2 weraq tar-rand niexfa 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa bżar u melħ Metodu Għall-braġjoli Aqli l-panċetta u ħalli f'ġenb. Imma ħalli x-xaħam ta' waqt il-qali fit-taġen. Fl-istess taġen aqli t-tewm, il-basla u z-zunnarija sakemm jirtabu. Aqbad l-ingredjenti kollha li tkun sajjart u żidhom mal-ikkapuljat, ħawwar bil-bżar, bil-belħ u bil-coriander sakemm jitħalltu sew. Aqsam it-taħlita f'erbgħa u poġġi kull porzjon fuq kull biċċa laħam taċ-ċanga. Poġġi kwart ta' bajda mgħollija iebsa fuq kull biċċa tal-laħam u dawwar il-laħam biex tifforma l-braġjoli. Jekk ikun hemm bżonn żommhom magħluqa tajjeb billi uża toothpick jew bl-ispag irqiq. Għall-istew F'borma jew f'taġen fond aqli t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa u aqli għal ftit sekondi. Żid il-braġjoli u sajjar fuq kull naħa. Neħħi l-braġjoli u żid il-basla u z-zunnarija. Sajjar għal ftit minuti sakemm il-basla tirtab bla ma tiħmar. Żid il-kunserva u l-inbid jew il-Marsala, l-istokk taċ-ċanga, it-tadam u l-piżelli. Saħħan sakemm jibda jagħli, roxx il-bżar u l-melħ u żid il-weraq tar-rand. Żid il-braġjoli u sajjar fuq nar baxx għal madwar siegħa u nofs. Neħħi l-weraq tar-rand u iġbor il-braġjoli. Neħħi t-toothpicks jew l-ispag. Servi l-braġjoli mal-għaġin, patata mgħaffġa jew moqlija. | [
2
] |
Ritratti: Unsplash u Newsbook Il-pandemija tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin dieħla għall-11-il xahar tagħha, hekk kif l-ewwel każ pożittiv f'dawn il-gżejjer instab fis-7 ta' Marzu 2020. Matul ix-xahar ta' Jannar 5% tal-iswab tests kienu pożittivi filwaqt li mietu 48 persuna. Spikka wkoll kif 87.3% jew 233 persuna mietu fl-aħħar erba' xhur. Jitħabbar l-ewwel każ f'Malta Coronavirus: L-ewwel każ f'Malta; "m'hemmx lok għall-allarm" – Fearne Sal-aħħar ta' Jannar 2021, it-total ta' swabs li saru f'Malta u Għawdex mill-bidu tal-pandemija huwa ta' 612,580. Minn dawn l-iswabs, 58.5% (358,597) saru fl-aħħar erba' xhur. Il-medja ta' swab tests li saru bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021 hija ta' 89,649 fix-xahar jew 2,915 kuljum. Bejn Ottubru u Jannar, kien hemm qabża ta' 15,487 swab test. F'Ottubru saru 82,336 filwaqt li f'Jannar saru 97,823. Kważi 15,000 persuna pożittiva f'4 xhur Fost it-358,597 swab test li saru bejn Ottubru u Jannar, 14,848 (4.1%) irriżultaw pożittivi għall-virus tal-Covid-19. F'Diċembru ġie rreġistrat l-inqas numru ta' każijiet pożittivi b'total ta' 2,901 (3.3%) persuna filwaqt li f'Jannar żdiedu għal 5.2% (5,132). Kif wieħed kien qiegħed ibassar wara l-festi tal-Milied żdiedu l-każi pożittivi. Fid-9 ta' Jannar ġie rreġistrat numru rekord ta' 245 persuna, filwaqt li tlitt ijiem wara ġew irreġistrati 240 persuna oħra. Bejn Ottubru u Jannar irduppjaw il-persuni li fiequ Kif wieħed jistenna iktar ma jkun hemm każijiet attivi iktar se jkun hemm fejqan ta' persuni. Matul Jannar fiequ 3,839, iktar mid-doppju li fiequ f'Ottubru li għadda (1,593). L-inqas ġurnata li fiha fiequ persuni kienet l-għada tal-Milied b'total ta' 3 persuni filwaqt li l-iktar ġurnata li fiequ persuni kienet fit-23 ta' Jannar b'total ta' 211-il persuna. Wieħed jista' jinnota li l-għadd ta' persuni li fiequ kuljum f'Ottubru huwa ferm inqas minn dak f'Jannar, madankollu fl-aħħar ta' Ottubru kien hemm żieda qawwija ta' persuni li fiequ fl-istess xahar. F'Diċembru mietu iktar minn 80 persuna Fl-aħħar jiem tal-2020, it-total ta' vittmi f'Malta u Għawdex laħħaq il-200 persuna. Matul ix-xahar ta' Jannar 48 persuna sfaw vittmi tal-Covid-19 u għalhekk it-total ta' vittmi sal-aħħar ta' Jannar tela' għal 267 persuna. Diċembru kien l-iktar xahar li fih mietu persuni tul din il-pandemija b'total ta' 82 persuna. Minn professur sa pensjonant – il-Covid li s'issa ħasdet ħajjet 200 ruħ Matul din il-pandemija s'issa, l-etajiet ta' dawn il-vittmi varjaw minn 46 sena għal 100 sena. L-iktar età komuni li fiha mietu persuni hija dik ta' 86 sena b'total ta' 17-il persuna. Sal-aħħar ta' Jannar 2021, minn 267 vittma, 166 kienu rġiel filwaqt li 101 kienu nisa. "Il-Bibina" tmut fl-età ta' 100 sena | [
1
] |
Nhar l-4 ta' Frar madwar id-dinja ġie kkomemorat il-Jum Dinji tal-Kanċer bil-motto għal din is-sena hu "Kulma nagħmlu flimkien jiswa", dan jgħodd, fost l-oħrajn, kemm għall-għafrien kif ukoll għall-prevenzjoni tal-kanċer. Fl-okkażjoni ta' dan il-Jum, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq ifakkar li l-ikbar ammont ta' boroż ta' demm, inkluż dawk tal-pjastrini, jintużaw mill-pazjenti li jsofru mill-marda tal-kanċer. Għaldaqstant, is-Servizz ikompli jħeġġeġ lil dawk kollha li huma f'saħħthom biex ikunu konxji ta' dan il-bżonn u flimkien ikompli joffru l-id ta' solidarjetà lil dawn il-pazjenti, inklużi tfal, billi jersqu u jagħti d-demm, li fil-jiem li ġejjin jista' jsir: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 7 ta' Frar ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta' Ħaż-Żebbuġ. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 9 ta' Frar ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm. Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista' jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Aqra: Ara fejn tista' tagħti d-demm matul Frar | [
2
] |
Ritratt: Facebook - Sliema Wanderers F.C. Fil-jiem li għaddew Sliema Wanderers F.C. lagħbu kontra Santa Lucia F.C. u rebħu bi skor ta' 1-0. Din il-logħba fissret il-100 partita li Gabriel Aquilina lagħab fil-Kampjonat Premier u l-klabb ta' Sliema Wanderers irikonoxxa dan billi ppreżenta lill-plejer bi flokk apposta tal-okkażjoni. Apparti mal-klabb ta' Sliema Wanderers F.C., il-plejer ta' 25 sena lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows F.C. u Mosta F.C. 1️⃣0️⃣0️⃣ Premier League games for Gabriel Aquilina. 👌🔵To many more!! Posted by Sliema Wanderers FC on Friday, February 5, 2021 | [
15
] |
Dar-tal-Providenza-Catco (credit: Newsbook) Jidher li għad ma hemm l-ebda riżultat mill-proċess ta' verifika li d-Dar tal-Providenza ordnat li jsir dwar l-għotja ta' €500,000 li l-kumpanija CATCO kienet wegħdet fil-maratona annwali tal-ġbir tal-flus b'riżq id-dar. Dawn il-flus imwiegħeda kienu ġew ippreżentati minn Dr Adrian Delia. Newsbook.com.mt jifhem li messaġġi li qed iduru fuq Whatsapp li d-Dar Tal-Providenza qed tagħmel pressjoni biex il-flus mwegħda mill-kumpanija CATCO jingħataw sal-ġimgħa ddieħla huma qarrieqa u żbaljati. Dakinhar "L-ikbar" donazzjoni li qatt ingħatat? Matul l-aħħar siegħat kien hemm għadd ta' persuni li għamlu kuntatt man-newsroom ta' Newsbook.com.mt dwar messaġġi li kienu qed jiċċirkulaw li d-Dar tal-Providenza tat ultimatum lill-kumpanija li kienet wara l-wegħda ta' nofs miljun ewro preżentata minn Dr Adrian Delia waqt l-aħħar festa ta' Ġenerożita'. Aqra ukoll Iċ-Chairman tal-grupp Catco ħaseb lil Delia jmexxi d-Dar tal-Providenza – rapporti Wara l-wegħda li saret, id-Dar tal-Providenza, kif mitlub mir-regolamenti u l-liġijiet qabdet kumpanija tal-awditjar biex jinbeda l-proċess ta' verifika qabel tkun tista tibda l-proċess tad-donazzjoni. Hu mifhum li dan il-proċess ta' verifika għadu mhux konkluż u għaldaqstant nifhmu li l-messaġġi dwar possibilitajiet ta' talbiet ta' flus mid-Dar tal-Providenza huma għal kollox qarrieqa u bla bażi. | [
13
] |
Ritratt: Eric Zhu / Unsplash Ingredjenti 600g ċanga friska 100g bejken 400g tadam imqaxxar mgħarfa kunserva 1 basla tewma, zunnarija, patata nofs kikkra piżelli nofs kikkra nbid aħmar ftit żejt taż-żebbuġa, tursin bżar u melħ, kikkra ross Metodu Qatta' l-basla, it-tewma, iz-zunnarija u l-patata f'biċċiet żgħar u aqli għal ftit minuti. Qatta' ċ-ċanga u l-bejken f'biċċiet kwadri u żid mal-ħxejjex. Żid il-kunserva u l-inbid u ħawwad sew. Kompli sajjar fuq nar baxx għal ħames minuti qabel ma żżid it-tadam. Sajjar ir-ross fil-misħun biex isservih mal-istuffat. Meta l-laħam ikun irtab, żid il-piżelli u ftit bżar u melħ skont il-gosti. Servi l-istuffat fuq ir-ross u żejjen bi ftit tursin frisk. | [
2
] |
Bħal-lum fl-1936 kien ħareġ għall-wiri l-film satiriku ta' Charles Chaplin Modern Times. U bħal-lum fl-1944 kienet saret l-ewwel dehra ta' karattru tal-Marvel Comics fiċ-ċinema meta ħareġ għall-wiri l-ewwel episodju ta' serje ta' films qosra dwar l-avventuri ta' Captain America. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija. Ritratt: United Artists / Wiki Commons | [
6
] |
Dot McCarthy, raħħala fl-Ingilterra, qed tikri l-mogħoż tagħha biex jidhru fuq Zoom u bis-saħħa ta' hekk s'issa daħħlet aktar minn £50,000. Għall-ewwel kollox beda b'ċajta iżda malajr ġiet għas-serjetà meta wara li dehret fuq programm televiżiv, l-għada kellha aktar minn 200 email x'tirrispondi. Il-mara ta' 32 sena qed titlob ħlas ta' £5 għal kull min irid li xi mogħża minn tagħha tidher fuq Zoom. Hemm min iħallas aktar minn hekk għax xejn xejn ikun irid jgħinha timmoderna r-razzett tagħha. Imbagħad hemm familja li bbukkjat mogħża minnhom, bl-isem ta' Margaret, li jriduha kull nhar ta' Sibt u issa l-annimal saret qisha parti mill-familja tagħhom. Il-mogħoż ta' Dot McCarthy s'issa dehru f'kull parti tad-dinja fosthom fl-Istati Uniti, fir-Russja, fiċ-Ċina u fl-Awstralja. Dot McCarthy qabel il-lockdown fl-Ingilterra minħabba l-Covid-19 kienet tħaddem żewġ impjegati. Dawn kienu f'riskju li jispiċċaw bla xogħol iżda issa, bis-saħħa tal-mogħoż, se jibqgħu jaħdmu fir-razzett biex jieħdu ħsiebhom u jtejbu d-dehra tal-post. Il-mara qalet li hija tbigħ ukoll il-ħmieġ tal-annimali għall-għelieqi. "Imma nippreferi li nuri l-mogħoż," tenniet. "Nieħu aktar gost milli mill-ħmieġ." | [
2
] |
< Error for 3001261 - https://mp.streamamg.com/ failed to unserialize server result 502 Bad Gateway 502 Bad Gateway Għal Paul Fenech ilbieraħ l-4 ta' Frar, fil-Jum Dinji tal-Kanċer, kienet ġurnata partikolari għax fil-ħin ta' wara nofsinhar mar jagħti d-demm għall-50 darba! Paul beda jagħti d-demm madwar 15-il sena ilu u baqa' jagħti d-demm kull tlieta jew erba' xhur. Kollox beda b'ċikka meta l-inizjattiva bdiet fuq il-post tax-xogħol u minn dak iż-żmien żamm l-appuntament regolari biex jagħti d-demm. "Min iħossu b'saħtu għandu jmur jagħti d-demm. Li kieku nista' jien inmur nagħi d-demm iktar spiss," qalilna hu. Huma bosta dawk li jibżgħu jagħti d-demm iżda Paul qal li ma jħoss xejn. U anke f'dan il-perjodu tal-pandemija, Paul ma jħoss l-ebda biżgħa li jmur jagħti d-demm. Aqra: Ara fejn tista' tagħti d-demm matul Frar Fil-ġurnata li newsbook.com.mt għamel din l-intervista, għal Paul fissret il-50 darba li mar jagħti d-demm. Se jkun hemm il-51 darba? "L-għan tiegħi huwa li nmiss il-100 darba," ittemm jgħidilna Paul Fenech. Ritratt: mill-filmat | [
2
] |
Jeon Han _Wiki Commons "Jew se nġibu ruħna bħall-aħwa jew neqirdu lil xulxin u m'hemm l-ebda ħin għall-indifferenza. Ma nistgħux naħslu idejna minn ħutna, bid-distanza, bi traskuraġni jew b'diżinteress. Jew aħna aħwa, jew kollox jiġġarraf." Dan qalu il-Papa Franġisku qal dan meta kien qed jindirizza fl-ewwel Jum Internazzjonali tal-Fraternità tal-Bniedem spjega li llum il-fraternità hija l-fruntiera l-ġdida tal-umanità. "L-unika fruntiera li fuqha rridu nibnu hija dik li nkunu aħwa bejnietna, li hija l-isfida tas-seklu tagħna, hija l-isfida ta' żminijietna," qal il-Papa. Papa Franġisku ċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Fraternità tal-Bniedem f'avveniment virtwali organizzat mix-Sheikh Mohammed bin Zayed. L-avveniment kien ospitat f'Abu Dhabi, il-kapitali tal-Emirati Għarab Magħquda, u ra l-parteċipazzjoni tal-Grand Imam ta' Al-Azhar, Ahmad Al-Tayyeb, u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, António Guterres, flimkien ma' mexxejja. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħamis kienet marbuta mal-iffirmar storiku tad-Dokument dwar il-Fraternità tal-Bniedem għall-Paċi Dinjija u l-Ħajja Flimkien, sentejn ilu f'Abu Dhabi. Il-firmatarji ta' dan id-dokument, il-Papa Franġisku u l-Grand Imam ta' Al-Azhar, qattgħu aktar minn sena jabbozzawh qabel ma ffirmawh f'Abu Dhabi, fl-4 ta 'Frar 2019. Kien it-800 anniversarju tal-laqgħa ta' San Franġisk mas-Sultan al-Malik al-Kamal fl-1219. Franġisku qal li dinja mingħajr aħwa kienet dinja ta' għedewwa. | [
10,
13
] |
Ritratt: Britzac Records Miet fl-età ta' 77 sena il-kantawtur Amerikan Jim Weatherly li kellu bosta suċċessi kemm bħala kantant kif ukoll bħala awtur. Weatherly miet minħabba kawża naturali fid-dar tiegħu ħdejn Nashville, Tennessee, ħabbru l-kelliema tiegħu. Jim Weatherly kien kittieb prolifiku responsabbli għal suċċessi You're The Best Thing u Neither One of Us, it-tnejn għal Gladys Knight & The Pips. Iżda bla dubju li Weatherly jibqa' mfakkar l-aktar għall-kanzunetta li huwa kiteb għal Gladys Knight & The Pips, Midnight Train To Georgia tal-1973, li laħqet in-numru 1 fil-klassifiċi fl-Istati Uniti u kienet mal-aqwa 10 fil-klassifiki tar-Renju Unit. Bħala kantant Jim Weatherly kien ippublika disà albums u ħareġ bosta singles. | [
2
] |
F'din is-sena tant speċjali għall-Ġużeppini kollha ta' madwar id-dinja, wara li l-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku ddikjara din is-sena bħala s-sena internazzjonali Ġużeppina, il-komunità ta' Ħal Għaxaq ħadet ħsieb tibda bl-akbar ċelebrazzjoni possibli meta bejn it-23 u l-31 ta' Jannar, ġie inawgurat ir-restawr u l-konservazzjoni tal-istatwa artistika u devota ta' San Ġużepp, meqjuma fil-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Din l-istatwa kienet ġiet ikkommissjonata fl-1932 wara li nħasset il-ħtieġa li tinbidel l-istatwa antika ta' San Ġużepp li fil-preżent tinżamm b'tant għożża ġewwa s-sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq. Dak iż-żmien inbeda proċess ta' konsultazzjoni bejn is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp u l-Fratellanza ta' San Ġużepp tal-istess raħal u permezz ta' rikors kien ġie deċiż li l-istatwa antika ta' San Ġużepp għandha tibidel ma' statwa oħra maħduma fl-injam. Din kienet ġiet ikkomissjonata mill-istess Sojċetà lill-kumpanja Fratelli Bertarelli fil-belt Taljana ta' Milan. Kien fit-30 ta' Novembru tas-sena 1932, meta din l-istatwa waslet f'Ħal Għaxaq, u ġiet irregalata lill-Fratellanza Ġużeppina mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp għall-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Din l-istatwa devota u artistika ħarġet proċessjonalment mill-Knisja tal-Għaxqin fis-7 ta' Mejju 1933, fl-okkażjoni tal-festa li kienet issir ta' kull sena fir-raħal. L-istil ta' din l-istatwa devota huwa wieħed naturalista, imma romantiku tal-bidu tas-seklu għoxrin, stil imneżża' mill-bombastiċità tal-Barokk. F'din ix-xbieha naraw statwa devota ta' mħabba bejn il-missier u l-iben. Matul dawn l-aħħar snin inħasset il-ħtieġa li din l-istatwa devota jsirilha intervent ta' restawr u għalhekk il-kumitat tas-soċjetà Mużikali San Ġużepp flimkien mal-fratellanza Ġużeppina qablu u ħadmu fuq proġett sabiex din l-istatwa tkun kompluta minn kollox u ma tkun nieqsa minn xejn. Fis-sena 2008 ġew imżanżna l-bradella u l-bankun ta' din l-istatwa, fuq disinn li kien sar 75 sena qabel minn Carmelo Tonna li kien għamel ukoll id-disinn tal-pedestall. Sena wara sar il-bankun u erba' forċini ġodda biex jikkumplimentaw lill-bradella. Wara, fis-sena 2010, sar ir-restawr tal-gastri u nbidel ukoll il-ganutell tal-fjuretti minħabba l-ħsara li kellhom. Sitt snin wara kienet ġiet imżanżna l-girlanda l-ġdida ta' fuq il-pedestall maħduma bil-ganutell, wara li nbidlet ma' dik li kien hemm. Issa kien imiss ir-restawr tal-istatwa u l-pedestall. Fis-sena 2018, il-Kavallier Michael Camilleri Cauchi flimkien ma' ibnu Adonai, ġew avviċinati mill-kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp sabiex isir rapport fuq ir-restawr u x'għandu jsir lill-istatwa u l-pedestall. Wara li sar dan ir-rapport, inħareġ ir-rikors min-naħa tal-kurja sabiex ikun jista' jinbeda x-xogħol minn dawn l-artisti jkun lest għall-festa tas- sena ta' wara, jiġifiersi s-sena 2020. F' Settembru tas-sena 2019, il-vara ta' San Ġużepp ħalliet lir-raħal ta' Ħal Għaxaq fi triqtha lejn il-gżira Għawdxija, dritt għall-bottega tal-artist Micheal Camilleri Cauchi u ibnu Adonai. Ix-xogħol tar-restawr u l-induratura l-ġdida tal-pedestall ġie kkomissjonat lill-Mario Camilleri Cauchi, flimkien ma' uliedu Rueben u Austin. Kollox kien ippreparat għall-festi l-kbar li kienu ser jiġu ċċelebrati fis-sena 2020 fl-okkażjoni tal-150 sena mid-dikjarazzjoni li San Ġużepp ġie maħtur Patrun tal-Knisja Universali. Sfortunatament kollox ġie kkanċellat minħabba l-pandemija li laqtet lil Malta u lid-dinja kollha. Il-kumitat tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp xorta waħda ma qatax qalbu u baqa' jistinka u jaħdem sabiex l-istatwa devota ta' San Ġużepp ikollha inawgurazzjoni dinjituża u kif tassew jixraqilha. Minn meta l-Papa Franġisku ħabbar li s-sena 2021 kienet ser tkun is-sena internazzjonali ddedikata lil San Ġużepp, il-kumitat ħataf l- okkażjoni u ħadem qatigħ flimkien mas-Soċjetà Leone tar-Rabat Għawdex u l-Monsinjur Arċidjaknu u Monsinjur Arċipriet tal-Katidral ta' Għawdex sabiex l-istatwa ta' San Ġużepp tiġi inawgurata bi privileġġ fil-Matriċi u l-Knisja Katidrali ddedikata lill-Assunta fil-Belt Victoria tal-gżira Għawdxija. F'din iċ- ċelebrazzjoni li saret fit-23 ta' Jannar, ġiet esegwita akkademja Mużikali 'B'Qalb ta' Missier' mill-Banda San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Reno Busuttil bis-sehem tal-Kor Cappella Musicale Caeciliana u s-sehem tal-Baritonu Alfred Camilleri u s-Sopran Connie Frances Zerafa. Matul din l istess serata giet inawgurata l istatwa tant mahbuba ta' San Ġużepp mikxufa mill-President ta' l-Ghaqda Mużikali San Ġużepp, is-Sur Marvic Abela u l-Kapillan ta' Ħal Għaxaq il-Kanonku Andrew Schembri. L-għada l-Ħadd 24 ta' Jannar, saret quddiesa solenni mill-Kapitlu tal-Katidral flimkien mal-Kappillan ta' Ħal Għaxaq, u wara dan, l-istatwa ta' San Ġużepp tfaċċat fil-bieb prinċipali tal-Katidral ta' Għawdex, merfugħa mill-fratelli Ġużeppini Għaxqin u milqugħa mill-Banda San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq biex taqbad triqtha lura lejn ir-raħal ta' Ħal Għaxaq. F'dan il-mument inħaraq ukoll salut minn fuq l-għolja ta' Gelmus taħt is-superviżjoni ta' ' Vampa organisations '. Matul dan kollu dejjem kienu osservati r-regolamenti li ħarġet is-Supretendenza tas-saħħa pubblika minħabba l-pandemija. F'Ħal Għaxaq, l-istatwa ta' San Ġużepp ġiet armata għall-festa fuq il-bradella u l-bankun tagħha u fl-okkażjoni tas-sena Ġużeppina, inżammet ġimgħa għall-qima tal-pubbliku. Matul din il-ġimgħa saru wkoll numru ta' katekeżi fuq dan il-qaddis. Iċ-ċelebrazzjonijiet waslu fi tmiemhom f'quddies solenni iċċelebrata mill-Kappillan ta' Ħal Għaxaq flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Monsinjur Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta' Għawdex. Għal din il-quddiesa attenda wkoll l-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta' Malta. Din l-okkażjoni kienet ta' stennija kbira mill-Għaxqin għaliex setgħu jerġgħu jaraw l-istatwa devota ta' San Ġużepp lura lejn raħalha u fil-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Il-kumitat tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp flimkien mal-fratellanza u l-Kappillan ħadmu id f' id sabiex setgħu jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bil-miżuri ristretti mill-awtoritajiet, u tkun imħarsa s-saħħa ta' dawk kollha preżenti. Ringrazzjament speċjali żgur li jmur lejn il-benefatturi Ġużeppini li taw il-kontribut tagħhom sabiex il-vara tant għal qalbhom ta' Missierna San Ġużepp, tkun lura fil-glorja kollha tagħha, kif tassew jixirqilha. Dan it-tagħrif twassal mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq. | [
2
] |
Ritratt: Parroċċa tal-Qalb bla tebgħa ta' Marija Hija binja sempliċi f'nofs ta' triq traffikuża li taqsam raħal ċkejken li jgħaqqad iċ-ċentru man-naħa ta' fuq ta' Malta. B'dan il-mod il-Knisja Parrokkjali ta' Burmarrad hija simbolu ta' dak li tfisser il-komunità parrokkjali tagħha li qed tiċċelebra l-ħamsin anniversarju mit-twaqqif tagħha. Ħamsin sena fl-istorja ta' pajjiż daqshekk għani b'wirt storiku u kulturali mhumiex wisq, anki jekk dawn l-aħħar snin raw tibdil mgħaġġel li ttrasforma l-ħajja u l-ambjent ta' madwarna. Iżda l-komunità ta' Burmarrad qed tgħix din is-sena bi gratitudni għall-mixja li sawwritha f'dak li hi llum filwaqt li tħares 'il quddiem b'tama hija u tifhem aħjar l-identità tagħha bħala parroċċa. Għall-Knisja Kattolika dak li jagħmel parroċċa huwa territorju ġeografiku li jiġbor fih ambjenti, realtajiet u nies differenti. Din id-diversità tidher ġmielha fil-parroċċa ta' Burmarrad, li minkejja li ċkejkna fl-għadd tar-residenti, hija mifruxa fuq medda art imdaqqsa bejn Għajn Riħana u Erba' Mwieżeb, bejn Wied Qannotta u s-Salina. Għaliex Alla jħobb lill-bniedem, il-Knisja tfittex li tkun qrib ta' kull persuna li tgħammar f'dan it-territorju biex taqsam l-hena u t-tama, in-niket u tħassib tagħha. Il-komunità għandha x-xorti sabiħa li l-missjoni tagħha hija mmarkata mill-esperjenza tal-laqgħa ta' San Pawl fl-Oqsma ta' Publiju (Atti 28) . Il-poplu ta' Burmarrad, li f'dak iż-żmien kien għadu ma' ltaqax ma' Ġesù, kien komunità b'qalb miftuħa li tilqa'. Mat-tħabbira ta' Pawlu, imbagħad, missier Publiju fieq. Illum, minbarra n-nies ta' Burmarrad, huma bosta dawk li jżuru l-Knisja tal-Qalb bla tebgħa ta' Marija biex jiċċelebraw il-quddiesa – mingħajr ma jkollhom diffikultà fejn jipparkjaw – u sagramenti oħra, biex jgħixu r-rikonċiljazzjoni permezz ta' qrar jew biex ifittxu li jisimgħu l-leħen ta' Ġesù li jsejjaħ bl-għajnuna tal-fraternità tal-partijiet Franġiskani Konventwali. B'popolazzjoni ta' madwar 2,000 ruħ miġbura fi ftit inqas minn 500 familja il-parroċċa llum hija attiva fil-ħidma tax-xandir tal-Kelma ta' Alla u fis-servizz lil kull bniedem. Il-komunità Franġiskana Konventwali ta' żewġ patrijiet żgħażagħ tfittex li tmexxi l-parroċċa bi spirtu ta' sempliċità u akkoljenza hi u tgħin fil-formazzjoni nisranija tat-tfal, żgħażagħ u familji filwaqt li tippromovi attivitajiet li jressqu lin-nies flimkien. Fil-parroċċa wieħed isib gruppi attivi tal-abbatini, adolexxenti u żgħażagħ, Katekeżi u Lectio Divina, Leġjun ta' Marija u dilettanti tal-festa flimkien ma' għadd ta' persuni oħra li jgħinu f'dak kollu li jkun meħtieġ. Għalhekk is-sejħa li tirċievi l-komunità parrokkjali ta' Burmarrad f'dan l-anniversarju hija li tibqa' tkun komunità li tilqa' u dar ta' fejqan għal kulħadd filwaqt li tkompli turi "ħlewwa li ma bħalha" (Atti 28, 2) u hekk twassal l-imħabba tal-Mulej Ġesù li timla l-qalb tal-bniedem bil-ferħ tassew. Il-komunità parrokkjali hija għas-servizz tiegħek u tista' tikkuntattjahom meta teħtieġ: Parroċċa Qalb bla tebgħa ta' Marija, Triq Burmarrad, Burmarrad SPB9065 21573045 / 77622275 Email: parrocca.burmarrad@maltadiocese.org f: Il-Parroċċa ta' Burmarrad | [
2
] |
Ritratt: Rewind Is-sensiela Sorelle tkompli kuljum fuq TVM fl-3.40pm b'ħames puntati ġodda li se jkunu qed jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Dan hu dak li se jkun qed jiġri ġurnata b'ġurnata f'din is-sensiela. Ritratt: Rewind It-Tnejn 8 ta' Frar Asia fejn ħaditha lil Samantha? Għaliex ħarbet u ħalliet lil Samantha waħidha? Gina u Janice tkellmu fuq ix-xogħol… nisimgħu flimkien x'qalu. Għaliex Gina għamlet appuntament lill-pazjent wara d-disgħa ta' bil-lejl? Samantha marret tfittex xi ħaġa mid-dar… xiex u x'qalulha hutha? Min kien il-pazjent li kienet qed tistenna Janice? Ritratt: Rewind It-Tlieta 9 ta' Frar F'dan l-episodju nsiru nafu min kien il-pazjent li mar tard billejl… x'ried mingħand Janice… u hi se tgħinu jew le? Alex u Naomi marru jieħu kafé flimkien… min resaq lejhom biex ikellimhom? X'qaltilhom? Jodi marret lura d-dar… x'qalet li kienet semgħet fuq l-aħbarijiet? Ritratt: Rewind L-Erbgħa 10 ta' Frar Angela marret tiġri d-depot biex tkellem lil Naomi… x'kellha daqshekk urġent li ma setax jistenna? Steve ċempel lil Naomi… x'ried jgħidilha? Maxine ġġiedet ma' Vince minħabba Leo… min mar id-dar tagħhom u x'qaltlu lil Vince? Ritratt: Rewind Il-Ħamis 11 ta' Frar Samantha saret taf b'dak li kien garalha Asia… kif qed tħossha issa? X'kien hemm miktub fl-ittra ndirizzata lil Samantha? Għaliex Naomi mħassba fuq dan kollu? Leo ċempel lil Steve… dwar xiex? X'qallu lil Spiru xħin spiċċa? Ritratt: Rewind Il-Ġimgħa 12 ta' Frar Steve ġġieled bil-kbir ma' Leo… għaliex? Lil min qallu li qed jafda aktar minnu? Vince qal lil Maxine biex iċċempillu… x'ried jgħdilha? Steve telaq minn ħdejn Leo u baqa' sejjer dritt ifittex lil Spiru… x'qallu u x'ġar bejniethom? Ritratt: Rewind Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Kull episodju jkollu repetizzjoni dak inhar fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-puntati ta' ġimgħa sħiħa jixxandru nhar ta' Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Ritratt: Rewind | [
2,
6
] |
Ritratt: Għaqda tal-Pawlini, A.D. 1970 - Valletta Għal tmiem il-ġimgħa grupp sabiħ ta' Pawlini ltaqa' quddiem iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia sabiex jagħtu d-demm bħala attivita tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Save A Life. Il-Bank tad-Demm bħalissa qed jagħmel sejħa biex iħeġġeġ lill-pubbliku jagħti d-demm minħabba fil-bżonn kbir li hemm biex aktar pazjenti li għandhom il-kanċer ikunu jistgħu jkomplu għaddejjin bit-trattament, kif ukoll minħabba fil-bżonn li hemm biex isiru aktar operazzjonijiet. Kindly donate!We strongly advice all motorists to be careful while driving and… Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Saturday, February 6, 2021 Nhar il-Ġimgħa li għaddiet Paul Fenech mar jagħti d-demm għall-50 darba. L-għan tiegħu huwa li jibqa' jagħti d-demm u jilħaq l-għan li għandu biex imiss il-mitt darba. Aqra: Filmat: "Irrid immiss il-100 darba" – Paul Fenech Matul ix-xahar ta' Frar wieħed jista' jagħti d-demm f'diversi lokalitajiet. Aqra: Ara fejn tista' tagħti d-demm matul Frar Ara r-ritratti ta' dawn il-Pawlini li fi tmiem il-ġimgħa marru jagħtu d-demm sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-ħajja lil ħaddieħor. | [
2
] |
Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar tliet imwiet oħra bil-Covid-19 u 100 każ ġdid. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,084 swab test li saru. Fiequ 157 persuna u għalhekk issa hawn 2,341 każ attiv fil-komunità. Il-persuni li mietu kienu żewġ irġiel ta' 93 u 77 sena, u mara ta' 77 sena. Dawn kollha mietu fl-Isptar Mater Dei. Bihom inklużi, l-għadd ta' vittmi tal-Covid-19 tela' għal 282. OFFICIAL COVID-19 figures for 07•02•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Sunday, February 7, 2021 Sal-bieraħ kienu tlaqqmu 37,586 persuna kontra l-Covid-19, li 8,749 minnhom ħadu t-tieni doża tal-vaċċin. Il-każijiet tal-bieraħ Il-każi tal-COVID-19 jiżdiedu b'134 filwaqt li mietu żewġ anzjani oħra | [
1
] |
Il-Professur Malti Joseph Mifsud ċaħad li offra informazzjoni lil George Papadopoulos, strateġista ta' Donald Trump waqt il-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet tal-2016. Din l-informazzjoni allegatament ġiet mir-Russja u kienet dwar Hillary Clinton. Skont dokumenti ġodda tal-FBI, Mifsud qal ukoll li lanqas biss kien jaf li r-Russja kellha informazzjoni fuq Clinton. Mifsud għadu kkunsidrat bħala persuna kritika f'allegazzjonijiet li r-Russja għenet lil Trump isir President tal-Amerka fl-2016. Mifsud iltaqa ma' Papadopoulos darbtejn fl-2016, kemm f'Ruma u darboħra f'Londra. L-eks Konsulent Speċjali tal-Istati Uniti Robert Mueller qal li Mifsud kien informa lil Papadopoulos li r-Russja għandha e-mails li jistgħu jgħinu biex Clinton titlef l-elezzjoni. Dokumenti ġodda li ħargu mill-FBI juru li Mifsud insista li ma kellux idea li r-Russja kellha e-mails tal-partit Demokratiku. Allura insista li ma setgħax kien hu li offra din l-informazzjoni lil Papadopoulos. Papadopoulos kien ammetta li gideb lill-FBI dwar jekk kienx beda jaħdem għal Trump meta kien iltaqa' ma Mifsud. Mueller qal li Papadopoulos gideb ukoll dwar kemm-il darba tkellmu hu u Mifsud. Trump għadu jinsisti li l-allegazzjonijiet li r-Russja għenet biex hu jirbaħ l-elezzjoni tal-2016 hija gidba vvintata mill-Partit Demokratiku għax ma jistgħux jemmnu li Clinton tilfet. | [
10
] |
Id-Duka u d-Dukessa ta' Sussex iffirmaw ftehim kbir biex jagħmlu films u serje għal Netflix. Harry u Meghan x'aktarx li kisbu ftehim ta' bosta miljuni ta' liri Sterlini ma' Netflix. Il-kumpanija Netflix qalet li se jipproduċu kontenut li jinforma iżda jagħti wkoll tama permezz ta' dokumentarji u serje ipprogrammati għat-tfal. Iżda d-Dukessa, li kisbet fama fid-drama tat-TV Suits, mhux se tidher bħala attriċi. Il-koppja qalu li permezz tal-ħidma tagħhom ma' komunitajiet diversi u l-ambjenti tagħhom "l-attenzjoni tagħna se tkun fuq il-ħolqien ta' kontenut li jinforma iżda li jagħti wkoll tama. Bħala ġenituri ġodda, li nagħmlu programmi ta' ispirazzjoni huwa importanti wkoll għalina, bħalma huwa r-rakkont ta' stejjer permezz ta' programmi li juru l-verità tal-ħajja." Qed jiġu żviluppati bosta proġetti fosthom sensiela ta' dokumentarji dwar in-natura u serje animata li tfakkar nisa li jispiraw lil nisa oħra. Harry u Meghan riċentement xtraw villa kbira ta' £11-il miljun f'Kalifornja wara li telqu mir-Renju Unit. | [
2,
6
] |
L-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f'Malta issa għandu kap ġdid, Dr Mario Sammut. Fi stqarrija mill-Uffiċċju stess, kien spjegat li Sammut, li ilu jaħdem bħala uffiċjal fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha għal 16-il sena, beda l-kariga tiegħu mil-lum. Kien spjegat li fl-aħħar seba' snin, Sammut kien jagħmel parti mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew, fejn ħadem l-aktar fuq leġiżlazzjoni ekonomika u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Aktar kmieni hu kien jaħdem għall-Kunsill tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-Uffiċini tal-Parlament Ewropew jeżistu fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Huma l-ewwel punt ta' kuntatt għaċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet Ewropej. L-irwol prinċipali tal-uffiċċju huwa li jinforma u jikkomunika lokalment l-impatt tax-xogħol leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew fuq ħajjet in-nies. Dawn l-uffiċini jaħdmu wkoll mal-midja, awtoritajiet u istituzzjonijiet, NGOs u msieħba oħrajn biex flimkien jikkomunikaw u jippromwovu l-pożizzjonijiet u l-kampanji tal-Parlament Ewropew. Dr Mario Sammut qed jieħu post Dr. Peter Agius li telaq mill-kariga tiegħu fl-2017 u lil Anna Zammit Vella li kienet qed isservi bħala Kap interim. | [
3
] |
Ħaddiema tas-salvataġġ fil-Libanu lbieraħ innutaw sinjali ta' ħajja taħt it-tifrik ta' bini f'żona residenzjali ta' Bejrut li kkollassa waqt l-isplużjoni enormi f'port fil-qrib li seħħet bħal-lum xahar. L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat, NNA, irrappurtat li lbieraħ filgħaxija membri tat-tim b'kelb tas-salvataġġ indunaw b'xi moviment taħt binja mfarrka fiż-żona ta' Gemmayze, waħda mill-aktar żoni milquta mill-isplużjoni li ħaset il-ħajja ta' 190 persuna u weġġgħet aktar minn 6,000. Eddy Bitar, ħaddiem tas-salvataġġ qal li huma setgħu jisimgħu sinjali ta' teħid ta' nifs u polz iħabbat, u grazzi għas-sensers tat-temperatura, setgħu jindunaw li aktarx hemm possibbiltà ta' ħajja. Madankollu, wara sigħat twal iħaffru fit-tifrik, l-operazzjoni kellha titwaqqaf għaliex il-binja kienet meqjusa bħala wisq riskjuża. Dalgħodu, se jiġieb makkinarju aktar b'saħħtu biex ikun jista' jneħħi l-ġebel il-kbir. "Dan huwa periklu kbir għal dawk kollha involuti", spjega Michel el-Mur mal-ġurnalisti preżenti. "Hemm mal-10 min-nies hemm fuq u ma nistgħux nieħdu riskju fuq ħajjithom." | [
10
] |
Dan tarr-ritratt huwa l-attur Ludwig Farrugia li llum qed jiċċelebra għeluq il-45 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-1 ta' Settembru tal-1975. Ludwig huwa miżżewweġ lil Kristina u għandhom żewġ ulied. Lil Ludwig rajnieh jaħdem f'sensiliet bħal La Farfalla, L-Evanġelisti, Katrina, Xablott, Manwela, Miraklu u L-Għarusa. Ludwig Farrugia meta kien żgħir, u kif inhu llum. Fiż-żewġ ritratti jidher ma' ommu Rita Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2,
6
] |
Mediterran - Amber Marie Coleiro Ħsieb u silta żgħira mill-kanzunetta finalista MEDITERRAN - Amber Marie Coleiro Joe Julian Farrugia, Andrew Zammit) Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Friday, August 21, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Kanzunetta: Mediterran Kantanta: Amber Marie Coleiro Kliem : Joe Julian Farrugia Mużika: Andrew Zammit Baħar li minkejja s-sekli li għandu fuqu, xorta jibqa' żagħżugħ u mimli misteri minn żmien il-kursari, taqbid bejn ġnus ġirien u mbiegħda minħabba l-qagħda għanja tiegħu bejn kulturi, kontinenti, reliġjonijiet u interessi diversi. Baħar dinamiku li jinbidel ta' kuljum, skont il-ħin, skont it-temp, skont l-istaġun kif ukoll skont il-burdata tal-bniedem u l-azzjonijiet tiegħu. Iż-żmien immaturah lill-baħar u llum nittamaw li għalina u għal uliedna jkun baħar tas-sliem, tal-libertà, l-għajn ta' tfittxija għal ħajja aħjar. Jiġri x'jiġri jibqa' misterjuż għal dejjem. Amber Marie Coleiro twieldet fl-2003. Attendiet l-Iskola Primarja tal-Fgura u l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun u fil-preżent tattendi s-Sixth Form ta' San Alwiġi. Fl-2013 bdiet titgħallem tkanta f' La Voix Academy u f'Mejju tal-2016 kompliet titħarreġ għand Tiziana Calleja f' CentreStage . Matul is-snin ipparteċipat f'diversi konkorsi fejn dejjem ikklassifikat mal-ewwel tliet postijiet. F'Marzu tal-2019 ipparteċipat f' L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala backing vocalist u ddeċidiet li tipparteċipa f' L-Għanja tal-Poplu ta' din is-sena. Aqra: Festa ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. | [
2
] |
L-Iżvezja rat żieda fid-domanda għall-maskri tal-wiċċ skont diversi spiżeriji, hekk kif mistenni jkun hemm bidla fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet li s'issa, dejjem urew xettiċiżmu dwar kemm dawn il-maskri jistgħu jkunu effettivi fil-ġlieda kontra l-firxa tal-coronavirus. B'differenza għal pajjiżi oħra Ewropej, l-Iżvezja żammet ħafna minn negozji, ristoranti u skejjel tagħha miftuħa, filwaqt li żammet lura milli tirrakkomanda l-użu tal-maskri tal-wiċċ. Fil-fatt, ftit jidhru maskri – b'kuntrarju għas-sitwazzjoni fil-pajjiżi ġirien fosthom id-Danimarka, in-Norveġja u l-Finlandja. Iżda wara li ġimgħatejn ilu, l-aġenzija dwar is-saħħa pubblika ħabbret li hemm mnejn tniedi rakkomandazzjonijiet ġodda, l-Iżvediżi jidher li bdew jaħsbulu u bdew jixtru. Il-bejgħ tal-maskri mill-ispiżerija virtwali Apotea żdied b'madwar 400,000 unit fil-ġimgħa matul dawn l-aħħar tlett ġimgħat meta mqabbla mal-150,000 li kienu qed jinbigħu matul il-ġimgħat ta' qabel, skont il-Kap Eżekuttiv Par Svardson. Spiżerija oħra – Apoteket – li fis-sena jkollha il-bejgħ ilaħħaq l-20 biljun crown (1.73 biljun sterlina), il-bejgħ tal-maskri tal-wiċċ żdied bi 30% matul dawn l-aħħar ġimgħat, fejn il-livell tal-bejgħ kull ġimgħa huwa ekwivalenti għall-bejgħ ta' sena sħiħa skont kelliem. "Jidher li l-aġenzija dwar is-saħħa pubblika, fejn qabel kienet determinata li tgħid 'le', issa jidher li lesta tgħid 'iva'," qal Svardson filwaqt li tenna li qed jistenna żieda ta' bejn ħames darbiet jew għaxar darbiet ikbar fil-bejgħ ta' maskri tal-wiċċ f'każ li tinħareġ rakkomandazzjoni favur l-użu tagħhom. S'issa l-Isvezja żammet lura milli tirrakkomanda jew timponi l-użu tal-maskri tal-wiċċ fi spazji pubbliċi bil-mod kif għamlu pajjiżi oħra madwar l-Ewropa. L-epidemioloġista ewlieni tal-aġenzija dwar is-saħħa pubblika Anders Tegnell qal li ftit hemm provi dwar l-effett tagħhom u li dawn kapaċi jagħtu sens falz ta' sigurtà fost min jilbishom. Iżda d-direttur ġenerali tal-aġenzija dwar is-saħħa pubblika Johan Carlson, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet nhar it-18 ta' Awissu qal li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fosthom żjajjar għand it-tabib u d-dentist, u abbord it-trasport pubbliku – fejn jistgħu jinħarġu rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-maskri. L-għadd ta' mwiet fl-Iżvezja, relattiv mal-popolazzjoni tal-pajjiż, kien ferm ogħla minn dak fil-pajjiżi ġirien, iżda baqa' ferm baxx meta mqabbel ma' pajjiżi oħra Ewropej li adottaw lockdowns, fosthom ir-Renju Unit u Spanja. | [
1,
10
] |
Milli jidher f'pajjiżna bħalissa hawn l-attur Taljan Walter Nudo, protagonist ta' sensiliet bħal Incantesimo u Carabinieri. Fl-2018 hu kien rebaħ it-tielet edizzjoni ta' Grande Fratello VIP li kienet ippreżentat Ilary Blasi. Mhux magħruf jekk Nudo jinsabx f'Malta biex jaħdem fuq xi produzzjoni jew inkella jekk hxu jinstab fuq btala iżda fuq il-profil tiegħu tiegħu fuq Instagram, l-attur ta' 50 sena qed itella' filmati fir-ristorant favorit tiegħu f'Malta u anke xi ritratti tal-postijiet fejn jinsab. | [
2,
6
] |
Hekk kif bdejna Settembru, l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart se jkun wieħed mill-ewwel stazzjonijiet tar-radju li jiftaħ is-separju fuq skeda ġdida. Fl-iskeda l-ġdida tal-aħbarijiet, in-nofstanhar ta' filgħodu se jkun fih aġġornamenti regolari tal-aħbarijiet kemm fil-Breakfast Show bejn is-6am u 8am kif ukoll fil-Morning Show li jdum sa nofsinhar. Il-ġurnalist stabbilit Jes Saliba se jaġġorna lis-semmiegħa b'aħbarijiet, analiżi u intervisti tul is-sitt sigħat ta' filgħodu. Aktar dettalji fuq Newsbook.com.mt. Il-kumplament tal-iskeda se titħabbar fil-ġranet li ġejjin. Biex jikkumplimenta d-direzzjoni l-ġdida ta' mużika u diskussjoni, l-istazzjon se jvarja l-kontenut tad-diskussjoni b'kontenut ħafif u dak aktar serju bħalma huma l-aħbarijier u ġrajjiet kurrenti. Il-maniġer tal-istazzjon Arthur Caruana qal li "rridu li nżommu lis-semmiegħa infurmati u aġġornati iżda rridu li l-informazzjoni ma tkunx tqila jew twila". X'se jkun hemm fuq 103? Aġġornamenti tal-aħbarijiet kuljum: 7am, 10am, 12am, 2pm, 4pm, 6pm What's on Newsbook? Mit-Tnejn sal-Ġimgħa f'12pm u fis-1pm Andrew Azzopardi on 103 – Is-Sibt bejn l-10am-12pm. Isma' aktar fuq l-iskeda l-ġdida minn hawn Filmat: L-Iskeda l-ġdida fuq 103FM Fl-iskeda l-ġdida, in-nofstanhar ta' filgħodu se jkun fih aġġornamenti regolari tal-aħbarijiet kemm fil-Breakfast Show bejn is-6am u 8am kif ukoll fil-Morning Show li jdum sa nofsinhar. Il-ġurnalist stabbilit Jes Saliba se jaġġorna lis-semmiegħa b'aħbarijiet, analiżi u intervisti tul is-sitt sigħat ta' filgħodu. L-Editor-in-Chief Sylvana Debono qalet li "meta wieħed iżomm f'moħħu li l-istil ta' ħajja evolva, l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti għandhom ikunu konċiżi sabiex is-semmiegħ ikun jista' jifhem u jixtarr l-informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata". Fuq 103 se jibdew jixxandru intervisti qosra u qawwija, qatt itwal minn 10 minuti u aġġornamenti tal-aħbarijiet qosra. Se jkun hemm ukoll programm wieħed ta' diskussjoni is-Sibt filgħodu. Dan se jitmexxa mill-Professur Andrew Azzopardi u se jidħol f'ħafna suġġetti bl-istil inċiżiv ta' dan il-preżentatur veteran. Jes Saliba L-intervisti se jkunu mod li bih l-aħbarijiet se jingħataw aktar piż fuq 103. Dawn se jsiru minn Jes Saliba fil-Morning Show kif ukoll minn Sylvana Debono u Fr Joe Borg fuq "What's on Newsbook". Dawn tal-aħħar huma żewġ programmi ta' 10 minuti kuljum li fihom jidħlu aktar fil-fond għal dak li jkun ixxandar fl-aħbarijiet li joħorġu minn stejjer fuq Newsbook.com.mt. Dawn se jixxandru f'nisinhar u fis-1pm. Il-maniġer tal-aħbarijiet Charmaine Attard qalet li "b'dan il-mod nittamaw li nagħmlu sinerġija tal-kontenut tar-radju u l-portal u ngħinu lin-nies jinfurmaw rwieħhom filwaqt li nidderiġuhom ukoll fejn jistgħu jfittxu aktar informazzjoni". Iċ-Chairman tal-Bord Editorjali, Rev. Dr Joe Borg qal li "kollox ma' kollox qed infittxu li nżommu lis-semmiegħa infurmati fl-ispazju ta' ħin li normalment ikollhom jiddedikaw għar-radju. Fuq Newsbook aħna "Fair, Accurate and Trustworthy". Fuq 103 inżidu "Short, sharp and to the point". Fuq Newsbook aħna "Fair, Accurate and Trustworthy". Fuq 103 inżidu "Short, sharp and to the point". Rev. Dr Joe Borg, iċ-Chairman tal-Bord Editorjali | [
6
] |
Bħal-lum fl-1997 kien sar il-funeral tal-Prinċipessa Diana f'Londra, fl-Ingilterra. Ritratt: mill-filmat Il-kantant Elton John kien kanta waħda mid-diski famużi tiegħu, Candle in the Wind, b'lirika ġdida, li titratta l-Prinċipessa. Din il-verżjoni bl-isema ta' Candle in the Wind / Goodbye England's Rose hija waħda mil-aktar diski li qatt inbiegħet fl-istorja tal-mużika popolari. Isma l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Anna Bonanno Promo Hekk hu prosit lil Mary Attard Harmswort, Carmen Micallef, Rita Genuis, Doris Gatt, Pauline Attard, Marisa Vella.Anna Bonanno ser tkun qiegħda xxandar l-aħbarijiet skont l-istorja ta' F' Ġieħ L-Imħabba…Min jaf x'ser ikun il-punti ewlenin tal-ġurnata?F' Ġieħ L-Imħabba - Season 2 - September 29, 2020 Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Thursday, September 3, 2020 Fl-iskeda tal-ħarifa se jkun qed jirritorna wiċċ familjari fuq TVM, dak ta' Anna Bonanno. Kif tistgħu taraw f'dan il-filmat, Anna Bonanno se nkunu qed narawha taqra mill-ġdid l-aħbarijiet. Madanakollu dan se jkunu waqt episodju mit-tieni staġun tas-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba li Rewind Productions se jkunu qed iwasslu mit-Tlieta 29 ta' Settembru fid-8.50pm. L-istaġun il-ġdid se jkun wieħed mimli intriċċi bl-introduzzjoni ta' karattri ġodda kif ukoll xeni spettakolari u mimlija azzjoni fosthom ukoll splużjoni ta' tanker. Rewind Productions wasslu l-filmat li fih se tkun qed tidher Anna Bonanno fuq il-paġna ta' Facebook tas-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba u bi ftit inkejja ħolqu aktar aspettativa hekk kif staqsew "Min jaf x'se ikunu l-punti ewlenin tal-ġurnata?". Dan ovvjament b'rabta mal-mod kif se tkun qed tiżvolġi l-istorja tas-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba li għandha kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Aqra: Filmat: L-ewwel xeni mit-tieni staġun ta' F'Ġieħ L-Imħabba Intant ir-repetizzjonijiet tal-ewwel staġun ta' din is-sensiela jkomplu jixxandru nhar ta' Erbgħa fid-8.50pm fuq TVM, meta jixxandru żewġ puntati wara xulxin. | [
2,
6
] |
Tnejn u għoxrin skola fi Franza u fil-gżira Franċiża ta' La Reunion fl-Oċean Indjan kellhom jingħalqu minħabba l-imxija tal-COVID-19, hekk kif il-pajjiż illum rreġistra l-ogħla rata ta' infezzjonijiet fl-Ewropa. Aktar minn 12-il miljun student rritornaw fil-klassijiet fi Franza nhar it-Tlieta li għadda, iżda diversi unions tal-ġenituri u tal-għalliema esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel hekk kif it-tixrid tal-COVID-19 għadu qed jaċċelera. Kien hemm aktar minn 7,000 infezzjoni ġdida fi Franza fl-aħħar 24 siegħa għat-tieni darba f'jumejn wara l-vaganzi tas-sajf. Bħala risposta għad-deċiżjoni li l-istudenti jintbagħtu lura l-iskola, il-Ministru tal-Edukazzjoni Franċiż Jean-Michel Blanquer qal lill-gazzetta Franċiża Journal du Dimanche: "Mhux kollox għandu jinqered mis-sitwazzjoni tas-saħħa." Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel | [
1,
10
] |
Ritratti: Kurja 50 impjegat mil-Kurja tal-Arċisqof il-bieraħ ppreparaw madwar 20,000 djarju li se jitqassmu ma' eluf ta' familji Maltin u Għawdxin bħala għan volontarju lid-Dar tal-Providenza. Fi stqarrija, il-Kurja ddeskriviet li din l-attività serviet bħala parti mir-responsabbiltà soċjali tagħha. Ritratti: Kurja Ritratti: Kurja Ritratti: Kurja Ritratti: Kurja Ritratti: Kurja Dr Rebecca Gatt, Maniġer tat-Taqsima Riżorsi Umani tal-Arċidjoċesi ta' Malta, qalet li l-pandemija COVID-19 ma waqqfitx lill-impjegati tal-Kurja milli jgħinu lill-persuni fil-bżonn. Spjegat li minbarra l-għajnuna fil-preparazzjoni tad-djarji, inġabret ukoll is-somma ta' aktar minn €800 b'risq id-Dar tal-Providenza li toffri residenza lil 115-il resident. L-attività ġiet organizzata bl-għajnuna ta' APS Bank, Banif Bank, Farsons Direct, La Ciliega Caterers u MVintage. Sabiħ Li Tagħti – Titnieda l-itwal 'maratona' b'risq id-Dar tal-Providenza | [
13
] |
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li maskri mediċi, jiġifieri dawk li jintużaw darba u jintremew, m'għandhomx idumu milbusa għal aktar minn erba' sigħat. Fl-aġġornament tagħha fuq il-coronavirus ta' kull nhar ta' Ġimgħa, Prof. Gauci qalet li wara erba' sigħat, dawn il-maskri ma jibqgħux effettivi billi jixxarrbu. Dwar il-maskri tad-drapp, Prof. Gauci enfasizzat li dawn iridu jinħaslu regolarment. Is-Supretendent qalet ukoll li l-maskri ma jridux jitneħħew waqt li xi ħadd ikun qed jitkellem, imma dan għandu jibqa' bil-maskra hu u jagħmel id-diskors tiegħu. Ġabet eżempju biha stess li tibqa' bil-maskra meta tagħmel dawn il-konferenzi ta' kull ġimgħa. Fil-konferenza, hija ħabbret li llum Malta kellha 19-il każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 37 persuna. X'qalet aktar Prof. Gauci? Filmat: Il-Professur Gauci bl-aħħar aġġornamenti dwar il-pandemija Meta ġiet mistoqsija dwar l-ilbies tal-maskri fl-iskola, hija insistiet li kulħadd irid juża l-maskra tiegħu. Ħadd ma jista' jaqsam maskra ma' ħaddieħor minħabba kontaminazzjoni. Skont il-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet fl-aħħar jiem, fl-iskejjel l-għalliema u l-LSEs huma obbligati jilbsu maskra jew visor il-ħin kollu. L-istudenti, imbagħad, iridu jilbsu l-maskri skont l-età tagħhom. Tfal ta' inqas minn tliet snin ma jridux jilbsu maskra, dawk ta' bejn tliet snin u 11-il sena jridu jilbsuha malli jirfsu 'l barra mill-klassi, filwaqt li l-istudenti t'aktar minn 11-il sena jridu jilbsu l-maskra l-ħin kollu. Id-dettalji dwar il-ftuħ tal-iskejjel Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . | [
1
] |
Ingredjenti 4 patatiet kbar (ta' madwar 225g kull waħda) żejt taż-żebbuġa 1 litru ħalib 2 irjus tat-tewm mgħaffġa 1 werqa randa 300g ħut tal-għażla tiegħek, imnaddaf sew 3 mgħaref tursin imqatta' 55g ġobon Cheddar maħkuk bżar u melħ lumija mqattgħa biex isservi Metodu Saħħan il-forn għal 200 ̊Ċ. Aħsel il-patata, nixxifha u tgħaqqabha b'furketta. Idlika bi ftit żejt taż-żebbuġa, għamilha f'kontenitur tal-forn u aħmiha madwar siegħa sakemm tara li saret sew. Sadattant lesti l-mili. F'kazzola poġġi l-ħalib, it-tewm u l-werqa randa. Saħħan sakemm jagħli. Żid il-ħut u sajjar fuq nar bati għal 5 minuti. Neħħi minn fuq in-nar. Oħroġ il-ħut u poġġieh fuq platt. Ħalli l-patata tiksaħ ftit. Aqsamha min-nofs għat-tul. Neħħi l-qalba u poġġieha f'bieqja. Farrak il-ħut u żidu mal-patata. Żid it-tursin u 150m mit-taħlita tal-ħalib. Immaxxja kollox u jekk ikun hemm bżonn żid ftit aktar ħalib. Iżda ħalli t-taħlita ftit iebsa. Imla l-patata b'din it-taħlita u ferrex il-ġobon il-wiċċ. Daħħal fil-forn u sajjar għal 25 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ ħa kulur dehbi. Servi mill-ewwel, roxx ftit żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ u żejjen bil-biċċiet tal-lumi. | [
2
] |
25 persuna li għandhom il-coronavirus weħlu multa għax ma kinux kwarantina meta suppost ma kinux qegħdin joħorġu. Dan qalitu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci meta tat l-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus f'Malta. Dalgħodu ħabbret li Malta kellha 19-il każ ġdid, filwaqt li fiequ 37 persuna. Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar il-multi li nħarġu mill-awtoritajiet b'rabta mal-miżuri tal-coronavirus, Prof. Gauci qalet li saru 53,782 spezzjoni fuq nies li suppost kienu qegħdin kwarantina. Minn dawn, ġew immultati 167 persuna. Billi issa qed isir aktar infurzar fuq l-ilbies tal-maskri, dawn għandhom jintlibsu ġol-ħwienet, ġor-ristoranti qabel wieħed ipoġġi mal-mejda, fuq il-karozzi tal-linja u fuq il-vapur t'Għawdex. Mill-1,367 spezzjoni li saru għall-ilbies tal-maskri, inħarġu 113-il multa lil persuni li kienu mingħajr maskra. Mill-21,731 spezzjoni li saru fl-istabbilimenti, inħarġu 36 multa. Saru, imbagħad, 11,798 spezzjoni sabiex jaraw li jitħarsu l-miżuri ta' mitigazzjoni u minn dawn inħarġu 83 multa. Segwi eżatt x'qalet Prof. Gauci Filmat: Il-Professur Gauci bl-aħħar aġġornamenti dwar il-pandemija Fil-konferenza tal-lum, Prof. Gauci fakkret lill-poplu l-importanza tal-ilbies tajjeb tal-maskri. Hija spjegat li l-maskri mediċi m'għandhomx jintlibsu għal aktar minn erba' sigħat, billi dawn jitilfu l-effettività tagħhom wara erba' sigħat għax jixxarrbu. Il-maskri għandhom jintlibsu wkoll waqt li wieħed ikun qed jitkellem. Dwar il-maskri Maskri mediċi m'għandhomx jintilbsu għal aktar minn 4 sigħat – Prof. Gauci Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . | [
1
] |
Illum ġew reġistrati 30 każ ġdid ta' coronavirus filwaqt li 36 persuna oħra fiequ. Dan tħabbar fl-istatistika li qed tiġi ppubblikata kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa. Fost dawk li nstabu pożittivi fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 3 huma kuntatti ma' familjari pożittivi għall-virus, 5 kuntatti ma' kollegi fuq il-post tax-xogħol u tliet persuni minn kuntatti diretti ma' persuni pożittivi. It-total ta' każijiet attivi huwa ta' 399 każ. Dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li miet raġel anzjan li kien pożittiv għall-Covid-19 u kien rikoverat fl-IDU tal-isptar Mater Dei. L-14-il vittma tal-coronavirus Anzjan imut bil-coronavirus; l-14-il vittma f'Malta B'kollox fl-aħħar 24 siegħa saru 1,703 Swab Test biex b'hekk it-total ta' Swab Tests mill-bidu tal-pandemija sa issa qabeż il-200,000 test . | [
1
] |
L-Unjoni Ewropea qed tħeġġeġ biex 30% tal-produzzjoni mill-għelieqi kollha madwar is-27 pajjiż issir b'mod organiku. Dan ħareġ f'dokument ta' konsultazzjoni pubblika ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea li fih jikkwotaw statstika tal-Eurostat li tindika li Malta għandha l-anqas rata ta' produzzjoni organika mill-pajjiżi kollha b'0.4% biss tal-produzzjoni kollha. Din il-proposta tifforma parti mill-European Green Deal tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Għas-sena 2021, il-Kummissjoni qed tippjana li talloka baġit speċifiku ta' €40 miljun għall-biedja organika taħt il-politika ta' promozzjoni. Dan il-baġit se jikkofinanzja azzjonijiet ta' promozzjoni u kampanji ta' informazzjoni dwar is-settur organiku tal-Unjoni Ewropea. Dan billi titqajjem kuxjenza dwar il-kwalitajiet tal-biedja organika u tiżdied id-domanda mill-konsumaturi. Jeħtieġ bidla fir-rekwiżiti għall-Maltin – Peter Agius Peter Agius, uffiċjal pubbliku tal-Unjoni Ewropea, saħaq li l-bidwi Malti jrid jiġi nkoraġġit ikabbar parti mill-produzzjoni tiegħu b'mod organiku, bla bexx u f'relazzjoni aktar f'saħħitha man-natura u l-ħolqien. Spjega li biex dan isir iridu jinbiddlu uħud mir-rekwiżiti tal-liġijiet Ewropej li jagħmluha aktar diffiċli biex wieħed jikkwalifika għall-kriterju organiku minn Malta. Ma' Newsbook.com.mt , Peter Agius qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jiltaqa' ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, il-bdiewa Maltin u l-organizzazzjonijiet Maltin tal-konsumaturi biex iressaq il-proposti tiegħu. Wieħed jista' jissottometti l-ideat u s-suġġerimenti tiegħu fil- konsultazzjoni pubblika hawn li tibqa' miftuħa għal perjodu ta' 12-il ġimgħa sas-27 ta' Novembru li ġej. | [
3
] |
Xjentisti Russi ippubblikaw l-ewwel rapport tal-vaċċin tal-coronavirus, li diġà qed jitqassam fil-pajjiż, fejn qalu li testijiet preliminari kienu wrew sinjali ta' immunità. Ir-rapport li kien ippubblikat mill-ġurnal mediku The Lancet qal li kull parteċipant żviluppa antikorpi li jiġġieldu l-virus u ma kienx hemm effetti sekondarji serji wara l-konsum tal-vaċċin. Dan il-vaċċin kien illiċenzjat fir-Russja f'Awwissu u beda jintuża fil-pubbliku. Dan wassal biex ir-Russja jkun l-ewwel pajjiż biex jasal għal dan il-vaċċin u jibda jqassmu, minkejja li t-tqassim ġie qabel ma ħarġu rapporti uffiċjali dwar il-vaċċin inniffsu. Esperti jemmnu li t-testijiet tal-vaċċin kienu wisq żgħar biex ikun ikkonfermat li l-vaċċin mhux biss huwa sigur għas-saħħa tal-bniedem iżda wkoll effettiv. Min-naħa tiegħu, il-President Vladimir Putin kien insista li l-vaċċin għadda mit-testijiet kollha neċessarji u li saħansitra bintu kienet waħda minn dawk li ħadet dan il-vaċċin. Il-vaċċin għadda minn żewġ fażijiet ta' testijiet bejn Ġunju u Lulju. Iż-żewġ fażijiet kienu jinkludu 38 voluntier li ma kienux morda bil-virus. Huma ngħataw vaċċin imbagħad booster għall-vaċċin tliet ġimgħat wara. Huma kienu segwiti għal 42 jum u skont ir-rapport, kollha kemm huma żviluppaw l-antikorpi għall-virus fi żmien tliet ġimgħat. Il-parteċipanti kienu persuni ta' etajiet varji bejn it-18 u s-60 sena. Fejn jidħlu effetti sekondarji, jidher li fost l-aktar komuni kien hemm uġigħ ta' ras u uġigħ fil-ġogi. Ir-rapport jgħid li l-fażi ta' ttestjar ma kinitx tinvolvi placebo u l-vulntiera kienu konxji li dak li kienu qed jirċievu kien il-vaċċin. Ittestjar akbar ta' vaċċin u mediċini jinkludi fażi fejn wieħed iqabbel dak li jgħidulu placebo, jiġifieri li l-bniedem ikun mingħalih qed jirċievi kura għal xi ħaġa, iżda fil-fatt il-mediċini tkun waħda fittizja. Jidher li l-vaċċin se jkun qed jgħaddi mit-tielet fażi ta' ttestjar fejn se jkunu involuti mal-40,000 voluntier minn etajiet varji. | [
1,
10
] |
Il-grupp Meadow Strings għadhom kif nedew kanzunetta ġdida, Tbexbex, akkumpanjata wkoll minn vidjow miżikali miġbud minn Mario Camilleri. Huwa dam madwar sena biex jiġbed filmati diversi biex ikun jista' jinkludihom f'dan il-vidjow mużikali. Il-lirika hija ta' Mario Camilleri, wieħed mill-membri tal-band filwaqt li l-melodija u l-arranġamenti mużikali, apparti tal-vjolin, li jinkludu wkoll il-vuċijiet huma ta' Magdalene Farrugia, il-membru l-ieħor f'dan il-grupp. Għal din il-kanzunetta Mario u Magdalene daħħlu magħhom lill-vjolinist Mario Ciantar, li ħa ħsieb l-arranġamenti muzikali tal-vjolin. Il-kanzunetta, li hija l-ewwel waħda bil-Malti minn dan il-grupp, titratta prinċipalment fuq in-natura li kapaċi tgħix flimkien bid-diversità tagħha u tidħol ix-xemx bħala metafora li dejjem tizreġ fuq kulħadd bl-ikbar imħabba lejn kull natura l-istess. "Kull natura hija importanti u bħal mal-ħlejjaq kapaċi jgħixu flimkien għalina l-bnedmin għandu jkun eżempju li nagħmlu l-istess," ikkummentaw il-membri tal-grupp Meadow Strings. "L-annimali huma parti integrali mill-ambjent ta' madwarna. B'hekk għandna d-dover u d-dmir li nħarsuhom. L-eżistenza tagħhom hija importanti għall-bniedem daqs kemm kieku tkun il-qerda tagħhom, ta'dannu għall-umanita'. Il-kanzunetta qed tinqeda bl-imħabba tax-xemx biex temfasizza dan," temmew jikkummentaw iż-żewġ membri tal-grupp Meadow Strings. | [
2
] |
L-NGO Alarm Phone ikkundannat in-nuqqas ta' responsabbiltà tal-Gvern Malti fejn jidħol is-salvataġġ ta' 27 immigrant li jinsabu abbord il-bastiment Maersk Etienne u li issa ilhom hemm għal aktar minn xahar. Permezz ta' Tweet, l-NGO ikkundannat il-kliem tal-Prim Ministru Robert Abela dwar il-grupp ta' immigranti. Ilbieraħ, il-PM Abela qal li l-immigranti kienu salvati għall-ewwel waqt ħidma mit-Tuneżija. Qal ukoll li apparti minn hekk, il-bastiment isalpa b'bandiera tad-Danimarka u għal din ir-raġuni, ir-responsabbiltà tal-immigrant taqa' f'idejn id-Danimarka. Il-Ħadd li għadda tliet immigranti minn 27 qabżu l-baħar hekk kif is-sitwazzjoni fuq il-bastiment kompliet teskala. X'ġara l-Ħadd? 3 immigranti salvati wara li qabżu ġol-baħar L-NGO ikkundannat dak li sejħitlu "rifjut krudili tar-responsabbiltà mill-Gvern Malti." Il-grupp ta' 27 immigrant li ħarbu mil-Libja kienu salvati mill-bastiment Etienne fil-5 ta' Awwissu. Il-bastiment kien intalab isalva lill-grupp ta' immigranti minn Malta, iżda aktar tard Malta rrifjutat li dawn jitniżżlu fil-pajjiż. X'qed jiġri fuq l-Etienne? 4 ġimgħat "priġunieri ta' Malta" fuq vapur tal-merkanzija – Alarm Phone | [
10
] |
Filmat meħud minn Diane Faenza miż-Żejtun u li hi xerdet fuq l-Instagram juri dak li lbieraħ kienu qed jesperjenzaw il-gżejjer Maltin hekk kif kelna l-ewwel maltempata. Illum it-Tnejn bosta lokalitajiet kellhom aktar xita u ħafna huma dawk li qed jitħassbu kif se jkun it-temp fil-jiem li ġejjien, speċjalment għada t-Tlieta 8 ta' Settembru, festa pubblika. Ritratt: maltaweather.com Il-maltemp illum: | [
2
] |
Closer hija l-isem tal-kanzunetta li l-kantant Karl Luke Schembri għadu kif niedu llum. "Għalija din hija l-ewwel diska oriġinali u tfisser ħafna għalija għax qatt ma ffokkajt fuq il-materjal oriġinali tiegħi u naħseb huwa pass importanti fil-karriera tiegħi li nikteb u nipproduċi diski kif ukoll vidjow mużikali tiegħi," ikkummenta l-eks parteċipant fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta. Karl kompla jgħidilna li ovvjament minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma kinitx faċli jgħaqdu kollox fiż-żmien li xtaqu però l-istess sitwazzjoni tathom iktar ħin jaħdmu u jirfirnaw il-prodott finali. "Ilni naħdem fuq id-diska u l-produzzjoni għal dawn l-aħħar 6 xhur u kien hemm ħafna preparamenti biex wasalna għall-prodott finali. Bħala produzzjoni kellna aktar minn 15-il persuna taħdem f'setturi differenti u kellna għajnuna lokali kif ukoll għajnuna ta' nies li jaħdmu barra minn xtutna. Nittama li n-nies togħġobhom din il-kanzunetta u li tmur tajjeb lokalment kif ukoll internazzjonalment biex inkun nista' nikber fil-karriera tiegħi u bil-mużika tiegħi nilħaq u nferraħ nies ġodda," temm jgħidilna Karl. | [
2
] |
Dan tar-ritratt huwa l-awtur u attur Ivan De Battista li llum qed jiċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum it-13 ta' Settembru tal-1977. Ivan, li huwa miżżewweġ lil Simone, għandu żewġ ulied, Dylan Luke u Ryan u jmexxi wkoll l-iskola tad-drama Imagin-Arts. Apparti li huwa attur li rajna f'sensiliet bħal F'Salib It-Toroq, It-Tfal, Prima Facie, Simpatiċi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Mad-daqqa Niżfnu, Id-Driegħ t'Alla, Santa Monika, Pupi, Il-Kristu tal-Kerrejja u Is-Siġill tal-Qrar. Ħadem ukoll fil-film Carmelo. Flimkien ma' martu Simone ipproduċa u dderieġa s-sensiela Stejjer Għal Kulħadd. Ivan huwa awtur ta' bosta kotba li jinkludu Irwiefen (1999), Il-Fanal tas-Sinjur (2007), Id-Dar ta' Sqaq il-Forka (2009), Battuti għal Inżul ix-Xemx (2010), Il-Qabar tal-Kavallier (2011), Il-Misteru tal-Ġgantija (2013) u F'Xatt id-Destin (2017). Dan apparti d-diversi kanzunetti bħal Tond Jibqa' Tond, Tar Iż-Żmien u Mhux L-Ewwel Darba. Simone u Ivan De Battista Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2,
6
] |
Fost id-diversi personalitajiet li llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom insibu żewġ atturi li wkoll huma ħbieb sew. Chrysander "Sander" Agius u Keith Richard. Sander twieled bħal-lum it-13 ta' Settembru tal-1977. Illum qed jiċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu. Jifforma parti mid-Duo Dan u San u rajnieh iwassal bosta karattri popolari matul is-snin kemm ma' Dan u San kif ukoll maż-Zoo. Matul is-snin ippreżenta bosta programmi bħal Mini Bugz, Zinners u anki kien jislef il-vuċi tiegħu għall-pupazzi f'Chiyo. Sander huwa miżewweġ lil Alison. L-attur Keith Richard ukoll qed jiċċelebra għeluq sninu imma donnu li ma jħobbx jgħid kemm għalaq. Keith huwa miżeweġ lil Dorianne u rajnieh jaħdem f'numru ta' produzzjonijiet bħal Żafira, Rifless, Viġilante, kif ukoll il-film Silhoutte. Chrysander Agius u Keith Richard. Ritratt: Facebook/ChrysanderAgius Nawguraw l-isbaħ xeqat lil Sander u lil Keith f'għeluq sninhom. | [
2,
6
] |
Awguri lill-produttur u direttur Steven Dalli li llum qed jiċċelebra għeluq it-33 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-14 ta' Settembru tal-1987. Steve huwa wieħed mill-produtturi u diretturi tas-sensiela L-Għarusa u fl-imgħoddi ħadem fuq sensiliet bħal Strada Stretta, Rajt ma Rajtx, Benjamin u Xablott. Huwa wkoll wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Sharp Shoot Media. Għal għeluq sninu Steve kellu messaġġ mingħand il-mara tiegħu Audrey Brincat Dalli, l-awtriċi tas-sensiela L-Għarusa, li l-aħħar żewġ episodji tagħha se jixxandru fuq TVM għada t-Tlieta 15 ta' Settembru, u t-Tlieta ta' wara, it-22 ta' Settembru. "Ilni nafek mill-bidu tal-Għoxrinijiet tiegħek u issa għandek 33 sena! Għaddejna minn ħafna u mxejna ħafna minn dakinhar. Aħna kburin bik u grati li għandna lilek f'ħajjitna bħala r-raġel tiegħi u bħala missier," kitbet hi waqt li faħħret id-determinazzjoni, id-dedikazzjoni u l-impenn ta' Steve lejn il-familja". Il-koppja Dalli għandhom tifel, Leo. I've known you since your early twenties and just like that you are now 33!! We've been through a lot and have come a… Posted by Audrey Brincat Dalli on Sunday, September 13, 2020 Nawguraw lil Steve l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr. Bernard Falzon u l-ġurnalista Sephora Francalanza. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann F'dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: Kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.» The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1982 Grace Kelly, attriċi famuża tas-snin 50 u 60, li eventwalment saret Prinċipessa ta' Monaco, mietet meta tatha puplesija waqt li kienet qed issuq. Hija kellha 52 sena. U bħal-lum fl-2009 kien ħalliena l-attur u żeffien Patrick Swayze fl-eta ta' 57 sena, minn kumplikazzjonijiet ikkawżati minn kanċer fl-istonku. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
96% ta' dawk li ġew intervistati fl-istħarriġ tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem (MEA) qalu li t-tieni mewġa ta' każijiet tal-coronavirus setgħet ġiet evitata totalment jew parzjalment. Dan ħareġ fl-istatistika dwar l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19 fuq in-negozji li ġiet ippreżentata llum f'konferenza tal-aħbarijiet mill-MEA. Għal dan l-istħarriġ ipparteċipaw 237 kumpanija privata minn setturi differenti tal-ekonomija u ta' daqs differenti. Flimkien iħaddmu mal-40,000 ħaddiem. 73% tal-kumpaniji li ħadu sehem qalu li huma prevenew it-tieni mewġa hekk kif raw żieda fil-każijiet fl-20 ta' Lulju li għadda, bi kważi tliet kwarti ta' dawk li wieġbu qalu li t-tieni mewġa affettwat id-dħul futur fir-raba' kwart tal-2020. X'irriżulta aktar mill-istatistika? 57% qalu li n-negozji tagħhom jridu aktar minn sena biex jirkupraw. Ir-riċerka turi li 81% tal-kumpaniji esperjenzaw telf fin-negozju tagħhom tul il-pandemija, 16% ma kellhom l-ebda effett filwaqt li 3% irrappurtaw żieda fin-negozju tagħhom. 48% qalu li Ġunju sa Awwissu kienu aħjar minn Marzu sa Mejju, 38% qalu li n-negozju baqa' l-istess f'dan il-perjodu filwaqt li 16% qalu li marru agħar fix-xhur l-aktar riċenti. 62% tal-kumpaniji qalu li qed jagħmlu użu mill-iskemi ta' suppliment fil-paga, 24% ibbenefikaw mill-iskema ta' rifużjoni fil-kontijiet tad-dawl u tal-kera, 19% ibbenefikaw mill-iskemi ta' tagħmir għat-teleworking u 11% għamlu użu mill-moratorju tal-banek. | [
1,
4
] |
Il-Bank of Valletta qed jingħaqad ma' The Malta Chamber u Saxo Bank sabiex jorganizzaw webinar ieħor b'xejn għan-negozji bit-tema 'Blue Sky or Eye of the Storm' nhar il-Ħamis 17 ta' Settembru 2020 f'nofsinhar. L-aħħar tliet xhur tal-2020 jidhru li se jkun pjuttost mimlijin b'avvenimenti u jaf jipprovdu ħjiel dwar kif se jkun il-bidu tal-2021. Christopher Dembik, Group Head Macroeconomic Analyst minn Saxo Bank se jingħaqad ma' esperti fl-investimenti, Matthew Farrugia mill-BOV Wealth Management u Steve Ellul mill-BOV Asset Management, biex jiddiskutu l-opportunitajiet u r-riskji għan-negozji lokali matul dawn iż-żminijiet ta' sfida. Matul dan il-webinar ser jiġu diskussi diversi suġġetti, inkluż il-gwerer fil-qasam tal-kummerċ u l-impatt tagħhom fuq is-supply chains fil-ġejjieni, l-implikazzjonijiet ta' 'no deal Brexit', u l-impatti tat-tieni mewġa tal-pandemija COVID-19. Il-Viċi President tal-Malta Chamber, Marisa Xuereb, ukoll se jindirizza lill-parteċipanti, li minn naħa tagħhom se jkollhom il-ħin biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom. Operaturi tan-negozji lokali huma mistiedna jirreġistraw illum għal dan il-webinar b'xejn billi jidħlu fis-sit permezz ta' dan il- link . Dan il-webinar huwa wieħed minn sensiela ta' webinars b'xejn li l-Bank of Valletta organizza jew ospita flimkien ma' sieħba soċjali matul dawn l-aħħar xhur, bil-għan li jipprovdi informazzjoni esperta u l-aħjar prattiki lin-negozji u l-konsumaturi lokali. Dawn il-webinars għandhom skopijiet purament informattivi. Kull informazzjoni matul din is-sessjoni mhijiex u m'għandhiex tinftiehem bħala offerta jew rakkomandazzjoni għall-bejgħ jew solleċitazzjoni ta' offerta jew rakkomandazzjoni biex tixtri jew tissottoskrivi għal kwalunkwe prodott. Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f'termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta' Malta) u servizzi ta' investimenti f'termini tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta' Malta) . | [
4
] |
Il-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro qed jgħid li nqabad spija Amerikana qrib żewġ raffineriji taż-żejt fil-majjistral tal-pajjiż, fil-belt Falcon. F'indirizz lin-nazzjon fuq t-televiżjoni, Maduro qal li r-raġel inqabad bl-armamenti u ammont kbir ta' flus fuqu. Maduro qal li r-raġel kien qed iservi fil-marina Amerikana fil-bażi tas-CIA fil-Iraq. L-Istati Uniti għada ma ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali fuq il-każ. | [
10
] |
Read in English . Matul iż-żmien il-progress f'Malta tkejjel b'dak li bħala pajjiż kiseb ekonomikament jew teknoloġikament, imma wieħed ma jistax jinjora l-progress mentali li jista' jsaħħaħ soċjetà u dan jista' jinkiseb bl-integrazzjoni tan-nies b'nazzjonalità, kulturi u tradizzjonijiet differenti. Dan qalu Dr Francois Mifsud waqt li kien intervistat minn Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart. Matul il-programm li xxandar is-Sibt filgħodu, Prof. Andrew Azzopardi ddiskuta l-isfidi li jaffaċċjaw il-komunitajiet minħabba l-migrazzjoni. Dan is-suġġett kien diskuss flimkien mal-mistiedna tiegħu Jeremy Camilleri, Fabian Demicoli u Malcolm Seychel. F'din id-diskussjoni pparteċipaw ukoll l-esperta tal-ħabs Dr Sandra Scicluna u l-lettur Dr Francois Mifsud. Proċess edukattiv Francois Mifsud spjega li l-integrazzjoni hija proċess edukattiv li jinvolvi l-koperazzjoni tal-migrant u l-komunità li huwa jagħmel parti minnha. Kompla li l-proċess edukattiv ma jinvolvix li wieħed jagħmel xi kors partikolari imma li kull settur fis-soċjetà għandu r-responsabilità li jkun parti mill-proċess edukattiv għall-integrazzjoni. L -integrazzjoni mill-perspettiva demokratika Mifsud qal li jemmen li huwa perikoluż jekk wieħed jara l-integrazzjoni minn ideoloġija nazzjonalista. Żied li huwa mhux jirreferi għal Partit Nazzjonalista f'Malta iżda fl-ideoloġija li biex wieħed jintegra u jkun parti minn komunità irid jadotta t-twemmin patikolari ta' dik il-komunità li dan jinkludi wkoll li wieħed jitkellem bil-lingwa tal-pajjiż. Francois Mifsud żied li wieħed irid iħares lejn l-integrazzjoni mill-perspettiva demokratika li hija bbażata fuq id-diversità u tipproteġi l-libertà tal-espressjoni. Mifsud ikkonkluda li jekk wieħed jirnexxielu jirrispetta lil ħaddieħor ikun jista' jifhem li l-immigrazzjoni mhux se tnaqqas min aħna bħala poplu imma se tgħin fil-progress mentali tal-poplu Malti. Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta' Sibt fl-10am fuq 103 Malta's Heart u aktar tard fuq Newsbook.com.mt Programm ġdid fuq 103: "Eċitat għal din il-bidla" – Andrew Azzopardi dwar l-intervisti fuq 103 | [
6
] |
Il-ġurnalist veteran Julio Valdivia nstab b'rasu maqtugħa viċin il-linji tal-ferrovija fl-istat ta' Veracruz fil-Messiku l-Erbgħa wara nofsinhar. Skont il-gazzetta Diario El Mundo ta' Córdoba li magħha kien jaħdem il-ġurnalist, il-mutur tiegħu nstab ftit metri 'l bogħod mill-ġisem tiegħu. Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti (CPJ) qal li l-ġurnalist mhux l-ewwel darba li rraporta l-kriminalità u s-sigurtà f'Córdoba. Skont is-sit CNN din is-sena dan huwa l-ħames qtil li sar fil-konfront ta' perusni li jaħdmu fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Fuq Twitter il-Gvern lokali ikkundanna dan il-qtil u qal li mhux se jkun hemm l-ebda impunità lejn min jinqabad. Condenamos el homicidio de Julio Valdivia, corresponsal de un medio de comunicación de Córdoba. Tal como hemos dejado claro anteriormente, en este Gobierno no habrá impunidad. Coordinaremos esfuerzos con la @FGE_Veracruz para dar con los responsables. — Gobierno de Veracruz (@GobiernoVer) September 9, 2020 | [
10
] |
Ingredjenti 175g marġerina jew butir 175g zokkor 3 bajdiet kbar 175g dqiq self-raising 1 kuċċarina essenza tal-vanilla nitfa melħ Metodu Saħħan il-forn għal 180 ̊Ċ. Idlek bil-marġerina landa ta' kejk ta' 18ċm u iksi l-qiegħ u l-ġnub bil-karta strazza. Poġġi l-ingredjenti kollha f'bieqja u ħawwad b'mgħarfa tal-injam jew b'mixer tal-idejn għal minuta. Ieqaf ħawwad meta jkollok taħlita lixxa — tħawwadx iżżejjed. Ferragħ t-taħita fil-landa u sajjar fl-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal 45 minuta jew sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs tal-kejk toħroġ nadifa. Ħalli l-kejk joqgħod għal 5 minuta qabel ma toħorġu mil-landa. Wara żejnu għall-gosti tiegħek. | [
2
] |
L-Arċisqof Charles Scicluna sostna li l-lezzjoni mill-Evanġelju tal-lum hija waħda, li Alla qed jitlob lill-bniedem biex ma jwebbisx qalbu u dejjem jaħfer lil ħaddieħor. Hu qal dan fl-omelija tal-Quddiesa tal-lum il-Ħadd fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi f'għeluq il-55 Anniversarju tat-twaqqif tad-Dar, li sejħilha "monument tal-ħniena". L-Arċisqof semma kif il-parabbola tal-qaddej li kellu jagħti 10,000 talent lis-sid u dan ħafiromlu għax ġietu ħniena minnu turina kif Alla lest li jaħfer lill-bniedem. Semma li mbagħad il-mod kif il-qaddej irreaġixxa għal sieħbu, li kellu jagħtih biss 300 dinar u li wkoll talab ħniena minnu iżda dan webbes qalbu, hija tagħlima ta' kif m'għandniex nirreaġixxu għal meta sħabna jitolbu ħniena minna. Insista li meta Alla jaħfer lill-bniedem ikun qed jgħidlu: "ħfirtlek, ħlistek mill-piż kollu li qed jgħabbi l-qalb tiegħek." Qal imbagħad li b'hekk Alla qed jgħidilna li kif jagħmel hu magħna, aħna għandna nagħmlu mal-proxxmu. Hu sostna kif il-ħarsa ta' Dun Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tal-Providenza, lejn l-ewwel residenti f'din id-dar kienet ukoll il-ħarsa ta' ħniena. Sostna li Dun Azzopardi kellu l-grazzja li Alla jħares lejh u jħenn għalih, u hu mbagħad ħares lejn ħutu u ħenn għalihom. L-Arċisqof appella wkoll għall-karità f'dan ix-xahar mimli avvenimenti ta' ġbir ta' fondi għal entitajiet karitattivi differenti. Sostna li kull qatra tgħodd u b'hekk ħadd m'għandu jaqta' qalbu milli jagħti "għax b'hekk inkunu mera sabiħa ta' kemm iħobbna u jħenn għalina l-Mulej." Waqt il-quddiesa, l-Arċisqof kien megħjun minn Fr Trevor Fairclough u Fr Lino Cardona SJ. L-Arċisqof irringrazzja lill-President ta' Malta, Dr George Vella u s-Sinjura Vella għall-preżenza u s-solidarjetà tagħhom kif ukoll għall-appoġġ li l-Istat jagħti għall-għaqdiet li jeħtieġuh. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità, il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Persuni b'Diżabilità Maria Deguara, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali Dr John M. Cachia u rappreżentanza tas-Sorijiet tal-Karità. X'inhi l-istorja tad-Dar tal-Providenza? Kien propju fit-12 ta' Settembru 1965 meta Dun Mikiel, kien qasam mas-semmiegħa tiegħu fuq programm li kellu fuq ir-Rediffusion ix-xewqa tiegħu li jiftaħ l-ewwel dar residenzjali f'Malta għall-persuni b'diżabilità. Wara l-programm waħda mara marret issibu u tagħtu l-ewwel donazzjoni biex jibda jirrealizza b'mod konkret din il-ħolma kif fil-fatt għamel. Dun Mikiel dejjem żamm din id-data bħala Jum it-twaqqif tad-Dar tal-Providenza li mbagħad fetħet il-bibien tagħha fil-11 ta' Frar 1968. Illum, 55 sena wara, id-Dar tal-Providenza tiġbor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani kif ukoll erbat idjar żgħar oħra fil-komunitajiet tas-Siġġiewi, il-Qawra, Birkirkara u ż-Żurrieq, waqt li dar oħra fil-Balluta qed tistenna li tiġi inawgurata fix-xhur li ġejjin. Bħalissa, fis-seba' residenzi, jgħixu 115-il persuna, kollha b'diversi forom ta' diżabilità, b'etajiet li jvarjaw bejn it-tmien snin u 'l fuq minn 80 sena. Id-Dar toffri wkoll servizzi ta' respite fuq bażi regolari. L-ispejjeż tad-Dar ilaħħqu madwar €5 miljun fis-sena. | [
13
] |
Ingredjenti kikkra u nofs zokkor 8 kikkri ilma kikkra u nofs meraq tal-lumi Metodu F'kazzola ħawwad flimkien iz-zokkor u kikkra ilma. Saħħan sakemm jagħli u ħawwad biex idub iz-zokkor. Ħalli jiksaħ imbagħad għatti l-kazzola u daħħalha fil-friġġ biex tiksaħ sew. Neħħi ż-żerriegħa mil-lumi imma ħalli l-polpa. F'buqar ħallat flimkien it-taħlita taz-zokkor kiesħa mill-friġġ, il-meraq tal-lumi u s-7 kikkra l-oħra tal-ilma. Biex toħroġ kemm tista' meraq mil-lumi poġġihom fl-ilma sħun għal madwar 10 minuti. Oħroġhom mill-ilma u rromblahom fuq wiċċ ta' mejda. Agħsarhom wara. | [
2
] |
Is-sitt episodju ta' Storja ta' Storja li jixxandar fis-7.15pm jixxandar illejla fis-7.15pm fuq TVM. Il-programm tal-lum ilaqqagħna ma' Lou Drofenik, l-awtriċi ta' għadd ta' rumanzi li jesploraw aspetti differenti tal-esperjenza femminili f'Malta u dik tal-imigrazzjoni. L-episodju jinkludi drammatizzazzjoni ta' silta mir-rumanz 'The Reluctant Healer' (Horizons Malta, 2018). Lou Drofenik Storja ta' Storja hija serje televiżiva ta' dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta' tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba l-oħra li jidhru f'dis-sensiela huma Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan. Storja ta' Storja hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtellgħa bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-episodju jkollu repetizzjoni l-Ħamis ta' wara fit-8.15pm fuq TVM2. | [
2,
6
] |
Kif diġà kienu wegħdu, DBA Entertainment illum nedew b'mod uffiċjali l-ewwel xeni mit-tmien u l-aħħar staġun ta' Division 7, li se tibda tixxandar fuq l-istazzjon One mill-Erbgħa 30 ta' Settembru. Dan l-istaġun hu mistenni ħafna mid-dilettanti kollha ta' din is-sensiela hekk kif is-sensiela li jmiss se tkun waħda itwal mis-soltu u li l-produtturi ta' din is-sensiela qed iwegħdu li se jkun staġun mill-aktar b'saħtu. F'dan l-istaġun se naraw ukoll l-introduzzjoni ta' bosta karattri ġodda li se jiġu interpretati minn atturi bħal Frederick Testa, J.C. Scicluna, Clint Grech, kif ukoll l-attur magħruf Renzo Bonello li se jkun qed jirritorna fuq it-televiżjoni wara assenza ta' 12-il sena. Intat l-attur Eliott Micallef, li jinterpreta lil Franġisku, ħabbar li l-producers tas-sensiela talbuh jerġa' jqaxxar xagħru. Hu tella' ritratt li jurih b'din id-dehra kif appuntu se jkun qed jidher fl-aħħar staġun tas-sensiela Division 7. | [
2,
6
] |
Illejla fid-9.20pm l-istazzjon Taljan Rai Uno se jkun qed ixandar il-film Murder on the Orient Express li kien ħareġ fl-2017 u li partijiet minnu kienu nħadmu Malta. Kienu ntefqu $55 miljun biex sar imma fil-box office daħħal $352.8 miljun. Il-film huwa bbażat fuq ir-rumanz ta' Agatha Christie tal-istess isem li fih id-detective Belġjan Hercule Poirot jitla' fuq il-ferrovija fuq vjaġġ madwar l-Ewropa. Waqt li jkun abbord jiltaqa' ma' numru ta' karattri strambi fosthom Samuel Rachett, li jitlob lid-ditektif biex ikun il-bodyguard tiegħu. Poirot ma jaċċettax u l-għada Rachett jinstab maqtul b'daqqa ta' sikkina. Kenneth Branagh, li interpreta l-parti ta' Poirot u dderieġa l-film, kellu ismijiet kbar għad-dispozizzjoni tiegħu. Fil-kast insibu lil Penelope Cruz, Dame Judi Dench, Michelle Pfeiffer u Johnny Depp. | [
2,
6
] |
Nina Bahinskaya, ta' 73 sena, ilha tidher fil-protesti kontra l-gvern mill-bidu tagħhom, targumenta mal-pulizija u darba minnhom saħansitra mblukkat waħda mill-vetturi armati tal-awtoritajiet billi waqfet bil-wieqfa quddiemha. Vidjo ppubblikat fuq il-kanal Telegram ta' Nexta wera lill-mara li għandha aktar minn sebgħin sena, li kienet qed tirreżisti l-arrest mill-pulizija matul il-protesta fit-12 ta' Settembru, hi u tipprova tneħħi balaclava minn fuq wiċċ uffiċjal. Il-konfrontazzjoni swiet biex tkompli żżid il-profil popolari tagħha, u l-folol instemgħu jgħajjtu "Nina" waqt li kien qed iseħħ l-arrest. Iżda din mhix esperjenza ġdida għal Bahinskaya — armata bil-bandiera ħamra u bajda preċedenti tal-pajjiż fuq arblu twil, hija ilha tipparteċipa f'dimostrazzjonijiet minn sew qabel l-elezzjonijiet reċenti tal-Belarus. Il-bużnanna ilha tipparteċipa f'dimostrazzjonijiet fil-pajjiż sa mill-1988, minn talba għall-arrest ta' priġunieri politiċi għall-protesti kontra t-twaqqigħ ta' sit ta' rikordju għall-vittmi tal-eżekuzzjonijiet tal-massa li kienu jseħħu fi żmien is-Sovjetiċi. Il-bandiera, li issa hija pprojbita fil-Belarus, saret ferm popolari fost il-protestanti tal-oppożizzjoni bħala simbolu kontra Lukashenko. Meta l-pulizija ta' kontra l-irvellijiet ħatfu l-bandiera ta' Bahinskaya wara protesta fit-tmiem ta' Awwissu, ittieħed vidjo tal-mument meta hi kkonfrontat lill-uffiċjal. | [
10
] |
Aktar minn 70 persuna ġew arrestati f'Melbourne fl-Awstralja wara li injoraw l-ordni li jibqgħu d-dar biex jipprotestaw kontra l-lockdown. Kienu madwar 250 l-persuni li attendew għall-protesta illegali – it-tieni waħda tat-tip tagħha fi tmiem din il-ġimgħa. Il-Pulizija fl-Awstralja qalet li għadd ta' demostranti kienu aggressivi u heddewhom bi vjolenza. Id-demostrazzjonijiet qed isiru minkejja li l-istat ta' Victoria qed jipprepara biex inaqqas ir-restrizzjonijiet tal-lockdown, li ilhom effettivi mill-bidu ta' Lulju. Victoria kienet fl-epiċentru tal-pandemija fl-Awstralja. 75% tal-każi u 90% tal-imwiet fil-kontinent ħarġu minn dan l-istat. | [
10
] |
Djoċesi ta' Għawdex / Anthony Grech Kull nhar ta' Ħadd fit-8.00a.m. il-quddiesa fuq 103 Malta's Heart se tkun iċċelebrata mill-Isqof ta' Għawdex Dun Anton Teuma. Il-quddiesa se tixxandar mill-Kappella tal-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II, fir-Rabat Għawdex. Din hija waħda mid-diversi tibdiliet li hemm fl-iskeda ta' 103 Malta's Heart imnedija nhar it-Tnejn li għadda. F'din l-iskeda se jibqa' jixxandar il-programm popolari The Handbook. F'dan il-programm se jibdew ikunu mistiedna wkoll sorijiet biex jiddiskutu l-Vanġelu. Sr Rachel se tibda tippreżenta kuljum il-programm Face Truth. Minn din l-iskeda se jintużaw rekordings ġodda tar-Rużarju li jixxandar fis-7.00p.m. Innovazzjoni oħra fuq 103 Malta's Heart hija tax-xandir regolari ta' messaġġi qsar b'ispirazzjoni nisranija. | [
6,
13
] |
Fl-aħħar ġranet il-kantawtur Philip Vella nieda 60+ album ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti, li ġie mniedi b'mod uffiċjali nhar il-Ġimgħa waqt l-44 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu, li matulu Philip kien mistieden wara li fis-sena ta' qabel kien rebaħ l-istess festival bil-kanzunetta Il-Verità. Fil-fatt kien proprju minn din il-kanzunetta li sar il-punt tat-tluq għal dan l-album il-ġdid ta' Philip. "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nagħmel album ta' kanzunetti personali, bi stili ta' mużika kif inħobb jien, mingħajr il-parametri ta' kanzunetti li jridu jkunu addattati għall-festivals, kif kienu l-kanzunetta tal-albums preċedenti tiegħi. B'dan l-album, il-ħolma tiegħi saret realtà. Kelli ċ-ċans nesplora suġġetti li għandhom post ġewwa moħħi u ġewwa qalbi, kif ukoll stili ta' mużika li nassoċja miegħi nnifsi, u fejn inħossni li jien komdu" qalilna l-kantawtur Mellieħi. Fl-album 60+ insibu 13-il kanzunetta oriġinali, 12 minnhom kompluti kemm b'mużika kif ukoll b'lirika, u waħda li hija biss strumentali u għaldaqstant m'għandhiex lirika. Kull kanzunetta għandha produzzjoni ta' Sean Vella, iben Philip. Alfred C. Sant, il-Professur Joe Friġġieri, l-Onor. Evarist Bartolo, Joe Chircop u Paul Ellul huwa l-awturi tal-lirika tal-kanzunetti li wieħed isib fuq dan l-album. Apparti tnedija tal-album, Philip nieda wkoll Ġenna u Infern, il-5 kanzunetta mill-album wara Allura, Il-Verità, Rajt Raġel u l-aktar waħda riċenti, Pà. L-album 60+ jista' jinxtara u jindaqq fuq diversi pjattaformi diġitali iTunes, Apple Music, Spotify grazzi għal Cap-Sounds. | [
2
] |
Oxygyn, magħmul mid-duo tal-kantanti aħwa Katia u Kurt, kif ukoll Luke (Funky Monkey) li jipproduċi t-track, u Zack fuq il-kitarri, għadhom kemm ħarġu t-track il-ġdida tagħhom Wicked White Lie. Flimkien ma' dan, ħarġu wkoll vidjow mużikali għall-kanzunetta, bħala kontinwazzjoni mill-aħħar xogħol tagħhom Venom. Wicked White Lies hija l-ħames track oriġinali tal-grupp mill-bidu tagħhom fl-2015 bil-kanzunetta tagħhom Korrodu. Mill-għeruq tagħhom indie-folk, Oxygyn evolvew l-istil tagħhom f'aktar direzzjoni indie-pop elettronika, iżda sinifikanti. L-aktar kanzunetta ġdida tagħhom tesprimi sens ta' ċaħda u suspett. Huwa dwar meta individwu jibda jistaqsu kemm lilhom infushom, kif ukoll lil dawk ta' madwarhom. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kanzunetta tasal għall-qofol meta l-individwu jemenda bil-ħsibijiet intrużivi tagħhom, u jiddeċiedi li jaċċetta lilhom infushom u lill- sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom. Il-filmat mużikali, miġbud minn TechNoir u li fih Ethan Mills, jirrifletti l-messaġġ tal-vidjow. Jirrakkonta l-istorja tal-vjaġġ li persuna tesperjenza fi soċjetà. Fil-bidu tal-filmat, il-protagonist jitħallat mal-bqija tas-soċjetà. Matul il-vidjow, il-protagonist jissielet bejn li jibqa' fil-konfini stabbiliti mis-soċjetà, jew biex tispikka. Fl-aħħarnett, l-individwu jiddeċiedi li jħaddan lilu nnifsu u joħroġ lura fis-soċjetà bħala awto-attwalizzat. Il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn Peter Borg f'Railway Studios, filwaqt li l-kanzunetta hija kompożizzjoni ta' Janelle Borg b'lirika ta' Kurt Abela. | [
2
] |
Kienu bosta dawk li ħassewhom kommossi bil-filmati li juri lil bosta personalitajiet jagħtu kuraġġ lill-Maestro Aurelio Belli li dalgħodu daħal l-isptar għal intervent pjuttost serju. Ftit tal-minuti ilu, Gloriana, il-mara ta' Aurelio ikkonfermat li Aurelio ħareġ mill-intervent u jinsab stabbli. "Ma kienx intervent faċli u għalissa jinsab stabbli. Għadu kmieni biex it-tobba jgħidulna aktar," qaltilna hi waqt li ħadet l-opportunità biex tirringrazzja lill-eluf ta' nies li talbu għalih u bagħtu wkoll messaġġi biex jawgurawlu fejqan ta' malajr. Aqra: Filmat: Kuraġġ Aurelio! Newsbook.com.mt jingħaqad mal-eluf ta' Maltin biex jawgur fejqan ta' malajr lil Maestro Belli. | [
2
] |
Persuna reġgħet ħarġet pożittiva tliet xhur wara li kienet iddikjarata mfejqa mill-coronavirus. Dan ikkonfermatu l-Professur Charmaine Gauci, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, waqt l-aġġornament dwar il-coronavirus li tat illum il-Ġimgħa. Hi spjegat kif wieħed mill-każi li nstabu pożittivi lbieraħ, kien dak ta' persuna li fieqet mill-virus tliet xhur ilu. Spjegat li s-sintomi li għandha din il-persuna huma minimi u m'hemmx bżonn li tiddaħħal l-isptar. X'ħareġ fil-konferenza tal-lum? Filmat: 43 każ ġdid; 30 ifiqu Din il-persuna nstabet pożittiva għall-ewwel darba fit-13 ta' April u fiqet fis-27 ta' April. Prof. Gauci spjegat li għadda perjodu mhux ħażin minn meta fieqet din il-persuna u b'hekk is-sitwazzjoni tidher li hija waħda ta' infezzjoni ġdida. Sostniet li f'każijiet bħal dawn, jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa u jitrattawh daqs li kieku hija infezzjoni ġdida. Qalet li b'hekk, persuna tat-tip terġa' titpoġġa f'iżolament u jerġa' jsir il-contact tracing. Spjegat ukoll kif l-ECDC qed iħejji linji gwida li se jitqassmu fi ħdan il-pajjiżi Ewropej ta' kif wieħed għandu jaffaċċja każijiet tat-tip. Xi żvela Newsbook.com.mt fl-aħħar ġimgħat? Fil-5 ta' Settembru, Newsbook.com.mt kien żvela kif pazjent li ma kellu l-ebda sintomi ħareġ pożittiv waqt testijiet ta' rutina u spiċċa għamel ġimagħtejn kwarantina fid-dar tiegħu sakemm ifiq mill-virus. Qarrej ta' Newsbook.com.mt qal lill-kamra tal-aħbarijiet li wara ġimgħatejn minn meta nstab pożittiv, sarlu test ieħor u hemm ħareġ li kien negattiv. Hu tħalla joħroġ mill-kwaratina l-ġurnata ta' wara. Iżda fi żmien ġimgħa, ħareġ li r-raġel kien għadu pożittiv għall-virus u li issa anke kellu s-sintomi relatati. Aqra l-każ sħiħ minn hawn: Jgħidulu li fieq u jinstab li għadu bil-coronavirus ġimgħa wara | [
1
] |
Żewġ persuni qed jistennew ix-xarabank fid-dell, filwaqt li żewġ ħaddiema qegħdin bilqiegħda fuq bus shelter li bħalissa qed jinbena biex jipprovdi dell għal dawk li jużaw tal-linja biex jivvjaġġaw. | [
2
] |
Bi tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-Kulleġġ, l-MCAST illum ippubblika l-protokoll għas-sigurtà tal-istudenti u l-istaff dwar fid-dawl tal-pandemija. Dawn il-linji gwida huma parti mill-pjan tal-Kulleġġ biex jilqa' l-istudenti ġodda u dawk li se jkomplu bl-istudji tagħhom f'Ottubru. L-MCAST qal li se jkun qed jipprovdi l-korsijiet ta' edukazzjoni vokazzjonali permezz ta' pjan dettaljat li jinkludi kemm tagħlim fil-Kulleġġ bid-distanza soċjali meħtieġa u kemm tagħlim onlajn. It-tagħlim fil-klassijiet, fil-workshops u fil-laboratorji se jsiru b'konformità mal-gwida tas-sigurtà kif approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fost il-miżuri li l-MCAST se tkun qed timplimenta hemm li tinżamm distanza soċjali ta' mill-inqas 1.5 metri u li fil-kurituri tintlibes maskra minn kull min jaħdem u jkun fil-Kulleġġ. Fi stqarrija l-Kulleġġ qal li l-protokoll jagħti pariri ġenerali u appoġġ lill-istudenti u l-impjegati kollha, kif ukoll informazzjoni dwar distanza soċjali xierqa, protokolli tat-tindif u miżuri oħra bħall-ilbies tal-maskri u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet tat-tagħlim. Il-pjan jinkludi wkoll gwida dwar kif jiġu aċċessati faċilitajiet u servizzi bħal-librerija u l-kantin. Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Prof Joachimg James Calleja qal li l-Kulleġġ qed jaħdem f'kollaborazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet tas-saħħa u mal-MUT u sostna li l-isfida issa tinsab flimplimentazzjoni, u din se ssir b'ħidma mill-qrib mal-Union," qal il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv talMCAST, il-Professur Joachim James Calleja. Il-linji gwida jistgħu jiġu aċċessati minn hawnhekk . | [
1
] |
Awguri lill-attur veteran Victor Grech li llum qed jiċċelebra għeluq l-94 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum it-8 ta' Settembru tal-1926. Imsemmi Victor proprju għax twieled fil-festa tal-Vitorja. Bħalissa lil Victor Grech qed narawh fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Ipokriti fuq TVM. F'din is-sensiela jinterpreta lil Sander. Victor Grech għamel l-ewwel dehra tiegħu fuq il-palk fl-1945 mal-kumpanija Star of the Sea. Kien ukoll fost l-ewwel li kien jieħu sehem fir-radio plays kif ukoll ingħaqad ma' kumpaniji bħal Cachia Ghirlando kif ukoll Maleth. Kien ħa sehem ukoll f'xi films li kienu nħadmu f'Malta bħal The Malta Story u Vendetta for the Saint u f'episodju ta' Remmington Steele. Dan minbarra numru ta' produzzjonijiet lokali bħal Madonna Zingara, F'Baħar Wieħed, Kristu Fl-Iżbarra, Hekk Jidhirlek Mela Hekk Hu u Dejjem Tiegħek. Victor ilu mill-1961 miżżewweġ lill-attriċi u preżentatriċi Mary Grech, li bħal Victor illum hija rtirata. Huma ġenituri ta' tnejn u anki huma nanniet. Nawguraw lil Victor l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2,
6
] |
Il-plenarja tal-Parlament Ewropew se ssir fi Brussell minflok fi Strasburgu billi l-belt Franċiża ġiet iddikjarata żona ħamra minħabba l-imxija tal-coronavirus. Dan tħabbar mill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli fi stqarrija. Intqal li l-Parlament għamel dak kollu li seta' biex jerġa' lura għan-normal, minkejja l-pandemija, iżda issa li Strasburgu ġie ddikjarat post perikoluż għall-imxija tal-virus, il-Parlament se jkollu jmexxi l-plenarja għal Brussell fil-Belġju. Il-plenarja se ssir bejn l-14 u s-17 ta' Settembru. Huwa qal li filwaqt li huma diżappuntanti b'din l-aħbar, iridu jikkunsidraw li t-trasferiment tal-amministrazzjoni tal-Parlament minn Brussell għal Strasburgu, kieku jirrikjedi li l-ħaddiema mbagħad jagħmlu kwarantina meta jirritornaw fi Brussell. Sassoli temm jgħid li huwa grat għall-koperazzjoni u l-għajnuna li qed isib f'dan iż-żmien diffiċli. F'Marzu ġara l-istess Coronavirus: Il-Parlament Ewropew se jiltaqa' fi Brussell minflok fi Strasburgu | [
1,
3,
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr. Bernard Falzon u l-ġurnalista Sephora Francalanza. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F'dak iż-żmien, il-Mulej qal: "Ma' min, mela, se nxebbahhom in-nies ta' dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: "Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta' niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1970 ġie reġistrat riżultat inkredibbli fl-istorja tal-futbol meta l-Hibernians żammew lir-Real Madrid bi skor ta' 0-0 f'partita tal-kompetizzjoni Ewropea tat-Tazza tat-Tazzi. Il-partita kienet intlagħbet fl-Empire Stadium tal-Gżira quddiem 22,000 ruħ. F'dak iż-żmien, il-Hibs kienu taħt il-gwida tal-kowċ Ingliż Sir Stanley Matthews, plejer ta' fama kbira fl-Ingilterra u l-Ewropa bejn is-Snin 40 u 60. 15 ta' Settembru 1970 fl-Empire Stadium Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.