text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Paul Abela ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) għas-sena li ġejja. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, Abela rringrazzja lill-kunsill tas-sapport tiegħu. Huwa qal li s-sena 2019 kienet waħda ta' suċċess għan-negozju, iżda s-sena 2020 kienet waħda diffiċli kważi għall-membri kollha tal-Kamra minħabba l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija Covid-19. Il-President stqarr li fis-sena li ġejja, beħsiebu jkompli jaħdem biex isaħħaħ l-organizzazzjoni u jkompli jibni fuq is-suċċess li kitbet f'70 sena. Fiehem li l-proċess ta' tibdil li għaddiet minnu l-organizzazzjoni diġà renda l-frott. Huwa rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni Abigail Mamo u lill-impjegati ta' xogħolhom. Il-Kamra tal-SMEs fuq it-tieni mewġa tal-coronavirus "Irridu pjan ċar biex niġġieldu t-tieni mewġa tal-coronavirus" – Kamra tal-SMEs | [
4
] |
Il-kunċett ta' investiment f'portafoll ta' kumpaniji tal-infrastruttura, bħala mezz biex tipprovdi dħul sostenibbli u tmexxi tkabbir sostenibbli globali, huwa t-tema tal-webinar MeDirect li jmiss li se jsir fl-24 ta' Settembru 2020 fis-6pm. Dan huwa t-tieni Medirectalk tax-xorta tiegħu li se jsir online minħabba s-sitwazzjoni attwali u r-rekwiżiti meħtieġa ta' distanza soċjali. Dan se jsegwi l-ewwel Medirectalk online li sar aktar kmieni din is-sena, dwar l-ambjent tas-swieq finanzjarji attwali u l-effett tal-pandemija fuq deċiżjonijiet ta' investiment. Medirectalk hija sensiela ta' seminars organizzati minn MeDirect, li fihom bosta esperti finanzjarji u maniġers tal-assi jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suq u l-opportunitajiet ta' investiment. Il-Medirectalk li ġej huwa organizzat mill-MeDirect Bank, flimkien mad-dar ewlenija tal-fondi globali Franklin Templeton Investments. Il-webinar se jibda b'ħarsa ġenerali minn David Chambers, Direttur għall-Iżvilupp tan-Negozju, segwit minn Ajay Dayal, li se jkun qed jagħmel diskors ewlieni. Dayal huwa d-Direttur Maniġerjali u l-Kap tal-Ekwità Internazzjonali, il-Grupp ta' Speċjalisti tal-Prodott, Legg Mason – diviżjoni ta' Franklin Templeton. Dayal se jkun qed jiffoka fuq ir-raġunijiet għaliex l-infrastruttura hija meqjusa bħala d-demm għall-ħajja tad-dinja, u għaliex hija t-tendenza kbira li tifforma l-ħajja ta' wliedna matul għexieren ta' snin. In-nefqa fuq l-infrastruttura qed jidħlu għaliha n-nazzjonijiet il-kbar,hekk kif ikomplu jiżviluppaw. Huwa ċar li proġetti ta' infrastruttura bħal dawn jeħtieġu finanzjament. Dayal se jkun qed jidħol ukoll fl-aspetti tal-Ambjent, Soċjali u Governanza (ESG) għall-investiment, billi jargumenta li l-ESG qiegħed hawn biex jibqa' u li l-partijiet interessati jeħtieġu jifhmu kif dawk li jfasslu l-politika tal-gvern u l-investituri jaħsbu f'termini li jagħmlu investimenti futuri. Huwa se jkopri l-benefiċċji tal-infrastruttura u kif l-investituri jistgħu jaċċessaw l-assi tal-infrastruttura. Dayal se jispjega għaliex portafoll intelliġenti ta' ħażniet infrastrutturali jista' jipprovdi lil investitur bi dħul stabbli, sostenibbli u attraenti kif ukoll tkabbir tal-kapital. Fl-aħħar tal-webinar tingħata ħarsa ġenerali tal-Fond tal-Valur tal-Infrastruttura Legg Mason ClearBridge. Ajay Dayal ingħaqad fl-2008 bħala Direttur tal-Investiment fil-Grupp ta' Speċjalisti tal-Prodott ta' Legg Mason. Bħala l-ispeċjalista tal-prodott anzjan tal-prodotti tal-ekwità internazzjonali, tal-assi multipli u alternattivi likwidi bbażati fuq l-ekwità tal-kumpanija, huwa jaħdem mill-qrib ma 'Maniġers Speċjalizzati tal-Investiment multipli fi ħdan Franklin Templeton, biex jartikola u jsawwar is-soluzzjonijiet ta' investiment tagħhom u jaċċellera l-proċess tal-bejgħ. Huwa għandu 20 sena ta' esperjenza ta' investiment, li minnhom aktar minn bosta snin ta' esperjenza fil-fond li jiltaqgħu u jimpenjaw ruħhom ma' klijenti madwar id-dinja kif ukoll fuq kanali ta' distribuzzjoni multipli, inklużi ġid u pariri, kważi istituzzjonali u pensjonijiet. Huwa rrappreżenta lill-kumpanija f'konferenz u permezz ta' stazzjonijiet u fora differenti tal-midja b'artikli stampati, avvenimenti rrekordjati u xandiriet tat-TV live. Sabiex tirreġistra għall-medirectalk, kif ukoll biex tara avvenimenti tal-passat żur dan il- link . | [
4
] |
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta' Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) nediet kampanja ta' ritratti fuq Facebook b'pariri għall-ġenituri issa li dalwaqt terġa' tibda l-iskola. Il-kampanja tal-assoċjazzjoni qed issir bil-għan li tħeġġeġ lill-ġenituri jippruvaw iħarsu lejn is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija u r-ritorn tat-tfal fl-iskejjel minn lenti pożittiva. Il-kampanja li qed tuża l-hasthtag #SafeAtSchool qed tara tixrid ta' ritratti b'pariri kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll b'dik Ingliża. X'inhuma l-pariri? "In-nuqqas ta' normalità li ġabet il-covid tista' tikkaġuna ansjetà fit-tfal. Ħeġġiġhom jitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħhom." "Dak li se tagħmel illum se jaffettwa l-ammon ta' każijiet tal-Covid-19 fi ġranet oħra. Kun responsabbli." "Hemm inqas riskju li l-Covid-19 jinxtered jekk it-tfal jagħmluha dejjem mal-istess ħbieb." "Tibżax tiddiskuti l-Covid-19 mat-tfal. Li ma titkellimx dwar xi ħaġa tista' tinkwetahom aktar. Għid il-fatti u offri serħan il-moħħ." "It-tfal iħossuhom b'aktar ħila meta jkunu jafu x'għandhom jagħmlu biex iżommu lilhom infushom siguri." | [
1
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa llum ippubblika l-linji gwida għall-kindergarten, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew ippubblikati l-linji gwida għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel. Dawn se jerġgħu jiftħu fit-28 ta' Settembru. Fost il-linji gwida, jispikkaw dawn l-10 ewlenin: Il-massimu ta' tfal fil-Kinder 1 hu 15; il-massimu fil-Kinder 2 hu 19 Għandhom jitwaħħlu posters ta' kif it-tfal għandhom jaħslu jdejhom Il-ġenituri ta' tfal vulnerabbli għandhom jiddiskutu ma' tabib u mal-amministrazzjoni tal-iskola jekk uliedhom għandhomx jattendu għall-iskola L-għalliema għandhom jilqgħu lit-tfal barra jew fiż-żona tar-reception biex dawn imorru dritt fil-klassi Pushchairs mhumiex aċċettati ġol-iskola, ħlief għal tfal b'diżabbiltà Affarijiet essenzjali bħall-ġugarelli mhumiex permessi, ħlief materjal edukattiv għal tfal b'diżabbiltà Il-lunchboxes u l-fliexken tal-ilma jridu jintmesħu malli t-tfal joħorġuhom mill-basket; ikel li ma jittikilx m'għandux jintbagħat lura d-dar, imma jintrema; huwa inkoraġġit l-użu ta' kontenituri li jintremew Xħin it-tfal jieħdu nagħsa, idealment ikunu żewġ metri 'l bogħod minn xulxin L-għalliema jridu jikkomunikaw mal-ġenituri elettronikament u ma jibagħtux noti Ħarġiet mhumiex permessi Il-linji gwida dwar l-iskejjel primarji u sekondarji Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel Apparti dawn ir-regoli, japplikaw dawk imħabbrin diġà għall-iskejjel, fosthom l-użu tal-maskri u li t-tfal jibqgħu fl-istess grupp u ma jitħalltux. Tfal ta' taħt tliet snin ma jridux jilbsu maskra, iżda dawk fil-kindergarten, minn 3 snin 'il fuq, iridu jilbsuha sakemm ikunu barra u mbagħad ineħħuha ladarba jkunu fil-klassi. L-għalliema u l-LSEs iridu jibqgħu bil-maskra l-ħin kollu. Ara x'inhuma jagħmlu skejjel differenti Kif qed jippreparaw l-iskejjel biex jilqgħu lura l-istudenti? Aqra l-lista sħiħa tal-linji gwida hawn. | [
1
] |
Studenta fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) irriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19 fil-jiem li għaddew, iżda ma kienx hemm aktar każijiet fl-iskola. Dan qalitu l-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) u ġie kkonfermat ma' Newsbook.com.mt mill-ITS ukoll. Il-UPE qalet fuq Facebook li l-klassi kollha issa qiegħda kwarantina. Is-sors ta' Newsbook.com.mt qal li l-każ instab waqt waħda mil-lezzjonijiet ta' rkupru li qegħdin isiru, u li l-każ ilu li nstab minn nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet. Bħalissa xi għalliema qegħdin imorru fl-iskola biex jibdew iħejju għas-sena akkademika li ġejja. Qegħdin isiru wkoll xi lezzjonijiet żejda biex jiġu rkuprati dawk li ntilfu fis-sena li għaddiet minħabba l-coronavirus. It-tħejjijiet fl-iskejjel Kif qed jippreparaw l-iskejjel biex jilqgħu lura l-istudenti? Il-każ ġie kkonfermat ma' Newsbook.com.mt mill-ITS, li saħqet li għandha miżuri rigorużi u stretti sabiex titrażżan l-imxija tal-coronavirus fl-iskola. L-istudenta li rriżultat fil-pożittiv ma attendietx l-ITS wara li rriżultat fil-pożittiv. Is-sors ta' Newsbook.com.mt qal li t-temperatura ta' min imur l-ITS mhix tittieħed fl-entratura prinċipali, imma f'binja oħra, u b'hekk, dak li jkun jista' jevita li jmur biex tittiħidlu t-temperatura. Madankollu, id-Direttur tal-ITS Pierre Fenech sostna li sar contact tracing f'temp ta' ħames sigħat u s'issa ħadd aktar ma għadu rriżulta fil-pożittiv, f'ġimgħa minn meta nstab dan il-każ. 499 każ attiv bħalissa 53 każ ġdid ta' coronavirus; ifiqu 18 | [
1
] |
L-iskola Mariam Al-Batool f'Raħal Ġdid tinsab magħluqa temporanjament sakemm tiġi diżinfettata. Dan tħabbar mill-Kap tal-iskola Kenneth Busuttil fuq Facebook u anke fuq il-paġna tal-iskola fuq Facebook stess. L-istudenti u l-għalliema ntalbu ma jmorrux l-iskola sakemm jirċievu l-aħbar li hija sigura mill-coronavirus. L-iskola primarja għall-istudenti Musulmani tinsab ħdejn il-Moskea f'Raħal Ġdid. Mariam Albatool School is temporarily closed for disinfection. To all staff, parents and students: kindly refrain from attending until further notice. Thank you. Posted by Mariam Albatool School on Monday, September 14, 2020 Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm każ tal-coronavirus fl-ITS, u dan ġie kkonfermat mill-Istitut stess. L-iskejjel f'Malta mistennijin jiftħu mill-ġdid f'temp ta' ġimagħtejn. Dettalji dwar każ waħdieni fl-ITS Każ ta' coronavirus fl-ITS | [
1
] |
L-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex urew l-appoġġ tagħhom lejn l-ugwaljanza u kontra kull forma ta' diskriminazzjoni. Dan għamluh b'rabta maż-żewġ abbozzi ta' liġijiet li qegħdin jiġu diskussi fil-Parlament għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u biex titneħħa kull forma ta' diskriminazzjoni fis-soċjetà. Fi stqarrija konġunta, l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma, insistew li l-Knisja hija obbligata tingħaqad fl-isforzi li qegħdin isiru favur l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni. Favur l‐ugwaljanza u kontra kull forma ta' diskriminazzjoni L-Isqfijiet sostnew li l‐ebda persuna m'għandha tiġi diskriminata minħabba l‐kulur tal‐ġilda, in‐nazzjonalità, l‐orjentazzjoni sesswali, id‐diżabbiltà, ir‐reliġjon, l‐età, l‐opinjoni politika jew karatteristiċi oħra li jagħmluha persuna unika, għaliex "id‐dinjità tal‐bniedem hekk tirrikjedi." Ingħad li t‐tagħlim tal‐Knisja jagħti valur lil kull persuna mill‐konċepiment sal‐mewt naturali tagħha. Il‐libertà tal‐kuxjenza u tar‐reliġjon Minkejja l-approvazzjoni tagħhom l-Isqfijiet urew tħassib dwar ċerti klawżoli fl‐abbozzi li għandhom implikazzjonijiet serji għax, skonthom, se joħonqu l‐libertà tal‐bniedem. Qalu li hemm periklu serju li dawn l‐abbozzi, jekk mhux emendati bil‐għaqal u b'mod trasparenti, jipperikolaw il‐libertajiet fundamentali li dejjem gawdejna. Id‐dritt tal‐ġenituri li jagħżlu l‐iskejjel għal uliedhom L-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof t'Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appellaw biex jibqa' jiġi mħares id‐dritt tal‐ġenituri li jagħżlu liema skola jixtiequ għal uliedhom. L-istqarrija maħruġa mill-Kurja tgħid li jekk jagħżlu skejjel tal‐Knisja jew skejjel li għandhom etos partikolari, għandu jiġi assigurat li l‐għażla tal‐kapijiet u ta' min imexxi dawn l‐iskejjel ikunu persuni li jħarsu u jippromovu l‐etos u l‐valuri ta' dawk l‐iskejjel. Dawn l‐għażliet m'għandhomx jitqiesu diskriminatorji, qalu l-Isqfijiet, u b'hekk ikun salvagwardjat id‐dritt tal‐ġenituri li l‐edukazzjoni u t‐tagħlim li jirċievu wliedhom ikun b'konformità mal‐konvinzjonijiet reliġjużi u filosofiċi tagħhom. L‐etos tal‐iskejjel tal‐Knisja L-Isqfijiet stqarrew li l‐principji, il‐valuri u l‐etos tal‐iskola m'għandhomx jiġu mgħoddija biss waqt il‐lezzjoni tar‐reliġjon imma f'suġġetti varji inkluż il‐PSCD, l‐istorja, il‐letteratura, tagħlim ambjentali, ix‐xjenzi, il‐lingwi u suġġetti oħra, kif ukoll waqt attivitajiet oħra fl‐iskola u barra minnha u dawk kokurrikulari. L-edukaturi għandhom jintgħażlu għax ikunu l-persuni li jgħinu fit-tkattir ta' din l-etos, u mhux ikunu indifferenti jew ostili lejh. L-iskejjel tal-Knisja jgħidu tagħhom L-iskejjel tal-Knisja bi tħassib serju dwar il-liġi proposta tal-ugwaljanza Id‐dritt għall‐oġġezzjoni tal‐kuxjenza L-Isqfijiet ingħaqdu mal-appell tat-tobba, sabiex huma, u min jirrikjedi dan f'xogħlu, jingħata d-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza, ħalli ħadd ma jkun imġiegħel jagħmel jew jipparteċipa f'attivitajiet li jmorru kontra l-kuxjenza tiegħu. L-Isqfijiet temmew jgħidu li l-prinċipji li elenkaw jistgħu jsaħħu dan l-abbozz ta' liġi biex f'Malta verament tirrenja l-ugwaljanza u ma jkunx hawn diskriminazzjoni. Xi jridu t-tobba? Il-MAM trid li l-Ministru tal-Ġustizzja jikkonsulta mat-tobba fuq il-liġi tal-ugwaljanza Aqra l-istqarrija sħiħa tal-Isqfijiet minn hawn Niżżel | [
13
] |
L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) uriet it-tħassib tagħha fuq kif qed jiġu trattati l-Learning Support Educators (LSEs) fil-linji gwida maħruġin għall-ftuħ tal-iskejjel, partikolarment għall-kindergarten. Il-linji gwida tal-kindergarten ġew ippubblikati llum. Fihom, jingħad li biex l-LSE jipprovdi jew tipprovdi s-servizz meħtieġ, jaf iridu jaħdmu mill-viċin tal-istudenti, imma dan jiddependi mill-każ partikolari. Dan minkejja li huwa suġġerit li tinżamm distanza bejn l-istudenti u bejn l-istudenti u l-edukaturi minħabba l-imxija tal-coronavirus. L-LSEs u l-għalliema għandhom jilbsu maskra jew visor il-ħin kollu, filwaqt li t-tfal mhumiex obbligati jilbsu maskra ġol-klassi, imma jridu jilbsuha malli jirfsu 'l barra mill-klassi. Aqra l-linji gwida hawn 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-kindergarten f'pandemija Ir-reazzjoni tal-UPE hija li mill-protokoll imsemmi dwar l-LSEs, donnha saħħet l-LSEs qed tingħata importanza sekondarja, billi huma mistennija jagħtu servizz mill-viċin tal-istudenti, waqt li jilbsu lbies protettiv minimu, meta anke l-għalliema huma rakkomandati li jżommu distanza ta' żewġ metri mit-tfal. It-tfal iridu joqogħdu bejn 1.2 u 1.5 metri 'l bogħod minn xulxin. Il-UPE qalet li qed tikkomunika mal-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar din il-kwistjoni, u beħsiebha tibqa' taħdem sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-edukaturi meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel fit-28 ta' Settembru. Aktar diżgwid dwar dak li hu mistenni mil-LSEs "Inaċċettabbli li l-LSEs ma jkollhomx mejda u siġġu fil-klassi" – UPE | [
1
] |
L-Għaqda Dinija tas-Saħħa wissiet li t-tislima permezz tal-minkeb, li spiss saret tintuża fid-dawl tal-Covid-19, m'għandiex titqies bħala sikura u jekk hu possibbli tiġi evitata. Wara li l-bews, it-teħid tal-idejn u t-tgħannieq kollha ġew b'xi mod limitati, għadd ta' individwi u personalitajiet irrikorrew għall-minkeb, biex isellmu lil xulxin. Id-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-ġest għandu jiġi evitat minħabba li dan jista' jwassal għat-tixrid tal-virus minħabba li ż-żewġ individwi li jagħmluh ikunu viċin xulxin. Minflok, qed jiġi suġġerit li persuna għandha tpoġġi idha fuq qalbha bħala sinjal ta' rispett u għożża. | [
1,
10
] |
L-edizzjoni li jmiss ta' Sanremo, il-71 waħda, mistennija tittella' bejn it-2 u s-6 ta' Marzu tas-sena dieħla. Ftit huma d-dettalji magħrufa imma jdiher li diġà qed titqajjem polemika, mhux minħabba xi kanzunetta jew kantant, imma minħabba l-miżura li qed jiġu maħsuba li jittieħdu minħabba fil-pandemija tal-coronavirus. Dan minħabba li fit-teatru tal-Ariston se jkun limitat kemm jistgħu jattendu n-nies beix b'hekk tiġi rispettata d-distanza soċjali. Hu qed isostni li hu bħala wieħed mill-preżentaturi, kif ukoll il-kantanti parteċipanti, se jkunu qed isibu diffiċċli li jkunu fuq palk b'teatru kważi vojt. Dan minħabba li apparti li se tkun limitata l-udjenza preżenti, se jkun hemm restrizzjonijiet fuq in-numru tal-ġurnalisti preżenti biex jirrappurtaw fuq il-festival. Għalkemm s'issa għadu kmieni biex wieħed ikun jaf x'se tkun id-deċiżjoni finali, jidher li d-diretturi tal-festival qed jaħsbu fuq l-eventwalità li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 tkun għadha magħna. Iżda ħafna huma dawk li ma qablux ma' dak li qal Fiorello u sostnew li l-vera pubbliku ta' Sanremo mhix l-udjenza fis-sala iżda l-udjenza li tkun qed isegwi dan il-festival permezz tat-televiżjoni mill-kumdità ta' darhom. | [
2,
6
] |
Din tar-ritratt hija l-kantanta Danica Muscat meta kellha 4 snin. Illum Danica qed tiċċelebra għeluq is-26 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-17 ta' Settembru tal-1994. Danica bdiet tagħmel isem fix-xena mużikali minn età żgħira. Apparti l-impenn tagħha fix-xena lokali Danica ħadet sehem f'avvenimenti internazzjonali fosthom il-festival Ti Amo tar-Rumanija fejn hija kisbet l-għola pożizzjoni għal tlett snin konsekuttivi bejn l-2004 u l-2006. Hija ħadet sehem ukoll fil-festival Tralcio D'Oro li ttella' f'Bari fl-Italja fl-2005 u anke hemmhekk ksibet l-għola pożizzjoni. Iżda bla dubju li Danica kienet fuq fomm il-Maltin u Għawdxin kollha meta fl-2010 kien irnexxielha tintgħażel għall-kompetizzjoni televiżiva ta' Io Canto ppreżentat minn Gerry Scotti fuq Canale 5. Aqra: Filmat: "Kont ċerta li se jiġu ħafna memorji sbieħ" – Danica Muscat F'Malta, Danica ħadet sehem f'ħafna festivals bħal Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Malta Hit Song Contest, Festival Fl-Għaqda l-Melodija, L-Għanja tal-Maltin, Ilħna Maltin, Malta Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. | [
2
] |
Il-Fjamingi huma fost l-ewwel speċi li jitfaċċaw fil-passa tal-ħarifa, spiss fl-eqqel tas-sajf Meta grupp ta' persuni jitfgħu ħarsithom fuq xi ħaġa, il-probabbiltà tkun li kull individwu jgħaddilu ħsieb li, ftit jew wisq, ivarja minn tal-kumplament. Konvint li meta wieħed jirrifletti ftit fil-fond lejn kif in-nies tħares lejn l-għasafar f'pajjiżna, jiskopri diversi sfumaturi, u mhux sempliċiment tnejn, favur jew kontra l-kaċċa. Il-frażi "jien inħobb l-għasafar" jaf ikollha qawsalla ta' interpretazzjonijiet, b'waħda minnhom tgħodd għalija: it-tgawdija tal-ħbieb tagħna miksija bir-rix permezz tal-kamera tar-ritratti. L-għasafar kienu parti minn ħajti sa minn ċkuniti, bir-razza u r-radika jipprattikaw il-kaċċa u l-insib b'mod pjuttost akkanit. Dan aktarx wittieli t-triq biex in-namra lejn l-għasafar tikber matul is-snin, iżda f'waqt partikolari f'ħajti ħassejtni f'salib it-toroq. Bdejt niġi dejjem aktar konxju li l-mod kif jiena kont qiegħed ingawdi l-għasafar, aktar kien qed ifixkel milli jgħin lill-istess ħlejjaq li tant jaffaxxinawni. Li ngħix mingħajr l-għasafar żgur ma kinitx soluzzjoni għalija, għalhekk bdejt naħseb f'alternattiva ta' kif stajt inkompli nagħmel dak li tant inħobb, iżda b'mod li ma jkunx ta' kuntrarju għall-għasafar. Kien f'dan iż-żmien partikolari ta' ħajti li bdejt nesperimenta fil-fotografija, liema pass wassalni biex niskopri perspettiva totalment ġdida, imma fl-istess ħin relatata, ma' dak li kont imdorri nagħmel. Nammetti li fil-bidu kont se naħbat naqta' qalbi għaliex ftit li xejn kelli ħiliet fotografiċi, u għaliex inzertajt eżatt fi żmien tranżitorju għall-fotografija. Mill-ewwel kelli niddeċiedi jekk immurx għall-konvenzjonali, inkella għad-diġitali, li dak iż-żmien kien għadu fi stadju rudimentali. L-għażla waqgħet fuq id-diġitali, u minn meta xtrajt l-ewwel kamera sal-lum, ma ħaristx lura, intejjeb l-għodda fotografika minn żmien għal żmien b'dak li jipermettu s-suq u l-but. Limitu ta' kemm wieħed jonfoq f'apparat fotografiku tista' tgħid ma jeżistix, iżda jekk wieħed jagħmel naqra kalkoli, għandu jsib dak il-kompromess li jippermettilu jidħol f'dan il-passatemp. Meta nħares lejn l-apparat li kont nuża fil-passat kważi nitbissem, iżda meta niftakar kemm l-istess apparat tani sodisfazzjon dak iż-żmien, dlonk nirrealizza kemm l-avvanz fit-teknoloġija, inkluż dik fotografika, għaddej b'pass mgħaġġel. Jekk għadek bidu fil-fotografija, nissuġġerilek tibda b'apparat modest, għax inħoss li matul iż-żmien, ix-xogħol waħdu jurik. Kull meta nbiddel xi element mill-apparat fotografiku, permezz tal-prattika, niprova niskopri l-potenzjal tal-għodda li jkolli f'idi, biex b'hekk inkun nista' nagħmel l-almu kollu tiegħi biex, b'mod realistiku, nilħaq il-livell mixtieq. Ħsieb li dejjem iberren f'moħħi jgħidli li r-ritratt li jmiss se jkun aħjar mill-aqwa ritratt li diġà ħadt, għalhekk, nieħu kemm nieħu ritratti nibqa' dejjem għatxan għal xi ħaġa aħjar. Ritratt jista' jkun sabiħ għax jirnexxilek taqbad għasfur rari għall-Gżejjer Maltin, iżda jaf ukoll ikun sabiħ għaliex jirnexxilek taqbad għasfur komuni f'kompożizzjoni, jew poża, partikolari. Fil-fotografija tal-għasafar, qatt ma jkollok ċans ieħor biex tiġbed l-istess ritratt. Ritratt simili jista' jkun li tieħu, iżda jekk tlift iċ-ċans li taqbad mument, tliftu darba għal dejjem. Dan jagħti laqta speċjali lil dan il-passatemp partikolari, li minbarra s-sodisfazzjon li tgawdi l-għasafar madwarek, joffri possibbiltà biex taqbad mument li, eżatt meta ħadt ir-ritratt, jkun għadda darba għal dejjem. Ikolli nammetti li personalment ma nikkunsidrax lil pajjiżna bħala post ideali biex persuna tipprattika l-fotografija tal-għasafar, madanakollu, wara dawn is-snin kollha nipprattika dan id-delizzju, għadni mimli b'ħeġġa biex kull ċans li jkolli, nerħilha 'l barra għal aktar għasafar, u possibbilment aktar ritratti. Id-densità tal-popolazzjoni dejjem tikber, il-firxa tal-bini li bħal donnha ma tafx limitu, storbju u dawl eċċessiv, kif ukoll ċertu attitudni minn Maltin oħra meta jarawk b'kamera tar-ritratti u tromba fil-kampanja, huma kollha ntoppi li b'mod jew ieħor, itappnu l-pjaċir ta' min jagħżel li jgawdi l-għasafar f'pajjiżna permezz tal-fotografija. Inħoss li trid ċertu perseveranza biex tkampa. Il-maġġoranza tal-ispeċi li niltaqgħu magħhom f'pajjiżna huma migratorji, jiġifieri jżuruna matul il-passa. Fir-rebbiegħa, ħafna speċi ta' għasafar jitilqu mill-kontinent Afrikan lejn l-Ewropa biex ibejtu, biex imbagħad jerġgħu lura lejn l-Afrika fil-ħarifa. Grazzi għall-pożizzjoni ġeografika tagħna, għalkemm għal żmien pjuttost qasir, nistgħu ingawdu lista twila mhux ħażin ta' speċi ta' għasafar. In-numru ta' għasafar tal-passa li wieħed jara jiddependi ħafna mit-temp, u għalhekk huwa diffiċli biex wieħed jippjana meta se tkun ġurnata tajba. Mhux l-ewwel darba li wara ġimgħa ma jidher kważi xejn, il-kampanja Maltija timtela għasafar sempliċement għaliex ikun dar ir-riħ. Ovvjament, aktar ma persuna toħroġ, aktar jikber iċ-ċans li jkollha opportunitajiet ta' ritratti, iżda jgħin ukoll meta wieħed jidra jifhem liema temp hu aktar favorevoli għal dak il-perjodu tas-sena. Minbarra t-temp, iż-żmien tas-sena huwa wkoll element kruċjali għall-fotografu tal-għasafar. Mhux li kemm tgħid "matul il-passa", għaliex passa tkun maqsuma f'diversi fażijiet. Pereżempju, l-hekk imsejħa passa tal-ħarifa tibda ferm aktar kmieni għal ċertu għasafar, ġimgħat qabel dik ta' speċi oħra, għalhekk nissuġġerixxi ktieb tajjeb tal-għasafar ta' Malta biex b'hekk wieħed ikun konxju liema speċi hemm ċans jintlemħu. Jekk fotografu jkun jaf liema għasafar ikunu qed ipassu dak iż-żmien, ikun jista' jagħżel il-post fejn imur. Dan għaliex ħafna għasafar huma marbuta ma' ambjent partikolari, allura taf tkun ġurnata eċċellenti iżda xorta waħda ma tara xejn, sempliċiment għaliex tkun f'ambjent ħażin. Importanti wkoll tkun konxju tal-ħin. Ċertu speċi għandhom tendenza jidhru f'ħin partikolari, imbagħad bħal kważi b'maġija, jisparixxu matul il-kumplament tal-jum. Pereżempju, jaf ikun hemm għexieren ta' Kwakk fis-siġar tal-Buskett matul il-jum, iżda jekk trid tipprova tieħu ritratt tagħhom, trid tkun fil-post ma' nżul ix-xemx, meta jibdew jittajru ħalli jerħulha għal għonq it-triq lejn id-destinazzjoni tagħhom 'il bogħod minn xtutna. Huwa minnu li meta nilmħu xi ħaġa li nkunu nixtiequ neħdulha ritratt, nimxu lejha b'mod awtomatiku, iżda jekk is-suġġett huwa għasfur, nissuġġerixxi mod ieħor. Ħlief għal ftit speċi li ma jitnaffrux bil-preżenza umana, normalment għasfur jippreferi jżomm ċertu distanza mill-bniedem, għalhekk ikun aħjar li tintasab ma' xi ħajt, taħt xi siġra, jew ġo xi 'hide', u tistenna li l-għasfur jiġi lejk, mhux il-kontra. Ritratt sabiħ juri l-għasfur f'pożizzjoni naturali, u mhux imwaqqaf għax ikun lemħek. Ingredjent fundamentali fil-fotografija tal-għasafar f'pajjiżna, speċjalment matul il-pases, huwa l-paċenzja. Wara ritratt sabiħ jaf ikun hemm sigħat sħaħ ta' stennija. Jekk persuna tippretendi li se toħroġ fil-kampanja Maltija u tibda tieħu r-ritratti bl-addoċċ, naħseb li tkun wisq pożittiva. Ġieli jkun hemm ġranet verament tajbin, li bilkemm tieħu nifs minn ritratt għal ieħor, iżda dan żgur mhux in-norma. Nemmen li biex persuna tirnexxi fil-fotografija tal-għasafar, irid ikollha tagħrif kemm fuq l-għasafar kif ukoll fuq il-fotografija, speċjalment f'pajjiż bħal tagħna fejn ħafna mill-għasafar narawhom biss waqt il-passa. Ħafna għarfien fuq waħda iżda mhux fuq l-oħra jaf ma jkunx biżżejjed biex tieħu l-massimu minn dan id-delizzju. Illum il-ġurnata għandna minjiera ta' sorsi minn fejn persuna tista' ttejjeb l-għarfien tagħha, kemm dwar l-għasafar f'pajjiżna kif ukoll dwar il-fotografija. Fejn tirrigwarda l-fotografija, normalment il-problema tkun li tant hemm informazzjoni u tagħlim, li persuna tiġi bejn ħaltejn minn fejn se tibda. Jiena nissuġġerixxi letteratura li tkun speċifikament marbuta mal-fotografija tal-għasafar. Personalment, il-fotografija hija għodda li permezz tagħha jirnexxili niffriża mument, liema mument imbagħad inkun nista' naqsmu ma' ħaddieħor. Bħala edukatur, nemmen ħafna li l-viżwal għandu rwol essenzjali biex wieħed jirnexxilu jwassal messaġġ b'mod effettiv. Mingħajr il-fotografija, kien ikun prattikament impossibbli għalija naqsam dak li kelli x-xorta nesperjenza matul is-snin, speċjalment minħabba l-fatt li biex ingawdi l-għasafar mill-viċin, kważi dejjem inkun mistoħbi xi mkien waħdi. Illum il-ġurnata għaddew ħafna snin minn meta ħadt id-deċiżjoni li nżewweġ il-fotografija mal-imħabba tiegħi lejn l-għasafar, u għalhekk inħossni kunfidenti ngħid li kienet deċiżjoni pożittiva ħafna, u ninkoraġġixxi oħrajn jippruvaw din l-esperjenza. Ekru raġel fil-Buskett. Din l-ispeċi tidher l-aktar fil-passa tal-ħarifa, l-aktar bejn Ottubru u Diċembru Teftifa Kwakk toħroġ mis-sigar ma' nzul ix-xemx, wara jum tistrieħ Qerd in-Naħal jistrieħu ftit waqt il-passa tal-ħarifa fil-limiti tal-Buskett Monakella Imperjali tieqaf tistrieħ ftit mal-kosta tan-Nosfinhar ta' Malta waqt il-passa Merill f'xifer tal-irdum fil-Park tal-Majjistral. Għasfur li nistgħu ngawduh is-sena kollha Kuċċarda tfittex siġra fejn tqatta' l-lejl biex l-għada filgħodu tkompli tpassi Il-Fjamingi huma fost l-ewwel speċi li jitfaċċaw fil-passa tal-ħarifa, spiss fl-eqqel tas-sajf Ġlieda bejn żewġ Tertux fir-Riserva tal-Għadira. Din hija speċi pjuttost komuni fil-pases tar-rebbiegħa u tal-ħarifa Għasfur ta' San Martin jiekol Bużaqq fir-Riserva tal-Għadira fejn jaf iqatta' numru ta' xhur Daqquqa tat-Toppu f'Awwissu, waħda mill-ispeċi bikrin fil-passa tal-ħarifa Il-kampanja #onthemove Din is-sena BirdLife Malta nidiet il-kampanja #onthemove biex tesponi s-sbuħija li jipprovdi l-ispettaklu tal-passa tal-għasafar fil-ħarifa. Il-kampanja għandha l-għan li tispira lill-pubbliku biex igawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar li jpassu minn fuq Malta tul il-ħarifa. Żur is- sit biex tiskopri aktar dwar din il-kampanja. Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ ukoll iniżżel l-għasafar li josserva f' formola li nħolqot apposta għal din il-kampanja. Ritratt: Birdlife Malta Dan it-tagħrif twassal minn Aron Tanti, fotografu tan-natura u membru ta' BirdLife Malta. | [
2
] |
Bhal-lum fl-1964 kien intwera l-ewwel episodju tas-serje komika The Addams Family. Eżatt sena wara bdiet tintwera s-sensiela I Dream of Jeannie. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
L-entità professjonali ewlenija tal-gwidi turistiċi, il-Union Maltija tal-Gwidi Turistiċi (MUTG), ser torganizza simposju nazzjonali b'mod virtwali, via Zoom, nhar il-Ġimgħa 25 ta' Settembru 2020 mid-9.30 a.m. bit-tema 'Gwidar ta' Kwalità għal Turiżmu ta' Kwalità'. Skont il-President tal-MUTG Frans van Avendonk, "L-għan tas-simposju tal-MUTG, li din is-sena qiegħed ifakkar l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, hu biex dawk kollha li huma rilevanti għal din l-industrija prezzjuża f'pajjiżna jsiru konxji li turiżmu ta' kwalità jista' jseħħ biss minn protagonisti ta' kwalità u kkwalifikati fil-qasam tat-turiżmu. "Dan jista' jiġi miksub billi nagħtu l-aħjar taħriġ lil dawk li jridu jkunu protagonisti fis-settur, billi nkomplu nħarġuhom b'mod kontinwu tul ħajjiethom, iżda wkoll billi nirregolaw u nilleġislaw b'tali mod li operaturi leġittimi u dawk attivi jkunu protetti minn pirati jew operaturi li jiksru l-liġi bla rażan jew ma jsegwux ir-regoli u l-istandards għad-detriment tal-prodott turistiku lokali." Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ser tiftaħ is-simposju. Ser isegwuha mhux inqas minn tmin kelliema li ser ikopru l-qasam kollu ta' turiżmu ta' kwalità. Dr Dane Munro, lettur fl-Istitut tat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura (ITTC) fl-Università ta' Malta u riċerkatur fit-turiżmu marbut mal-fidi u fl-istorja, ser jitkellem fuq Gwidi Turistiċi bħala Sors ta' Kwalità. Is-sidien tal-operaturi turistiċi fl-Arġentina Dopazo u Ravenna, Hugo Dopazo u Jorge Ravenna, ser jitkellmu fuq Il-Gwida tat-Turisti bħala Ċavetta għal Esperjenza Memorabbli għall-Vjaġġatur, ibbażat fuq it-twemmin sod li huwa l-element uman li jagħmel kull vjaġġ memorabbli. Għalhekk, jorganizzaw programmi ta' taħriġ għal min imexxi t-turs tagħhom, u dejjem jimpjegaw l-aħjar gwidi liċenzjati biex iżidu dik ix-xi ħaġa żejda li jittrasforma t-turist fi vjaġġatur. Dr Michael Tanti-Dougall, avukat li jmexxi l-uffiċċju Tanti-Dougall & Associates, li huma membri sħaħ u attivi fil-Forum Internazzjonali ta' Avukati fl-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (IFTTA), ser jitkellem fuq Ir-Regolamentazzjoni tal-Professjoni tal-Gwidi Turistiċi f'Malta u Għawdex, b'referenza għal xi ġurisdizzjonijiet oħra fl-Unjoni Ewropea. Efi Kalampoukidou, President tal-Federazzjoni Ewropea ta' Assoċjazzjonijiet ta' Gwidi Turistiċi (FEG) u gwida turistika kwalifikata fil-Grieg, l-Ingliż u l-Ġermaniż għall-Greċja kollha, ser titkellem fuq Il-Way Forward – L-Aħjar Prattiċi għal Gwidi Turistiċi fl-Ewropa. Tom Hooper, MBE, li jaħdem bħala gwida turistika b'kwafika professjonali fil-'Blue Badge', li jgħix Londra, ser jitkellem fuq Kwalità u Standards – Perspettiva mill-Ingilterra, minn fejn oriġinat il-'Blue Badge'. Is-Sur Hooper hu l-President Fondatur tal-Istitut ta' Gwidi Turistiċi, kien President tal-Federazzjoni Ewropea ta' Assoċjazzjonijiet ta' Gwidi Turistiċi (FEG) u serva fuq il-Bord Eżekuttiv tal-Federazzjoni Dinjija tal-Assoċjazzjonijiet ta' Gwidi Turistiċi (WFTGA). It-Teżorier tal-MUTG Pawlu Spiteri ser jitkellem fuq L-Impatt Ekonomiku ta' Gwidi Turistiċi. Apparti milli ggradwa fl-Ekonomija u l-Amministrazzjoni tan-Negozju, is-Sur Spiteri għandu liċenzja biex ikun gwida turistiku bil-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ispanjol u ilu jaħdem bħala gwida mill-2013. Glorianne Mizzi, li kienet President tal-MUTG u taħdem bħala lettur u għalliema ta' Gwidi Turistiċi fl-Istitut ta' Studji Turistiċi (ITS), hija l-aħħar kelliema. It-tema tagħha hi Kif Nassiguraw il-Kwalità: Prospettivi għall-Ġejjieni. Ms Mizzi ilha taħdem bħala gwida mill-1996 u kienet membru tal-bord eżekuttiv tal-Federazzjoni Ewropea ta' Assoċjazzjonijiet ta' Gwidi Turistiċi (FEG), apparti milli kienet direttur fuq il-bord tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. L-udjenza mixtieqa għas-simposju, is-Sur van Avendonk qal, huma dawk kollha involuti fit-turiżmu li għandhom jassiguraw li jintlaħaq l-aħjar livell ta' kwalità. "Fosthom hemm dawk li jagħmlu r-regoli, dawk li jinforzaw u dawk li jagħtu servizz lill-konsumatur. Hemm bżonn li dawn kollha jiġu konvinti fil-ħtieġa u r-riżultati tar-regolamentazzjoni. Mhux dwar kif nipproteġu dawk li jagħtu s-servizz iżda fuq il-prodott u l-konsumatur. "Bħal issa hemm xi ostakli li jfixklu li jintlaħqu l-ogħla standards. Iżda għallinqas issa sibna koperazzjoni mill-Ministeru għat-Turiżmu u hemm intenzjonijiet tajba biex nimxu 'l quddiem fl-aħjar interess ta' kulħadd." Dawk li jixtiequ jirreġistraw biex jattendu s-simposju, li għalih m'hemmx ħlas, jistgħu jibgħatu emejl fuq: mutgsecretary@gmail.com . Dawn huma mħeġġa jidħlu fis-sessjoni fid- 9.15 a.m. Ser ikun hemm ċans biex isaqsu l-mistoqsijiet wara d-diskorsi u s-simposju, li għalih il-membru tal-kumitat tal-MUTG Maria Rosner ser tkun il-moderatur, hu mistenni li jispiċċa f'nofsinhar. | [
4
] |
Dr Andrea Dibben qalet li meta n-nies jesprimu l-mibegħda tagħhom bil-kliem mod, imma meta xi ħadd jgħidlek, "Għandi bullet lesta għalik," mod ieħor. Hija kienet qed titkellem fuq l-esperjenza tagħha bħala attivista fil-konfront ta' messaġġi ta' mibegħda li tirċievi. Dr Dibben, li hija lekċerer l-Università, u li hi attivista għad-drittijiet tan-nisa fost kawżi oħra, kienet qed tiġi intervistata minn Prof. Andrew Azzopardi waqt il-programm tiegħu fuq 103 Malta's Heart nhar is-Sibt li għadda. Il-programm kien dwar diskors ta' mibegħda u dwar għaliex in-nies jagħżlu li jesprimu dan is-sentiment lejn xulxin. Prof. Azzopardi, li hu d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ fis-Soċjetà fl-Università, staqsa lil Dr Dibben x'inhu l-prezz li jkollha tħallas tal-attiviżmu tagħha fuq kwistjonijiet soċjali. Hija qalet li tul is-snin, ġiet mgħajra diversi ismijiet, bħal saħħara jew qattiela, u minkejja li ma tapprezzax titli bħal dawn, hija tkompli b'xogħolha. Madankollu semmiet meta darba xi ħadd qalilha li għandu bullet lesta għaliha. F'dak il-mument, beżgħet u ddeċidiet li tieħu azzjoni. Irrakkuntat kif kienet għamlet rapport mal-pulizija, imma l-kwistjoni donnha waqfet hemm. Żiedet tgħid li jekk theddid bħal dan isir fil-konfront ta' nies ta' status soċjali partikolari, is-sitwazzjoni tkun differenti ħafna, għax x'aktarx tittieħed azzjoni. Dr Dibben qalet ukoll li xi drabi, bħala soċjetà, meta nħossuna mhedda, nirribellaw, imma jeħtieġ li nitgħallmu kif naffaċċjaw argument li ma naqblux miegħu u mhux nispiċċaw ngħajru lil min ikun qed iħaddan dan l-argument. Statistika parlamentari 18-il persuna b'passi kriminali minħabba kliem ta' mibegħda fi 3 snin | [
6,
14
] |
L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma stqarr li jixtieq li l-Knisja f'Għawdex tkun Knisja qaddejja, bl-awtorità vera tagħha tkun fil-qadi, fis-servizz u fil-karità. Saħaq li t-tmexxija jkollha s-saħħa skont kemm taqdi, kemm tħobb u kemm isservi. Mons. Teuma għamel dan l-appell fl-ewwel omelija uffiċjali tiegħu bħala r-ragħaj tad-Djoċesi ta' Għawdex, waqt l-Ingress Solenni tiegħu fil-Knisja Katidrali fir-Rabat Għawdex. L-Isqof insista li l-funzjoni tiegħu mhix li jikkmanda, imma li flimkien mas-saċerdoti u l-insara "nagħtu lilna nfusna bħal Ġesù li ta lilu nnifsu minn fuq is-salib". Saħaq li wieħed irid joqgħod attent li għat-tmexxija tal-Knisja ma jużax l-istess kliem bħat-tmexxija tal-Istat. Żied jgħid li "faċli ninfixlu, imma għal Ġesù hu ċar li fit-tmexxija tal-Knisja tfisser li tkun l-ewwel wieħed li taqdi lil oħrajn, li toqgħod l-aħħar – wara kulħadd, u li tistenna li kulħadd ikun tajjeb imbagħad tħares lejn innifsek". Mons. Teuma rrimarka li minkejja li dan hu kliem sempliċi huwa diffiċli biex jitpoġġa fil-prattika. Fisser li wieħed għandu joqgħod attent għax faċli jinqabad fl-ingann, u minn mexxej "isir sid li jagħmel l-iskjavi". Kompla jispjega li fil-knisja m'hemmx livelli, imma livell wieħed b'diversi stati – saċerdoti, reliġjużi, lajċi – li kollha jieħdu mingħand xulxin u jagħtu lil xulxin. "Kemm tkun sabiħa jekk id-djoċesi tinbidel f'ċirkolazzjoni ta' qadi u ta' mħabba bejnietna, u f'għaqda waħda ngħixu dan l-ispirtu ta' servizz lil xulxin" , qal l-Isqof Teuma. B'ton sod stqarr li l-Knisja għandha ġlieda kontra l-loġika tal-poter u r-rivalità, li għalkemm mhix faċli, tagħti l-paċi vera. "Meta tgħaddi tiegħi, ftit wara jitqanqlu s-suspetti u l-beżgħat u l-kliem wara dahar xulxin. Iżda jekk minflok il-poter ikun hemm qadi, servizz u mħabba, ikun hemm differenza kbira", żied jgħid. B'referenza għall-Katidral, bħala "omm il-knejjes l-oħra kollha", Mons. Anton Teuma qal li bħal kull omm, il-katedra tal-Isqof, tkun kuntenta meta tpoġġi lil uliedha sewwa u ma tiħux għaliha jekk xi ħadd minn uliedha jitraskuraha, filwaqt li taħfer dejjem. Waqt l-omelija tiegħu, Dun Anton sellem lill-Isqof Emeritu Mario Grech filwaqt li saħaq li llum huwa mument importanti għad-Djoċesi ta' Għawdex hekk kif Mons. Grech inħatar bħala l-President tas-Sinodu. Illum id-Djoċesi ta' Għawdex fakkret ukoll il-156 anniversarju minn meta twaqqfet. Illum fil-Vatikan: L-Isqof Grech maħtur uffiċjalment Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet "Ibqa' magħna" – kanzunetta għall-Isqof il-ġdid Biex jagħti merħba lill-Isqof il-ġdid, fl-okkażjoni tal-Ingress Solenni, il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ f'Għawdex ipproduċa l-kanzunetta oriġinali "Ibqa' magħna." Il-kompożizzjoni hija ta' Richard Grech u l-lirika hija ta' Francesco Pio Attard. Il-kliem tagħha hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta' Għemmaws "U baqa' miexi magħhom." Ibqa' magħna Biex jagħti merħba lill-Isqof il-ġdid ta' Għawdex Mons. Anton Teuma, fl-okkażjoni tal-Ingress Solenni tiegħu nhar l-Anniversarju mit-Twaqqif tad-Djoċesi ta' Għawdex, il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ (Għawdex) ipproduċa l-kanzunetta oriġinali "Ibqa' magħna", kompożizzjoni ta' Richard Grech fuq lirika ta' Francesco Pio Attard, li l-kliem tagħha hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta' Għemmaws "U baqa' miexi magħhom". Produzzjoni u Filmati: CVC media© Diocese of Gozo / CVC Media, September 2020***Fit-triq sibtna niġru mifxulabla nafu tassew fejn sejrin,ġejt f'nofsna u l-bqija mxejt magħna,fik qlubna ħassejna mħeġġin.Int Kelma li tlaħħmet għalina,sirt ikel għal min hu bil-ġuħ,dħalt għandna mal-mejda għall-festa,l-Ispirtu sawwabt fuq kull ruħ.Rit.:Ibqa' magħna, Mulej, fi triq ħajjitna,irgħa l-merħla li fdejt b'demmek l-għażiż,ikkonsagra dar-Ragħaj li għażiltilna,dewqu l-ħlewwa ta' mħabbtek il-piż,b'dehnek żejnu ħa j'tik poplu qaddis.Mimlija bil-qawwa ta' Kelmteklil ħutna bit-tama nixegħlu,fid-dinja noħorġu bla biża'inħabbru l-ferħ tal-Vanġelu.Mitmugħa bil-Ħobż li qsamtilnatibgħatna mill-ġdid pellegriniindewwu l-ġrieħi tad-dgħajfa,inġarrfu ħitan u konfini. Rit. Posted by Diocese of Gozo on Tuesday, September 15, 2020 | [
13
] |
Malta llum kellha numru rekord ta' każijiet tal-coronavirus mill-bidu tal-pandemija 'l hawn, b'total ta' 106 każijiet minn 2,470 test. Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta' kuljum. Fiequ wkoll 22 persuna, u b'hekk, it-total ta' każijiet attivi bħalissa huwa ta' 591. OFFICIAL COVID-19 figures for 16•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, September 16, 2020 Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mid-49 każ li nstabu lbieraħ kien hemm: 10 każijiet ta' membri tal-familja ta' każijiet preċedenti 5 każijiet ta' kollegi tax-xogħol 2 każijiet ta' nies li kellhom kuntatt dirett ma' persuni bil-Covid-19 3 każijiet mill-cluster fid-dar tal-anzjani St Joseph 15-il każ mid-dar tal-anzjani Casa Antonia Dan ifisser li 14-il każ kienu sporadiċi, mill-komunità. Il-każijiet tal-bieraħ 49 każ ġdid ta' coronavirus; 41 ifiqu Minħabba din iż-żieda drastika fil-każijiet, l-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jikkunsidra li ma jinfetħux l-iskejjel fit-28 ta' Settembru, għaliex meta jiftħu l-iskejjel, il-każijiet huma mistennija li jibqgħu jiżdiedu. L-appell tal-UPE lill-PM "Agħlqu l-iskejjel" – UPE X'taħseb dwar iż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus? | [
1
] |
Issa li l-każijiet tal-coronavirus reġgħu qed jiżdiedu b'mod drastiku, b'numru rekord ta' każijiet illum, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili (CSN) qed jagħmel għadd ta' appelli lill-awtoritajiet, fosthom li s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci terġa' tibda tidher fuq it-televixin ta' kuljum biex tagħti aġġornament fuq il-każijiet tal-coronavirus f'Malta. Fi stqarrija ppubblikata ftit tal-minuti wara li tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 106 każijiet ġodda, l-ewwel darba li l-każijiet qabżu l-100 f'ġurnata kemm ilha li bdiet il-pandemija, in-Netwerk għas-Soċjetà Ċivili qal li s-sitwazzjoni kurrenti mhix aċċettabbli. Għaldaqstant huwa appella għal dawn il-bidliet: Li Prof. Gauci terġa' tidher fuq it-televixin kuljum sabiex tagħti informazzjoni preċiża; mingħajr l-aġġornamenti, il-pubbliku donnu mhux jieħu l-pandemija bis-serjetà qal in-Netwerk Li l-Pulizija tibda tferrex gruppi ta' nies miġburin fuq barra u toħroġ multi lil dawk li ma jimxux mar-regolamenti tat-tbegħid soċjali Li jsir test tal-coronavirus lil kull min jasal Malta bl-ajru jew bil-baħar Li l-awtoritajiet jgħidu ġo liema postijiet tax-xogħol ikun instab każ tal-coronavirus biex il-klijenti jmorru jagħmlu t-test Li tiġi ċċekkjata t-temperatura tan-nies fil-postijiet pubbliċi kollha u postijiet privati miftuħin għall-pubbliku Li fl-iskejjel ma jattendux l-istudenti kollha f'daqqa meta dawn jerġgħu jiftħu imma jkun hemm gruppi li jalternaw min jattendi l-iskola Li jitnaqqas is-sillabu biex ix-xogħol jiġi kkoreġut elettronikament biss Prof. Charmaine Gauci kienet tagħti aġġornament ta' kuljum fil-bidu tal-pandemija, iżda mbagħad waqfet għalkollox meta l-każijiet naqsu f'Ġunju. Fi tmiem Lulju hija reġgħet bdiet l-aġġornamenti tagħha, iżda dawn bdew isiru kull nhar ta' Ġimgħa minflok kuljum, u għadhom isiru hekk sal-lum. Il-każijiet tal-lum Jinstab l-ogħla numru ta' każijiet tal-coronavirus mill-bidu tal-pandemija Dwar l-iskejjel, in-Netwerk qal ukoll li jkun aħjar jekk l-edukazzjoni tat-tfal tieħu ritmu aktar kajman biex iżżomm mal-emerġenza kurrenti, milli titwaqqaf kompletament. In-Netwerk qal li ladarba tgħaddi l-pandemija, it-tfal ikollhom ċans ilaħħqu mat-tagħlim. Illum il-UPE għamlet appell lill-Prim Ministru Robert Abela biex jerġa' jikkunsidraha jekk jinfetħux l-iskejjel billi ladarba dawn jiftħu, il-każijiet se jkomplu jiżdiedu. L-appell tal-UPE lill-PM "Agħlqu l-iskejjel" – UPE Taqbel li Prof. Gauci terġa' tibda tagħti l-aġġornamenti ta' kuljum? Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq Newsbook.com.mt. | [
1
] |
Analiżi tal-iżvilupp tal-pandemija tal-coronavirus f'Malta minn professjonisti tas-saħħa lokali qalet li t-tieni mewġa f'Malta ġiet b'riżultat ta' avvenimenti tal-massa. Intant issemmew ukoll il-messaġġ inkonsistenti li kienu qed jgħaddu ċertu setturi mhux relatati mas-saħħa. L-istudju jgħid kif it-tieni mewġa tal-coronavirus qed iddur id-dinja hekk kif diversi restrizzjonijiet tneħħew. Il-professjonisti rrimarkaw li filwaqt li fil-bidu Malta kienet imlaqqma bħala l-"poster child" fil-ġlieda tal-ewwel mewġa, il-pajjiż safa vittma tat-tieni mewġa wara li beda jilqa' t-turisti mill-1 ta' Lulju tal-2020. Partikolarment, il-problemi bdew meta żewġ avvenimenti tal-massa ġew organizzati minkejja li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu talbu biex dawn l-avvenimenti ma jsirux. Minn 15 il-jum fejn fihom kienu rrappurtati biss madwar erba' każi pożittivi, il-pajjiż reġa' tela' għal figuri doppji b'rata kbira ta' trażmissjoni fil-komunità. L-analiżi bl-isem ta' "Mass Events Trigger Malta's Second Peak After Initial Successful Pandemic Suppression" tħares fid-dettall lejn kif it-tieni mewġa ħasdet lill-pajjiż. Bejn is-17 u d-19 ta' Awwissu kien seħħ party f'lukanda fejn attendew madwar 800 persuna. Jumejn wara, is-sitwazzjoni tal-coronavirus bdiet tikber mingħajr kontroll. Inqas minn ġimgħa wara, ċelebrazzjonijiet ta' festa partikolari rriżultaw fil-bidu ta' cluster ieħor ta' persuni pożittivi għall-coronavirus u b'hekk il-virus beda jinfirex fil-komunità. Lura f'Lulju: Il-persuna pożittiva għall-coronavirus marret party kbir f'lukanda Il-professjonisti, fosthom is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci, qalu li d-dinja kollha qed tesperjenza żieda kbira fil-każi tal-coronavirus minħabba aġir irresponsabbli minn persuni ta' kwalunkwe età. Qalu iżda li l-akbar ħtija taqa' fuq l-adolexxenti hekk kif dawn huma fost l-aktar li jattendu avvenimenti bħal parties. Tkellmu wkoll dwar kif kien hemm firxa ta' messaġġi inkonsistenti minn setturi u awtoritajiet li mhux relatati mas-saħħa. Qalu li kien hemm min qed jgħid lill-pubbliku li "kollox kien taħt kontroll" u li "Malta miftuħa għan-negozju". Sostnew li dawn il-messaġġi taw sinjali foloz li l-coronavirus għadda u mar u li l-attivitajiet turistiċi setgħu jerġgħu jidħlu fis-seħħ mingħajr l-ebda limitazzjonijiet. Fl-istess perjodu, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne komplew jenfasizzaw lill-pubbliku l-importanza li jibqa' viġilanti u jżomm id-distanza soċjali. X'kien qal il-PM? Filmat: Normalità sħiħa mill-15 ta' Lulju – Abela Fil-konklużjonijiet tal-istudju, l-professjonisti tas-saħħa qalu li l-protezzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni trid tkun il-prijorità ta' kulħadd f'dawn iż-żminijiet. Sostnew li l-fattur prinċipali biex it-tifrix tal-virus jonqos huwa li wieħed jikseb il-fiduċja tal-poplu u jkompli jinsisti dwar iġjene tal-idejn, id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri biex fl-istess waqt ikunu anke protetti l-persuni vulnerabbli. Semmew kif fl-aħħar jiem kien hemm ukoll żieda ta' infezzjonijiet fl-anzjani. Sostnew li jekk il-poplu u l-awtoritajiet ma jaħdmux id f'id, mela l-pandemija mhux se ngħelbuha, speċjalment meta l-istaġun tal-influwenza jinsab magħna. L-analiżi kienet ippubblikat fil-Journal of Community Health fuq Springer Link. Il-kontributuri tiegħu huma Dr Sarah Cuschieri mid-Dipartiment tal-Anatomija, Dr Martin Balzan mid-Dipartiment Respiratorju, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci, Steve Agius li huwa ċ-Chief Operating Officer tal-Isptar Mater Dei u Prof. Victor Grech mid-Dipartiment tal-Pedjatrija. Tista' taqra l-analiżi b'mod sħiħ minn hawn: Niżżel | [
1
] |
Il-Parlament Ewropew approva fondi b'total ta' €6.2 biljun biex tgħin ittaffi il-problemi kkawżati mill-pandemija. €1.1 biljun minnhom huma allokati biex tiżgura l-produzzjoni tal-vaċċin fl-UE u biex jkollha provvisti suffiċjenti għall-istati membri. Fi stqarrija, il-Parlament Ewropew qal li l-fondi se jippermettu lill-UE biex ttejjeb il-probabbiltà li ssib tilqima effettiva u sigura disponibbli kemm jista' jkun malajr. Il-€1.1 biljun relatati mal-vaċċin se jżidu l-pagamenti għall-Istrument ta' Appoġġ ta' Emerġenza (ESI), li parti sinifikanti tiegħu tintuża biex tiżgura l-produzzjoni tal-vaċċini fl-UE u provvisti suffiċjenti għall-istati membri tagħha. Dan huwa parti mill-istrateġija tal-vaċċin tal-COVID-19 tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Parlament approva l-proposta b'643 vot favur, 29 kontra u 14-il astensjoni. Il-plenarja tal-Parlament Ewropew qed ssir fi Brussell minflok fi Strasburgu billi l-belt Franċiża ġiet iddikjarata żona ħamra minħabba l-imxija tal-Coronavirus. L-ewwel aħbar: Covid-19: Il-plenarja tal-UE għal Brussell għax Strasburgu ddikjarat perikoluż Appell għall-trattamenti bi prezz raġonevoli fi kwalunkwe ħin Fi stqarrija separata, il-Parlament Ewropew appella biex l-UE tkun iktar awtosuffiċjenti fejn jidħlu mediċini u tagħmir mediku sabiex ikunu disponibbli trattamenti bi prezz raġonevoli fi kwalunkwe ħin. Il-Parlament indirizza l-kawżi fundamentali tan-nuqqasijiet reċenti tal-mediċini f'riżoluzzjoni, adottata b'663 voti favur kontra 23 u 10 astensjonijiet. Il-Membri talbu għall-reazzjoni miżjuda mill-UE għal problema li ġiet aggravata mill-kriżi tal-COVID-19 madwar l-Ewropa b'impatt negattiv dirett fuq is-saħħa, is-sigurtà tal-pazjenti u l-kontinwazzjoni tat-trattament tagħhom. | [
1,
3
] |
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta' Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) qalet li quddiem ir-rata rekord ta' każijiet ta' coronavirus qatt irreġistrata f'24 siegħa, għandhom jittieħdu aktar miżuri biex il-firxa tkun imrażżna. Qalet li dan għandu jsir qabel ma jinfetħu l-iskejjel. "Hu evidenti li l-miżuri li ttieħdu sa issa ma kinux effettivi biżżejjed," sostnew il-ġenituri. Rekord ta' każi f'24 siegħa: 106 każijiet: rekord mill-bidu tal-pandemija L-assoċjazzjoni staqsiet jekk hux prematur li l-iskejjel jiftħu fit-30 ta' Settembru u jekk il-protokolli maħruġa fit-2 ta' Settembru hux meqjusa bħala effiċjenti biżżejjed biex iħarsu saħħet l-istudenti u l-edukaturi fl-iskejjel. MAPSSS staqsiet ukoll jekk l-implementazzjoni tal-protokolli hux se tkun lesta sal-aħħar tax-xahar. F'każ li s-sitwazzjoni preżenti twassal biex l-iskejjel jibdew joperaw bit-tagħlim online fit-30 ta' Settembru, l-MAPSSS hi tal-fehma li kull skola għandha tgħarraf lill-ġenituri liem pjattaforma diġitali se tintuża għal-lezzjonijiet onlajn sabiex il-ġenituri jilħqu jippreparaw irwieħhom. Kampanja #SafeAtSchool "Tibżax tiddiskuti l-Covid-19 mat-tfal" – MAPSSS Intant qalet li hemm bżonn ukoll li tkun diskussa sistema li tesiġi li ġenituri li jaħdmu jibqgħu d-dar. Qalet li din id-diskussjoni għandha ssir mal-Assoċjazzjonijiet ta' Min Iħaddem sabiex ikun żgurat li l-ġenituri jingħataw l-opportunità ta' telework fejn possibbli, u li ebda azzjoni dixxiplinarja ma tittieħed kontra ġenituri li ma jistgħux jagħmlu telework. MAPSSS saħqet li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jiżgura li jilħaq b'mod effettiv lil dawk l-istudenti li "għebu" minn meta l-iskejjel ingħalqu f'Marzu. Qalet li għandu jkun żgurat li tfal żvantaġġjati, inkluż tfal ta' familji bi dħul baxx u tfal immigranti fiċ-Ċentri Miftuħa, ikollhom aċċess għas-software, apparat u aċċess għall-internet sabiex jibbenefikaw minn edukazzjoni onlajn. Aktar opinjonijiet: Għeluq skejjel: X'qed jgħidu l-ġenituri u l-għalliema? Talbet ukoll lill-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiżgura li tfal ta' frontliners u edukaturi jkunu pprovduti kura adegwata għat-tfal u l-organizzazzjoni neċessarja li tippermettilhom isegwu l-kurrikulu waqt li l-ġenituri tagħhom qegħdin jaħdmu. L-MAPSSS saħqet ukoll li għandu jitwaqqaf b'mod immedjat il-Mental Healtcare Support Unit biex jindirizza l-inċertezza u l-ansjetà li qed iħossu l-istudenti. L-MAPSSS tenniet li fid-dawl tal-inċertezzi preżenti, il-Ministeru għandu jagħmilha ċara li l-introduzzzjoni mandatorja ta' uniformijiet ġodda fi-Kindergarten 1, u s-snin 1, 7 u 9 qed tiġi posposta. Qalet li minbarra l-fatt li xi ġenituri qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji minħabba l-coronavirus, għandu jkun evitat li ġenituri jinġabru fi kju quddiem l-uniku stabbiliment li qed ibigħ l-uniformijiet b'mod speċjali meta mhux ċert meta u jekk l-iskejjel hux se jiftħu. | [
1
] |
Hekk kif il-firxa tal-coronavirus fid-djar tal-anzjani aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżdied, il-Ministeru għall-Familja, is-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali ħarġu sett ta' protokolli biex il-firxa tkun ikkontrollata. Xi jgħidu dawn il-protokolli? L-istaff u r-residenti jiġu swabbed b'mod frekwenti. Darbtejn kuljum għandha tittieħed it-temperatura lil kull membru tal-istaff. Il-ħaddiema f'dawn id-djar qed jintalbu jkunu responsabbli fil-ħajja privata tagħhom. Kull membru tal-istaff irid jilbes il-maskra l-ħin kollu u għandu jsir il-ħasil tal-idejn neċessarju. Biex dan jiġi assigurat qed isir l-infurzar meħtieġ. Se tiġi offruta wkoll it-tilqima tal-influwenza kemm lill-anzjani kif ukoll lill-ħaddiema. Meta r-residenti fid-djar tal-anzjani jiġu swabbed, id-djar tal-anzjani jridu jżommu lill-qraba infurmati waqt il-proċess kollu. Dawk ir-residenti li se jidħlu f'dar tal-anzjani mill-komunità, għandhom jinżammu 14-il ġurnata kwarantina filwaqt li r-residenti li jirritornaw id-dar tal-anzjani wara li ngħataw kura l-isptar għandhom jinżammu ħamest ijiem kwarantina. Fil-każ ta' anzjani li jkollhom xi appuntament outpatient, dawn jistgħu jirritornaw id-dar tal-anzjani iżda d-dar trid tagħmel il-kontrolli neċessarji biex tinduna mal-ewwel b'xi sintomi li jista' jkollu r-resident. L-anzjani għandhom iżommu l-grupp tagħhom u ma jitħalltux ma' residenti f'sulari jew fi swali differenti. Dan biex jinżamm il-kunċett tal-bubble. Fl-aħħar jiem: 57 resident fi djar tal-anzjani pożittivi għall-coronavirus – Il-Gvern Żjarat lill-anzjani: Fejn għandhom x'jaqsmu ż-żjarat lill-anzjani, l-Awtorità tirrakkomanda li għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tad-djar rispettivi. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li jekk iħossu ma jiflaħx, allura m'għandux iżur lill-anzjani. Waqt iż-żjarat, importanti li jintlibsu l-maskri jew il-visors filwaqt li m'għandux isir kuntatt fiżiku fl-ebda ħin. Waqt iż-żjarat għandha tinżamm dejjem id-distanza filwaqt li l-persuni jibqgħu jikkomunikaw minn wara l-perspex. Qabel u wara li ssir iż-żjara, il-viżitaturi jridu wkoll jissanitizzaw idejhom. Iż-żona tal-viżta trid dejjem tiġi diżinfettata bejn żjara u oħra. Id-djar tal-anzjani jridu jkunu mgħammra bit-teknoloġija neċessarja biex issir komunikazzjoni virtwali bejn l-anzjani u qrabathom. Flimkien mat-teknoloġija, irid ikun hemm ukoll persuni mħarrġa li jgħinu lill-anzjani fl-użu ta' din it-teknoloġija. Dwar l-ikel: Fejn għandu x'jaqsam l-ikel, jekk ikun hemm xi anzjani li jġibulhom l-ikel il-qraba, dan allura jsir f'kontenitur li jkun jista' jew jintmesaħ inkella li jkun siġillat jew li jista' jintrema. L-ikel m'għandux jingħata direttament lill-anzjani iżda lill-persuni responsabbli fid-djar tal-anzjani. Attivitajiet fid-djar tal-anzjani: L-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali se tkun qed tassigura li dawn isiru b'mod frekwenti iżda b'mod sigur kull ġimgħa. Kull membru tal-istaff irid jilbes il-maskra matul il-ħin kollu filwaqt li għandu jsir ukoll il-ħasil tal-idejn neċessarju. F'każ li jintuża l-visor, dan irid jiġi sanitizzat ta' sikwit. Kull kap ta' dar tal-anzjani għandu jiżgura li r-residenti joħorġu mid-dar biss għal appuntamenti mediċi jew meta jkollhom bżonn kura medika. Dwar il-hairdressers: Id-djar tal-anzjani jridu wkoll jidentifikaw żona għall-hairdresser li tkun tirrispetta d-distanza soċjali u l-iġjene. Il-hairdresser għandu/għandha j/tagħmel użu minn personal protective equipment biex j/tiżgura s-sigurtà tar-resident. Biex dan ikun żgurat, diġà qed isir l-infurzar meħtieġ. | [
1
] |
L-għadd ta' każijiet globali ta' coronavirus mistenni li jaqbeż it-30 miljun nhar il-Ħamis, skont l-għadd ta' Reuters, u m'hemm l-ebda sinjal li l-pandemija qed tnaqqas ir-rata ta' infezzjoni. Bħalissa l-attenzjoni tinsab fuq l-Indja bħala l-aħħar epiċentru tal-pandemija, għalkemm l-għadd globali tal-Amerika ta' Fuq u t'Isfel jammonta għal nofs l-għadd tal-każijiet globali. Iċ-ċifri ta' każijiet ġodda globali laħqu livelli rekord f'dawn l-aħħar ġranet, u l-imwiet telgħu għal kważi miljun, waqt li tkompli t-tiġrija internazzjonali biex jiġi żviluppat u jibda jinbiegħ vaċċin kontra l-virus. L-għadd uffiċjali ta' każijiet ta' coronavirus internazzjonali issa tela' għal ħames darbiet l-għadd ta' infezzjonijiet gravi ta' influwenza rreġistrati kull sena, skont data tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa. Madwar id-dinja, kien hemm madwar miljun mewta, iżda dan mhux indikattiv tal-għadd reali minħabba l-perjodu ta' inkubazzjoni ta' ġimgħatejn tal-virus. Dan qabeż sew l-għadd ta' bejn 290,000 u 650,000 mewta annwali attribwiti għall-influwenza. Nhar l-Erbgħa l-Indja saret it-tieni pajjiż fid-dinja wara l-Istati Uniti, li rreġistra aktar minn 5 miljun każ. Il-pajjiż li jinsab fin-nofsinhar tal-Asja u li għandu t-tieni l-ogħla popolazzjoni fid-dinja, ilu sa min-nofs Awwissu jirrapporta aktar każijiet ġodda kuljum mill-Istati Uniti, u jammonta għal ftit aktar minn 16% tal-każijiet globali magħrufa. L-Istati Uniti għandha madwar 20% tal-każijiet globali, għalkemm il-popolazzjoni tagħha hija biss 4% tal-popolazzjoni dinjija. Il-Brażil, il-pajjiż li jinsab fit-tielet post minħabba l-għadd ta' infezzjonijiet, jammonta għal madwar 15% tal-każijiet globali. Fi 18-il ġurnata, il-każijiet globali telgħu minn 25 miljun għal aktar minn 30 miljun. L-ammont ta' infezzjonijiet madwar id-dinja tela' minn 20 miljun għal 25 miljun f'20 ġurnata, u minn 15-il miljun għal 20 miljun fi 19-il ġurnata. Ir-rata globali ta' każijiet ġodda qed tonqos, u dan jirrifletti progress li qed isir biex jiġi kkontrollat il-virus f'diversi pajjiżi, minkejja xi żidiet inkwetanti. Esperti tas-saħħa jinsistu li d-data uffiċjali kważi ċertament tagħti rapporti aktar baxxi tar-rata tal-infezzjonijiet u l-għadd ta' mwiet, speċjalment f'pajjiżi li għandhom kapaċitajiet limitati ta' ttestjar. It-tiġrija biex jiġi żviluppat u jibda jinbiegħ vaċċin kontra n-novel coronavirus saret aktar akkanita f'dawn l-aħħar ġimgħat, b'madwar 200 verżjoni li qed jiġu żviluppati bħalissa. Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li pajjiżu jista' jkollu l-vaċċin lest għad-distribuzzjoni qabel l-elezzjoni tal-Istati Uniti li se ssir fit-3 ta' Novembru, filwaqt li uffiċjal għas-saħħa Ċiniż din il-ġimgħa qal li ċ-Ċina jista' jkollha l-vaċċin lest għall-użu tal-pubbliku fil-bidu ta' Novembru. Waqt li l-iżvilupp tal-coronavirus għadu ħafna anqas minn dak tal-Influwenza Spanjola tal-1918, li infettat madwar 500 miljun persuna u fejn mietu madwar 10% minnhom, l-esperti jinsabu mħassba li d-data disponibbli qed tagħti ċifri li mhumiex rappreżentattivi tal-impatt reali tal-pandemija. | [
1,
10
] |
Ingredjenti 375ml ħalib 2 bajdiet 2 isfra tal-bajd 45g dqiq 120g zokkor essenza tal-vanilla Metodu Saħħan 250ml tal-ħalib mal-essenza tal-vanilla sakemm jibda jagħli. Meta dan jagħli żidu mal-kumplament tal-ħalib li jkun fadallek (125ml) u mal-kumplament tal-ingredjenti l-oħra. Erġa' saħħan u ibqa' ħawwad sakemm il-krema terġa' tagħli. Ferragħ f'bieqja, għatti b'karta strazza u ħalliha tiksaħ. Din il-krema tista' tużaha biex tagħmilha fuq il-pasti, timla l-kannoli, fuq il-gatueaux, eċċ. | [
2
] |
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) qalet li s'issa fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar instabu biss żewġ membri tal-istaff pożittivi għall-COVID-19. F'post fuq Facebook l-FES qalet li l-awtoritajiet bdew il-contact tracing immedjatament hekk kif instabu dawn iż-żewġ każijiet pożittivi u sostniet li l-istudenti u l-membri kollha tal-istaff li kellhom kuntatt dirett ma' dawn iż-żewġ każijiet ġew ikkuntattjati miċ-ċentru biex jibqgħu d-dar bħala miżura ta' prekawzzjoni sakemm l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkuntattjawhom. L-FES temmet tgħid li ttieħdet l-azzjoni neċessarja kollha skont il-linji gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa, filwaqt li qalet li kwalunkwe aħbar oħra tindika li nstabu iktar każijiet fiċ-ċentru f'San Pawl il-Baħar hija aħbar falza. ⚠️⚠️Press Release⚠️⚠️The Foundation for Educational services would like to clarify that so far two COVID positive… Posted by Foundation for Educational Services on Wednesday, September 16, 2020 | [
1
] |
Id-duo Rihanna & Katryna huma r-rebbieħa tal-edizzjoni ta' din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li twasslet f'xandira diretta fuq Net TV. Huma interpretaw Tfixkluniex Tħawduniex ta' Emil Calleja Bayliss u Kaya Priscilla Psaila. Here is a snippet of us singing our song ❤️❤️Singer Stage Kaya Priscilla Giordano Psaila Emil Calleja Bayliss Posted by Katryna & Rihana on Wednesday, August 12, 2020 Matul is-serata ġew ippremjati wkoll kanzunetti oħra f'kategoriji differenti. Rihanna Marie Caruana rebħet il-vot tal-pubbliku bil-kanzunetta Nixtieq ta' Rita Pace u Marco Debono. Kategorija kantanti sa 11-il sena Fl-ewwel post Eve Tabone bil-kanzunetta Stennew Ftit ta' Emil Calleja Bayliss u Mark Spiteri Lucas. Fit-tieni post Kayleen Mercieca bil-kanzunetta Żarbuna Waħda ta' Rita Pace u Marco Debono. Fit-tielet post Marija Djinovic bil-kanzunetta M'hemmx Kliem ta' Emil Calleja Bayliss u Mark Spiteri Lucas. Kategorija kantanti sa 15-il sena Fl-ewwel post Rihana & Katryna bil-kanzunetta Tfixkluniex Tħawduniex ta' Emil Calleja Bayliss u Kaya Priscilla Psaila. Fit-tieni post Rihanna Marie Caruana bil-kanzunetta Nixtieq ta' Rita Pace u Marco Debono. Fit-tielet post Luana Schembri bil-kanzunetta Għażiż Pittur ta' Rita Pace u Mark Spiteri Lucas. Ġurija Il-ġurija kienet komposta minn sitt persuni mill-qasam tat-televiżjoni, mużika u edukattiv. Dawn kienu George Mifsud, Clifford Borg, Carlos Farrugia, Mark Laurence Zammit, Lyndsay Pace u Daniel Vella. Is-serata kienet ippreżentata minn Mark Azzopardi u Emma Cutajar filwaqt li Robert Cutajar kien iċ-chairman ta' dan il-konkors. Għada s-Sibt 19 ta' Settembru se jixxandar il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bi preżentazzjoni ta' Charles Saliba u Marbeck Spiteri. | [
2,
6
] |
Maria Grech Ganado, tliet darbiet rebbieħa tal-Premju għall-Poeżija u l-ewwel benefiċjarja tal-Premju Poeta Lawreat, hija l-protagonista tas-seba' episodju fis-sensiela Storja ta' Storja li se jixxandar illum is-Sibt fis-7.15pm fuq TVM. Dan l-episodju jinkludi addattament tal-poeżija tagħha Bolero. Storja ta' Storja hija serje televiżiva ta' dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta' tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba l-oħra li jidhru f'dis-sensiela huma Loranne Vella, Alfred Sant, Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud, Alex Vella Gera, Lou Drofenik u Walid Nabhan. Storja ta' Storja hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtellgħa bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Maria Grech Ganado Repetizzjoni ta' dan l-episodju tixxandar il-Ħamis ta' wara fit-8.15pm fuq TVM2. | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr. Bernard Micallef u l-preżentatriċi Massimiliana Demartino. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew . Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. "Ejja warajja", qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma' Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: "Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom"? Hu semagħhom u qal: 'It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Illum huwa Jum l-Indipendenza – festa nazzjonali – li fih infakkru l-jum fl-1964, li fih Malta, wara eluf ta' snin bħala parti minn xi imperu jew ieħor, saret pajjiż sovran bir-responsabbilità tat-tmexxija f'idejn il-poplu tagħha. Parti mill-ftehim tal-Indipendenza kien li r-Reġina Eliżabetta tibqa' r-Reġina ta' Malta, u li f'pajjiżna jibqgħu xi lokalitajiet li jservu bħala bażi militari tal-Gran Brittanja. Iċ-ċerimonja tal-għotja tal-Indipendenza kienet saret il-Floriana bil-parteċipazzjoni tad-Duka ta' Edinburgh il-Prinċep Philip, li simbolikament għadda d-dokument lill-Prim Ministru Malti Ġorġ Borg Olivier. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Flimkien mal-lettur Dr Odette Lewis niddiskutu l-infrastruttura f'Malta fit-tieni parti tal-programm Andrew Azzopardi on 103 , li xxandar illum is-Sibt 19 ta' Settembru fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart , bejn l-10am u 12pm. Hija ħaġa inkredibbli li hekk kif tagħmel ix-xita tant toroq f'Malta jegħrqu, argumenta l-preżentatur Andrew Azzopardi. Huwa tort tal-flash floods? | [
6,
14
] |
Il-liġijiet waħidhom mhux biżżejjed iżda hemm bżonn ta' nies integri biex jimplimentawhom. Hekk saħaq il-ġurnalista u editur ta' Maltatody.com.mt Kurt Sansone li dalgħodu kien intervistat fuq 103 Malta's Heart minn Andrew Azzopardi. Mistoqsi dwar il-governanza tajba u kif Malta tista' timxi 'l quddiem fuq dan l-aspett, Sansone qal li mhix xi ħaġa li tfaqqa' subgħajk u titranġa iżda saħaq li jrid ikun hemm persuni ta' integrità li apparti l-bidla fil-liġijiet iridu jatwaw dawn il-liġijiet b'mod għaqli. Il-governanza mhix xi ħaġa li tagħmel ABC u daqshekk imma xi ħaġa li tevolvi kuljum Semma għadd ta' liġijiet li daħlu fis-seħħ bħal pereżempju l-Whistleblowers Act u il-Freedom of Information Act iżda qal li mhumiex biżżejjed. Spjega dan billi qal li mhux biżżejjed li jkun hemm il-liġijiet b'saħħithom u b'multi ħorox imma jrid ikun hemm min iħaddimhom li għandu integrità. Dwar il-Panama Papers, Sansone qal li mix-xhieda li qed toħroġ fil-Qorti qed jidher kif kien hemm problema ta' tlajjar fosthom li l-investigazzjonijiet kienu qed isiru b'riżorsi limitati u anke ttardjar fil-ħin. Sostna li dan qed jiġi żvelat bħalissa fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u mill-kumpilazzjonijiet tax-xhieda fil-kawżi fil-Qorti. Sansone tkellem ukoll dwar l-iżvantaġġi ta' pajjiż żgħir għax qal li dan iġib miegħu diffikultajiet fejn jidħlu regoli li jridu jkunu ċari għal kulħadd. Qal li l-poplu mdorri jċempel lill-politiku tad-distrett biex jirranġaw problema bħalma hi ħsara fis-sistema tad-drenaġġ. Sansone spjega li dan id-drtit li jitranġaw affarijiet bħal dawn jista' jakwistah iċ-ċittadin innifsu billi jċempel lill-awtoritajiet kompetenti. B'dan l-eżempju, Sansone spjega kif għalkemm il-governanza tajba u l-korruzzjoni jkunu qed jaffettwaw lill-pajjiż, iċ-ċittadini mhux dejjem ikejluh bl-istess kejl meta jiġu biex jivvutaw. Stqarr li ċ-ċittadin jagħmel assessjar personali dwar dak li jkun qed jaffettwa lilu u lill-pajjiż biex jiddeċiedi fuq il-vot tiegħu. | [
14
] |
Għall-Istaġun tal-ħarifa l-Istazzjon Net se jkun qed jerġa' jwassal drama Maltija mill-imgħoddi (Throwback drama) fil-ħin tat-3pm u bejn Settembru u Diċembru t-telespettaturi se jkollhom iċ-ċans li jerġgħu jsegwu r-raba' staġun ta' Dejjem Tiegħek Becky, li kien ukoll l-aħħar wieħed f'din is-sensiela. Wara li tant kienet ilha tipprova tinqabad tqila, Becky jirnexxielha. Imma l-Malti jgħid: ix-xitan m'għandux ħalib u l-Maltin jafu xi jgħidu! Se nsiru nafu aħjar lis-surmast tal-iskola, is-Sur J. Inguanez, li wkoll għandu familja u d-dar huwa bniedem totalment differenti! Prentiss, l-iżjed student maħbub minn Martin, jibqa' jipprova jagħmel ħiltu biex jirnexxi fil-ħajja imma ma jsib l-ebda għajnuna mill-ġenituri tiegħu. Ingrid tasal lura mis-safar flimkien ma' missierha. X'kien sar minnha kemm kienet ilha nieqsa minn Malta? Anne toħroġ mill-isptar wara li l-operazzjoni ta' qalbha tkun irnexxiet mija fil-mija imma b'daqshekk ma jfissirx li se tgħix għal dejjem. Joe Bartolo, Sarah Camilleri u Monica Attard. Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic) Dan huwa ftit minn dak li nistennew li naraw fl-episodji li jkunu qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq produzzjoni u direzzjoni ta' EMH. Pierre Bugeja u Anna Cachia. Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic) Mal-atturi prinċipali bħal Eileen Montesin, Nathalie Micallef, George Micallef, Christine Haber, Lino Mintoff, Tessie Fedele, John Dimech u Josephine Zammit Cordina se naraw ukoll lil Michael Tabone, Amanda Bugeja, Monica Attard, Anna Cachia, Sarah Camilleri, Keith Pierre Bugeja, Frank O'Neil, John Peel, Pauline Cordina u Klinsmann Coleiro. | [
2,
6
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta' 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Settembru. Huwa baqa' jingħata kura f'residenza tal-anzjani fejn kien jgħix u miet aktar kmieni llum. Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. Ilbieraħ mietu tliet anzjani oħra bil-Covid-19, żewġ nisa u raġel. L-imwiet li tħabbru lbieraħ Tlieta jmutu bil-Covid-19 f'Malta Din il-ġimgħa rat numru rekord ta' każijiet meta għall-ewwel darba kien hemm aktar minn 100 każ reġistrat f'24 siegħa . L-awtoritajiet qalu li nofshom kien ġejjin mid-dar tal-anzjani tal-Fgura. Illum tħabbru 32 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 30 persuna. Il-każijiet fid-djar tal-anzjani, kulma jmur qegħdin jiżdiedu. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li fil-bidu tas-sajf, it-tendenza kienet li l-clusters kienu ġejjin minn avvenimenti tal-massa, iżda issa, l-maġġoranza tagħhom qegħdin fid-djar tal-anzjani. Il-każijiet tal-lum 32 każ ġdid ta' coronavirus; ifiqu 30 | [
1
] |
Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 65 każ ġdid minn total ta' 2,922 swab test. Fiequ wkoll 21 persuna, u b'hekk, it-total ta' każijiet attivi bħalissa huwa ta' 663. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta' kuljum. Id-dettalji dwar il-każi mħabbra llum jingħataw għada minħabba li għadhom qed jiġu investigati. Dalgħodu tħabbar ukoll li żewġ anzjani mietu kawża tal-Covid-19. Imutu fl-aħħar sigħat Imutu żewġ nisa anzjani, l-aħħar vittimi tal-Covid-19 Nofs il-każijiet tal-bieraħ kienu sporadiċi. Mid- 39 każ li tħabbru lbieraħ 20 każ kienu sporadiċi, 10 każi minn membri tal-familja, 3 każi minn kuntatti diretti, 3 każi minn Dar San Ġużepp, 1 minn Casa Antonia, persuna li ħa l-virus mingħand kollega tax-xogħol u persuna oħra minn gathering soċjali. | [
1
] |
Ilbieraħ kien jum speċjali għall-kantanta Raquel Galdes hekk kif iżżewġet lill-maħbub tagħha Christian Briffa. Aktar kmieni mal-ġurnata il-kantanta kienet ħabbret uffiċjalment li fi ftit sigħat oħra kienet se tkun qed tingħaqad fiż-żwieġ ma' Christian. Huwa bdew joħorġu flimkien fl-2015 u l-proponiment kien sar fil-Barrakka Ta' Fuq wara sentejn flimkien. Il-kantanta ta' 34 sena iddebbuttat fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Mhux Pupa Biss u wara għaddiet għal festivals bħal Malta Eurovision Song Contest b'kanzunetti bħal Invisible (2014), Stop Haunting Me (2015) u Flashing Lights (2016). Rajnieha wkoll f'bosta avvenimenti mużikali fosthom Rockestra. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Christian u lil Raquela f'dan il-kapitlu ġdid ta' ħajjithom. | [
2
] |
Tiħrax il-ġlieda tal-Gvern Ingliż kontra l-Coronavirus hekk kif il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar li kull min jinqabad li qed jikser l-ordni tal-iżolament jista' jeħel multa sa 10,000 sterlina. L-avviż legali l-ġdid jinponi fuq il-persuni li jinstabu pożittivi jew dawk li kienu qrib persuna infettata biex jibqgħu kwarantina. Il-Gvern Ingliż daħħal multa oħra kontra l-imgħallmin li jikkastigaw lil min jibqa' d-dar minħabba li jkun kwarantina. Ilbieraħ ir-Renju Unit ħabbar 4,422 każ ġdid u 27 mewta. | [
1,
10
] |
Il-kantanta Għawdxija Ruth Portelli rebħet l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Kuruni bi kliem ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas. KKI 2020 – 11 Ruth Portelli Kuruni Posted by NET Television on Wednesday, August 12, 2020 Fit-tieni post ikklassifikat Fjuri ta' Mardy Farrugia fuq kliem u mużika ta' Rita Pace filwaqt li fit-tielet post ikklassifikat Darba f'Mitt Qamar ta' Graziella Vella fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Kaya Priscilla Psaila. Ir-rebbieħa tal-vot tal-pubbliku kienet Krista Spiteri Lucas bil-kanzunetta Jgħidulek fuq kliem ta' Paul Ellul u mużika ta' Kaya Priscilla Psaila. Il-ġurija kienet iffurmata minn Marco Calleja, Peppi Azzopardi, Frederick Zammit, Ben Purple, Fiona Cauchi u George Cassar. Il-festival kien organizzat miċ-chairman Robert Cutajar filwaqt li s-serata kienet ippreżentata minn Marbeck Spiteri u Charles Saliba. | [
2
] |
L-Awstralja illum mistennija tirrapporta l-inqas ammont ta' każijiet ġodda tal-coronavirus fi tliet xhur, bi 18-il każ biss. L-epiċentru tal-imxija tal-virus Victoria rreġistrat 14-il każ biss, inqas mill-21 każ tas-Sibt. New South Wales u Queensland irrapportaw żewġ każijiet kull wieħed. Dawn huma l-inqas figuri mit-23 ta' Ġunju 'l hawn. Il-Prim Ministru ta' Victoria Daniel Andrews stqarr li dawn in-numri joffru tama u ottimiżmu lill-poplu Awstraljan. L-istat ta' Victoria rreġistra 75% tal-26,900 każ li feġġew u 90% tal-849 mewt fl-Awstralja u ilu taħt lockdown mill-bidu ta' Lulju. Melbourne ukoll kienet taħt restrizzjonijiet riġidi li kienu jinkludu curfew u ordnijiet biex in-nies jibqgħu d-dar. Il-Ħadd dimostranti inġabru f'Melbourne fejn kellhom jitwaqqfu mill-kavallerija tal-pulizija. Il-ġimgħa li għaddiet Fl-Awstralja: 70 persuna arrestati għax ipprotestaw kontra l-lockdown | [
10
] |
Ġenituri li jaħdmu huma mħassbin dwar fejn se jħallu lil uliedhom jekk dawn ikollhom xi ġranet meta jkollhom isegwu l-lezzjonijiet mid-dar minħabba l-pandemija tal-coronavirus. L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) xerrdet messaġġ fuq il-paġna tagħha fuq Facebook li rċeviet mingħand ġenituri li jaħdmu bħala għalliema. Iben dawn il-ġenituri jmur ġo skola tal-Knisja li ddeċidiet li talterna l-ġranet meta l-istudenti jattendu l-iskola, jiġifieri jkun hemm grupp ta' studenti li jattendi xi jiem, u grupp ieħor li jattendi xi jiem oħra, b'sistema ta' ġurnata iva u ġurnata le. Dawn il-ġenituri qalu li qed jaffaċċjaw problema dwar fejn se jħallu lil uliedhom meta dawn ma jattendux l-iskola. "Forsi veru hemm min għandu n-nanniet imma dawn jistgħu jkunu vulnerabbli jew m'għandhomx saħħa għal dan u hemm min m'għandu lil ħadd. Fl-istess waqt it-tfal għadhom żghar biex jibqgħu waħedhom id-dar." X'qalet il-Kurja fuq l-iskejjel? "Iċ-ċirkostanzi jistgħu jfixklu l-ftuħ tal-iskejjel tal-Knisja" Huma staqsew x'soluzzjoni jista' jkun hemm għal din il-problema. Bħala għalliema staqsew jekk jistgħux jingħataw permess jaħdmu mid-dar, jew jistgħux jieħdu lil uliedhom magħhom fuq il-post tax-xogħol. "Ġimgħa waħda baqa', u veru inkwetati, it-tensjoni flok tonqos iktar tiżdied!" komplew jgħidu. Kien hemm ġenituri oħra li rreaġixxew għal din il-kitba u qalu li huma ma jaħdmux bħala għalliema, imma għandhom l-istess problema li ma jistgħux joqogħdu ma' wliedhom meta dawn ikunu jridu jsegwu l-lezzjonijiet mid-dar, peress li jaħdmu. Din il-ġimgħa, billi l-każijiet tal-coronavirus reġgħu żdiedu ġmielhom, b'rekord ta' każijiet f'ġurnata waħda, il-UPE appellat biex l-iskejjel ma jinfetħux. L-iskejjel suppost li għandhom jiftħu ġimgħa oħra, fit-28 ta' Settembru. L-appell tal-UPE lill-PM "Agħlqu l-iskejjel" – UPE | [
1
] |
Il-management tar-Residenza San Ġużepp fil-Fgura bagħtu għall-pulizija wara li raġel żar ir-reception biex jistaqsi fuq il-kundizzjoni tas-saħħa tal-ġenituri tieghu u ta' oħtu, li jgħixu fir-residenza. Mario Mifsud, magħruf aħjar bħala DJ Banana, tkellem ma' Newsbook.com.mt fuq l-esperjenza tiegħu. Il-ġenituri tiegħu u oħtu, li għandha paraliżi ċerebrali (cerebral palsy) jgħixu fl-istess kamra, u kemm ommu kif ukoll oħtu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Mifsud qal li sar jaf li l-familjari tiegħu irriżultaw pożittivi għall-coronavirus biss wara li oħtu ċemplet biex tistaqsi fuqhom. Il-Covid-19 qiegħed jinfirex b'mod konsiderevoli fid-djar tal-anzjani Maltin: fil-konferenza tal-aħbarijiet li tat fit-18 ta' Settembru, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat li 117 każ ta' Covid-19 instabu ġo d-djar tal-anzjani matul il-ġimgħa li għaddiet. L-akbar numru ta' każi ġew irrapurtati fir-Residenza San Ġużepp. Mifsud spjega kif żar ir-residenza nhar il-Ħadd biex jistaqsi fuq il-familjari tiegħu. Però, minflok tawh l-informazzjoni mixtieqa, il-management irrapurtawh lill-pulizija, u akkużawh li heddidhom. Żied li l-infermiera li kienet responsabbli dak il-ħin kienet ordnata mill-pulizija li taġġornah fuq is-sitwazzjoni, u li kien imwiegħed telefonata mill-manager. Però, din it-telefonata għadha ma saritx. Familjari jitħallew fil-għama Mifsud semma kif minkejja l-protokolli kollha li għandhom isegwu d-djar għall-anzjani, il-familjari tar-residenti qed jitħallew fil-għama. Waqt li missieru ma rriżultax pożittiv għall-Covid-19, xtaq li jibqa' fl-istess kamra ma' martu u bintu: Mifsud spjega li minkejja missieru mwerwer, ma riedx iħallihom weħidhom. Innota li familjari ta' residenti oħrajn li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 ukoll saru jafu b'dan biss meta ċemplu huma. Mifsud żied ukoll li fil-bidu t-testijiet ma kinux qed jittieħdu regolarment mal-pazjenti kollha. Wara li feġġ l-ewwel każ fir-residenza, sar test biss fuq oħtu, u mhux fuq il-ġenituri tieghu. Però fl-aħħar ftit jiem, hekk kif in-numru ta' każijiet zdied bil-qawwa, kien hemm żieda fl-ittestjar. Jixtieq stat t'emerġenza fir-residenza Minħabba l-iżviluppi riċenti, Mifsud jixtieq li l-gvern jiddikkjara stat ta' emerġenza fir-residenza u jieħu kontroll tas-sitwazzjoni. Qal li kien ċar li xi ħaġa marret ħażin fir-residenza, u b'hekk il-gvern kellu jintervjeni u jibgħat it-tobba u l-infermiera tiegħu sakemm l-affarijiet jerġgħu lura għan-normal. Żied li bħalissa, id-dar qiegħda topera b'numru minimu ta' ħaddiema. Kien ikun aħjar kieku Parnis xtara t-tagħmir protettiv Mifsud semma wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis, u żied li waqt li ħafna ċċajtaw fuq il-ħelu li xtara għar-residenti, kien ikun aħjar kieku minflok xtara tagħmir protettiv għall-ħaddiema li jaħdmu fid-dar tal-anzjani. Fakkar li r-residenza ma kenitx sptar, u li b'hekk kellha nuqqas ta' riżorsi biex tindirizza l-Covid-19 b'mod adegwat. Semma l-biżà tiegħu li l-ħaddiema stess setgħu daħħlu l-coronavirus fir-residenza, hekk kif ir-residenti nnifishom ma jistgħux joħorġu. Sors ieħor li kellem lin-Newsbook.com.mt ukoll emfasizza n-nuqqas ta' tagħmir protettiv għall-ħaddiema. Nhar it-Tnejn, l-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw 50 każ ġdid ta' Covid-19, inklużi ħames immigranti f'ċentri tad-detenzjonijiet li mhux qed jiġu nklużi fil-figuri uffiċjali. In-numru ta' każijiet attivi – bl-esklużjoni tal-immigranti – issa laħaq 676. L-aħħar bulettin 45 każ ġdid ta' coronavirus L-awtoritajiet irrapurtaw ukoll żewġ imwiet bil-Covid-19, inkluż raġel li kien residenti f'dar tal-anzjani. Żewġt irġiel imutu bil-coronavirus | [
1
] |
Bħal-lum 77 sena ilu twieled Carmel Casha, magħruf fil-qasam letterarja bħala Charles Casha. Huwa twieled bħal-lum fil-21 ta' Settembru tal-1943. Matul is-snin Charles kiteb numru kbir ta' kotba iżda bla dubju li wieħed mill-ikbar suċċessi tiegħu kien meta fl-1967 ħoloq il-karattru ta' Fra Mudest. Dawn il-kotba baqgħu popolari sal-lum il-ġurnata, tant li qed jerġgħu jiġu ppublikati. Fl-2002, waqt il-Jum tal-Ilsien Malti, il-Kunsill, Għalliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti taw ġieħ lil Charles Casha. Fl-2007 Charles Casha ngħata Ġieħ il-Marsa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sehem tiegħu fil-letteratura Maltija filwaqt li fl-2013 huwa ngħata wkoll Ġieħ Ħaż-Żabbar mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar. Ritratt: Jeremy Wonnacott / DOI Fl-2014 Charles Casha ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija filwaqt li fl-2012 Casha ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika. Charles huwa miżżewweġ lil Mary nee' Casingena u għandu tlett ulied, Stefania, Mark u Kristjana, li hija attriċi li fost oħrajn interpretat lil Ġiżimina fis-sensiela Ġiżelle. Charles u martu Mary huma wkoll nanniet. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
Madwar 850,000 persuna f'Madrid intalbu jibqgħu ġewwa, hekk kif Spanja qed tissielet maż-żieda qawwija fil-każijiet ta' coronavirus. Ir-restrizzjonijiet ta' lockdown daħlu fis-seħħ f'partijiet tal-kapitali Spanjola b'dawk affettwati jistgħu jħallu d-djar tagħhom biss għal ħtiġijiet bażiċi bħalma hu x-xogħol, imorru għand it-tabib jew jieħdu t-tfal tagħhom l-iskola. Dawk fiż-żoni milquta jirrappreżentaw 13% tal-popolazzjoni f'Madrid. Huwa maħsub li huma responsabbli għal madwar 24% tal-każijiet li nstabu fl-aħħar ġimgħa. Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez qal li r-restrizzjonijiet li ddaħħlu mhux se jfissru li se jsir lockdown ieħor madwar il-pajjiż kif sar f'Marzu li għadda. | [
1,
10
] |
Photo: Partit Nazzjonalista L-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonlista se ssir kif ippjanat, minkejja l-appell tal-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo li l-elezzjoni tiġi posposta kif ukoll wara li mart Bernard Grech, wieħed mill-kandidati, irriżulta li għandha l-coronavirus. Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li ħadet nota ta' dak li ppubblika l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo aktar kmieni llum, meta huwa qal li hu mħasseb fuq l-elezzjoni minħabba l-għadd kbir ta' każijiet, speċjalment għax wieħed mill-kandidati qiegħed kwarantina. Il-Kummissjoni qalet, iżda, li m'hemmx bażi għal din it-talba. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li ilha ġimgħat tikkonsulta dwar il-mod kif kellha torganizza din l-elezzjoni fl-aktar ambjent san minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Stqarret li l-fatt li mart Bernard Grech instabet pożittiva ma tbiddel xejn mill-preparazzjonijiet u ma żżid l-ebda pressjoni għal min kien diġà organizzat. Iktar dettalji hawnhekk: Grech jiżola ruħu wara li martu tirriżulta pożittiva għall-Covid-19 Il-Kummissjoni sostniet li dejjem poġġiet is-saħħa tat-tesserati fuq quddiem nett f'kull kunsiderazzjoni li ħadet u dejjem iddikjarat li l-elezzjoni ssir bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, skont id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex tassigura li l-votazzjoni ssir f'rispett sħiħ għas-saħħa ta' kull votant. Kien għalhekk li minkejja li f'ċirkostanzi normali ġurnata waħda biss kienet tkun biżżejjed biex issir elezzjoni bħal din (hekk kien sar tliet snin ilu), il-Kummissjoni qed torganizza l-votazzjoni mifruxa fuq sitt ijiem għal ħinijiet twal propju sabiex tassigura li l-votanti jkunu jistgħu josservaw id-distanza soċjali kif rakkomandat mill-awtoritajiet. X'miżuri se jittieħdu fl-elezzjoni għal Kap tal-PN? Il-Kummissjoni qalet li: Se tiffumiga kull post tal-votazzjoni. Se tagħti permess li kull tesserat iġib il-lapes jew pinna tiegħu. Se tassigura li se tinżamm id-distanza soċjali fl-eventwalità li jkun hemm kju barra kull każin. Se tassigura wkoll li kull votant ikun liebes il-maskra jew visor. Se tittieħed it-temperatura ta' kull persuna qabel din tidħol fil-post tal-votazzjoni. Se jiġi assigurat li kulħadd jaħsel idejh bi spirtu diżinfettant qabel jidħol fil-post tal-votazzjoni u anke meta jlesti mill-votazzjoni. Il-Kummissjoni ħeġġet lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista sabiex jieħdu sehem f'din l-elezzjoni u jikkoperaw mad-direttivi kollha rigward il-COVID-19, kif kull ċittadin hu mistenni li jagħmel f'kull attività oħra. | [
1
] |
Mill-Ħamis li ġej, pubs, bars u restaurants fir-Renju Unit se jkollhom jibdew jagħlqu fl-10 ta' filgħaxija filwaqt li n-nies qed tintalab biex kull min jista', jaħdem mid-dar. Fi stqarrija, u f'messaġġ imxandar fuq it-televiżjoni, il-prim ministru Boris Johnson nieda sett ta' miżuri ġodda sabiex tkun miġġielda ż-żieda drammatika ta' każijiet ta' COVID-19. Huwa w jitkellem fuq Sky News qabel il-ħruġ ta' l-istqarrija, Michael Gove qal li fejn hu possibbli, in-nies għandha tipprova tagħmel minn kollox biex taħdem mid-dar. "Ma xtaqniex nieħdu dawn il-passi iżda issa hemm bżonn li nieħduhom għaliex ir-rata ta' infezzjoni qed terġa' tiżdied u l-għadd ta' nies li qed imorru l-isptar qed jiżdied ukoll, għalhekk hemm bżonn li nieħdu azzjoni," qal Gove. Din il-miżura, li se tinkludi s-settur kollu ta' l-ospitalità li bil-liġi se jkun limitat għal servizz fuq l-imwejjed biss, se tidħol fis-seħħ wara li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-gvern reġgħu żiedu l-livell ta' allert ta' COVID-19. Uffiċjali mediċi fl-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales tellgħu il-livell minn tlieta għal livell erbgħa li jfisser livell għoli jew li qed jiżdied ta' trażmissjoni li jirrikjedi d-distanza soċjali. Filwaqt li l-egħluq tal-pubs u r-ristoranti fl-10 ta' filgħaxija se tkun daqqa għas-settur, hemm serħan il-moħħ li l-gvern mhux qed jitlob shutdown totali, għalkemm dan kapaċi jseħħ f'ċertu hotspots fejn tkun reġistrata żieda fl-infezzjonijiet. Is-sindku ta' Londra Sadiq Khan qal lil Sky News li kien qed jipproponi sa 15-il restrizzjoni ġdida fil-kapitali, inkluż l-ilbies tal-maskri f'spazji pubbliċi, restrizzjonijiet fuq tiġijiet u funerali u iżjed nies jaħdmu mid-dar. Dawn il-miżuri ġodda mill-gvern mistennija jitħabbru minn Boria Johnson f'ġurnata mimlija attività għall-prim ministru, ġurnata li se tibda' b'laqgħa tal-kabinett fit-8.30 ta' filgħodu fejn il-ministri mistennija japprovaw il-proposti mressqa minn Downing Street. Wara diversi laqgħat ma' uffiċjali għolja minn madwar ir-Renju Unit kollu, Boris Johnson mistenni jagħmel diskors fil-Parlament għall-ħabta tan-12.30 segwit minn indirizz lin-nazzjon fuq it-televiżjoni li se jixxandar fit-8 ta' filgħaxija. Dan id-diskors mistenni jkun dwar "iżjed modi kif nikkonfrontaw il-virus skond l-aktar pariri xjetifiċi aġġornati, u r-rwol li għandu kulħadd sabiex tkun kontrollata l-pandemija, fosthom billi tinżamm id-distanza soċjali, l-ilbies ta' maskri u l-ħasil ta' l-idejn b'mod kostanti". Kelliem għal Downing Street qal: "kulħadd huwa konxju ta' l-isfidi li dawn il-miżuri ġodda se jkollhom fuq ħafna individwi u negozji. "Nafu li dan mhux se jkun faċli iżda hemm bżonn azzjoni sabiex nikkontrollaw din iż-żieda ta' każijiet tal-virus u sabiex inħarsu s-servizz nazzjonali tas-saħħa." Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, Downing Street organiżża diversi laqgħat ma' konsulenti xjentifiċi, ministri u uffiċjali għolja sabiex tkun diskussa l-pandemija u l-miżuri ġodda li hemm bżonn jittieħdu. Nhar is-Sibt li għadda fil-fatt, il-kabinett ingħata briefing mill-kap uffiċjal mediku ta' l-Ingilterra, il-Professur Chris Whitty, mill-kap konsulent xjentifiku Sir Patrick Vallance, u l-kap ekonomista Clare Lombardelli. Fil- briefing tagħhom, il-Professur Whitty u Sir Patrick qalu li l-għadd ta' każijiet ta' coronavirus qed jirdoppja kull sebat ijiem u jekk din ir-rata tibqa' l-istess, sa nofs Ottubru kapaċi jkun hemm rata ta' 50,000 każ kuljum. Iż-żewġ kelliema qalu li x-xitwa kapaċi tkun waħda ta' sfida filwaqt li l-prim ministru qal li ż-żieda fir-rata ta' infezzjonijiet kienet xi ħaġa li qed tinkwetah ħafna u li qed joħodha bis-serjetà ħafna. Huwa saħaq l-impenn tiegħu li jaħdem mill-qrib ma' l-amministrazzjonijiet kollha sabiex ikun miġġieled dan il-virus," u kulħadd qabel li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, se jkun hemm bżonn li kulħadd jaħdem b'mod magħqud. Minn nhar it-Tlieta, f'Wales, terz tal-popolazzjoni se tkun taħt xi forma ta' lockdown lokali u fl-Iskozja, dalwaqt mistennija jitħabbru iżjed restrizzjonijiet. F'reazzjoni għaż-żieda fil-livell ta' l-allert tal-COVID-19, is-Segretarju għas-Saħħa Matt Hancock qal li dan jirrifletti bidla sinifikanti fit-theddida tal-coronavirus. "Dan il-pajjiż jinsab f'mument delikat ħafna fil-mod kif se jirrispondi għal din is-sitwazzjoni u kulħadd għandu rwol vitali x'jaqdi biex inwaqqfu 'l dan il-virus milli jkompli jinfirex u sabiex inħarsu l-ħajja tan-nies." "L-aqwa difiża dejjem kienet dik li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, li niftakru naħslu idejna u wiċċna, li nżommu l-ispazju, li ma nkunux iżjed minn sitt minn nies f'daqqa u li kull min jista' jgħaddi l-virus, jibqa' iżolat." Is-sindku ta' Londra is-sur Khan aktar tard ħabbar li kien intlaħaq ftehim dwar pjan speċjali għal Londra bejn il-mexxejja tal-kunsilli mill-partiti kollha u l-esperti tas-saħħa pubbliċi, pjan maħsub sabiex inaqqas it-tifrix tal-virus u jkunu salvati ħajjet il-Londiniżi kollha. Huwa qal li se jkun qed jiddiskuti l-pjan mal-prim ministru Johnson u se jitlob lill-gvern sabiex jimplimentah. "Mingħajr ittestjar u contact tracing adegwat f'Londra, m'għandniex għażla oħra ħlief li nħarsu lejn miżuri oħra sabiex innaqqsu l-firxa tal-virus, qal is-sindku tal-kapitali. "Nemmen bis-sħiħ li jekk nieħdu azzjoni minn kmieni, minflok ma nimponu miżuri aktar ħorox wara, dan ikun l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu kemm għall-ġid tas-saħħa pubblika u ta' l-ekonomija. "Naf li ħafna Londiniżi, bħali, se jkunu frustrati ħafna jekk jerġgħu jiddaħħlu restrizzjonijiet ġodda b'mod imminenti. Kull min joqgħod f'Londra, diġa għamel ħafna sagrifiċċju u kulħadd wera' determinazzjoni sabiex jitħarsu r-regolamenti u kulħadd jaqdi dmiru – u dan bi spejjeż kbar." "Għaldaqstant, jekk nieħdu azzjoni b'saħħitha minn issa sabiex nevitaw lockdown itwal u iżjed diffiċli fil-ġejjieni, bla dubju jkun l-aqwa mod kif insalvaw il-ħajja ta' ħafna nies, inħarsu l-impjiegi u ngħinu lill-ekonomija terġa' tqum fuq saqajha," temm jgħid is-sur Khan. | [
1,
10
] |
Miet fl-età ta' 89 sena l-attur Ingliż – Franċiż Michael Lonsdale li kellu karriera twila bħala attur iżda jibqa' mfakkar għall-parti tal-kattiv Hugo Drax fil-film Moonraker ta' James Bong li kien ħareġ fl-1968. Michael Lonsdale bħala Hugo Drax fil-film Moonraker ta' James Bond L-attur beda l-karriera tiegħu fl-1956 u baqa' attiv sal-2016. Ħadem f'numru kbir ta' produzzjonijiet Franċiżi iżda oħra internazzjonali. Apparti f'Moonraker l-attur ħa sehem ukoll A Bullet in The Gun Barrel, The Itchy Palm, Behold A Pale Horse, The Day of the Jackal, The Remains of the Day, Don Juan u Ronin, fost ħafna oħrajn. Il-producers tal-films ta' James Bond, Michael G Wilson u Barbara Broccoli sellmu l-memorja ta' Lonsdale permezz ta' messaġġ fuq Twitter fejn iddeskrivewh bħala attur straordinarju. "We are very sad to learn of the passing of Michael Lonsdale, who played Hugo Drax in Moonraker. He was an extraordinarily talented actor and a very dear friend. Our thoughts are with his family and friends at this sad time" – Michael G. Wilson and Barbara Broccoli. pic.twitter.com/oMepLcSP0d — James Bond (@007) September 21, 2020 Apparti li kien attur, Michael Lonsdale kien ukoll awtur ta' 10 kotba. | [
2
] |
Kultant lanqas biss nirrealizzaw kif b'daqsxejn ħsieb nistgħu niffrankaw il-ħela tal-ilma. Forsi dak li jkun ma jintebaħx kif anke mill-kamra tas-sodda jista' jsalva u jiffranka l-ilma. Segwi dawn il-pariri: Dendel il-ħwejjeġ flok titwihom biex tnaqqas il-bżonn li tgħaddihom. Naqqas l-ammont ta' ilma li tuża fil-mogħdija billi tesponi l-ħwejjeġ għall-fwar. Dan jista' jsir faċilment billi ddendel il-ħwejjeġ imkemmxin fil-kamra tal-banju waqt li tinħasel. Aħsel il-ħwejjeġ biss meta hemm bżonn u mhux bilfors wara li jintlibsu darba biss. Uża l-ilma miġbur mill-A/Cs u d-dehumidifiers biex tgħaddi l-ħwejjeġ. Iġbor l-ilma mill-A/Cs u d-dehumidifiers biex terġa' tużahom madwar id-dar. Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org,m t | [
2
] |
156 pajjiż ingħaqdu f'inizjattiva tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) intiża biex jitqassam vaċċin eventwali tal-Covid-19 b'mod ekwu madwar id-dinja. Dawn il-pajjiżi, li jinkludu l-Unjoni Ewropea sħiħa, jirrapreżentaw kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni dinjija. Huma magħmula minn 64 stat ta' dħul għoli u 92 stat ta' dħul medju u baxx. Il-COVAX Facility hi inizjattiva globali li tgħaqqad flimkien gvernijiet u manufatturi tal-vaċċini bil-għan li tassigura li meta – u jekk – jiġi żviluppat vaċċin kontra l-Covid-19, dan jilħaq kull min għandu bżonnu. Il-pajjiżi parteċipanti jikkommettu ruħhom li jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi finanzjari u xjentifiċi tagħhom biex ma jbatux l-impatt tal-falliment ta' kandidat ta' vaċċin individwali, u biex jassiguraw li vaċċin li jirriżulta effettiv jiġi prodott u distribwit sew. L-istati bi dħul medju u baxx ikunu eliġibbli għall-għajnuna biex ikunu jistgħu jixtru u jqassmu dożi tal-vaċċin. Il-COVAX Facility issa se tibda tiffirma ftehim ma kumpaniji li qed jiżviluppaw u li jistgħu jipproduċu l-vaċċin, bil-għan li d-dożi meħtieġa tal-vaċċin ikunu jistgħu jiġu pprokurati sal-aħħar tal-2021. "Gvernijiet minn kull kontinent għażlu li jaħdmu flimkien; mhux biss biex jassiguraw li l-popolazzjonijiet tagħhom ikollhom il-vaċċin, imma anke biex jgħinu dawk li huma l-aktar vulnerabbli jkollhom aċċess," spjega Seth Berkley, il-kap eżekuttiv ta' Gavi, the Vaccine Alliance, li qed tikkoordina l-inizjattiva. "Bl-impenji li qed inħabbru llum għall-COVAX Facility, kif ukoll il-partnership storika li qed nilħqu mal-industrija, għandna ċans ħafna akbar li nġibu l-fażi akuta tal-pandemija fit-tmien meta vaċċin effettiv jiġi żviluppat." Il-WHO ħarġet ukoll framework biex tassigura li l-vaċċin jitqassam b'mod ekwu u biex l-ebda pajjiż li jipparteċipa fil-COVAX ma jitħalla barra. "Il-Covid-19 hija kriżi bla preċedent, li tirrekjedi risposta globali bla preċedent," qal id-direttur ġenerali tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus. "L-unika riżultat ta' nazzjonaliżmu tal-vaċċin ikun li jtawwal il-pandemija u ż-żmien biex tirkupra l-ekonomija globali. Li naħdmu flimkien bil-COVAX Facility m'huwiex att ta' karità: hu fl-interess ta' kull pajjiż tiġi kkontrollata l-pandemija u jiġi aċċelerat l-irkupru tal-ekonomija globali." | [
1,
10
] |
Ħamsin dipartiment, li jikkorrispondu għall-parti l-kbira tat-territorju nazzjonali fi Franza ġew iddikjarati 'żona ta' ċirkolazzjoni attiva tal-virus' Aktar min-nofs id-dipartimenti Franċiżi issa huma żona ħamra, f'Madrid aktar minn miljun persuna huma magħluqa fi djarhom, fir-Renju Unit hemm sitwazzjoni ta' allerta u jista' jkun li jiġu implimentati aktar miżuri stretti għaċ-ċittadini, anke jekk qed jiġi eskluż lockdown ieħor simili għal dak li kellhom fir-rebbiegħa: it-tieni mewġa tal-virus qed tħalli effett dejjem akbar fuq l-Ewropa. Il-kontinent kollu qed jaffaċċja kuljum id-deċiżjoni diffiċli bejn il-fatt li jinżammu miftuħin l-iskejjel u titkompla l-attività produttiva, kontra l-ħtieġa li jiġu intraċċati u iżolati malajr kemm jista' jkun l-infezzjonijiet il-ġodda li għadhom qed jiżdiedu. Franza ilha għal diversi ġranet tirreġistra aktar minn 10,000 każ kuljum u minħabba s-sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa, aktar minn 50 dipartiment issa huma ddikjarati bħala 'żona ta' ċirkolazzjoni attiva tal-virus'. Din hija klassifikazzjoni li tippermetti lill-prefetti tad-dipartimenti jadottaw miżuri supplementari biex jiġi mblukkat il-progress tal-għadu inviżibbli; madankollu s'issa għadu ma ġiex implimentat lockdown għall-popolazzjoni bħal dak li kien fis-seħħ ftit xhur ilu. Minkejja l-fatt li ċ-ċifri huma anqas minn dawk li kien hemm fil-bidu tal-pandemija, fir-Renju Unit qed jiżdied il-livell ta' tħassib dwar is-sitwazzjoni. Skont l-uffiċjali tas-saħħa fil-gvern ta' Boris Johnson, jekk iż-żieda fil-każijiet mhux se titwaqqaf b'mod immedjat, f'Ottubru l-pajjiż jista' jerġa' jaffaċċja livelli ta' 50,000 infezzjoni u 200 mewta kuljum, għaxar darbiet aktar mil-livell ta' madwar 4,000 każ ġdid li qed jinstabu bħalissa. Dan it-tħassib huwa bbażat fuq it-tendenza li diġà dehret f'pajjiżi oħra bħal Franza u Spanja, fejn l-infezzjoni għaddiet miż-żgħażagħ għall-ġenerazzjoni aktar anzjana, u issa teżisti sitwazzjoni ta' żieda fl-imwiet. Il-professuri Patrick Vallance u Chris Whitty talbu li jiġu implimentati miżuri ġodda aktar restrittivi fuq il-kuntatt soċjali fil-parti l-kbira tar-reġjun Brittanniku, u Johnson sejjaħ laqgħa ad hoc tal-kumitat tal-gvern għall-emerġenzi, Cobra. Intant, ir-restrizzjonijiet il-ġodda mħabbra f'dawn l-aħħar jiem daħlu fis-seħħ f'ċerti partijiet ta' Madrid, u fil-qalba tal-belt kapitali Spanjola. Il-miżuri jaffetwaw lil 850,000 persuna: dawn se jkunu jistgħu jħallu ż-żona tagħhom biss biex imorru għax-xogħol, imorru l-iskola jew biex jirċievu assistenza medika. Anke hawn għadu ma ġiex implimentat lockdown strett: iċ-ċittadini għadhom jistgħu jivvjaġġaw b'mod liberu fiż-żona tagħhom, anke jekk il-parks pubbliċi se jibqgħu magħluqin u r-ristoranti u l-ħwienet tal-kafé jridu jagħlqu mal-10:00 ta' filgħaxija. Anke f'Monaco ta' Baviera, fil-Ġermanja, qed jiżdiedu r-restrizzjonijiet kontra l-Covid. Min-nhar il-Ħamis li ġej, ser ikun obbligatorju li l-maskla tintlibes anke barra, f'ċerti partijiet miċ-ċentru storiku, u ser ikunu implimentati limitazzjonijiet fuq il-kuntatti: mhux se jkunu permessi gruppi ta' aktar minn ħames persuni f'daqqa. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-amministrazzjoni lokali fid-dawl taż-żieda fl-infezzjonijiet fil-kapitali tal-Land tal-Ġermanja t'Isfel, fejn fil-weekend inqabeż il-limitu ta' 55.6 każijiet ġodda għal kull 100 elf abitant f'7 ijiem. Fuq in-naħa l-oħra tal-Oċean, fl-Istati Uniti, dalwaqt jintlaħaq it-tragward ta' 200,000 vittma tal-coronavirus, filwaqt li l-għadd ta' każijiet qabeż is-6.8 miljun. Dawn iċ-ċifri qed iżommu lill-Istati Uniti fl-ewwel post tal-klassifika dinjija ta' pajjiżi li ntlaqtu l-agħar mill-Covid-19. Intant, il-president Donald Trump għadu jħares lejn il-vaċċin bħala l-aktar soluzzjoni immedjata kontra l-virus, u jkompli jsostni x-xewqa tiegħu li dan ikun disponibbli qabel l-elezzjoni ta' Novembru li ġej. Hu qed jibqa' jsostni li issa hija kwistjoni ta' "ġimgħat, probabbilment ikun disponibbli sal-aħħar ta' Ottubru". | [
1,
10
] |
Il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold qal li l-passi li qegħdin jittieħdu kontra Keith Schembri qed juru kemm kellha effett il-pressjoni li saret mis-soċjetà ċivili wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Giegold ħareġ stqarrija li fiha wera s-sodisfazzjon tiegħu li "fl-aħħar, xi ħaġa qed tiċċaqlaq fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'Malta." Qal li apparti s-soċjetà ċivili, il-pubblikazzjonijiet tal-midja internazzjonali tad-Daphne Project ukoll kellhom kontribut. Semma kif delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew żaru Malta biex jagħmlu l-pressjoni biex isiru investigazzjonijiet. Brian Tonna, Karl Cini u n-Nexia BT dejjem irrifjutaw talbiet għal diskussjonijiet mal-MEPs. "Kellna raġun nippersistu," ikkummenta Giegold. Huwa semma kif Keith Schembri u Brian Tonna kienu ilhom allegatament involuti fil-ħasil tal-flus mindu feġġew il-Panama Papers fl-2016, iżda ma saret ebda "investigazzjoni robusta" mill-Pulizija Maltija. L-aħħar żviluppi Filmat: Keith Schembri arrestat: L-avukati se jitolbu l-qorti tiftaħ b'urġenza L-MEP żied jgħid li minkejja l-passi li qegħdin jittieħdu, l-investigazzjoni fuq il-qtil ta' Caruana Galizia u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma waslux fi tmiemhom. Dawk involuti kollha jridu jiġu investigati. Qal li xorta qed jiġri wisq ftit, u wisq bil-mod. Insista li billi jissolvew każijiet individwali ma tissolviex il-problema, u li Malta teħtieġ riformi istituzzjonali biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt. Giegold temm jgħid li fil-Parlament Ewropew se jibqgħu jsegwu l-iżviluppi li jsiru f'Malta u jaraw kif jistgħu jgħinu biex tissolva s-sitwazzjoni. F'Jannar li għadda Giegold iħeġġeġ lill-Ewropa tieħu azzjoni kontra Malta | [
3
] |
"Samaritanus bonus" (Is-Sammaritan it-Tajjeb), ittra ġdida li għadha kemm kienet pubblikata mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi u approvata mill-Papa, tisħaq il-kundanna ta' kull forma ta' ewtanasja u suwiċidju assistit, u l-għajnuna lill-familji u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa. Nhar it-Tlieta, il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi ħabbret il-pubblikazzjoni ta' ittra approvata mill-Papa Franġisku nhar il-25 ta' Ġunju bit-titlu "Samaritanus Bonus: Dwar il-Kura ta' Persuni f'Fażi Kritika jew Terminali tal-Ħajja". "Meta xi ħadd ma jista' jitfieq, ma jfissirx li rridu nieqfu nieħdu ħsiebu" – dawk li huma morda b'mod terminali għandhom id-dritt li jkunu milqugħa, li jingħataw kura u mħabba. Dan huwa affermat fl-Ewwel Parti ta' Samaritanus bonus. L-Ittra tfittex li twassal modi konkreti li jpoġġu fil-prattika l-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb li tgħallimna li "ukoll meta m'hemmx ċans ta' kura jew il-kura hija impossibbli", il-kura medika, ta' l-infermiera, dik psikoloġika u spiritwali, m'għandhomx ma jingħatawx". "Il-fejqan meta possibbli, il-kura dejjem". Dawn il-kelmiet tal-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tnieni jispjegaw li dak li ma jistax jitfejjaq ma jfissirx li ma jistax jingħata kura. Li tingħata l-kura sa l-aħħar; li l-persuna marida ma titħalla qatt waħedha, li tkun dejjem akkumpanjata, li tkun mismugħa u maħbuba: b'hekk biss ikun evitat li l-persuna tħossha waħedha jew iżolata biex ma jkollhiex għalfejn tibża mit-tbatija u l-mewt. Id-dokument kollu jiffoka dwar it-tifsira ta' l-uġiegħ fid-dawl tal-vanġelu u s-sagrifiċċju ta' Ġesu Kristu. "Il-valur li ma jistax jitneħħa, tal-ħajja, huwa prinċipju fundamentali tal-liġi naturali u morali u bażi essenzjali ta' l-ordni legali", tgħid l-Ittra. "Ma nistgħux b'mod dirett, nagħżlu li ntemmu l-ħajja ta' ħaddieħor, ukoll jekk dawn jitolbu hekk". Filwaqt li jikkwota l-liġi ekkleżjastika Gaudium et spes, id-dokument jisħaq li "l-abort, l-ewtanażja u s-suwiċidju, huma velenu għas-soċjetà" u meqjusa bħala "diżunur suprem lill-Ħallieq" (nu. 27). Id-dokument jikkwota bosta fatturi li jillimitaw l-abbiltà li nifhmu aħjar il-valur tal-ħajja, bħal meta l-ħajja titqies bħala "utli" biss jekk ikunu preżenti ċerti kundizzjonijiet psikiċi u fiżiċi. Wieħed minn dawn l-ostakli, tinnota l-Ittra, huwa fehim falz ta' x'inhi l- "kompassjoni". Il-vera kompassjoni, tispjega, "tikkonsisti mhux li wieħed jikkawża l-mewt", iżda fl-akkoljenza u l-appoġġ tal-persuna li tkun marida, u l-għoti ta' mezzi biex bihom, tittaffa t-tbatija tagħha. Ostaklu ieħor huwa individwaliżmu dejjem jikber li jwassal għas-solitudni. Huwa tagħlim definittiv li l-ewtanasja tirrappreżenta "reat kontra l-ħajja tal-bniedem", u, għalhekk, hija "intrinsikament ħażina" f'kull ċirkostanza. Kwalunkwe "kooperazzjoni materjali formali jew immedjata" tikkostitwixxi dnub gravi kontra l-ħajja tal-bniedem li l-ebda awtorità ma tista "leġittimament tirrakkomanda jew tippermetti". Dawk li japprovaw liġijiet favur l-ewtanasja "jsiru kompliċi" u huma "ħatja ta 'skandlu" għax dawn il-liġijiet jikkontribwixxu għall-malformazzjoni tal-kuxjenzi. L-att tal-ewtanasja għandu dejjem jiġi rrifjutat. Madankollu, l-Ittra tirrikonoxxi li d-disperazzjoni jew id-dwejjaq tal-persuna li titlobha tista' tonqos jew saħansitra tagħmel "ineżistenti" r-responsabbiltà personali tiegħu jew tagħha. Id-dokument jispjega wkoll li l-ħarsien tad-dinjità tal-mewt ifisser li jiġu esklużi trattamenti mediċi aggressivi. Għalhekk, meta l-mewt hija imminenti u inevitabbli, "huwa legali … li tirrinunzja għal trattamenti li jipprovdu biss estensjoni prekarja jew muġugħa tal-ħajja", mingħajr, madankollu, ma jitwaqqfu t-trattamenti ordinarji li l-pazjent jeħtieġ, bħall-ikel u l-idratazzjoni "sakemm il-ġisem jista' jgawdi minnhom". Il-kura palljattiva hija "strument prezzjuż u kruċjali" li bih il-pazjent jista' jkun akkumpanjat. Il-kura palljattiva qatt m'għandha tinkludi l-possibbiltà ta 'ewtanasja, tisħaq l-Ittra, iżda għandha tinkludi l-għajnuna spiritwali kemm tal-persuni morda kif ukoll tal-membri tal-familji tagħhom. Huwa importanti li l-persuna jittieħed ħsieb tagħha b'mod li fl-ebda mument ma tħossha ta' piż, iżda b'mod li "jħossu l-imħabba u l-għajnuna tal-maħbubin tagħhom. Il-familja għandha bżonn kull għajnuna u r-riżorsi adekwati sabiex iwettqu din il-missjoni". Il-gvernijiet hemm bżonn li "jagħrfu l-funzjoni primarja, fundamentali u soċjali li ma titbiddilx tal-familji (…) billi jipprovdu r-riżorsi u l-istrutturi li hemm bżonn biex jgħinuhom." Anke fil-każ meta l-pazjent ma jkunx konxju, hu jew hi "għandhom jiġu rikonoxxuti fil-valur intrinsiku tagħhom u megħjuna b'kura xierqa", li tinkludi d-dritt għall-ikel u l-idratazzjoni. Jista' jkun, madankollu, li jkun hemm każijiet fejn "miżuri bħal dawn jistgħu jsiru sproporzjonati" minħabba li m'għadhomx effettivi jew minħabba li l-mezzi biex jiġu amministrati "joħolqu piż eċċessiv". F'dan il-każ, l-Ittra tgħid li "għandu jingħata appoġġ adegwat lill-familji li jġorru l-piż tal-kura fit-tul għall-persuni f'dawn l-istati". L-Ittra titlob li l-knejjes tal-lokal u l-istituzzjonijiet u l-komunitajiet Kattoliċi "jadottaw pożizzjoni ċara u unifikata biex iħarsu d-dritt ta' oġġezzjoni ta' kuxjenza" f'kuntesti fejn prattiki moralment gravi huma permessi mil-liġi. Tistieden ukoll istituzzjonijiet Kattoliċi u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kura tas-saħħa biex jagħtu xhieda tal-valuri li l-Knisja tistqarr dwar kwistjonijiet tal-ħajja. Speċifikament fil-każ tal-ewtanasja, id-dokument jiddikjara li "hemm obbligu serju u ċar li topponihom b'oġġezzjoni ta' kuxjenza". Huwa importanti li t-tobba u l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jiġu ffurmati biex jakkumpanjaw lil dawk li jmutu b'mod Nisrani. L-akkumpanjament spiritwali ta' persuna li tagħżel li tiġi ewtanizzata jeħtieġ dak ta' "stedina għall-konverżjoni", u qatt m'għandu jkun ġest "li jista' jiġi interpretat bħala approvazzjoni", bħal li tibqa' preżenti waqt li tkun qed issir l-ewtanasja. | [
10,
13
] |
L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura d-dar Blessed Gerard Residence li se tkun qed tilqa' fiha ommijiet refuġjati li qed irabbu lil uliedhom waħedhom. Ir-residenza tinsab fi Gwardamangia u qabel kienet tintuża bħala l-post minn fejn kien isir ix-xogħol tal-Meals on Wheels meta dan il-proġett kien għadu taħt l-amministrazzjoni tal-Maltese Cross Corps. Il-proġett twettaq mill-Maltese Cross Corps flimkien mal-Kummissjoni Emigranti u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta' Malta. Waqt iż-żjara tiegħu, l-Arċisqof qal li qed jieħu pjaċir li dan huwa l-mod kif qed ikun iċċelebrat id-900 sena tal-Beatu Gerard. Irringrazzja lill-Maltese Cross Corps ta' dan il-proġett u qalilhom li huma jgħamlu lis-salib ta' Malta kburi. Hu bierek il-post u kixef il-lapida tal-proġett. F'diskors aktar tard, l-Arċisqof qal li dak li kien qed jagħmel il-Maltese Cross Corps bil-proġett tal-Meals on Wheels kien ġest nobbli u ma kienx proġett ikkumerċjalizzat. Sostna li wara li dan ittieħed f'idejn il-Gvern spiċċa sar proġett ikkumerċjalizzat. L-Arċisqof qal li minkejja li l-Maltese Cross Corps iħoss li dan il-proġett qed jgħin biss grupp żgħir ta' nies, l-importanti huwa li l-bidla li dan il-proġett qed jagħmel fil-ħajjiet tal-persuni li qed jibbenefikaw minnu u li se jkunu qed jibbenefikaw minnu. Preżenti għal dan il-ftuħ kien hemm żewġ nisa u t-tfal tagħhom. Dawn, flimkien ma' mara oħra, se jkunu qed jgħixu fir-residenza. Refuġjata li tkelmet ma' Newsbook.com.mt qalet li tinsab ferm grata għall-ġenerożità li wera magħha l-poplu Malti fis-seba' snin li ilha tgħix Malta. Saviour Farrugia, is-Segretarju Amministrattiv tal-Maltese Cross Corps tkellem dwar kif dan il-proġett segwa lil proġett preċedenti tal-Meals on Wheels. Il-proġett li kien immexxi minnhom kien qassam mal-miljun ikla. Fl-2017, il-Gvern Malti ħa f'idejh dan il-proġett u l-Maltese Cross Corps xtaqet issib proġett ieħor fejn jinvesti l-ħin tiegħu. Dan wassal għall-ftuħ ta' din id-dar wara evalwazzjoni ta' diversi proġetti li ma sabux biżżejjed voluntiera għalihom. Qal li l-pandemija ħolqot problemi ġodda hekk kif filwaqt li kienu se jiġu ħaddiema minn barra biex jagħmlu l-proġett, l-ivvjaġġar kellu jitwaqqaf u b'hekk il-proġett kellu jinħadem minn persuni differenti. Kompla jgħid li l-Kummissjoni Emigranti identifikat it-tliet single mothers li hemm jgħixu f'din ir-residenza. Huma kollha għandhom kmamar tas-sodda separati, u żona komuni b'mejda tal-ikel u salott u kċina. Hu rringrazzja lil dawk kollha li għenu biex dan il-proġett isir realtà. Irrimarka li kien hemm min ilmenta li dan il-proġett kien qed isir biex jgħin lill-barranin u mhux il-Maltin. Hu qal li filwaqt li ġeneralment il-Maltin isibu l-għajnuna li jkollhom bżonn, dawn il-persuni jaf isibuha aktar diffiċli biex isibu l-għajnuna li hemm bżonn. Parti mill-għan tal-proġett huwa li jagħtu l-għajnuna lil dawn l-ommijiet sakemm isiru aktar indipendenti u jkunu jistgħu jibdew jgħixu għal rashom biex minflokhom jingħataw għajnuna aktar single mothers fil-bżonn. Filmat: Miguela Xuereb Il-Monsinjur Alfred Vella mill-Kummissjoni Emigranti fakkar dwar it-tema tal-Ħadd li ġej, fejn se jkun qed jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. Hu qal li hemm bżonn li nilqgħu,nifhmu, ngħinu u nintegraw lil dawn il-persuni. Sostna li hemm bżonn nilqgħu lil dawn il-persuni mingħajr preġudizzju, li nifhmu l-esperjenzi goffi u qarsa li jkunu għaddew minnhom, li ngħinu mill-ftit li nistgħu, u li nintegrawhom fil-komunitajiet tagħna. Filmat: Miguela Xuereb Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta' Malta Daniel Depetri Testaferrata qal ma' Newsbook.com.mt li l-Ordni ta' Malta wara t-telfa tagħhom sabu r-raġuni tal-eżistenza tagħhom billi bdew jagħtu l-għajnuna lill-morda u lill-foqra. Qal li issa, l-Ordni ta' Malta, qed taħdem biex tipproteġi lill-morda u lill-foqra u tissalvagwardja r-reliġjon Kattolika. Sostna li permezz ta' din id-dar, u permezz ta' dan il-proġett, qed isir eżattament dan. Filmati: Miguela Xuereb | [
13
] |
Ir-reġjun ta' Madrid fi Spanja, nhar l-Erbgħa, talab għajnuna urġenti sabiex jimpjega mijiet ta' tobba barranin u jsaħħaħ il-pulizija hekk kif kienu reġistrati 1,290 każ ġdid ta' infezzjonijiet ta' coronavirus filwaqt li qed tkun kunsidrata wkoll estensjoni ta' lockdown parzjali f'żoni oħra. Dan l-għadd ta' każijiet ġodda huwa kwart ta' l-4,143 każ ġdid reġistrati f'dawn l-aħħar 24 siegħa madwar il-pajjiż kollu. Ir-reġjun kapitali fil-fatt, kien l-agħar li ntlaqat minn din it-tieni mewġa ta' COVID-19, fejn l-għadd ta' mwiet u infezzjonijiet laħqu l-istess livelli reġistrati f'Mejju li għadda. Madrid ilha minn nofs il-lejl ta' nhar it-Tnejn li għaddew li bdiet trażżan il-moviment bejn xi distretti fejn b'kollox joqgħodu madwar 850,000 ruħ. Ignacio Aguado, deputat kap tal-gvern reġjonali qal li r-reġjun għandu bżonn madwar 300 tabib minn barra l-Unjoni Ewropea li kienu ħadmu meta kienet seħħet l-ewwel mewġa tal-pandemija, iżda li ma jistax impjegahom minħabba serje ta' regolamenti kumplikati. Huwa talab ukoll lill-gvern ċentrali għal madwar 222 uffiċjal tal-pulizija nazzjonali sabiex jgħinu fl-infurzar tal-kwarantina u japplikaw il-multi fejn ikun hemm bżonn, f'dawk id-distretti li jinsabu f' lockdown parzjali. Nhar it-Tnejn, l-awtoritajiet f'Madrid talbu lill-gvern ċentrali għall-għajnuna mill-armata sabiex jgħinu fis-sitwazzjoni madwar il-kapitali Spanjola, fejn l-egħluq parzjali ta' xi żoni iżjed foqra wassal għal protesti. "Iddeċidejna li nitolbu b'mod formali għal għajnuna loġistika militari sabiex ninstallaw tined ta' l-isptarijiet, inwettqu testijiet u niddisinfettaw dawk iż-żoni li jinsabu taħt restrizzjonijiet," qal Aguado nhar l-Erbgħa li għaddew. Ir-residenti li joqgħodu fiż-żoni l-iżjed foqra fejn ir-rati ta' infezzjoni huma l-ogħla, qalu li dawn il-miżuri mhux biss huma ineffiċjenti iżda wkoll inġusti. "Il-ġlieda kontra l-virus ma ssirx billi tagħlaq lin-nies iżda billi tiżgura li jkun hemm kura tas-saħħa primarja effettiva li ssib min hu pożittiv u negattiv u jingħalqu biss ġewwa, dawk li huma verament infettati," qalet Nieves Marcos, irtirata li toqgħod fid-distrett ta' Usera, wieħed mid-distretti taħt lockdown parzjali. Minn informazzjoni reġjonali dwar is-saħħa maħruġa nhar it-Tlieta li għaddew, l-għadd ta' żoni fejn ir-rata ta' infezzjonijiet COVID-19 kienet ta' iżjed minn 1,000 persuna għal kull 100,000, kienet żdiedet b'kważi 50% għal 53. Uffiċjali qalu li r-restrizzjonijiet jistgħu jiżdiedu wara din il-ġimgħa u kapaċi jiddaħħlu iżjed miżuri skond il-bżonn. Madrid tgħodd terz tal-każijiet kollha ta' coronavirus fi Spanja u għandha l-ogħla rata ta' okkupanti fi sptarijiet li huma morda bil-COVID-19. L-għadd kumulattiv ta' infezzjonijiet konfermati ta' coronavirus fi Spanja żdied minn meta ntemm il-lockdown nazzjonali fl-aħħar ta' Ġunju u issa t-total huwa dak ta' 682,267 – l-ogħla rata fil-punent ta' l-Ewropa. S'issa, fi Spanja mietu iżjed minn 30,900 persuna kawza ta' COVID-19. | [
1,
10
] |
Il-kunsill tal-Malta Union of Teachers se jitlaqqa' b'urġenza wara li diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fallew. Fi stqarrija, il-union qalet li għalkemm it-taħdidiet mal-ministeru ilhom għaddejjin ġimgħat, ma waslu imkien peress li l-ministeru baqa' jħabbar miżuri mingħajr ma jkellimha fuqhom. L-MUT qalet li l-ministeru qed jinjora mijiet ta' mistoqsijiet fuq is-sigurtà fl-iskejjel meta dawn jerġgħu jinfetħu t-Tnejn li ġej. Akkużatu li qed jimplimenta miżuri mingħajr ħsieb, u li b'hekk qiegħed jikkomprometti s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tal-istudenti u tal-familji tagħhom. Bħala eżempji ta' suġġetti li ġew injorati mill-ministeru, il-union semmiet it-timetables tal-iskejjel sekondarji, miżuri li għandhom jittieħdu għal edukaturi meqjusa vulnerabbli u s-superviżjoni. Żiedet li hemm ħafna mistoqsjiet li għadhom pendenti, u li la ma ġew indirizzati, il-ministeru kien qed jikkrea inċertezza kbira fis-settur tal-edukazzjoni. Il-proposta tal-MUT L-MUT trid li l-ftuħ tal-iskejjel jiġi pospost L-azzjonijiet tal-UPE Filmat: Il-UPE b'tilwima industrijali mal-Gvern minħabba l-ftuħ tal-iskejjel | [
1
] |
L-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw 42 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta, filwaqt li 60 pazjent hu meqjus li għamel irkupru. B'hekk in-numru ta' każi attivi tal-coronavirus f'Malta niżel għal 658, wara 13-il jum konsekuttiv fejn in-numru tela'. B'kollox saru 2,444 test fl-aħħar 24 siegħa, li jtellgħu in-numru ta' testijiet li sar f'Malta mill-bidu tal-pandemija għal 238,084. S'issa Malta rrapurtat 2,856 każ ta' Covid-19, għalkemm dan in-numru ma' jinkludix persuni jfittxu l-ażil li huma maqfula fiċ-ċentri ta' detenzjoni. Minn dawn, 2,173 pazjent fieq, imma l-pandemija ikkawżat 25 mewt. L-aħħar mewta, ta' raġel ta' 84 sena, ġiet imħabbra aktar kmieni llum. Anzjan ieħor imut bil-coronavirus; il-25 vittma fil-pajjiż | [
1
] |
L-Erbgħa filgħaxija l-kandidat għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li nstab negattiv għall-Covid-19. F'post fuq Facebook huwa qal li għamel swab test iktar kmieni llum u rċieva r-riżultat negattiv ftit filgħaxija. Huwa qal li ngħata parir biex jagħmel test ieħor nhar il-Ġimgħa biex jaċċerta ruħu li hu negattiv, filwaqt li qal li se jibqa' josserva kwarantina bħala miżura ta' prekwazzjoni. https://developers.facebook.com/docs/plugins/embedded-posts/?prefill_href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fbernardgrechmt%2Fposts%2F963265717518067&__cft__[0]=AZXH3PkdUHLUwc0a_XUJy4O16kRFpyVfAsK7yl3tCcwyRgbxj148Se_uLtjX8BoCfzGpvNXw_I84wcimGmd-SXsQ3vXNA1luf1Qbd8KhHJX4Gt6_dCjptHf8chf8C8tkbbJRgjykWiQyVI2lkWjJxdYNUaaLP-bH85nzvbsX6lKH3ZWA55LrnMyJ4AZ8bG_pf0c&__tn__=p%2CP-R#code-generator Iktar dettalji: Grech jiżola ruħu wara li martu tirriżulta pożittiva għall-Covid-19 | [
1
] |
Ingredjenti 750g ħaruf, imqatta' biċċiet 140g basal, slajsjat 120g kaboċċi, slajsjat 100g zunnarija, mqattgħa 140g kurrat, slajsjat 500g patata, slajsjata 8 patatiet żgħar sħaħ 750ml brodu taċ-ċanga (tista' tagħmlu mid-dadi tal-laħam) Metodu Ħallat flimkien il-basal, iz-zunnarija, il-kurrat u l-kaboċċi. Ħawwar bil-melħ u l-bżar. Aqta' min-nofs il-patata sħiħa u agħmilha fil-qiegħ tal-borma li se ssajjar fiha. Fuqhom agħmel nofs it-taħlita tal-ħaxix. Poġġi l-biċċiet tal-laħam fuq il-ħaxix u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Poġġi l-kumplament tal-ħaxix fil-wiċċ u fuq nett agħmel il-patata slajsjata. Imla l-borma bil-brodu taċ-ċanga sakemm tgħatti l-patata. Sajjar għal madwar siegħa fuq nar moderat sakemm tara li l-laħam ikun sar. Hemm min li wara li l-laħam ikun sar jgħaddi mill-passatur ftit mill-patata u mil-likwidu tat-tisjir biex meta jservi l-istew jagħmel minnu fil-wiċċ tal-platt. Qabel isservi roxx ftit tursin. | [
2
] |
Anzjan ta' 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-coronavirus. Dan kien ikkonfermat fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa maħruġa dalgħodu. Il-Ministeru spjega li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Coronavirus fit-18 ta' Settembru. Hu ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess. Hu kien baqa' jingħata kura hemm sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl. L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri, skont il-Ministeru. Il-Ministeru ma qalx jekk ir-raġel kienx ukoll residenti f'waħda mid-djar tal-anzjani fejn hemm clusters ta' każi ta' coronavirus. Il-Ministeru ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja u appella lill-poplu biex jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. L-aħħar mewta b'rabta mal-virus seħħet propju lbieraħ fejn miet raġel ta' 86 sena. X'ġara lbieraħ? Imut anzjan ieħor bil-coronavirus | [
1
] |
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) flimkien man-Nazzjonijiet Maqgħuda, illum talbet biex kull pajjiż jiżviluppa u jimplimenta pljan ta' azzjoni li jippromwovi t-tixrid ta' informazzjoni korretta bbażata fuq ix-xjenza, biex tnaqqas it-tixrid ta' informazzjoni falza dwar il-pandemija filwaqt li tirrispetta l-libertà tal-espressjoni. Dan l-appell ġie diskuss waqt webinar li sar iktar kmieni llum bejn dawn l-għaqdiet. Waqt il-webinar intqal li hekk kif il-virus tal-COVID-19 beda jinxtered mad-dinja, miegħu bdew jinxterdu wkoll messaġġi perikolużi u foloz fuq il-midja soċjali. Kawża t'hekk ħafna nies tgerfxu u ma ngħatawx pariri korretti. Is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Maqgħud, Antonio Guterres, qal li jeħtieġ li kull pajjiż ikun kommess li jiġġieled il-misinformazzjoni bil-verità, hekk kif l-informazzjoni ħażina qed tpoġġi iktar ħajjiet f'riskju u qed timmina l-fiduċja tas-soċjetà fix-xjenza. | [
1,
10
] |
Waqt laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi ħeġġeġ lill-Istati membri Ewropej biex fid-dawl tal-pandemija Covid-19, ma jiħdux azzjonijiet unilaterali. Huwa saħaq li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bħala grupp u b'hekk jiġi assigurat li qed jkunu mħarsa l-interessi ta' kull pajjiż, inklużi ta' Malta. Il-laqgħa saret bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew Straordinarju li għandu jiltaqa' fi Brussell il-ġimgħa d-dieħla. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi qal li l-Istati membri għandhom jiftiehmu dwar l-indikaturi komuni li jagħtu stampa oġġettiva tal-qagħda tal-imxija tal-Covid-19 f'kull stat membru. Dan fid-dawl tal-isfidi li l-Ewropa ħabbtet wiċċha magħhom waqt li l-pajjiżi kienu magħluqin f'lockdowns, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-moviment ħieles tal-prodotti u tas-servizzi. Dawn l-isfidi nħassu partikularment fix-xiri ta' apparat mediku. COVID-19 ħarġet fil-beraħ u saħansitra ggravat in-nuqqasijiet li kienu jeżistu fit-tħaddim tas-suq waħdieni Ewropew. Is-segretarju parlamentari semma li wara tletin sena, is-suq waħdieni għadu mhux komplut u għadhom jeżistu ostakli għall-kummerċ bejn l-istati membri. Dr Zrinzo Azzopardi żied jgħid li qabel diskussjoni fuq awtonomija strateġika għas-suq waħdieni, l-Unjoni Ewropea jeħtieġilha tanalizza u tħares lejn il-futur b'mod strateġiku billi ssib il-bilanċ bejn il-ftuħ tal-fruntieri għall-kummerċ u l-interdipendenza bis-sigurtà u bis-sovranità ta' kull stat membru. | [
1
] |
Hekk kif l-Università ta' Malta qed tirranka għas-sena akkademika li jmiss, ippubblikat dokument li fih linji gwida u pariri dwar il-proċeduri addottati bħala tweġiba għall-COVID-19. L-istess linjigwida japplikaw ukoll għall-Junior College. Metodi ta' tagħlim: Numru limitat ta' lekċers se jkunu jistgħu jsiru fiżikament fil-kampus, b'lezzjonijiet oħrajn isiru b'mod remot. Study-units li għandhom bżonn l-użu ta' laboratorji, kliniċi, studios eċċ, se jkomplu jsiru fuq il-kampus dejjem fejn dan jippermetti. Kull fakultà, dipartiment, ċentru u skola se jkunu qed joħorġu l-protokolli separati tagħhom. Il-prijorità ta' lekċers li jsiru fiżikament għandha tingħata lill-istudenti tal-ewwel sena It-taħlita ta' lezzjonijiet fiżiċi u online se jkunu addottati fejn hemm limiti ta' spazju. Għal ċerti study-units, partikolarment dawk li jinvolvu numru kbir ta' studenti, l-aktar metodu prattiku ta' tagħlim jaf ikun wieħed ibbażat kompletament fuq metodi remote. Lekċerers li jinsabu fi kwarantina madatorja u mhux morda għandhom ikomplu jgħallmu online. Kalendarju akkademiku revedut għas-sena 2020/21 huwa disponibbli fuq il- website . Miżuri: Ilbies ta' maskri u visors huwa mandatorju. Tinżamm id-distanza fiżika u l-iġene tal-idejn. L-istudenti huma inkoraġġuti jġibu prodotti tas-sanitising tagħhom stess biex inaddfu l-imwejjed u s-siġġijiet qabel jużawhom. Il-faċilitajiet tal-University House u l-Canteen se jkunu miftuħin. Id-dħul għall-faċilitjiet tal-isport se jkun permess biss għal persuni awtorizzati li jkunu diġà għamlu booking. Hekk kif l-istudenti jaf ikollhom lekċer fil-kampus u oħra immedjatament wara li ssir online se jkun hemm arranġamenti biex fil-kampus ikun hemm spazju disponibbli biex dan ikun jista' jsir. Tista' taqra l-linji gwida b'mod sħiħ minn hawn: Niżżel Fl-aħħar jiem: Il-maġġoranza tal-lezzjonijiet tal-Università se jkunu qed isiru online – KSU | [
1
] |
L-Unjin tal-Għalliema (MUT) se jkollha aktar diskussjonijiet illum wara li lbieraħ kellha laqgħa inkonklussiva mal-Gvern fuq il-ftuħ tal-iskejjel. Illum reġgħet bdiet bit-taħditiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. L-MUT tixtieq li l-iskejjel ma jinfetħux nhar it-Tnejn li ġej kif inhu ppjanat. Ilbieraħ, hija kkritikat lill-Gvern talli mhuwiex jimplimenta l-miżuri li qed tipproponi hi, imma dawn qed jinjorahom. Wara li d-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni fuq is-suġġett fallew, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha. Imbagħad iltaqgħet mal-Prim Ministru Robert Abela, mal-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici u ma' uffiċjali għolja tal-Gvern f'Kastilja. Madankollu, din il-laqgħa ma kinitx sodisfaċenti, u b'hekk jeħtieġ li d-diskussjonijiet ikomplu. Waranofsinhar, l-unjin qalet li d-diskussjonijiet mal-Ministeru reġgħu bdew. Ilbieraħ L-MUT tgħid li t-taħditiet mal-ministeru fallew Il-Kunsill tal-MUT għandu jerġa' jiltaqa' llum waranofsinhar. Fuq is-sit elettroniku tagħha, l-MUT qalet li tifhem l-urġenza li jkun hemm ċertezzi fuq il-ftuħ tal-iskejjel, imma bħalissa qed tagħmel dak li tista' biex tipproteġi s-saħħa tal-edukaturi u l-istudenti. X'qed tipproponi l-MUT L-MUT trid li l-ftuħ tal-iskejjel jiġi pospost | [
1
] |
Mill-ġimgħa d-dieħla Mark Laurence Zammit se jkun qed jippreżenta l-programm ġdid L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq TVM. Fl-intervista Mark Laurence Zammit jiddeskrivi dan il-programm bħala tarbija li ġiet konċeputa fi żmien xahar u jitkellem ukoll dwar x'wieħed jista' jsegwi waqt dan il-programm. Jiżvela wkoll li qed jaħdmu fuq bosta suġġett għall-ewwel programm li se jkun qed jixxandar min-nhar l-Erbgħa 1 ta' Ottubru. Iżda Mark kif qed iħossu issa li se jkollu din l-isfida biex imexxi programm kollu waħdu? Segwi l-intervista sħiħa f'dan il-filmat. | [
2,
6
] |
Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE Voice of the Workers) qalet li lesta tieħu azzjoni industrijali jekk il-Gvern ma jaqbilx mal-punti li qedha tipproponi biex il-ftuħ fiżiku tal-iskejjel ikun iktar sigur fil-kuntest tal-pandemija. Fi stqarrija l-UPE qalet li dalgħodu kellha laqgħa oħra ma' uffiċjali tal-Gvern dwar il-ftuħ fiżiku tal-iskejjel. Il-Unjin qalet li għamlitha ċara u emfasizzat li temmen li s-sena skolatsitka għandha tibda onlajn nhar it-Tnejn, biex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, l-istudenti u s-soċjetà ġenerali. Madanakollu, sostniet li jekk il-Gvern se jibqa jinsisti li jiftaħ l-iskejjel fiżikament, il-Unjin trid li l-Gvern jimplimenta dawn il-miżuri, li jinkludu: Li tiġi osservata d-distanza soċjali strettament, u mhux b'mod vag, skont kif inhu stipulat fil-protokolli. Li d-dħul fl-iskejjel ikun mifrux biex it-tfal ma jidħlux l-iskola kollha fl-istess ħin. Li jkun hemm xi tip ta' skrin bejn l-istudenti u l-edukaturi, li jista' jkun tal-perspex, biex inaqqas ir-riperkussjonijiet f'każ li jkun hemm kuntatt viċin bejniethom. Li jkun hemm provvista adekwata ta' prodotti u apparat personali protettiv (PPE), inkluż sapun, xugamani tal-karti, visors, maskri u ingwanti, li jippermettu lill-edukaturi biex jagħmlu xogħlhom b'mod sigur. Il-UPE temmet tgħid li jekk minn tal-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux osservati, implimentati jew jinkisru, se tiddikjara azzjoni industrijali. | [
1
] |
Ħaddiema tas-salvataġġ li qed jippruvaw isalvaw grupp ta' baleni li telgħu fuq ix-xatt 'il barra mill-gżira Awstraljana ta' Tasmania nhar l-Erbgħa qalu li kienu sabu madwar 200 annimal ieħor maqbuda fiż-żona, biex b'hekk it-total tela' għal 470, jiġifieri l-akbar għadd ta' beaching ta' annimali għall-pajjiż. Hekk kif il-ħidma ta' salvataġġ daħlet fit-tielet jum tagħha, 'il barra mill-kosta t'isfel tal-gżira, il-ħaddiema qalu li kienu raw grupp kbir ieħor ta' baleni suwed (pilot whales) matul ħidma ta' sorveljanza mill-ajru fuq il-port remot ta' Macquarie, u qalu li jaħsbu li bosta minnhom huma mejta. "Ma jidhirx li huma f'pożizzjoni li nistgħu nsalvawhom," qal Nic Deka, maniġer reġjonali tas-servizz ta' Tasmania għall-Parks and Wildlife, meta tkellem matul konferenza stampa. "Jidher li bosta minnhom huma mejta. Jekk nistgħu nsalvawhom lesti li nibagħtu ekwipaġġ fiż-żona biex jagħmlu dan." L-iskoperta hija waħda mill-akbar fenomeni ta' annimali maqbuda fuq ix-xatt f'dan l-aħħar żmien fl-Awstralja, u tenfasizza fenomenu naturali li skont l-ixjentisti m'għandu l-ebda spjegazzjoni magħrufa. Fl-1996, 320 balena sewda telgħu fuq il-kosta ta' Western Australia, f'dak li kien irrappurtat bħala l-akbar każ ta' beaching fil-pajjiż. Madwar 600 balena sewda telgħu fuq ix-xatt fi New Zealand fl-2017. Dawn it-tip ta' baleni huma speċi ta' delfin tal-oċean li jikber sa tul ta' 7 metri (23 pied) u jistgħu jilħqu l-piż ta' 3 tunnellati. Mill-270 balena maqbuda li hemm barra minn Tasmania, tal-anqas 90 mietu u l-ħaddiema ta' salvataġġ ħelsu madwar 25 minn meta waslu fuq is-sit nhar it-Tnejn li għadda, madwar 200 km (120 mil) fil-majjistral tal-belt kapitali Hobart. It-tim ta' xi 65 ħaddiem ta' salvataġġ, magħmula minn ħaddiema fil-parks statali, sajjieda u volontiera, kienu qed jittamaw li jeħilsu aktar baleni nhar l-Erbgħa, proċess li jinvolvi li dawn jinżlu sa qaddhom fl-ilma ffriżat, iqabbdu l-irbit mal-annimali u joħorġuhom 'il barra mill-port permezz ta' dgħajsa. "Għadna ma wasalniex f'punt fejn inqisu l-possibilità ta' ewtanasja … imma dan il-ħsieb dejjem ikun f'moħħna," qal Kris Carlyon, bijologu tal-annimali li jaħdem mal-aġenzija tal-konservazzjoni tal-gvern. "Ninsabu ottimisti li llum jirnexxielna neħilsu aktar. Għad għandna tama qawwija." Ritratt: Ryan Bloomfield | [
10
] |
Malta kellha 42 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 18-il persuna. B'hekk it-total ta' każijiet attivi f'Malta huwa ta' 680. OFFICIAL COVID-19 figures for 24•09•2020Chris Fearne | MaltaGov |Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Thursday, September 24, 2020 Mit-42 każ ġdid tal-bieraħ, kien hemm: 13-il membru tal-familja ta' każijiet oħra 3 persuni li kellhom kuntatt dirett ma' każijiet pożittivi 2 minn fuq il-post tax-xogħol 3 minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus. Dan ifisser li nofs il-każijiet tal-bieraħ, 21 każ, kienu ġejjin mill-komunità. Il-każijiet il-ġodda tal-bieraħ 42 każ ġdid tal-coronavirus Illum tħabbret il-mewt ta' żewġ anzjani oħra, biex issa l-għadd ta' vittmi Maltin tal-Covid-19 huwa ta' 27. L-aħħar żewġ vittmi kellhom 73 u 91 sena, u kienu residenti f'żewġ djar tal-anzjani separati. Is-26 u s-27 mewta Imutu 2 anzjani bil-coronavirus | [
1
] |
Id-diviżjoni tal-kumpanija Amazon li taħdem u tiżviluppa apparat għas-sigurtà fid-djar żvelat drona ġdid li għandu kamera u li jibda jiffilmja waħdu f'każ li xi ħadd jidħol f'residenza mingħajr permess. Ring żvelat kif dan id-drone ċkejken huwa ddissinjat apposta biex meta r-residenti ma jkunux id-dar, f'każ li s-sensors tal-alarm jimmarkaw li xi ħadd daħal bla permess, jixgħel waħdu u jtir għoli ta' sular u jibda jirrekordja immedjatament. Waqt li d-drone ikun qed itir u jirrekordja jibgħat messaġġ lir-resident tad-dar fuq il-mowbajl biex ikun jista' jara l-filmat live dak il-ħin fuq il-mowbajl stess. Dan id-drone ġdid ġab miegħu diversi reazzjonijiet. Uħud staqsew min se jkun irid kameras itiru fil-privatezza ta' daru li jirrekordjaw il-filmati minn kumpanija li tiġbor id-dettalji tan-nies. Madanakollu oħrajn faħħru dan id-drone għall-kunċett innovattiv u għal fatt li jirrekordja biss f'każ li jkun hemm moviment fid-dar meta l-alarm ikun mixgħul għax is-sid ma jkunx id-dar. | [
4,
10
] |
Uħud iħarsu lejn din it-tarbija tiskija titbissem waqt li tiskija fuq l-ilma u jiggustawh u jammiraw l-azzjoni inkredibbli tagħha. Pero mhux kulħadd jaħsibha l-istess hekk kif il-ġenituri ta' din it-tarbija sfaw ikkritikati u akkużti li poġġew il-ħajja tat-tarbija f'periklu u kien hemm min saħansitra akkużahom b'abbuż. Biex jiċċelebra għeluq sitt xhur, il-ġenituri taċ-ċkejken Rich Casey Humperys kisru l-rekord dinji għall-iżgħar persuna li qatt skijat fuq l-ilma. Il-filmat li ttella' fuq Instagram, li juri liċ-ċkejken Rick liebes ġakketta tas-salvataġġ u jitbissem waqt li jiskija bilmod fuq l-ilma tax-xmara Powell f'Utah, fl-Istati Uniti, kellu diversi reazzjonijiet. Ħafna persuni li kkummentaw iggustaw lit-tarbija ċkejkna li dehret tieħu gost, madanakollu l-ġenituri ta' Rich – Casey u Minid Humpherys, ġew ikkritikati minn bosta għal dak li qed jissejjaħ bħala falliment talli ma tawx prijorità s-saħħa u sigurtà ta' binhom. Uħud qalu li għalkemm tidher li hi familja avventuruża, it-tarbija ma kellhiex titħalla tiskija. Oħrajn irrimarkaw li ħafna affarijiet setgħu marru ħażin, filwaqt li kien hemm min saħaq li din kienet azzjoni perikoluża u stupida. Oħrajn iddefendew lill-ġenituri u qalu li min jikkritikahom jagħmel dan għax ma jistax jirrelata magħhom hekk kif probabli wliedhom iqattgħu ġurnata sħieħa ġewwa jilgħabu fuq il-kompjuter jew playstation. Il-ġenituri ta' Rich ħolqu profil fuq Instagram biex itellgħu filmati u ritratti tad-diversi avventuri li jagħmlu flimkien bħala familja, għalkemm wieħed jiddubita kemm iċ-ċkejken Rich se jirnexxielu jiftakarhom la jikber. S'issa skont ir-ritratti u filmati li ttellgħu fuq il-profil jidher li Rich rikeb fuq fekruna, ltaqa' maż-żwiemel, għamel ġurnata fuq dgħajsa u qed jesplora l-parks statali fl-Amerka. Il-ġenituri ta' Rich qalu li binhom jieħu gost jiprattika l-isport u li għall-età tenera tiegħu huwa tarbija avvanzata ħafna hekk kif jipprattika l-iskijar fuq l-ilma mal-ġenituri tiegħu fl-intrata tad-dar tagħhom. Ommu qalet Rich beda jitla' bilwieqfa meta kellu biss tlett xhur u ftit wara beda jitla' fuq l-għamara waħdu. | [
10
] |
Ritratt minn Miguela Xuereb Tfal żgħar jieħdu interess f'mejda f'Tas-Sliema armata b'ġebliet miżbugħin u bċejjeċ kreattivi oħra. | [
2
] |
Bħal-lum fl-1982 ixxandar l-ewwel episodju ta' Knight Rider, is-serje televiziva dwar karozza mgħamra b'intelliġenza artifiċjali u poteri straordinarji. F'Malta konna narawha fuq l-Italia Uno bit-titlu Supercar. David Hasselhoff. Ritratt: NBC Universal U bħal-lum fl-2008 kien ħalliena l-attur Paul Newman fl-età ta' 83 sena. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Il-maratona ta' nhar il-Ħadd li għadda "Għinuna Ngħinukom" b'risq il-Malta Community Chest Fund għal darba oħra wriet il-ġenerożità tal-poplu tagħna. Iżda il-maratona wriet biċ-ċar ukoll b'kemm hawn nies li qed isofru l-piż tal-mard, fosthom dawk tal-kanċer. Bla dubju ta' xejn dawn in-nies għandhom bżonn ta' ħafna għajnuna, fosthom finanzjarja u psikoloġika, iżda mhux biss. Ta' min ifakkar li dawn il-morda, spiss u b'mod ripetut jiġu bżonn trasfużjonijiet tad-demm tul il-kors tal-marda tagħhom, u għalhekk l-għajnuna bid-donazzjonijiet tad-demm għalihom tiswa mitqlu deheb. Għaldaqstant is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jkompli jappella għal iktar ġenerożità, din id-darba bl-għoti tad-demm li fil-jiem li ġejjin jista' jsir: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 27 ta' Settembru ser ikun fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja parrokkjali ta' Ħal Safi . Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. fil- Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 27 ta' Settembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Noti importanti! Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista' jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. Dan it-tagħrif twassal minn National Blood Transfusion Service Malta. | [
2
] |
Id-Djoċesi ta' Għawdex ħarġet edizzjoni speċjali tar-rivista Il-Ħajja f'Għawdex, li tiffoka fuq l-Isqof Għawdxi l-ġdid Mons. Anton Teuma u l-Isqof Mario Grech li issa beda l-irwol tiegħu fil-Vatikan. L-aħħar ħarġa ta' Il-Ħajja f'Għawdex hi edizzjoni speċjali ta' tifkira tal-ħatra u l-inawgurazzjoni tal-Isqof il-ġdid ta' Għawdex Anton Teuma, tislima lill-predeċessur tiegħu l-Isqof Mons. Mario Grech li issa telaq lejn Ruma biex jieħu l-irwol ta' Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan. Ħafna mill-kontenut illustrat ikopri bosta aspetti fil-ħajja u l-ħidma taż-żewġ isqfijiet, fost l-oħrajn l-isfond familjari tagħhom, l-edukazzjoni, u l-karigi preċedenti li kellhom fid-Djoċesi. Wieħed jaqra wkoll artikli dwar iż-żewġ isqfijiet minn persuni li ħadmu qrib tagħhom f'diversi kuntesti. Kitbiet oħra huma dwar l-ewwel anniversarju mill-mewt ta' 'Missier il-Ktieb Malti', jiġifieri Pawlu Mizzi, u dwar il-lingwista u kittieb Ninu Cremona, b'appell għaż-żamma aħjar tal-qabar tiegħu fiċ-ċimiterju lokali. Artikli oħra jesploraw il-kult ta' San Ġużepp fil-gżira, u r-rabta bejn il-Knisja u l-isport. Jekk m'intix abbonat/a u tixtieq tiżgura l-kopja tiegħek ta' din il-ħarġa speċjali, ibgħat email lil ilhajjafghawdex@gozodiocese.org, jew segwi l-paġna Il-Ħajja f'Għawdex fuq Facebook. 3 snin ilu Editur ġdid għar-rivista djoċesana Il-Ħajja f'Għawdex | [
13
] |
Knisja.mt/ritratti L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-Maltin għandhom verament jilqgħu lill-immigranti u mhux jittollerawhom jew jissaportuhom. Semma kif ħafna drabi, il-kliem użat fil-konfront tal-immigranti huwa iebes iżżejjed. Dan qalu fl-omelija tiegħu llum waqt quddiesa biex tiċċelebra Jum l-Immigranti u r-Refuġjati, li saret fil-Knisja Parrokkjali ta' Marija Annunzjata f'Ħal Balzan. Mons. Scicluna spjega li dan huwa l-106 Ħadd iddedikat lir-refuġjati u l-immigranti. Għal din il-quddiesa attendew immigranti li jgħixu Malta u li qed jingħataw l-għajnuna mill-Kummissjoni Emigranti li f'isem il-Knisja f'Malta toffri akkomodazzjoni lil madwar 400 persuna. Il-Kummissjoni taħdem biex dawn in-nies ikunu milqugħin, megħjuna u integrati fis-soċjetà. Mons. Scicluna semma kif f'Ħal Balzan joqogħdu madwar 118-il refuġjat. L-Arċisqof qal li l-Mulej iħares lejn il-qalb u mhux lejn it-tikketti li joħloq il-bniedem. Irrefera għall-Evanġelju li fih jissemmew il-pubblikani u n-nisa tat-triq. Qal li dawn kienu biss tikketti li ħolqu l-Lhud għan-nies li waqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u għall-prostituti, rispettivament. Spjega li dawn huma kategoriji maħluqin mill-bnedmin għal bnedmin oħra bħalhom, għax Alla ma joħloqx pubblikani u prostituti, imma din sempliċiment hi tikketta li ngħatatilhom bħalma anke llum, nagħtu ħafna tikketti lin-nies. Knisja.mt/ritratti Knisja.mt/ritratti L-Arċisqof irrefera wkoll għas-sejħa ta' Ġesù biex naħdmu fid-dielja u qal li din hi stedina għall-bnedmin biex ikollhom sehem fil-proġett t'Alla, li hu proġett ta' mħabba. Meta taslilna din l-istedina, irridu ngħidu iva għal kollox, spjega l-Arċisqof, u dan ifisser li nilqgħu, nipproteġu u nintegraw. L-immigranti joffrulna opportunità biex nilqgħu lill-Mulej, qal l-Arċisqof. Mons. Scicluna fisser ukoll li l-piż tal-immigrazzjoni ma nistgħux nerfgħuh waħedna. Huwa sellem lill-awtoritajiet li fuq livell Ewropew, jinsistu fuq is-solidarjetà. L-appell tal-Arċisqof Filmat: L-Arċisqof jitlob biex Malta ma titħalliex terfa' l-piż tal-immigranti waħedha | [
13
] |
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li t-telfiet tal-PN ma bdewx miegħu, imma kienu ilhom ġejjin snin twal. Waqt intervista fuq 103 Malta's Heart mal-Prof. Andrew Azzopardi, Adrian Delia tkellem fuq id-deċiżjoni tiegħu biex ma jirreżenjax, fuq il-qagħda tal-Partit Nazzjonalista u t-tiġrija bejnu u bejn Bernard Grech għal Kap tal-Partit fl-elezzjoni li se sseħħ fit-3 t'Ottubru. Mistoqsi fuq it-telfiet li ilu jġarrab il-Partit Nazzjonalista f'elezzjonijiet varji, Delia insista li jekk wieħed ikun onest dwar din, jintebaħ li dawn it-telfiet ma bdewx miegħu, meta laħaq Kap hu fl-2017, imma kienu ilhom ġejjin snin twal. Huwa fakkar lill-intervistatur li hu għadu ma kienx Kap waqt elezzjoni ġenerali u ta x'jifhem li li kieku kellu jkun, l-istorja tkun waħda differenti. Il-fiduċja ta' Delia f'rebħa Nazzjonalista Filmat: Ma naħsibx li se nitilfu l-elezzjoni li jmiss – Delia Delia tkellem fuq it-tesserati li eleġġewh tliet snin ilu għax emmnu fih. Qal li minkejja dak kollu li kellu jikkumbatti, ma rreżenjax mill-kariga biex jonora l-wegħda li għamlilhom meta ġie elett li jwassalhom sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Stqarr li wegħedhom il-bidla u jrid jonora dik il-wegħda. Qal li l-fatt li tilef l-appoġġ ta' membri fil-Kumitat Eżekuttiv, fil-Kumitat Amministrattiv u fil-Kunsill Ġenerali tal-PN, ma jirriflettix il-vot tat-tesserati, peress li dawn huma strutturi li huma ffurmati mill-istess gruppi ta' nies li jriduh jirreżenja. Huwa semma wkoll xi wegħdiet li għamel lill-membri tal-partit, pereżempju li mhux beħsiebu jibqa' jbigħ il-każini tal-PN, imma li jara kif joħloq sorsi ta' dħul differenti. Spjega li mill-każini tal-PN, il-partit kien jiġġenera medja ta' €16,000 sa €18,000 fis-sena, imma issa rnexxielu jiġġenera madwar €120,000 sa €150,000 fis-sena, li eventwalment se jiżdiedu għal €250,000 fis-sens fi dħul mill-kirjiet. Filmat: "Id-destin tal-PN f'idejn it-tesserati" – Delia Il-Kap tal-PN ammetta mill-ġdid li żbalja meta ddeċieda li Simon Busuttil għandu jkun sospiż mill-Grupp Parlamentari tal-PN. Stqarr li kien diġà ammetta l-iżball tiegħu, u li ma jixtieqx jiddiskuti affarijiet li huma fil-passat. Jippreferi jiffoka fuq kwistjonijiet importanti fuq livell nazzjonali għas-salvagwardja tal-governanza tajba. Mill-ġdid, qal ukoll li membri parlamentari li kienu qegħdin jaħdmu kontrih fl-aħħar snin ma jkollhomx post fix-Shadow Cabinet tiegħu jekk jerġa' jiġi elett bħala Kap tal-Partit. F'Lulju tal-2018 Filmat: Delia jitlob lil Busuttil jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari Delia rrefera wkoll għar-rapport tad-diliġenza li sar dwaru u dwar Bernard Grech bħala kandidati fl-elezzjoni għal Kap. Iddiskuta wkoll l-immigrazzjoni, u qal li n-nies li jfittxu l-ażil għandhom kull dritt li jgħixu b'mod dinjituż u m'għandhomx jgħixu f'kundizzjonijiet ħżiena f'postijiet iffullati żżejjed. Semma wkoll il-kwistjonijiet f'lokalitajiet bħall-Ħamrun, il-Marsa u San Pawl il-Baħar, li ġieli rrefera għalihom bħala ghettos. Delia fuq is-sitwazzjoni f'ċerti lokalitajiet "Qed jinħolqu ghettos immexxija minn kriminalità organizzata barranija" – Delia Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta' Sibt fl-10am fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart u aktar tard fuq Newsbook.com.mt. | [
6,
14
] |
B'kollox ġew arrestati 7 persuni b'konnessjoni mal-attakk li sar barra dawk li kienu uffiċini tal-magazin satiriku Charlie Hebdo f'Pariġi. Is-suspettat ewlieni kien identifikat bħala żagħżugħ ta' 18-il sena mill-Pakistan li ġie arrestat fuq il-post tal-inċident. Il-Pulizija qalet li s-sitta l-oħra qed jinżammu taħt il-kustodja tagħha għal aktar stħarriġ. L-attakk qed jitqies bħala attakk terroristiku. Iż-żewġ persuni li ndarbu fl-attakk tal-bieraħ, minkejja li ġarrbu ġrieħi gravi, mhumiex fil-periklu tal-mewt. Iktar kmieni dan ix-xahar, tħabbar li l-kompliċi tal-qattiel ta' 17-il persuna fl-attakki li seħħew ħames snin ilu fuq il-magazin Charlie Hebdo u f'supermarket Lhudi fi Franza mistennija jgħaddu ġuri. Aqra ukoll Jibda l-ġuri tal-kompliċi fil-massakru ta' Charlie Hebdo 14-il akkużat, li tlieta minnhom se jgħaddu ġuri in absentia għaliex jista' jkun li mietu, qed jiffaċċjaw akkużi fosthom l-iffinanzjar ta' terroriżmu, sħubija f'organizzazzjoni terroristika u t-tqassim ta' armi lill-qattiela Said u Cherif Kouachi u Amedy Coulibaly. | [
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta' 92 sena, li kienet residenti f'dar tal-anzjani, mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta' Settembru. Hija mietet matul dan il-lejl. L-anzjana, li kienet il-31 vittma tal-coronavirus f'Malta, kellha kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, u appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. It-30 mewta Mara ta' 94 sena t-30 vittma tal-Covid-19 f'Malta | [
1
] |
Il-Gvern ħabbar li minħabba s-sitwazzjoni inkwetanti tal-coronavirus f'Dar San Ġużepp fil-Fgura, ir-residenti li jinstab li għandhom il-coronavirus se jitħallew ġod-dar biex jiksbu l-kura meħtieġa minn hemm, filwaqt li dawk li ma jkollhomx il-virus se jitmexxew għal Casal Nuovo. Dan tħabbar minn stqarrija ppubblikata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva s-Sibt filgħaxija. Dawk li jkunu kwarantina wkoll se jitħallew ġo Dar San Ġużepp. Casal Nuovo se tkopri diversi sodod permezz tal-liċenzja ta' Emerġenza mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali. Il-kumplament tas-sodod se jiġu pprovduti mill-Isptar St James. Dawn ir-residenti se jkunu qegħdin fi kwarantina preventiva u se jiġu ttestjati kull tlett ijiem. Il-linji gwida tar-rilokazzjoni tar-residenti se jkunu qed jiġu segwiti. Fil-bqija tad-djar tal-anzjani Fil-kumplament tad-djar tal-anzjani, se tidħol fis-seħħ "miżura interim" biex meta jinstab każ pożittiv ġdid f'dar fejn ma jkun hemm l-ebda każ ieħor, ir-resident se jintbagħat l-Isptar Pawlu Boffa jew St Thomas Hospital, jew Mater Dei skont il-kundizzjoni medika wara li jiġi eżaminat minn tabib. Il-Gvern qal li l-miżuri ta' trasferiment tar-residenti pożittivi minn dar tal-anzjani se jkunu qed isiru permezz ta' protokoll approvat. L-istatistika Minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena, twettqu 1,012-il spezzjoni f'residenzi tal-anzjani. Tali infurzar u viżti ta' moniteraġġ se jibqgħu jsiru bl-għan li jiġi żgurat li l-protokolli maħruġa u l-istandards meħtieġa jkunu qed jiġu segwiti. Minn Ġunju sal-lum saru wkoll iżjed minn 14,500 swab fid-djar tal-anzjani, kemm għar-residenti, kif ukoll għall-ħaddiema. Dawn ukoll se jkomplu jsiru bħala miżura preventiva. Is-sitwazzjoni fid-djar tal-anzjani Skont il-Ministeru tas-Saħħa, mill-31 każ imħabbrin ilbieraħ, instabu tliet każijiet ġo Casa San Paolo f'San Pawl il-Baħar. Madankollu, Care Malta kitbet fuq Facebook li dan mhux minnu u li l-Ministeru tas-Saħħa mhuwiex aġġornat. bagħat jistaqsi lill-Ministeru għal kjarifika iżda għadu ma rċeviex tweġiba. Il-kwistjoni dwar Casa San Paolo "Mhux veru hemm każijiet ta' coronavirus f'Casa San Paolo" Waħda mid-djar tal-anzjani li ntlaqtu l-agħar mill-Covid-19 hija Dar San Ġużepp fil-Fgura. Skont statistika ppubblikata mir-residenza stess ftit jiem ilu, kien hemm 113-il każ fid-dar fost il-278 resident. Id-Dar qalet li l-maġġoranza tal-każijiet huma bla sintomi. Minkejja dawn iċ-ċifri allarmanti, jidher li fl-aħħar jiem kien hemm 33 persuna li fiequ. talab lill-Ministeru tas-Saħħa għal konferma ta' dan u dettalji fuq il-persuni li fiequ, imma għadu ma rċeviex tweġiba. 33 persuna mfejqa f'Dar San Ġużepp Dar San Ġużepp tgħid li fiequ 26 persuna oħra mill-coronavirus Illum Malta kellha l-31 mewta bil-coronavirus, li kienet dik ta' anzjana ta' 92 sena li kienet residenta f'dar tal-anzjani. Hija mietet mal-lejl u kellha kundizzjonijiet ta' saħħa oħra apparti l-virus. Il-31 mewta f'Malta Tmut anzjana oħra bil-Covid-19 li kienet f'dar tal-anzjani | [
1
] |
Dar San Ġużepp fil-Fgura ħabbret li fiequ 22 persuna oħra mill-coronavirus. B'hekk it-total ta' nies imfejqa minn din id-dar tal-anzjani issa huwa ta' 55. Dan kitbitu fuq Facebook ilbieraħ filgħaxija. staqsa lill-Ministeru tas-Saħħa dwar il-persuni li fiequ f'din ir-residenza iżda għadu ma ngħatax dettalji. Update regarding outcome of continuous swabbing. We have registered 22 more recoveries. 55 in total. Posted by Residenza San Guzepp on Saturday, September 26, 2020 Ilbieraħ, il-Gvern ħabbar li minħabba s-sitwazzjoni inkwetanti tal-coronavirus f'Dar San Ġużepp fil-Fgura, ir-residenti li jinstab li għandhom il-coronavirus se jitħallew ġod-dar biex jiksbu l-kura meħtieġa minn hemm, filwaqt li dawk li ma jkollhomx il-virus se jitmexxew għal Casal Nuovo. Dawk li jkunu kwarantina wkoll se jitħallew ġo Dar San Ġużepp. Ir-residenti f'Casal Nuovo se jkunu qegħdin kwarantina preventiva u se jiġu ttestjati kull tlett ijiem. Din il-ġimgħa, Dar San Ġużepp ħabbret li kellha 113-il każ pożittiv tal-coronavirus mill-278 resident fid-dar. Madankollu, din il-ġimgħa stess, bdew ifiqu l-ewwel pazjenti mill-virus. Il-miżuri li ħabbar il-Gvern ilbieraħ Dar San Ġużepp: Ir-residenti bil-Covid-19 jibqgħu fid-dar; dawk negattivi jitmexxew | [
1
] |
Mit-Tnejn 28 ta' Settembru TVM 2 se jkun qed iwassal skeda ġdida ta' programmi. Dan l-istazzjon se jibqa' pjattaforma għal programmi sportivi. Kuljum fit-8.15pm jixxandar programm sportiv differenti: Sport Għawdex (It-Tnejn), Tiġrijiet Biss (It-Tlieta), 3 Pointer (L-Erbgħa), Ruggers (Il-Ħamis) u GFA Roundup (Il-Ġimgħa). Apparti d-diversi partiti li jixxandru b'mod dirett, nhar ta' Ġimgħa fid-8.45pm jixxandar il-programm Sport Panorama. Aktar programmi sportivi fuq TVM 2 huma Offside (It-Tnejn fl-8.45pm ) filwaqt li s-Sibt fid- 9.30pm jitwassal iċ-Champion's League Magazine. TVM2 se jxandar is-servizz tal-Quddiesa kuljum fid-9.30am u fil-5.30pm . Nhar ta' Sibt fis- 6.30pm tixxandar il-Quddiesa mis-Santwarju ta' Pinu. Fuq dan l-istazzjon jixxandru wkoll programmi soċjo-reliġjużi Sensilhena ( l-Erbgħa fis-7pm ), Aħbar Tajba ( Is-Sibt fis-6.15pm ) u Rome Reports ( Is-Sibt fis-5.45pm ). Drama bil-Malti Għal dawk li jħobbu drama bil-Malti, TVM2 se jkun qed jirrepeti s-sensiliet li se jixxandru fuq TVM. Is-Sibt fil-11am TVM se jxandar il-puntati ta' matul il-ġimgħa ta' Sorelle mill-11am 'il quddiem. Is-Sibt fil-11.30pm ir-repetizzjoni ta' L-Ispettur li tkun ixxandret għall-ewwel darba fuq TVM it-Tnejn ta' qabel. | [
2,
6
] |
Minn għada t-Tnejn 28 ta' Settembru l-istazzjon One se jkun qed jagħti bidu għall-iskeda tal-ħarifa b'għażla ta' programmi popolari li jirritornaw f'din l-iskeda u anke oħrajn ġodda. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Kuljum fl- 10.30am Wayne Aquilina se jkompli bil-programm Espresso filwaqt li fis-1.30pm Alfred Zammit se jwassal staġun ġdid ta' Kalamita. Fis- 6.30pm Karl Stagno Navarro jkompli b'edizzjoni oħra tal-programm Pjazza. Fit- 8.15pm Owen Bonnici jwassal edizzjoni ġdida tal-programm Prime Time. Għat-tfal kull nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-4.30pm Brandon Terribile jwassal il-programm Duurella mmirat lejn it-tfal. Drama bil-Malti Nhar ta' Tnejn fl-10.15pm tkompli tixxandar is-sensiela popolari Ġiżelle filwaqt li nhar ta' Erbgħa fid-9.15pm se nassistu għat-tmien u l-aħħar staġun ta' Division 7. Prime Time Araniissa Nhar ta' Tnejn fit-8.35pm Claire Agius Ordway twassal il-programm ġdid dwar is-saħħa bl-isem ta' Reboot. Dan ikun segwit minn Follow Up fid-9.15pm. Nhar ta' Tlieta fid-8.45pm il-programm Ħabrikt li jlaqqagġna ma' 13-il artist lokali u fil-ħin tad-9pm il-programm Mija dwar il-100 sena mit-twaqqif tal-Paritit Laburista. L-Erbgħa fid-8.45pm Clare Agius bi programm ġdid bl-isem ta' The Local Traveller b'togħma kulturali u bil-vjaġġi tagħha mal-gżejjer Maltin. Dan ikun segwit minn Division 7. Eżatt wara Distintivi ma' Kevin Mercieca. Il-Ħamis fid-8.35pm Manwel Micallef iwassal il-programm ta' dibattitu one-on-one filwaqt fid-9pm staġun ġdid tal-programm Ilsien In-Nisa ma' Clare Agius, Claire Agius Ordway u Pauline Agius. Il-Ġimgħa fid-8.35pm staġun ġdid ta' Min Imissu? segwit minn Kick Off fl-9.45pm. Is-Sibt mill-10 ta' Ottubru Joseph Chetcuti iwassal il-15-il edizzjoni tal-programm Araniissa. Programmi oħra Matthew Sant Sultana Kuljum fit-8am tixxandar il-Quddiesa filwaqt li t-Tlieta fil-5.30pm Claire Agius Ordway twassal edizzjoni oħra ta' Dak Li Jgħodd. L-Erbgħa fil-4.45pm staġun ġdid ta' Flimkien Ma' Nancy ippreżentat minn Nancy Buhagiar. Fil-5.40pm ikun imiss lil Clifford Galea bil-programm kulturali Pajjiżi . Il-Ħamis fil-5.45pm Matthew Sant Sultana jippreżenta l-game show Mhux Kemm Taf! Il-Ġimgħa fil-5.30pm Pauline Agius twassal staġun ġdid ta' IndHouse. Is-Sibt fil-5.30pm il-programm Il-Kelma ppreżentat minn Antonella Galea Loffreda. Fis- 6pm Nevise Borg Caligari bil-programm Pink Panther filwaqt li fis-6.40pm Pierre Borg iwassal il-programm Ondroad. Il-Ħadd filgħodu l-programm Paperscan immexxi minn Charlon Gouder. | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr. Bernard Micallef u l-preżentatriċi Massimiliana Demartino. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skond San Mattew Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: "Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli". U dak qallu: "Ma rridx". Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. "Arani sejjer, sidi," qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?". "L-ewwel wieħed", weġbuh. U qalilhom Ġesù: "Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta' Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Il-lukanda Radisson Blu Resort li tinsab f'San Ġiljan se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha temporanjament mill-1 ta' Ottubru. Dan qalitu permezz ta' post fuq Facebook fejn spjegat li flimkien mal-lukanda se jkunu qed jagħlqu l-outlets kollha ta' magħha fl-istess data. Il-lukanda qalet li se tkun qed tuża dan iż-żmien ta' għeluq biex tirranġa l-faċilitajiet tagħha, ittejjeb is-servizz u tkompli taħdem biex tipprovdi l-aktar ambjent sikur għat-tim tagħha u dawk li jżuru l-lukanda. Il-pjan huwa li jerġgħu jilqgħu lura lill-klijenti fi żmien il-festi, skont il-kundizzjonijiet imposti mil-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dear guests and friends,It is no secret that the situation has not been easy on most of us, and it is with a heavy… Posted by Radisson Blu Resort, Malta St. Julian's on Tuesday, September 29, 2020 Din il-lukanda hija l-istess lukanda fejn kien ġie organizzat il-Hotel Takeover Party f'Lulju li għadda, li flimkien ma' avvenimenti oħrajn tal-massa simili, wasslu sabiex jerġa' jibda jinfirex il-virus b'mod aktar rapidu fil-pajjiż. Fix-xhur li għaddew: Jitħassar party ta' 300 persuna fl-istess lukanda tal-każi tal-coronavirus | [
4
] |
Il-Ġermanja se timponi restrizzjoni fuq l-għadd ta' persuni fi gruppi u multi għall-persuni li ma jirrispettawx ir-regoli tal-intraċċar, fi sforz biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-coronavirus matul il-ħarifa u x-xitwa, qalet il-Kanċillier Angela Merkel nhar it-Tlieta. Ir-restrizzjonijiet se jkunu mmirati, minħabba li l-pajjiż "se jagħmel minn kollox" biex jiġi evitat lockdown totali, qalet Merkel wara konferenza mal-mexxejja tas-16-il stat tal-Ġermanja, fejn żiedet tgħid li l-prijorità tal-pajjiż kienet li l-ekonomija tibqa' għaddejja. Skont standards Ewropej, il-Ġermanja esperjenzat rati ta' infezzjoni u ta' mwiet relattivament baxxi s'issa matul il-pandemija, imma Merkel qalet li l-każijiet jistgħu jitilgħu għal 19,200 kuljum jekk in-numri jibqgħu sejrin kif inhuma. Il-pajjiż irrapporta 2,089 każ tal-coronavirus nhar it-Tlieta, li jwassal għal total ta' 287,421 każ, b'9,471 persuna li tilfu ħajjithom, skont l-istitut għall-mard infettiv Robert Koch. "Tgħallimna ħafna u rnexxielna ngħaddu s-sajf billi żammejna rati baxxi, imma aħna ċerti li se jkollna żminijiet aktar diffiċli – il-ħarifa u x-xitwa – żieda gradwali fl-għadd ta' infezzjonijiet, li f'ċerti postijiet kienet sinifikanti, qed tikkawża tħassib," Merkel qalet lill-ġurnalisti. Hija qalet li "strateġija bbażata fuq hot spots " kienet se tillimita l-festini privati għal 25 persuna, u dawk pubbliċi għal 50 f'żoni fejn ir-rata ta' infezzjoni laħqet il-35 każ għal kull 100,000 persuna fuq perjodu ta' sebat ijiem. Jekk ir-rata titla' għal 50 każ għal kull 100,000 persuna, ċelebrazzjonijiet privati se jiġu ristretti għal 10 persuni u dawk pubbliċi għal 25. L-ekonomija tal-Ġermanja naqset b'9.7% fit-tieni kwart tas-sena hekk kif l-infiq tad-djar, l-investimenti tal-kumpaniji u l-kummerċ staġnaw matul il-quċċata tal-pandemija. Il-gvern ta' Merkel nieda diversi miżuri ta' stimulu, iffinanzjati minn rekord ta' self ġdid, fejn huwa mistenni li dan se jgħin biex l-ekonomija terġa' tibda' tikber b'mod sinifikanti fl-2021. "Irridu naġixxu b'mod reġjonali, speċifiku u bi skop, aktar milli nerġgħu nagħlqu l-pajjiż kollu għal darb'oħra – dan għandu jkun evitat b'kull mod possibbli," żiedet tgħid Merkel. L-infezzjonijiet ilhom jiżdiedu fil-Ġermanja għal dawn l-aħħar ġimgħat, imma l-mexxejja tal-istati mhux qed jaqblu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed, l-aktar minħabba l-varjazzjonijiet fl-għadd ta' każijiet fir-reġjuni differenti. Merkel temmet tgħid li prijoritajiet oħra kienu meħtieġa sabiex l-iskejjel u n-nurseries jibqgħu miftuħa. Persuni li jipprovdu identità falza f'ristoranti se jiġu mmultati 50 Euro ($59) u għandha ssir ħidma biex tittejjeb il-ventilazzjoni fil-binjiet matul ix-xitwa. | [
1,
10
] |
Illejla fis-7pm fuq TVM jibda staġun ġdid minn Sensilhena Christine Delicata se titkellem ma' Mons Anton Teuma – Isqof ta' Għawdex, fuq il-bżonn tal-knisja li tkun qrib il-familji Maltin u Għawdxin. Għalhekk fost il-mistoqsijiet li se tistaqsi nsibu dawn: Il-familji – Huma parti vitali mill-missjoni tal-Knisja? Il-knisja , kemm hi qrib tal-familji Maltin u Għawdxin u x'qiegħda tagħmel biex tipproteġihom? Kif tista' tkun aktar ta' sostenn għalihom? X'inhi ir-relazzjoni ta' dawn il-familji mal-knisja u mal-valuri Insara? Christine Delicata Waqt il-programm ser niltaqgħu wkoll ma' Hilary Spiteri l-istoriku tal-arti fejn f'dan il-programm ser jitkellem dwar il-Katakombi ta' Sant Agata r-Rabat. X'sinijifikat għandu dan il-katakombi għall-ewwel Insara? Fl-aħħar nett Fr Paul Chetuci se jibda jirrakkonta l-esperjenza tiegħu meta ħadem ma' Madre Tereza ta' Calcutta, u dak li tgħallem u ġab miegħu f'din l-esperjenza indimentikabbli. Produzzjoni eżekuttiva ta' CPi media, direzzjoni ta' Fr Louis Mallia mssp. | [
2,
6
] |
L-Isqof Awżiljarju jiltaqa' b'mod virtwali mal-edukaturi l-ġodda tal-iskejjel tal-Knisja.Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-Arċidjoċesi ta' Malta qalet li tul ix-xhur tas‐sajf saru diversi xogħlijiet bi spejjeż kbar għall‐iskejjel tal-Knisja, b'mod partikolari biex titħares is‐saħħa u s‐sigurtà ta' dawk kollha li ser ikunu fiżikament preżenti fil-bini tal-iskola. Intqal li fejn kien possibbli, ġew ikkonvertiti wkoll partijiet mill kunventi fi klassijiet. Dan intqal fi stqarrija maħruġ mill-Kurja fl-okkażjoni tal-ftuħ tas‐sena skolastika 2020‐2021. Għal din l-okkażjoni wkoll, l‐Isqof Awżiljarju Joseph Galea‐Curmi ltaqa' mal‐edukaturi l‐ġodda fl‐iskejjel tal‐Knisja waqt seminar online organizzat mis‐Segretarjat għall‐Edukazzjoni Nisranija. Matul din is‐sena skolastika, madwar 3,000 edukatur se jkunu qed jgħallmu fil‐livelli kindergarten, primarju, sekondarju u s‐sitt sena post‐sekondarja f'55 skola tal-Knisja li fil-jiem li ġejjin ser jilqgħu mas-17,000 student. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‐iskejjel tal‐Knisja f'din is‐sena skolastika l‐ġdida. L‐Isqof irringrazzja lill‐edukaturi talli għażlu jgħallmu fi skola tal‐Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis‐serjetà l‐formazzjoni kontinwa, b'mod partikolari f'dak kollu li jiddistingwi l‐iskola Kattolika u l‐etos tagħha. "Wieħed mill‐għanijiet prinċipali ta' skola tal‐Knisja hu li tagħti valur u dinjità lil kull student" Fil‐messaġġ tiegħu l-Isqof Galea-Curmi semma ħames karatteristiċi ewlenin ta' skola tal‐Knisja. Beda bil‐viżjoni tal‐iskola li hi ispirata mill‐fidi u li tidher fix‐xhieda u l‐kliem tal‐edukaturi. Semma kif għall‐Kattoliċi il‐ħajja tal‐bniedem hi għażiża f'kull waqt tagħha u proprju għalhekk, wieħed mill‐għanijiet prinċipali ta' skola tal‐Knisja hu li tagħti valur u dinjità lil kull student billi tgħinhom jiskopru u jiżviluppaw it‐talenti u l‐kapaċitajiet tagħhom. Qal ukoll li skola Kattolika għandha tipprovdi formazzjoni ħolistika, inkluż b'mumenti ta' talb u ċelebrazzjonijiet ta' fidi, sabiex l-edukazzjoni mhux biss tħejji lill-istudenti akkademikament imma twieġeb għad-domandi essenzjali tal-ħajja. L-Isqof Awżiljarju jiltaqa' b'mod virtwali mal-edukaturi l-ġodda tal-iskejjel tal-Knisja.Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L‐Isqof Galea‐Curmi qal li skola tal‐Knisja taħdem biex tkun esperjenza ta' inklussività b'rispett għad‐diversità. Fisser kif din tgħin lill‐istudenti biex joħorġu minn mentalità individwalista u hekk jibnu komunità ta' relazzjonijiet fejn jagħrfu l-ħtiġijiet tal-oħrajn u jgħinu bħal aħwa. Fi kliem l‐Isqof, skola tal‐Knisja tqiegħed fiċ‐ċentru l‐valuri li joħorġu mit‐tagħlim soċjali tal‐Knisja, fosthom il‐formazzjoni għall‐impenn soċjali u l‐iżvilupp ta' soċjetà ġusta u ta' wens b'attenzjoni partikulari għal min hu batut. L‐Isqof ħeġġeġ lill‐edukaturi biex jgħaqdu flimkien il‐professjonalità max‐xhieda tal‐etos ta' skola Kattolika. | [
13
] |
Hekk kif is-Segretarju għad-Difiża Amerikan jinsab Malta llum għal taħditiet mal-Prim Ministru Robert Abela, tajjeb li nħarsu daqsxejn lejn dan il-ftehim li jismu SOFA. Dawn l-erba' ittri jfissru bl-Ingliż Status of Forces Agreement, jiġifieri ftehim dwar xi status li għandhom ikollhom membri tal-militar mill-Amerka f'Malta kif ukoll ċittadini oħrajn li jżuru jew joqogħdu f'Malta. Id-dettalji għadhom mhux magħrufa. Dak li nafu hu li l-Amerikani ilhom snin twal biex jikkonvinċu lil Malta biex tiffirma ftehim magħhom bħalma għandha ma' diversi pajjiżi oħrajn. Jingħad ukoll li amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienu rrifjutaw dan it-tip ta' ftehim u li George Vella, illum President, ma kienx favur lanqas meta kien Ministru tal-Affarijiet Barranin fil-gvern ta' Joseph Muscat. Parti mill-ftehim ikun jitlob lil Malta li tagħti d-dritt lill-Amerka li tipproċedi b'mod ġudizzjarju hi, meta u jekk persunell Amerikan jew ċittadini Amerikani jikkommettu xi reat fil-gżejjer tagħna. Jista' wkoll li jkun hemm ġuriżdizzjoni maqsuma bejn iż-żewġ firmatorji. Iżda rridu noqogħdu attenti ħafna. L-affarijiet mhux daqshekk suwed jew bojod. Se nispjega x'ġara s-sena l-oħra fl-Ingilterra nhar is-27 ta' Awwissu. Mara Amerikana bl-isem ta' Anne Sacoola saqet minn bażi militari u kif ħarġet sabet ruħha fin-naħa żbaljata tat-triq, kien ġej żagħżugħ ta' 19 il-sena bl-isem Harry Dunn fuq mutur, hi daħlet fih u hu tilef ħajtu. Rapporti kienu jgħidu li hi kienet ammettiet l-iżball tagħha, iżda sakemm il-Pulizija Ingliża marru biex jinterrogawha, l-istess mara kienet ingħatat l-immunità diplomatika u tpoġġiet fuq ajruplan u b'hekk telqet mill-pajjiż fejn kienet ikkomettiet reat. Ir-raġel tagħha kellu immunità diplomatika iżda hi ma kellhiex. Bil-mod kif l-Amerka interpretat il-ftehim li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, il-familja taż-żagħżugħ tilfet iben u bl-ebda mod qatt mhu se ssir ġustizzja magħhom għax l-Amerka ħafna drabi tirrifjuta li testradixxi ċittadini Amerikani. Ħwejjeġ bħal dawn ikunu jistgħu jiġru fostna jekk niffirmaw dan il-ftehim mal-Amerka. Jingħad li l-gvern Malti jrid li l-Amerka tuża l-influwenza tagħha biex fil-kwistjoni tal-Moneyval, li tista' twassal biex Malta tiġi blacklisted minħabba l-ħasil tal-flus u raġunijiet oħra rigward nuqqasijiet fis-saltna tad-dritt, l-Amerka titkellem favur tagħna. Il-Prim Ministru Robert Abela ċaħad li hemm konnessjoni bejn iż-żewġ affarijiet. Iżda kultant ċaħda ta' politiku tfisser l-oppost. Nistennew u naraw. Hemm ukoll il-kwistjoni kostituzzjonali. Dan il-ftehim jaqa' taħt il-kappa militari u jekk aħna għandna kostituzzjoni fejn in-newtralità hija 'entrenched', allura bidliet bħal dawn ikunu jirrekjedu żewġ terzi tal-voti favur fil-Parlament. S'issa diversi ilħna Laburisti u oħrajn Nazzjonalisti bħall-vuċi ta' Tonio Borg qed juru l-oppożizzjoni tagħhom għal dan il-ftehim għax bażikament jikser il-kostituzzjoni u għax fuq kollox jagħti parti mis-sovranità tagħna lill-pajjiż ieħor. Qed jingħad ukoll li l-Amerikani bħala parti mill-ftehim ma' Malta jibdew jgħassu territorju barra mill-ibħra Maltin magħruf bħala Hurd's Bank li ta' sikwit jintuża għall-kuntrabandu. Jekk dan huwa minnu għaliex ma jintlaħaqx ftehim ma' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea? L-Amerikani ilhom jippruvaw ideffsu saqajhom fl-ibħra tagħna. Jekk fuq kollox m'hemmx xi ftehim magħruf bħala quid pro quo minn taħt, li bħala rigal għal dan il-ftehim ma' Malta ċerti persuni li allegatament qed jiġu mfittxija mill-Istati Uniti tal-Amerka għal diversi reati dwar ħasil ta' flus u ksur ta' sanzjonijiet Amerikani, jibqgħu jgħixu fis-serenità Maltija. Ittra miktuba minn Salvu Felice-Pace | [
11
] |
Malta hija fost disa' pajjiżi Stati Membri Ewropej li ressqu dikjarazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun hekk aktar koordinament bejn l-istati membri biex titnaqqas l-inċertezza relatata mal-ivvjaġġar. Dan bil-għan li jerġa' jitqajjem it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija l-Ministeru għat-Turiżmu qal li din id-dikjarazzjoni saret sabiex filwaqt li tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika, ma jittieħdux miżuri li jistgħu jxekklu l-ivvjaġġar fl-Unjoni Ewropea u ż-żona Schengen. Il-pajjiżi li ffirmaw din id-dikjarazzjoni huma Malta, l-Awstrija, l-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja. Vjaġġar lejn Malta: Aġġornata l-lista l-oranġjo ta' Malta Waqt laqgħa virtwali inter-ministerjali bejn il-ministri Ewropej responsabbli mit-turiżmu, organizzata mill-Presidenza Ġermaniża, il-Ministru Julia Farrugia Portelli saħqet dwar il-bżonn li jibdew id-diskussjonijiet biex tiġi emendata il-'Package Travel Directive', biex tindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw kemm l-operaturi tal-ivvjaġġar u kemm il-konsumaturi fiċ-ċirkostanzi li nħolqu mill-pandemija COVID-19 u li qatt ma kienu previsti meta nkitbet din id-direttiva. Il-Ministru Farrugia Portelli tkellmet ukoll dwar l-importanza li t-turiżmu jkun prijorità fil-pjanijiet ta' rkupru tal-Kummissjoni Ewropea. Qalet li dan jista' jsir bl-introduzzjoni ta' pjan Ewropew għat-turiżmu li jelenka b'mod ċar l-objettivi u jinkludi baġit speċifiku ddedikat lejn din l-industrija. Il-Ministru saħqet ukoll dwar l-importanza li jkun hemm estensjoni tal-flessibiltà fir-regoli tal-istate aid tul l-perjodu ta' rkupru. | [
1,
3
] |
It-tieni mewġa ta' każijiet tal-coronavirus li għandha ċifri ogħla mill-livelli ta' infezzjonijiet ġodda f'April qed twassal biex numru ta' pajjiżi jżidu r-restrizzjonijiet tagħhom. Il-gvern tas-Slovakkja ħabbar li se jipprojbixxi l-parti l-kbira ta' attivitajiet kulturali u sportivi pubbliċi minħabba ż-żieda fil-firxa tal-coronavirus, iddikjara nhar it-Tnejn il-Prim Ministru Igor Matovic. Matul konferenza stampa, huwa wissa lill-pubbliku li mill-1 ta' Ottubru, se jkollhom jilbsu maskri tal-wiċċ, jevitaw laqgħat tal-familja u jżommu d-distanza soċjali biex jiġu evitati aktar restrizzjonijiet. Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ għaż-żmien li ġej, sa meta jerġgħu jibdew jonqsu l-ammonti ta' każijiet ġodda. Fis-Slovakkja, li kellha waħda mill-anqas rati ta' mwiet minħabba l-coronavirus, reġgħu bdew jiżdiedu ċ-ċifri ta' każijiet ġodda rreġistrati, b'rekord f'jum wieħed ta' 522 nhar il-Ġimgħa, biex b'hekk nhar it-Tnejn intlaħaq total ta' 9,343 każ. Fi Spanja, l-awtoritajiet reġjonali ta' Madrid u l-gvern Spanjol ma qablux dwar x'passi għandhom jittieħdu biex jiġi kkontrollat l-għadd ta' każijiet ġodda ta' coronavirus li qed jiżdied, li qed jikkawża tħassib fost ir-residenti ta' żoni meqjusa bħala fqar, li jgħidu li qed jiġu attakkati mingħajr raġuni. Ir-reġjun estenda lockdown parzjali nhar il-Ġimgħa għal 45 distrett li għandhom rati għolja ta' infezzjoni. Il-parti l-kbira ta' dawn huma meqjusa bħala żoni bi dħul baxx. Id-deċiżjonijiet wasslu għal akkużi ta' diskriminazzjoni abbażi ta' klassi minn residenti, u t-tħassib tal-gvern nazzjonali li jixtieq jimplimenta restrizzjonijiet aktar wiesgħa. Il-Ministru għas-Saħħa Salvador Illa nhar it-Tnejn ħeġġeġ lill-mexxej konservattiv reġjonali biex jagħti kas għar-rakkomandazzjonijiet tal-gvern xellug-ċentrali, wara li dan irrifjuta l-proposta ta' dan tal-aħħar biex jerġgħu jiġu imposti restrizzjonijiet madwar il-belt kollha, fejn iddikjara li l-pajjiż qed jaffaċċja ġimgħat diffiċli ta' inċertezza, u li għandha tittieħed azzjoni b'determinazzjoni biex titwaqqaf il-pandemija u titnaqqas il-kurva ta' infezzjonijiet ġodda għax jekk dan ma jsirx il-gvern ikollu jieħu deċiżjonijiet aktar drastiċi. Il-mexxej reġjonali ta' Madrid nhar il-Ħadd qal li l-għeluq totali ma kienx possibbli minħabba l-impatt ekonomiku fuq ir-reġjun. Fin-Netherlands il-gvern ħabbar għadd ta' miżuri ġodda maħsuba biex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus, inkluż limitazzjoni fuq l-ivjaġġar, l-għeluq kmieni ta' bars u ristoranti u restrizzjonijiet fuq laqgħat tal-massa. Il-miżuri jinkludu wkoll użu aktar mifrux ta' maskli tad-drapp għall-pubbliku f'Amsterdam u fi bliet kbar oħra. | [
1,
10
] |
Malta għandha 23 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 78 persuna. B'hekk, it-total ta' każijiet attivi huwa ta' 462. Dan irriżulta minn 2,211-il swab test li saru lbieraħ. OFFICIAL COVID-19 figures for 30•09•2020Chris Fearne | MaltaGov |Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Wednesday, September 30, 2020 Ilbieraħ tħabbru 29 każ ġdid tal-coronavirus. Minnhom kien hemm: 7 każijiet ta' membri tal-familja ta' persuni bil-virus Każ minn Dar San Ġużepp 2 każijiet impurtati Każ minn fuq post tax-xogħol Każ mill-cluster ta' Paceville 3 każijiet minn attività soċjali fejn kien hemm nies oħra bil-virus Dan ifisser li l-14-il każ l-ieħor kienu ġejjin mill-komunità. Il-każijiet tal-bieraħ 29 każ ġdid ta' coronavirus; ifiqu 85 | [
1
] |
Dar San Ġużepp, dar tal-anzjani fil-Fgura, qalet li fiequ seba' persuni oħra mill-coronavirus, biex issa t-total ta' persuni mfejqin f'din ir-residenza huwa ta' 62. Dan tħabbar mir-residenza stess fuq il-paġna ta' Facebook tagħha lbieraħ filgħaxija. Minn jum għall-ieħor, ir-residenza qiegħda taġġorna lis-segwaċi tagħha bl-għadd ta' persuni mfejqin billi qed tagħmel swab tests ta' kuljum. Update regarding outcome of continuous swabbing. We have registered 7 more recoveries. 62 in total. Posted by Residenza San Guzepp on Tuesday, September 29, 2020 Il-ġimgħa li għaddiet, is-sitwazzjoni f'din ir-residenza kienet waħda allarmanti billi skont ma qalet hi stess, kien hemm 113-il persuna pożittiva għall-virus mill-278 resident fid-dar. Ħafna minnhom kienu bla sintomi. Mistoqsijiet mibgħuta minn Newsbook.com.mt kemm lir-residenza, kif ukoll lill-Ministeru tas-Saħħa, dwar dettalji fuq il-każijiet tan-nies li fiequ, baqgħu ma twiġbux. Is-sitwazzjoni ġimgħa ilu "Il-maġġoranza tal-anzjani bil-COVID-19 f'Dar San Ġużepp bla sintomi" Minħabba l-każijiet tal-coronavirus fost l-anzjani u fid-djar tal-anzjani, nhar is-Sibt li għadda, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ħabbar li r-residenti li jinstab li għandhom il-coronavirus se jitħallew ġod-dar biex jiksbu l-kura meħtieġa minn hemm, filwaqt li dawk li ma jkollhomx il-virus se jitmexxew għal Casal Nuovo. Dawk li jkunu kwarantina wkoll se jitħallew ġo Dar San Ġużepp. Fil-kumplament tad-djar tal-anzjani, se tidħol fis-seħħ "miżura interim" biex meta jinstab każ pożittiv ġdid f'dar fejn ma jkun hemm l-ebda każ ieħor, ir-resident se jintbagħat l-Isptar Pawlu Boffa jew St Thomas Hospital, jew Mater Dei skont il-kundizzjoni medika wara li jiġi eżaminat minn tabib. Xi ddeċieda l-Gvern fuq l-anzjani? Dar San Ġużepp: Ir-residenti bil-Covid-19 jibqgħu fid-dar; dawk negattivi jitmexxew | [
1
] |
Is-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba tkompli mil-lejla bit-tieni staġun li jixxandar fid-9pm fuq TVM. Kif se jibqgħu Concetta u Ġiuseppe? U Sergio fejn mar? Min se jmur ikellmu u x'se jiġri? Min se jieħdu d-dar u Elena x'se tgħidilha dwaru? X'se jiġri meta Sergio jerġa' jiġi f'sensieh? X'se tgħidlu Elena? U hu se jaqbel ma' dak li qed tissuġġerixxi? Xi ħadd qiegħed jissemma' kollox waqt li jkunu fl-istalel… min? Salvatore jkun riekeb fuq iż-żiemel. X'se jgħidu Bernardette u Katia dwaru? U Salvatore għaliex irid ikellem lil Bernardette? X'se tgħidlu li kienet semgħet? Għaliex jitlaq mingħajr ma kellimha xejn? Riccardo x'se jmur jgħidlu lil Emilio? Salvatore jikkonfronta lil Karla. X'se tgħidlu? F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. | [
2,
6
] |
29 każ ġdid tal-coronavirus kienu rrappurtati mill-awtoritajiet tas-saħħa nhar it-Tlieta wara 2,116-il swab test fl-aħħar 24 siegħa. Fil-pajjiż issa hawn total ta' 517-il każ attiv wara li fiequ 85 persuna oħra. S'issa f'Malta kienu rreġistrati total ta' 3,035 każ tal-coronavirus minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż f'Marzu li għadda. Il-każi ġodda rrappurtati llum għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-każi tal-bieraħ, instab li seba' kienu kuntatti diretti ta' każi pożittivi, każ wieħed mill-cluster ta' Dar San Ġużepp, żewġ każi impurtati, żewġ każi li kienu kuntatti ta' persuni pożittivi li marru għax-xogħol, każ ieħor mill-cluster ta' Paceville u każ wieħed relatat ma' avveniment soċjali. Intant kien hemm 13-il każ li mhux magħruf minn fejn ġew. Intant illum tħabbret il-mewt tal-34 vittma tal-coronavirus, anzjana ta' 79 sena. Aktar dettalji: Tmut anzjana oħra pożittiva għall-coronavirus | [
1
] |
Għalliema li taħdem fl-iskejjel tal-Gvern u li tkellmet ma' Newsbook.com.mt assigurat lill-ġenituri li malli l-istudenti jidħlu l-iskola, l-għalliema tal-Gvern se jkunu "prontissimi u lesti". Dan minkejja li skont l-istess għalliema, l-edukaturi għadhom qed jiffaċċjaw mistoqsijiet li hija ddeskriviethom bħala 'kbar' Hi qalet dan fid-dawl ta' kritika li qamet fl-aħħar jiem b'rabta mal-ftuħ tal-iskejjel u l-posponiment ta' dan minħabba li l-iskejjel kienu għadhom mhux lesti biex jilqgħu l-istudenti fi ħdanhom. Nhar it-Tnejn l-edukaturi daħlu lura f'107 skejjel statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wara li sar l-assessjar tar-riskji fl-iskejjel kollha. L-għalliema lura fl-iskejjel: Ritratti: L-għalliema lura l-iskola f'pandemija "Sfortunatament mhux l-istess jista' jingħad għal studenti oħrajn li se jidħlu tard. Ilbieraħ l-edukaturi statali daħlu lura għal sena ġdida. Nixtieq nesprimi li d-deċiżjoni li l-istudenti jidħlu iktar tard mid-data oriġinali u gradwalment, fiha sens. L-għalliema fi skejjel statali ukoll huma dedikatissimi u xtaqu jippreparaw aħjar. Hija weġgħa li tiġi kkunsidrat inqas ta' valur anki meta tipprova tiddedika ħajtek għat-tagħlim għaliex tkun edukatur," irrimarkat l-għalliema. Hi kompliet tgħid kif l-għalliema ngħataw l-informazzjoni meħtieġa dwar kif se jitmexxew l-iskejjel it-Tnejn, u sostniet li għad fadal ħafna x'jiġi kkjarifikat. Irrimarkat li hemm nuqqas ta' policies biex kull Kap ta' Skola tal-Gvern ikun jista' jimxi b'mod omoġenju fl-iskejjel. Spjegat li ħafna xogħol ta' mitigazzjoni kontra l-coronavirus sar, iżda fejn jidħlu drittijiet u dettalji li jirrispettaw l-edukaturi bħala professjonisti, fadal mistoqsijiet kbar. Uħud mill-mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba jinkludu: Jekk hux finalizzati l-listi tal-istudenti fil-'bubbles' f'kull klassi, Kif se tiġi indirizzata d-diffikultà li wieħed jgħallem studenti f'livelli differenti ġol-istess klassi, Jekk hux tiġi nnotata l-istennija twila li l-edukaturi qed jesperjenzaw biex jidħlu fl-iskola u jiffirmaw, Il-protokolli dwar l-użu komuni tal-kċejjen u toilets minn ħafna impjegati, Jekk hemmx biżżejjed edukaturi biex jagħmlu superviżjoni ma' kull klassi waqt breaks u ħin liberu. L-għalliema insistiet li dan kollu huwa riżultat tal-ittardjar eżaġerat mit-task force għal Covid-19, flimkien man-natura kbira u kumplessa tas-sistema skolastika tal-istat. "Id-data tal-ftuħ tat-28 ta' Settembru ilha mfassla minn qabel ma waqafna f'Marzu. L-assenza ta' xenarji u protokolli fix-xhur li għaddew għaldaqstant kellha twassal għal bidu pospost għal eluf ta' studenti fi skejjel statali," kompliet tgħid l-għalliema. Spjegat li b'dan il-mod, l-edukaturi se jilħqu jorganizzaw ruħhom ahjar. Il-UPE mħassba: Paniku fl-iskejjel tal-Gvern għax mhumiex preparati – UPE Hi fakkret fl-istqarrija li għamlu l-avukati minhabba n-nuqqas ta' osservanza tal-protokolli għall-Covid-19 li qed isibu meta jżuru l-Qorti. "Immaġina edukatur isib l-istudenti ma' wiċċu wara jumejn mingħajr risposti ċari u mingħajr laqgħat għal informazzjoni kruċjali," sostniet hi. "Lill-ġenituri ngħidilhom, tinkwetawx, meta jidħlu l-istudenti se nkunu prontissimi u lesti," insistiet l-għalliema. Kompliet billi rringrazzjat lill-kapijiet tal-iskejjel statali u assistenti-kapijiet għax-xoghol triplu li qed jieħdu biex dejjem jibdlu l-ippjanar skond l-aħħar protokolli u ċirkostanzi. Irringrazzjat ukoll lill-Unjins għall-posponiment tal-istudenti fl-iskejjel statali, "ġaladarba l-ippjanar b'komunikazzjoni mal-istakeholders kollha ma sarx qabel u f'waqtu." Qalet li min ħadem u kien pront, jimmerita li jibda s-sena skolastika kif xieraq u mhux ikun pressat biex jipposponi. L-ansjetà u r-ritorn lejn l-iskola: L-adulti b'irwol importanti biex tonqos l-ansjetà fit-tfal li sejrin lura l-iskola – Psikologa u Terapista tal-Familja L-għalliema appellat lill-attivisti sabiex bħala jkunu voċiferi fejn tidħol il-politika u l-poteri madwar dan, ikunu voċiferi wkoll fejn tidħol l-edukazzjoni sabiex din ukoll tingħata l-importanza li hemm bżonn. L-iskejjel tal-Gvern reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għall-ħaddiema lbieraħ, filwaqt li l-istudenti se jibdew skola fis-7 t'Ottubru, iżda mhux l-istudenti kollha. Dan għaliex dik il-ġimgħa, l-istudenti se jibdew skont kif imisshom, skont liema sena qegħdin fiha. L-iskejjel tal-Knisja se jagħmlu bħall-iskejjel tal-Gvern, filwaqt li ħafna skejjel indipendenti fetħu lbieraħ xorta waħda għax kienu diġà ħejjew li kellhom bżonn biex jaqblu mal-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa. | [
1
] |
Jum speċjali għall-kantawtur Augusto Cardinali u martu Doreen li llum qed jiċċelebraw it-30 sena anniversarju mindu żżewġu. Fil-fatt kien bħal-lum l-1990 li Augusto u Doreen wegħdu mħabbithom lil xulxin. Minn kif tistgħu taraw Augusto kellu ftit xagħar mhux ħażin 30 sena ilu. Huwa kien għad kellu 24 sena! Augusto u Doreen għandhom ukoll żewġ ulied, Anthea u Michele. Lil Augusto nafuh bħala kompożitur, poeta, drammaturgu liriċista u attur. Beda fil-mużika meta kellu sitt snin meta beda jdoqq il-klarinett fil-klabb tal-banda ta' Raħal Ġdid. Ta' 7 snin huwa ħa sehem f'festival folkloristiku li sar f'Letterkenny fl-Irlanda u wara f'Londra. Ta' 10 snin beda jieħu lezzjonijiet tal-kitarra klassika taħt Maestro J. Psaila u matul dan il-perjodu beda wkoll jistudja l-arti u d-drama taħt għadd ta' għalliema differenti. Ħa sehem f'bosta rock operas bħal Pawlu 2000, Reġà Sebaħ u Ineż Farruġ. Beda wkoll jipparteċipa f'festivals bħal L-Għanja tal-Poplu, il-festival tal-Indipendenza u l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Bħala mużiċist ħa sehem f'bosta avvenimenti u kunċerti fosthom fil-May Inspiration li ttellgħu fit-Teatru Manoel u fl-awditorju tal-Università għall-kunċert tal-Leicester School of Music. Augusto huwa wkoll pittur li ħa sehem ukoll f'diversi wirjiet tal-arti, kif ukoll kiteb ukoll numru ta' kanzunetti. Augusto u Doreen ma' wliedhom Anthea u Michele Nawguraw lil Augusto u lil Doreen l-isbaħ xewqat f'dan l-anniversarju speċjali u għal aktar snin ta' mħabba. | [
2
] |
Ingredjenti 2 nofsijiet isdra tat-tiġieġ bla ġilda 4 slajsis bajken flixkun barbeque sauce 130g ġobon Cheddar maħkuk Metodu Għalli t-tiġieg f'borma għal madwar 10 minuti. Wara oħroġhom mill-borma. Saħħan il-forn għal 190 ̊Ċ/375 ̊F. Dawwar kull sider b'żewġ slajsis tal-bejken u poġġihom f'dixx tajjeb għall-forn. Ferragħ s-sauce fuqhom u roxx il-ġobon Cheddar fuqhom ukoll. Aħmi fil-forn diġà msaħħan sakemm il-ġobon idub, il-bejken jiġi jqarmeċ u t-tiġieġ ma jibqax roża fin-nofs, madwar 12-il minuta. | [
2
] |
Is-sensiela Division 7 tkompli mil-lejla fid-9.05pm fuq l-istazzjon One. Dan se jkun l-ewwel episodju mit-tmien u l-aħħar staġun ta' din is-sensiela popolari bi produzzjoni ta' DBA Entertainment. Niftakru li l-aħħar staġun spiċċa bin-Niċċa marbut ma' siġġu u mhedded mill-Brimbu li joqtlu, ibnu Bjorn mejjet mal-art quddiemu, id-Dondon bil-pistola ppuntata lejn il-Brimbu, u l-Brimbu fl-istess pożizzjoni, bid-differenza li mbagħad jispiċċa jispara lejn id-Dondon. X'se jsir minn dawn it-tliet protagonisti se nsiru nafuh fi-ewwel episodju ta' dan l-istaġun. Se tkompli tevolvi wkoll l-istorja ta' Amir ma' ibnu Nicky u l-eks tiegħu Mandy. Fejn se jasal ir-rapport ta' bejniethom? Se taċċetta Mandy li Amir jibqa' jiltaqa ma' ibnu? | [
2,
6
] |
Fir-raba' episodju mis-sensiela Sorelle li se jixxandar fl-3.40pm fuq TVM nerġgħu mmorru lura fil-kappella fejn insibu lil Angela għadha titlob… min ċemplilha? Liana ċemplet lil Matthew u tgħidx kemm irrabjat miegħu… għaliex? X'inhuma jiċċelebraw is-Sorelle? Min kellu jmur għandhom ukoll? Frederick ċempel lil Leo… x'qallu dwar Steve? Matthew ra kif għamel u qal lil ommu toħroġ tixtrilu biex jispiċċa waħdu… x'għamel xħin telqet 'l barra? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind. | [
2,
6
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta' 82 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta' Settembru u baqgħet tingħata kura fir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha, fejn mietet aktar kmieni llum. L-anzjana kellha kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Din kienet it-33 vittma tal-Covid-19. L-aħħar mewt bil-coronavirus seħħ ilbieraħ, u ħasad il-ħajja ta' mara ta' 91 sena li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei. It-32 vittma f'Malta Anzjana ta' 91 sena t-32 vittma tal-coronavirus f'Malta Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. Illum tħabbru 27 każ ġdid tal-coronavirus. Tħabbar ukoll li mill-każijiet li tħabbru lbieraħ, kien hemm tlieta li kienu ġejjin mid-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp fil-Fgura. Il-każijiet tal-lum Coronavirus: 27 każ ġdid; 41 ifiqu | [
1
] |
Illum fl-3.45pm fuq TVM jixxandar it-tieni episodju mit-tieni staġun tas-sensiela Sorelle li għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Illum naraw kif inhi Samantha. X'qse tgħidlu lil Norman? X'inhi l-aħbar sabiħa li se jtiha?Il-Maġġur Naomi Bonaci tmur l-isptar biex tagħmel xi mistoqsijiet lil Samantha. X'se ssaqsieha? Gina tmur tiltaqa' ma' Liana. Iżda min se jmur minflokha? Kif se tirreaġixxi Liana u x'se jiġri? Sorelle jkollu repetizzjoni fil-ħin ta' 11.45pm u l-għada fis-6.15am, dejjem fuq TVM, filwaqt li fuq TVM ir-repetizzjoni tal-episodji kollha ta' matul il-ġimgħa ssir is-Sibt mill-11am 'il quddiem. | [
2,
6
] |
Bħala wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet edukattivi li se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-istudenti, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) qal li lest biex jilqa' l-istudenti: però nsista li meħtieġ l-appoġġ ta' kulħadd biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-istaff u l-istudenti. Madwar 150 student se jkunu fuq il-kampus tal-MCAST fit-30 ta' Settembru biex jagħmlu t-testijiet tal-bidu tas-sena biex jiksbu aċċess għall-korsijiet. Numru kbir ta' studenti se jibdew il-lectures fl-1 ta' Ottubru, kemm fil-klassi kif ukoll online. Sad-19 ta' Ottubru, l-istudenti kollha tal-MCAST se jkunu bdew il-korsijiet tagħhom. L-MCAST kien l-ewwel istituzzjoni edukattiva post-sekondarja Maltija li ppublika l-protokoll għas-sigurtà, u żied li dan kien ir-riżultat ta' risk assessments li saru fil-faċilitajiet kollha tal-kulleġġ u ta' konsultazzjoni mas-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika, l-union u l-istudenti. Hand sanitisers huma disponibbli fil-postijiet kollha tal-kulleġġ, u sinjali madwar is-siti jfakkru dwar l-użu obbligatorju tal-maskri, id-distanza soċjali u l-importanza li wieħed jaħsel idejh spiss. Kull istitut għandu uffiċjal tal-mitigazzjoni responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-Covid-19. "Ittieħdu l-miżuri kollha mill-Kulleġġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-istaff u l-istudenti,," il-prinċipal tal-MCAST Joachim James Calleja qal f'indirizz lill-letturi fil-bidu tas-sena akkademika. "Madankollu, l-isforzi u l-investimenti kollha ma jservu għal xejn jekk barra l-Kulleġġ ma nirrispettawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-piż ta' din l-isfida għandu jinqasam bejn kulħadd. Fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, aħna niddependu fuq il-prattika. Għandna bżonn inkomplu naqdu u nappoġġjaw filwaqt li ntaffu r-riskji għall-komunità tal-Kulleġġ. Hekk kif iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu, jista' jkun li jkollna nagħmlu bidliet fi żmien qasir u naħdmu b'aġilità. Irridu nwasslu wkoll messaġġi ċari u konsistenti. Il-kollaborazzjoni u l-komunikazzjoni huma kruċjali: naħdmu flimkien biex nieħdu ħsieb saħħitna – dan huwa l-prinċipju gwida tagħna," żied jgħid Calleja. Aktar informazzjoni dwar il-passi li qed jieħu l-MCAST tinstab online . | [
1
] |
Malta għamlet aktar minn kwart ta' miljun swab test. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar it-testing hub f'Ħal Luqa biex jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa. F'messaġġ live fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Ministru qal li meta dan in-numru jitqabbel mal-popolazzjoni Maltija, Malta tikklassifika fost l-aqwa ħames pajjiżi fid-dinja f'kemm għamlet swab tests. Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi appella lil dawk li jħossu xi sintomi biex iċemplu fuq in-numru 111 sabiex jagħmlu t-test tal-Covid-19. Fakkar lill-pubbliku dwar l-app li nieda l-Gvern biex isir il-contact tracing. Ftit tal-ġimgħat ilu Jinqabżu l-200,000 swab test f'Malta – Fearne | [
1
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.